Ġeħova Qed Iħarriġna Għal Dan ix-Xogħol
1. Meta Ġeħova jagħti inkarigu lill-bnedmin, x’jagħmel ukoll?
1 Meta Ġeħova jagħti inkarigu lill-bnedmin, hu wkoll jagħtihom l-għajnuna li jkollhom bżonn sabiex iwettquh. Pereżempju, meta Ġeħova qal lil Noè biex jibni arka, xi ħaġa li Noè qatt ma kien għamel qabel, Hu qallu wkoll kif. (Ġen. 6:14-16) Meta r-ragħaj umli Mosè ġie inkarigat javviċina lill-irġiel ixjeħ t’Iżrael u lill-Fargħun, Ġeħova assigurah: “Jien inkun maʼ fommok u ngħallmek dak li għandek tgħid.” (Eżo. 4:12) Meta niġu għall-inkarigu tagħna biex nippritkaw l-aħbar tajba, Ġeħova ma telaqniex għal rasna. Hu qed iħarriġna għal dan ix-xogħol permezz tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku u l-Laqgħa tas-Servizz. Kif nistgħu nibbenefikaw minn dan it-taħriġ?
2. Kif nistgħu nibbenefikaw mill-Iskola tal-Ministeru Teokratiku?
2 L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku: Ikkunsidra l-materjal imniżżel fl-iskeda qabel ma tattendi kull laqgħa. Imbagħad, hekk kif tara kif l-istudenti jiżviluppaw din l-informazzjoni fit-taħditiet tagħhom, il-fehma tiegħek taʼ kif tgħallem se titjieb. (Prov. 27:17) Ġib miegħek il-ktieb Skola tal-Ministeru għal-laqgħa u użah bħala workbook. Meta l-indokratur tal-iskola jirreferi għalih wara kull taħdita tal-istudenti, immarka l-punti prinċipali li tixtieq tapplika u uża l-marġni biex tieħu n-noti. Imma l-aħjar mod biex tibbenefika minn din l-iskola hu billi tipparteċipa. Int miktub fiha? Meta tirċievi inkarigu taʼ taħdita, ipprepara sew u applika l-parir li tingħata. Meta tkun fil-ministeru, uża dak li tgħallimt.
3. X’se jgħinna nibbenefikaw mil-Laqgħa tas-Servizz?
3 Il-Laqgħa tas-Servizz: Se niftakru iktar is-suġġerimenti li ningħataw f’din il-laqgħa billi naqraw minn qabel il-materjal u nippreparaw biex inwieġbu. Jekk inżommu l-kummenti tagħna fil-qosor, iktar nies se jkunu jistgħu jkollhom sehem. Oqgħod attent ħafna għat-turijiet, u uża kwalunkwe suġġerimenti li tħoss li se jagħmlu l-ministeru tiegħek iktar effettiv. Żomm kopja t’artikli ewlenin mill-Ministeru tas-Saltna biex tirreferi għalihom fil-futur.
4. Għala għandna nużaw tajjeb it-taħriġ teokratiku?
4 Bħall-inkarigi li ngħataw lil Noè u Mosè, l-inkarigu tagħna biex nippritkaw l-aħbar tajba fl-art abitata kollha hu taʼ sfida. (Mt. 24:14) Aħna jistaʼ jkollna suċċess jekk nistrieħu fuq Ġeħova, l-Istruttur Grandjuż tagħna, u nużaw tajjeb it-taħriġ li jipprovdi.—Is. 30:20.