‘Offri Rivista Iktar Antika jew Kwalunkwe Browxer li Jittratta Dwar l-Interessi tal-Persuna’
Matul ix-xhur li noffru l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? u studju fl-ewwel żjara, aħna niġu inkuraġġiti biex ‘noffru rivista iktar antika jew kwalunkwe browxer li jittratta dwar l-interessi tal-persuna’ kull meta l-inkwilin diġà jkollu l-ktieb u ma jaċċettax l-offerta għal studju. Għala?
Browxers u rivisti iktar antiki jikkunsidraw varjetà taʼ suġġetti f’waqthom. Xi ħaġa f’waħda minn dawn il-pubblikazzjonijiet għandha mnejn tmiss il-qalb tal-inkwilin. Għalhekk, meta tkun qed tlesti l-basket għall-ippritkar, inkludi diversi browxers u ħarġiet iktar antiki differenti. Jekk m’għandekx rivisti iktar antiki, forsi tistaʼ tikseb xi ftit mill-bank tal-letteratura. Imbagħad, jekk l-inkwilin diġà għandu l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? u ma jaċċettax studju tal-Bibbja, tistaʼ turih ftit mir-rivisti jew browxers li għandek u tistiednu jieħu dak li jinteressah. Wara dan, agħmel arranġamenti biex tmur lura ħalli tikkultiva l-interess tiegħu. Forsi eventwalment jinbeda studju tal-Bibbja.