LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/14 p. 3
  • Uża sew ir-rivisti antiki

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uża sew ir-rivisti antiki
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Materjal Simili
  • Uża r-Rivisti Tagħna bl-Aħjar Mod
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Uża r-Rivisti fil-Ministeru Tiegħek
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Ir-Rivisti Jħabbru s-Saltna
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • ‘Offri Rivista Iktar Antika jew Kwalunkwe Browxer li Jittratta Dwar l-Interessi tal-Persuna’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
Il-Ministeru tas-Saltna—2014
km 3/14 p. 3

Uża sew ir-​rivisti antiki

Ladarba rivisti antiki ma jkunu taʼ ġid għal ħadd jekk ikunu maħżunin jew mormijin, għandna nipprovaw inħalluhom man-​nies. Rivista waħda tistaʼ tqanqal l-​interess taʼ dak li jkun fil-​verità u tqanqlu jibda jsejjaħ isem Ġeħova. (Rum. 10:13, 14) Dawn li ġejjin huma xi suġġerimenti għal dak li nistgħu nagħmlu biex nużaw sew ir-​rivisti antiki.

  • Meta tkun qed tipprietka f’territorji li ma jinħadmux spiss, forsi tistaʼ tħalli rivista, f’post fejn ma jidhirx, fi djar fejn ma ssibx nies.

  • Meta tkun qed tieħu sehem fl-​għoti taʼ xhieda lill-​pubbliku u tara li hemm nies jistennew, bħal pereżempju għal tal-​linja, saqsi lill-​individwi jekk jixtiqux xi ħaġa x’jaqraw. Urihom diversi ħarġiet antiki tar-​rivisti, u ħallihom jagħżlu xi jridu.

  • Meta żżur xi djar tal-​anzjani, ċentri tas-​saħħa, jew postijiet simili li huma fit-​territorju tal-​kongregazzjoni tiegħek, ħalli ftit ħarġiet antiki fil-​waiting room. Is-​soltu jkun aħjar jekk l-​ewwel titlob permess mingħand il-​persuna li qed tieħu ħsieb, jekk din tkun preżenti. Jekk tara li diġà hemm xi rivisti, tħallix iktar.

  • Meta tkun qed tipprepara għaż-​żjajjar lura, ikkunsidra x’jinteressa lil kull individwu li beħsiebek iżżur. Għandu familja? Iħobb jivvjaġġa? Iħobb jistad? Ittawwal f’ħarġiet antiki tar-​rivisti biex tara jekk hemmx xi artiklu li għandu mnejn jieħu pjaċir jaqrah, u urihulu meta żżuru.

  • Meta fl-​aħħar terġaʼ ssib id-​dar lil xi ħadd li kien wera interess wara li tkun mort lura diversi drabi, urih ftit mir-​rivisti antiki li jkunu ħarġu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja