Eżempji taʼ preżentazzjonijiet
It-Torri tal-Għassa Settembru-Ottubru
“Ġieli ħsibt minn fejn oriġina l-isem Xhieda taʼ Ġeħova? [Agħti ċans għal tweġiba.] It-tweġiba tinsab fil-Bibbja, li fiha Alla juri l-isem personali tiegħu. [Aqra Salm 83:18.] Bħala Xhieda għal Ġeħova, aħna ngħidu lil kulħadd l-aħbar tajba dwaru u l-iskop tiegħu għall-art. Din il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa tikxef il-verità dwar ħafna ideat żbaljati dwarna.”
Stenbaħ! Settembru-Ottubru
“Konna qed nuru lin-nies artiklu li jiddiskuti l-ammont straordinarju taʼ informazzjoni li hemm fiċ-ċelluli tagħna. [Uri l-qoxra taʼ Stenbaħ!] Ħafna jemmnu li l-ħajja ġiet bl-evoluzzjoni, filwaqt li oħrajn iħossu li l-ħajja ġiet maħluqa. X’inhi l-opinjoni tiegħek? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tenfasizza skoperti dwar il-komplessità taċ-ċelluli tal-għaġeb, li qanqlu lil xi xjenzjati biex jitħassbu jekk il-ħajja ġietx iddisinjata minn Xi Ħadd.”