GĦIX BĦALA KRISTJAN
Manjieri tajbin ħdejn il-bibien
Il-Kristjani huma “spettaklu teatrali għad-dinja.” (1Ko 4:9) Għaldaqstant, m’għandniex nissorprendu ruħna li xi inkwilini joqogħdu għassa tagħna minn wara xi tieqa jew joqogħdu jissemmgħu minn wara l-bieb. Id-dar jistaʼ saħansitra jkollha kamera tas-sigurtà u mikrofonu li jippermettu lill-inkwilin josservana, jismagħna, u jirrekordjana. Hawnhekk se nsibu xi modi kif nuru manjieri tajbin meta nkunu ħdejn il-bibien.—2Ko 6:3.
• BL-IMĠIBA TIEGĦEK (Flp 1:27):
Irrispetta l-privatezza tal-inkwilin billi ma toqgħodx tittawwal għal ġod-dar. La għandek tiekol, la tixrob, la ċċempel u lanqas tibgħat xi messaġġ waqt li tkun wieqaf ħdejn il-bieb
• BID-DISKORS TIEGĦEK (Ef 4:29):
Waqt li tkun ħdejn il-bieb, tgħid xejn li ma tixtieqx li jismagħha l-inkwilin. Xi pubblikaturi saħansitra jippreferu ma jitkellmux bejniethom waqt li jkunu ħdejn il-bieb ħalli jkunu jistgħu jaħsbu dwar dak li se jgħidu