LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 31
  • X’għandi nkun naf dwar il-logħob elettroniku?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’għandi nkun naf dwar il-logħob elettroniku?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kwizz dwar il-​logħob elettroniku
  • It-​tajjeb
  • Il-​ħażin
  • Lura għar-​realtà
  • Għandi Nilgħab Logħob Elettroniku?
    Stenbaħ!—2008
  • Hemm Xi Riskji għal Dawk li Qed Jilagħbu?
    Stenbaħ!—2003
  • Id-Dinja li Dejjem Tinbidel tal-Logħob Elettroniku
    Stenbaħ!—2003
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 31
Tifel qed jilgħab logħba tal-kompjuter

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

X’għandi nkun naf dwar il-​logħob elettroniku?

  • Kwizz dwar il-​logħob elettroniku

  • It-​tajjeb

  • Il-​ħażin

  • Lura għar-​realtà

  • Dak li jgħidu dawk tamparek

Kwizz dwar il-​logħob elettroniku

Fl-​Istati Uniti, fejn il-​logħob elettroniku hu industrija li trendi bosta biljuni taʼ dollari . . .

  1. X’inhi l-​età medja taʼ dawk li jilagħbu l-​logħob elettroniku?

    1. 18

    2. 30

  2. Min l-​iktar jilgħab il-​logħob elettroniku, l-​irġiel jew in-​nisa?

    1. 55 fil-​mija rġiel; 45 fil-​mija nisa

    2. 15 fil-​mija rġiel; 85 fil-​mija nisa

  3. Minn dawn iż-​żewġ gruppi, min jilgħab dan il-​logħob ħafna iktar?

    1. Nisa minn 18-​il sena ’l fuq

    2. Subien minn 17-​il sena ’l isfel

Tweġibiet (minn informazzjoni miġbura fl-​2013):

  1. B. 30.

  2. A. 45 fil-​mija huma nisa​—kważi n-​nofs taʼ dawk kollha li jilagħbu.

  3. A. 31 fil-​mija huma nisa minn 18-​il sena ’l fuq, waqt li 19 fil-​mija huma subien minn 17-​il sena ’l isfel.

Dawn l-​istatistiki jistgħu jagħtuk idea taʼ min qed jilgħab. Imma ma jgħidulekx x’inhu l-​effett​—tajjeb jew ħażin​—li dan il-​logħob jistaʼ jħalli fuqek.

It-​tajjeb

Minn dawn l-​istqarrijiet dwar il-​logħob elettroniku, maʼ liema taqbel?

  • “Hu mod sabiħ kif tingħaqad mal-​familja u l-​ħbieb.”—Irene.

  • “Hu mod tajjeb kif taħrab mir-​realtà.”—Annette.

  • “Jgħinek tkun ħafif, b’riflessi tajbin.”—Christopher.

  • “Jgħinek tiżviluppa l-​abbiltà taʼ kif issolvi l-​problemi.”—Amy.

  • “Iġiegħlek tħaddem moħħok; taħseb, tippjana, u tagħmel strateġiji.”—Anthony.

  • “Xi logħob iħeġġek taħdem bħala team mal-​ħbieb.”—Thomas.

  • “Xi logħob jgħinek tagħmel l-​eżerċizzju u tibqaʼ f’saħħtek.”—Jael.

Taqbel maʼ xi ftit minn dawn l-​istqarrijiet—jew saħansitra maʼ kollha kemm huma? Il-​logħob tal-​kompjuter jistaʼ jkollu benefiċċji kemm mentali kif ukoll fiżiku. Anki jekk xi logħob hu biss mod kif tgħaddi l-​ħin, u—kif tpoġġiha Annette—“mod tajjeb kif taħrab mir-​realtà,” dan mhux dejjem ikun ħażin.

● Il-​Bibbja tgħid li “kull ħaġa taħt is-​smewwiet għandha waqtha,” inkluż ir-​rikreazzjoni.—Ekkleżjasti 3:1-​4.

Il-​ħażin

Il-​logħob elettroniku qiegħed jiħodlok ħafna mill-​ħin tiegħek?

“Ladarba nibda nilgħab, insibha diffiċli biex nieqaf. Noqgħod ngħid lili nnifsi, ‘Ftit ieħor biss!’ F’kemm ilni ngħidlek, il-​ħin ikun tar u nkun qattajt wisq ħin quddiem l-​iskrin!”—Annette.

“Il-​logħob tal-​kompjuter jistaʼ jaħlilek xebaʼ ħin. Toqgħod bilqiegħda għal sigħat sħaħ u mbagħad tħossok li għamilt xi ħaġa kbira għax irbaħt ħames logħbiet, imma fil-​verità ma tkun għamilt assolutament xejn.”—Serena.

Tifel bilqiegħda fuq is-sodda jilgħab logħba tal-kompjuter

Il-​konklużjoni: Jekk titlef il-​flus, forsi tistaʼ ġġibhom lura, imma ma nistgħux ngħidu l-​istess għall-​ħin. Mela, f’ċertu sens, il-​ħin jiswa iktar mill-​flus. Għalhekk, tħalli xejn jisraqlek il-​ħin!

● Il-​Bibbja tgħid: “Ibqgħu mexjin bl-​għerf . . . , u użaw il-​ħin bl-​aħjar mod.”—Kolossin 4:5.

Qiegħed il-​logħob elettroniku jeffettwalek il-​mod kif taħseb?

“F’logħob elettroniku ‘jsiru’ atti kriminali mingħajr ħsieb taʼ xejn. Imma li kieku dawn isiru fir-​realtà, il-​kastig tagħhom ikun il-​ħabs jew il-​mewt.”—Seth.

“Ħafna logħob jinvolvi li tiġġieled kontra l-​għedewwa tiegħek biex tirbaħ. Spiss, dan ifisser li toqtolhom b’mod makabru.”—Annette.

“Kultant, waqt li tkun qed tilgħab, lanqas temmen dak li tibda tgħid lil sħabek—kliem bħal ‘Mut!’ jew ‘Ħa noqtlok!’”—Nathan.

Il-​konklużjoni: Evita logħob li jinkuraġġixxi affarijiet li Alla jobgħod, inkluż il-​vjolenza, l-​immoralità sesswali, u l-​ispiritiżmu.—Galatin 5:19-​21; Efesin 5:10; 1 Ġwanni 2:15, 16.

● Il-​Bibbja tgħid li Ġeħova jobgħod lil “kulmin iħobb il-​vjolenza”—mhux biss lil min jagħmilha. (Salm 11:5) Anki jekk l-​għażla tal-​logħob elettroniku tiegħek ma turix it-​tip taʼ persuna li int se ssir, din tistaʼ tgħid xi ħaġa dwar it-​tip taʼ persuna li int diġà.

Aħseb dwar dan: Il-​ktieb Getting to Calm jgħid: “Logħob vjolenti x’aktarx ikollu effett ikbar fuq l-​imġiba taʼ dak li jkun milli jkollu t-​televixin, għax it-​tfal ma jkunux biss qed jaraw l-​eroj qattiel u feroċi—imma huma nfushom ikunu l-​eroj. Meta tilgħab tkun qed titgħallem xi ħaġa, allura l-​logħob vjolenti se jgħallmek tkun vjolenti.”—Qabbel Isaija 2:4.

Lura għar-​realtà

Ħafna żgħażagħ tgħallmu jkunu bilanċjati meta jilagħbu l-​logħob elettroniku. Ikkunsidra żewġ eżempji.

“Kont nibqaʼ nilgħab sa tard billejl, billi kont ngħid bejni u bejn ruħi: ‘Ħames sigħat taʼ rqad biżżejjed għalija! Niflaħ nilgħab ftit ieħor.’ Imma issa tgħallimt inżomm il-​logħob tal-​kompjuter fil-​post xieraq tiegħu. Issa nħares lejh bħala passatemp sabiħ u kultant ngħaddi siegħa żmien nilgħab logħba. Imma kollox irid isir bil-​moderazzjoni.”—Joseph.

“Naqqast il-​ħin li nqattaʼ nilgħab u b’hekk qed inlaħħaq nagħmel ħafna iktar affarijiet! Irnexxieli ntejjeb il-​ministeru tiegħi, ngħin lil oħrajn fil-​kongregazzjoni, u barra minn hekk tgħallimt indoqq strument mużikali. Hemm ħafna affarijiet x’tistaʼ tagħmel!”—David.

● Il-​Bibbja tgħid li rġiel u nisa maturi huma ‘moderati fi drawwiethom.’ (1 Timotju 3:2, 11) Huma jieħdu pjaċir jiddevertu imma jafu meta għandhom jieqfu u huma kapaċi jikkontrollaw lilhom infushom.—Efesin 5:10.

Il-​konklużjoni: Li tilgħab logħob elettroniku jistaʼ jkun mod tajjeb kif tiddeverti jekk dan iżżommu fil-​post xieraq tiegħu. Imma tħallix il-​logħob jikkontrollalek il-​ħin tiegħek jew iġiegħlek ma tibqax iffokat fuq l-​affarijiet importanti tal-​ħajja. Fil-​fatt, minflok ma tiffoka żżejjed fuq li tipprova tilħaq mira f’xi logħba, ma taħsibx li jkun aħjar li l-​isforzi tiegħek tinvestihom f’li tilħaq miri li jwassluk biex tkun rebbieħ fil-​ħajja vera?

DAK LI JGĦIDU DAWK TAMPAREK

Madison

“Jekk il-​logħob iżżommu fil-​kamra tas-​sodda tiegħek u ma tistax tikkontrolla kemm iddum tilgħab, poġġih xi mkien ieħor! Huwa faċli li tgħid li se tieqaf tilgħab wara ċertu ammont taʼ ħin, imma jekk dan ikun fil-​kamra tas-​sodda tiegħek, x’aktarx li se tibqaʼ tilgħab il-​lejl kollu.”—Madison.

Corbin

“Li tgħid li se tieqaf tilgħab 10 jew 20 minuta oħra qatt ma jaħdem. Xi kultant trid tqum, titfi l-​logħba, u ssib xi ħaġa oħra x’tagħmel. Anzi, għax ma tiqafx tilgħab dan il-​logħob għalkollox għal ftit jiem u minflok tagħmel xi ħaġa li ġġiegħlek tiċċaqlaq, bħal basketball jew tagħmel xi eżerċizzju?—Corbin.

Alexandria

“Jekk qed tibqaʼ mqajjem tilgħab xi logħba sas-​1.00 taʼ filgħodu jew iktar, mela din qed tikkontrollak sal-​punt li hi tgħidlek meta għandek tmur torqod. Dan mhux tajjeb għal saħħtek u mhux worth it li l-​ġurnata taʼ wara tqum għajjiena mejta.”—Alexandria.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja