2 Slaten
20 Dak iż-żmien Ħeżekija marad u kien qed imut.+ Għaldaqstant, il-profeta Isaija+ bin Għamoż daħal ħdejh u qallu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Agħti ordnijiet lil taʼ darek,+ għax m’intix se ddum ħaj; dalwaqt tmut.’”+ 2 Għalhekk, dar wiċċu mal-ħajt+ u beda jitlob lil Ġeħova+ u jgħid: 3 “Nissupplikak,* O Ġeħova, ftakar,+ jekk jogħġbok, kif jien imxejt+ quddiemek bil-verità+ u b’qalb sħiħa,+ u għamilt dak li hu tajjeb f’għajnejk.”+ U Ħeżekija beka fuq li beka.+
4 U ġara li lanqas laħaq ħareġ fil-bitħa tan-nofs li ma ġietx għand Isaija kelmet Ġeħova+ tgħid: 5 “Erġaʼ lura u għid lil Ħeżekija l-mexxej+ tal-poplu tiegħi, ‘Hekk qal Ġeħova l-Alla+ taʼ David missierek: “Jien smajt+ it-talba tiegħek.+ Rajt id-dmugħ tiegħek.+ Ara, se nfejqek.+ Fit-tielet jum se titlaʼ fid-dar taʼ Ġeħova.+ 6 U nżidlek ħmistax-il sena oħra maʼ ħajtek, u lilek u lil din il-belt neħliskom minn idejn is-sultan taʼ l-Assirja, u niddefendi+ lil din il-belt minħabba fija stess u minħabba David il-qaddej tiegħi.”’”+
7 U Isaija żied jgħid: “Ġibu ċappa tin niexef u pressat.”+ Għalhekk, ġabuha u qegħduhielu fuq il-musmar,+ u wara dan hu fieq.+
8 Sadanittant, Ħeżekija kien qal lil Isaija: “X’inhu s-sinjal+ li juri li Ġeħova se jfejjaqni u li fit-tielet jum se nitlaʼ fid-dar taʼ Ġeħova?” 9 Għal dan, Isaija qal: “Dan hu s-sinjal+ mingħand Ġeħova li Ġeħova se jwettaq il-kelma li qal: Trid li d-dell jimxi għaxar tarġiet ’il quddiem jew għaxra lura?” 10 U Ħeżekija qal: “Ħaġa ħafifa li d-dell jitwal għaxar tarġiet, imma mhux li d-dell imur għaxar tarġiet lura.”+ 11 U l-profeta Isaija beda jsejjaħ lil Ġeħova; u d-dell li kien niżel mexxieh lura bil-mod il-mod fuq it-taraġ, jiġifieri, fuq it-taraġ t’Aħaż, għaxar tarġiet lura.+
12 Dak iż-żmien Berodak-baladan+ bin Baladan is-sultan taʼ Babilonja+ bagħat xi ittri+ u rigal lil Ħeżekija għax kien semaʼ li Ħeżekija kien marad. 13 U Ħeżekija semaʼ mill-irġiel u wriehom kulma kien hemm fid-dar tat-teżor tiegħu,+ il-fidda u d-deheb+ u ż-żejt tal-balzmu+ u ż-żejt tajjeb u l-armerija tiegħu u kulma kien hemm fit-teżori tiegħu. Ma kien hemm xejn f’daru u fid-dominju kollu tiegħu li Ħeżekija ma wrihulhomx.+
14 Imbagħad il-profeta Isaija mar għand is-Sultan Ħeżekija u qallu:+ “X’qalu dawn l-irġiel u minfejn ġew għandek?”+ U Ħeżekija qallu: “Ġew minn art imbiegħda, minn Babilonja.” 15 U kompla jgħidlu: “X’raw mid-dar tiegħek?” U Ħeżekija qal: “Kulma hawn f’dari rawh. Ma kien hemm xejn li ma wrejthomx mit-teżori tiegħi.”+
16 Imbagħad Isaija qal lil Ħeżekija: “Ismaʼ l-kelma taʼ Ġeħova,+ 17 ‘“Ara! Għad jiġu jiem meta kulma hu f’darek+ u kulma ħażnu missirijietek sa llum se jinġarr lejn Babilonja.+ Xejn ma jitħalla,”+ qal Ġeħova. 18 “U xi wħud minn uliedek stess, li se joħorġu minnek u li int se ssir missierhom, se jittieħdu+ u jsiru uffiċjali+ tal-palazz fil-palazz tas-sultan taʼ Babilonja.”’”+
19 Għal dan, Ħeżekija qal lil Isaija: “Il-kelma taʼ Ġeħova li għedt hi tajba.”+ U żied jgħid: “Mhux hekk hu, ladarba l-paċi u l-verità+ se jkomplu fi żmieni?”+
20 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ħeżekija u l-atti setgħanin kollha tiegħu u kif għamel l-għadira+ u l-kanal+ u mbagħad ġab l-ilma fil-belt, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? 21 Fl-aħħar, Ħeżekija mtedd maʼ missirijietu;+ u ibnu Manasse beda jsaltan minfloku.+