Isaija
32 Ara! Sultan+ se jsaltan għas-sewwa;+ u prinċpijiet+ se jaħkmu għall-ġustizzja. 2 U kull wieħed ikun bħal post taʼ kenn mir-riħ u lqugħ mill-maltempata tax-xita,+ bħal nixxigħat taʼ l-ilma f’art bla ilma,+ bħad-dell taʼ blata kbira f’art niexfa.+
3 U għajnejn dawk li jaraw m’humiex se jkunu mwaħħlin flimkien, u widnejn dawk li qed jisimgħu se joqogħdu attenti.+ 4 U qalb dawk li jgħaġġlu żżejjed se tikkunsidra l-għarfien,+ u saħansitra lsien dawk li jtemtmu se jkun ħafif biex jitkellem affarijiet ċari.+ 5 Il-bniedem bla sens mhux se jissejjaħ iktar ġeneruż; u l-bniedem taʼ bla prinċipji mhux se jissejjaħ nobbli;+ 6 għax min hu bla sens se jitkellem affarijiet bla sens,+ u qalbu tfassal il-ħsara,+ biex jipprattika l-apostasija+ u biex jgħid il-gideb kontra Ġeħova, biex iħalli ruħ min hu bil-ġuħ vojta,+ u ma jagħtix x’jixrob lil min hu bil-għatx. 7 U inkwantu għal dak li m’għandux prinċipji, il-metodi tiegħu huma ħżiena;+ hu ta parir favur atti taʼ kondotta laxka,+ biex ikisser lil dawk li qed isofru minħabba kliem falz,+ saħansitra meta xi ħadd fqir ikun qed jgħid dak li hu sewwa.
8 Imma l-ġeneruż ta parir favur il-ġenerożità; u se jibqaʼ jkun favur il-ġenerożità.+
9 “Intom in-nisa b’moħħkom mistrieħ, qumu, isimgħu minn leħni!+ Intom il-bniet li ma tinkwetaw fuq xejn, agħtu widen għal dak li qed ngħid! 10 Fi żmien sena u ftit jiem intom li ma tinkwetaw fuq xejn se tinkwetaw,+ għax il-ġbir taʼ l-għeneb se jkun spiċċa imma ma jkun daħal l-ebda frott miġbur.+ 11 Triegħdu, ja nisa b’moħħkom mistrieħ! Inkwetaw, intom li ma tinkwetaw fuq xejn! Inżgħu u nkixfu, u ħażżmu ġenbejkom bl-ilbies taʼ l-ixkora.+ 12 Ħabbtu fuq sidirkom b’tinwiħ+ għall-għelieqi sbieħ,+ għad-dielja li tagħti l-frott. 13 Fuq l-art tal-poplu tiegħi hemm biss xewk, telgħu siġar iniggżu,+ għax dawn telgħu mad-djar kollha li darba kienu mimlijin ferħ, iva, il-belt ferħana ferm.+ 14 Għax it-torri li kien mgħammar tħalla vojt,+ l-għagħa tal-belt ġiet abbandunata. Għofel+ u t-torri taʼ l-għassa saru rabaʼ għeri, għal żmien indefinit post li jifirħu bih iż-żebri, il-mergħa taʼ l-imrieħel; 15 sakemm jitferraʼ fuqna l-ispirtu mill-għoli,+ u x-xagħri jkun sar ġnien tal-frott, u l-ġnien tal-frott jitqies bħala foresta vera.+
16 “U fix-xagħri se tgħammar il-ġustizzja, u fil-ġnien tal-frott joqgħod is-sewwa.+ 17 U x-xogħol tas-sewwa veru jkun paċi;+ u s-servizz tas-sewwa veru, kwiet u sigurtà għal żmien indefinit.+ 18 U l-poplu tiegħi jgħammar f’postijiet taʼ paċi u f’residenzi mimlijin sigurtà u f’postijiet taʼ mistrieħ bla xkiel.+ 19 U meta taqaʼ l-foresta jinżel is-silġ+ u l-belt titbaxxa għalkollox.+
20 “Henjin intom li qed tiżirgħu ż-żerriegħa ħdejn l-ilmijiet kollha,+ u li titilqu saqajn il-barri u l-ħmar.”+