Isaija
8 U Ġeħova qalli: “Ħu tavla+ kbira u ikteb fuqha b’pinna tat-tinqix komuni, ‘Maħer-salal-ħas-baż.’* 2 U ħalli jikkonfermawli+ dan xhieda leali,+ Urija l-qassis+ u Żakkarija bin Ġeberekija.”
3 Imbagħad ersaqt lejn il-profetessa, u hi ħarġet tqila u maż-żmien wildet iben.+ Ġeħova mbagħad qalli: “Semmih Maħer-salal-ħas-baż, 4 għax qabel it-tifel ikun jaf isejjaħ,+ ‘Missieri!’ u ‘Ommi!’ ir-riżorsi taʼ Damasku u l-priża tas-Samarija se jitkaxkru quddiem is-sultan taʼ l-Assirja.”+
5 U Ġeħova kompla jkellimni, u qalli: 6 “Minħabba li dan il-poplu rrifjuta+ l-ilmijiet taʼ Silogħa*+ li jgelglu bil-mod u minflok jifraħ+ b’Resin u bin Remalija;+ 7 minħabba f’hekk, ara, Ġeħova se jġib kontrihom+ l-ilmijiet setgħanin u kotrana tax-Xmara,+ is-sultan taʼ l-Assirja+ u l-glorja kollha tiegħu.+ U hu jfawwar in-nixxigħat kollha tiegħu u jaqbeż ix-xtut kollha tiegħu 8 u jibqaʼ jiġri minn ġo Ġuda. Jgħarraq u jibqaʼ għaddej.+ Jilħaq sa l-għonq.+ U l-firxa taʼ ġwinħajh+ timla l-wisaʼ taʼ pajjiżek, O Emmanuwel!”*+
9 Agħmlu l-ħsara, O popli, imma se titfarrku biċċiet; u agħtu widen, intom ilkoll f’partijiet imbegħdin taʼ l-art!+ Tħażżmu,+ imma se titfarrku biċċiet!+ Tħażżmu, imma se titfarrku biċċiet! 10 Fasslu pjan, u se jisfaxxa!+ Lissnu kelma, u mhix se treġi, għax magħna hu Alla!*+ 11 Għax l-id b’saħħitha taʼ Ġeħova kienet fuqi u, sabiex idawwarni milli nimxi fit-triq taʼ dan il-poplu, qalli: 12 “M’għandkomx tgħidu, ‘Konfoffa!’ kulmeta dan il-poplu jgħid, ‘Konfoffa!’+ u m’għandkomx tibżgħu minn dak li jibżgħu huma, u lanqas m’għandkom titkexkxu minħabba fih.+ 13 Huwa lil Ġeħova taʼ l-armati li għandkom tittrattaw bħala qaddis,+ u minnu għandkom tibżgħu,+ u għandu jkun hu li jġegħelkom titriegħdu.”+
14 U hu jsir bħala post sagru;+ imma jkun bħala ġebla biex wieħed jaħbat magħha u bħala blata taʼ tfixkil+ għaż-żewġt idjar taʼ Israel, bħala nasba u bħala nassa għall-abitanti taʼ Ġerusalemm.+ 15 U ħafna fosthom se jitfixklu u jaqgħu u jitkissru, u jidħlu f’nassa u jinqabdu.+
16 Gerbeb din ix-xiehda,+ issiġilla l-liġi fost id-dixxipli tiegħi!+ 17 U jien se nibqaʼ nistenna lil Ġeħova,+ li qed jaħbi wiċċu minn dar Ġakobb,+ u se nittama fih.+
18 Ara! Jien u l-ulied li tani Ġeħova,+ aħna bħal sinjali+ u bħal mirakli f’Israel mingħand Ġeħova taʼ l-armati, li qed jgħammar fuq il-Muntanja Sijon.+
19 U jekk jgħidulkom: “Staqsu lill-medji taʼ l-ispirti+ jew lil dawk bi spirtu taʼ tbassir li qed ifesfsu+ u jitkellmu minn taħt l-ilsien,” m’huwiex lil Alla tiegħu li poplu għandu jistaqsi?+ Għandhom persuni mejtin jiġu mistoqsijin għan-nom taʼ persuni ħajjin?+ 20 Staqsu l-liġi u x-xiehda!+
Żgur li se jkomplu jitkellmu skond dan il-kliem+ imma ma se jkollhom l-ebda dawl taż-żerniq.+ 21 U kull wieħed se jgħaddi mill-pajjiż mikdud u bil-ġuħ;+ u minħabba li jkun bil-ġuħ u mbaqbaq, hu se jisħet lis-sultan tiegħu u lil Alla tiegħu+ u jħares ’il fuq. 22 U jħares lejn l-art, u jara niket u dlam,+ oskurità, żminijiet diffiċli u swidija bla ebda dija.+