Luqa
4 Issa Ġesù, mimli bl-ispirtu qaddis, telaq mill-Ġordan u ttieħed mill-ispirtu fix-xagħri+ 2 għal erbgħin jum,+ u ġie ttantat+ mix-Xitan. Iktar minn hekk, ma kiel xejn f’dawk il-jiem, u għalhekk, meta spiċċaw, qabdu l-ġuħ. 3 Għal dan, ix-Xitan qallu: “Jekk int bin Alla, għid lil din il-ġebla ssir ħobża.” 4 Imma Ġesù wieġbu: “Hu miktub, ‘Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix.’”+
5 Imbagħad tellgħu u wrieh is-saltniet kollha taʼ l-art abitata f’ħakka t’għajn; 6 u x-Xitan qallu: “Nagħtik l-awtorità+ fuq dawn kollha, u l-glorja tagħhom, għax ngħatat lili, u jien nagħtiha lil min irrid.+ 7 Għalhekk, jekk tagħmel att taʼ qima+ quddiemi, kollha tkun tiegħek.” 8 Ġesù wieġeb u qallu: “Hu miktub, ‘Qim lil Ġeħova Alla tiegħek,+ u lilu biss agħti servizz sagru.’”+
9 Issa ħadu Ġerusalemm u tellgħu fuq l-ogħla ħajt+ tat-tempju u qallu: “Jekk int bin Alla, inxteħet minn hawn għal isfel;+ 10 għax hu miktub, ‘Hu jagħti kmand dwarek lill-anġli tiegħu biex iħarsuk,’+ 11 u, ‘Huma jġorruk fuq idejhom, biex ma taħbatx sieqek maʼ xi ġebla.’”+ 12 Ġesù wieġeb u qallu: “Jingħad, ‘Tgħaddix lil Ġeħova Alla tiegħek minn prova.’”+ 13 Għalhekk, meta temm it-tentazzjoni kollha, ix-Xitan telaq minn ħdejh sakemm isib ħin konvenjenti ieħor.+
14 Issa Ġesù mar lura l-Galilija+ bil-qawwa taʼ l-ispirtu. U maʼ dawk l-inħawi kollha xtered kliem sabiħ dwaru.+ 15 Ukoll, beda jgħallem fis-sinagogi tagħhom, onorat minn kulħadd.+
16 U ġie Nazaret,+ fejn kien trabba; u, kif kien imdorri jagħmel f’jum is-Sabat,* daħal fis-sinagoga+ u qam bil-wieqfa biex jaqra. 17 Għalhekk, newlulu r-romblu tal-profeta Isaija, u fetaħ ir-romblu u sab fejn kien hemm miktub: 18 “L-ispirtu+ taʼ Ġeħova qiegħed fuqi, għax Hu dilikni biex inxandar aħbar tajba lill-foqra, bagħatni nippriedka l-ħelsien lill-imjassrin u l-għoti tad-dawl lill-għomja, biex neħles lill-imgħakksin,+ 19 biex nippriedka s-sena aċċettabbli+ mingħand Ġeħova.” 20 Imbagħad gerbeb ir-romblu, newlu lura lill-qaddej u qagħad bil-qiegħda; u fis-sinagoga kulħadd kien b’għajnejh imsammrin fuqu. 21 U beda jgħidilhom: “Illum twettqet+ din l-iskrittura li għadkom kemm smajtu.”
22 U huma lkoll bdew jagħtu xiehda favorevoli dwaru u jistagħġbu bil-kliem ħelu+ li ħareġ minn fommu, u bdew jgħidu: “Dan mhux bin Ġużeppi?”+ 23 Għal dan, qalilhom: “Bla dubju tapplikaw din it-tixbiha għalija, ‘Tabib,+ fejjaq lilek innifsek. Dak+ li smajna li ġara f’Kafarnahum+ agħmlu wkoll hawnhekk f’pajjiżek.’”+ 24 Iżda qalilhom: “Tassew ngħidilkom li ebda profeta m’hu aċċettat f’pajjiżu. 25 Per eżempju, ngħidilkom il-verità, Kien hemm ħafna romol f’Israel fi żmien Elija, meta s-sema ngħalaq tliet snin u sitt xhur u waqaʼ ġuħ kbir fuq l-art kollha,+ 26 imma Elija ma ntbagħat għand ħadd minnhom ħlief għand armla f’Sarefat+ fl-art taʼ Sidon. 27 Ukoll, kien hemm ħafna mġiddmin f’Israel fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mnaddaf, ħlief Nagħman is-Sirjan.”+ 28 Issa kulmin kien fis-sinagoga u semaʼ dan imtela bir-rabja;+ 29 u qamu u ħarġuh barra l-belt, u ħaduh f’xifer il-muntanja, li belthom kienet mibnija fuqha, sabiex jitfgħuh minn hemmhekk għal isfel.+ 30 Imma hu għadda minn ġo nofshom u baqaʼ sejjer.+
31 U niżel Kafarnahum,+ belt tal-Galilija. U beda jgħallimhom f’jum is-Sabat; 32 u stagħġbu bil-mod kif għallimhom,+ għax kien jitkellem b’awtorità.+ 33 Issa fis-sinagoga kien hemm raġel li fih kellu spirtu,+ demonju mhux nadif, u għajjat b’leħen għoli: 34 “Ah! X’għandna x’naqsmu miegħek,+ Ġesù n-Nazzarenu?+ Ġejt biex teqridna? Jien naf+ eżatt min int, il-Qaddis t’Alla.”+ 35 Imma Ġesù ċanfru u qallu: “Iskot, u oħroġ minnu.” Għalhekk, wara li tefaʼ lir-raġel maʼ l-art f’nofshom, id-demonju ħareġ minnu bla ma weġġgħu.+ 36 Għal dan, kulħadd baqaʼ mistagħġeb, u bdew jgħidu lil xulxin: “Dan xi kliem hu? Għax jordna b’awtorità u b’qawwa lill-ispirti mhux nodfa u dawn joħorġu!”+ 37 U l-aħbar dwaru baqgħet tixtered f’kull rokna taʼ dawk l-inħawi.+
38 Wara li qam u ħareġ mis-sinagoga daħal id-dar taʼ Xmun. Issa l-kunjata taʼ Xmun kienet maħkuma minn deni qawwi, u talbuh jgħinha.+ 39 Għalhekk, resaq fuqha u ċanfar lid-deni,+ u d-deni ħallieha. Minnufih hi qamet u bdiet taqdihom.+
40 Imbagħad x’ħin ix-xemx kienet nieżla, dawk kollha li kellhom nies morda b’mard differenti ġabuhomlu. U kien ifejjaqhom+ billi jqiegħed idejh fuq kull wieħed minnhom. 41 Ukoll, minn ħafna nies kienu joħorġu d-demonji,+ jgħajtu u jgħidu: “Int l-Iben+ t’Alla.” Imma kien iċanfarhom u ma jħallihomx jitkellmu,+ għax kienu jafu+ li hu l-Kristu.+
42 Madankollu, meta sebaħ, ħareġ u mar f’post imwarrab.+ Imma l-folol bdew ifittxuh kullimkien u waslu sal-post fejn kien, u pprovaw iżommuh biex ma jitilqilhomx. 43 Imma hu qalilhom: “Irrid inxandar l-aħbar tajba tas-saltna t’Alla lil bliet oħrajn ukoll, għax għal dan intbgħatt.”+ 44 Għaldaqstant, mar jippriedka fis-sinagogi tal-Lhudija.+