Salm
א [Alef]
2 Ferħanin huma dawk li jżommu mat-tfakkiriet tiegħu,
Li jfittxuh b’qalbhom kollha.
3 Huma ma jagħmlux affarijiet ħżiena,
Imma jagħmlu dak li jrid hu.
4 Int ikkmandajt lin-nies
Biex jobdu sew l-istruzzjonijiet tiegħek.
6 B’hekk ma jkollix għal xiex nistħi
Meta neżamina l-kmandamenti kollha tiegħek.
7 Hekk kif nitgħallem dwar il-ġudizzji ġusti tiegħek,
Jien infaħħrek b’qalb onesta.
8 Jien se nobdi r-regoli tiegħek.
Jalla qatt ma titlaqni għalkollox.
ב [Bet]
9 Kif jistaʼ żagħżugħ jagħmel dak li hu tajjeb?*
Billi joqgħod għassa u jagħmel dak li tgħid int.
10 Jien infittxek b’qalbi kollha.
Tħallinix nitbiegħed mill-kmandamenti tiegħek.
11 Jien inżomm dak li tgħid f’qalbi,
Ħalli ma nidnibx kontrik.
12 Jalla tiġi mfaħħar Ġeħova;
Għallimni r-regoli tiegħek.
13 Jien xandart id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek.
14 Jien nifraħ bit-tfakkiriet tiegħek
Iktar milli b’kull ħaġa taʼ valur oħra.
16 Jien inħobbhom ħafna l-liġijiet tiegħek.
Mhux se ninsa dak li tgħid.
ג [Gimel]
17 Ittrattani b’qalb tajba
Ħalli jien, il-qaddej tiegħek, ngħix u nobdi dak li tgħid.
18 Jekk jogħġbok, għinni nifhem sew
L-affarijiet mill-isbaħ li hemm fil-liġi tiegħek.
19 Inħossni qisni barrani fil-pajjiż.
Taħbix il-kmandamenti tiegħek minni.
20 Tant nixtieq inkun naf id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek li għajejt.*
21 Int tikkundanna lill-prużuntużi,
Lil dawk misħutin minħabba li tbiegħdu mill-kmandamenti tiegħek.
22 Tħallihomx ikomplu jobogħduni u juruni diżrispett,
Għax jien obdejt it-tfakkiriet tiegħek.
23 Anki meta l-mexxejja jiltaqgħu flimkien u jitkellmu kontrija,
Jien, il-qaddej tiegħek, naħseb sew* dwar ir-regoli tiegħek.
24 Jien inħobbhom it-tfakkiriet tiegħek,
Dawn huma bħal nies li jagħtuni l-pariri.
ד [Dalet]
25 Jien* mitfugħ mal-art fit-trab.
Żommni ħaj bħalma wegħedt.
26 Jien għedtlek x’għamilt u int wiġibtni.
Għallimni r-regoli tiegħek.
27 Għinni nifhem xi jfissru* l-kmandamenti tiegħek,
Ħalli nkun nistaʼ naħseb sew* dwar l-affarijiet mill-isbaħ li int għamilt.
28 Jien* ma nkunx nistaʼ norqod bid-dwejjaq li jkolli.
Saħħaħni bħalma wegħedt.
29 Għinni ħalli ma nsirx bniedem qarrieq,
U ħenn għalija billi tgħallimni l-liġi tiegħek.
30 Jien iddeċidejt li nkun leali lejk.
Jien naf li d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek huma tajbin.
31 Jien inżomm mat-tfakkiriet tiegħek.
Tħallinix niġi ddiżappuntat,* Ġeħova.
ה [Ħe]
33 Ġeħova, għallimni ngħix fi qbil mar-regoli tiegħek,
U jien nimxi magħhom sal-aħħar.
34 Għinni nifhem ħalli nobdi l-liġi tiegħek
U nżomm magħha b’qalbi kollha.
36 Għinni nsir inħobb it-tfakkiriet tiegħek,
U mhux ix-xewqat egoisti tiegħi.
37 Tħallinix inħares lejn dak li ma jiswa għal xejn;
Għinni nagħmel dak li trid int ħalli nibqaʼ ħaj.
39 Neħħili d-diżunur li tant nibżaʼ minnu,
Għax id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek huma tajbin.
40 Ara kemm nixtieq nobdi l-kmandamenti tiegħek.
Żommni ħaj għax int ġust.
ו [Waw]
42 Imbagħad inkun nistaʼ nwieġeb lil dak li jgħajjarni,
Għax jien nafda fil-kelma tiegħek.
44 Jien se nżomm mal-liġi tiegħek il-ħin kollu,
Għal dejjem taʼ dejjem.
46 Jien mhux se nistħi nitkellem dwar it-tfakkiriet tiegħek quddiem ir-rejiet.
47 Jien inħobbhom il-kmandamenti tiegħek,
Iva, inħobbhom ħafna.
48 Jien se nitlob b’idejja ’l fuq għax inħobb il-kmandamenti tiegħek.
Jien se naħseb sew* fuq ir-regoli tiegħek.
ז [Żajin]
50 Dan jgħinni nħossni aħjar meta nkun qed inbati,
Għax dak li tgħid int żammni ħaj.
51 Il-prużuntużi jwaqqgħuni għaċ-ċajt kemm jifilħu,
Imma jien ma nitbigħedx mil-liġi tiegħek.
52 Ġeħova, jien niftakar id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek taʼ żmien ilu,
U dawn jgħinuni nħossni aħjar.
53 Jien irrabjat ħafna minħabba l-ħżiena,
Li jitilqu l-liġi tiegħek.
55 Ġeħova, matul il-lejl jien niftakar ismek
Biex b’hekk inżomm mal-liġi tiegħek.
56 Din saret id-drawwa tiegħi
Għax obdejt l-istruzzjonijiet tiegħek.
ח [Ħet]
57 Ġeħova, int is-sehem tiegħi;
Jien wegħedtek li se nagħmel dak li tgħidli.
59 Jien eżaminajt kif kont qed ngħix
Biex nerġaʼ nobdi t-tfakkiriet tiegħek.
60 Jien mill-ewwel obdejt il-kmandamenti tiegħek,
Ma qgħadtx nitnikker.
61 Il-ħżiena jagħmluli n-nases,
Imma jien ma ninsihiex il-liġi tiegħek.
62 F’nofsillejl, jien inqum nirringrazzjak
Għall-ġudizzji ġusti tiegħek.
64 Ġeħova, l-imħabba u l-lealtà tiegħek jidhru mad-dinja kollha.
Għallimni r-regoli tiegħek.
ט [Tet]
65 Ġeħova, int ittrattajtni sew bħalma wegħedt.
66 Għallimni nkun għaqli u agħtini l-għarfien,
Għax jien fdajt fil-kmandamenti tiegħek.
67 Qabel, jien dnibt bi żball u batejt minħabba f’hekk.
Imma issa qed nobdi dak li tgħid.
68 Alla tiegħi, int tajjeb u dak li tagħmel hu tajjeb.
Għallimni r-regoli tiegħek.
69 Il-prużuntużi jigdbu ħafna dwari,
Imma jien nobdi l-istruzzjonijiet tiegħek b’qalbi kollha.
71 Ħabat tajjeb li batejt,
Għax b’hekk tgħallimt ir-regoli tiegħek.
72 Il-liġi li tajt hi taʼ benefiċċju għalija.
Hi ħafna aħjar minn ammont kbir taʼ deheb u fidda.
י [Jod]
73 Int għamiltni u fformajtni.
Għinni nifhem ħalli nkun nistaʼ nitgħallem il-kmandamenti tiegħek.
75 Ġeħova, jien naf li d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek huma ġusti
U li ddixxiplinajtni għax int leali.
76 Jalla tgħinni nħossni aħjar bl-imħabba u l-lealtà tiegħek.
Agħmel dan bħalma wegħedt* lili, il-qaddej tiegħek.
77 Ħenn għalija ħalli nibqaʼ ngħix,
Għax jien inħobbha l-liġi tiegħek.
Imma jien se nibqaʼ naħseb sew* fuq l-istruzzjonijiet tiegħek.
80 Jalla nobdi r-regoli tiegħek b’qalbi kollha
Biex ma niġix imġiegħel nistħi.
כ [Kaf]
82 Jien nistenna sakemm isir dak li int wegħedt
U nsaqsi: “Meta se tgħinni?”
83 Għax jien qisni flixkun tal-ġilda li nixef fid-duħħan,
Imma r-regoli tiegħek ma ninsihomx.
84 Kemm se ndum nistenna?
Meta se ġġib ġudizzju kontra dawk li qed jippersegwitawni?
85 Il-prużuntużi li jiksru l-liġi tiegħek
Għamluli l-ħofor biex naqaʼ fihom.
86 Il-kmandamenti kollha tiegħek huma taʼ min joqgħod fuqhom.
Jien qed niġi ppersegwitat għalxejn b’xejn; għinni!
87 Għal naqra ma qerdunix;
Imma jien m’abbandunajtx l-istruzzjonijiet tiegħek.
88 Żommni ħaj għax int turi mħabba u lealtà.
B’hekk inkun nistaʼ nżomm mat-tfakkiriet li tajtni.
ל [Lamed]
89 Ġeħova, dak li tgħid int se jibqaʼ għal dejjem bħas-sema.
90 Int tibqaʼ leali minn ġenerazzjoni għal oħra.
Int għamilt l-art soda, biex tibqaʼ teżisti.
91 Bis-saħħa tad-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek,
Il-ħolqien għadu jeżisti sal-lum,
Għax dan hu l-qaddej tiegħek.
92 Li kieku ma kontx inħobb il-liġi tiegħek,
Kont nispiċċa mmut minħabba t-tbatija tiegħi.
93 Jien qatt mhu se ninsa l-istruzzjonijiet tiegħek,
Għax permezz tagħhom żammejtni ħaj.
94 Jien tiegħek; salvani,
Għax qed nipprova nobdi l-istruzzjonijiet tiegħek.
95 Il-ħżiena qed jistennew biex jeqirduni,
Imma jien nimmedita fuq it-tfakkiriet tiegħek.
96 Rajt ħafna affarijiet perfetti,
Imma l-kmandamenti tiegħek huma aħjar minnhom.
מ [Mem]
97 Kemm inħobbha l-liġi tiegħek!
Il-ġurnata kollha naħseb sew* dwarha.
98 Il-kmandamenti tiegħek jagħmluni iktar għaref mill-għadu tiegħi,
Għax huma miegħi għal dejjem.
99 Jien għandi iktar għarfien mill-għalliema kollha tiegħi,
Għax naħseb sew* dwar it-tfakkiriet tiegħek.
100 Il-mod kif inġib ruħi juri li kapaċi nifhem iktar minn irġiel akbar,
Għax nobdi l-istruzzjonijiet tiegħek.
101 Jien mhu se nagħmel xejn li hu ħażin,
Ħalli nżomm maʼ kelmtek.
102 Jien ma nwarrabx mid-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek,
Għax int għallimtni.
103 Jien veru nieħu pjaċir b’dak li tgħid int,
Għalija hu iktar ħelu mill-għasel!
104 Bl-istruzzjonijiet tiegħek naġixxi b’mod li juri li kapaċi nifhem.
Għalhekk nobgħod kull ħaġa li hi ħażina.
נ [Nun]
105 Il-kelma tiegħek hi lampa li turini fejn għandi nimxi
U dawl għal triqti.
106 Jien ħlift li se nobdi l-liġijiet ġusti tiegħek,
U se nżomm kelmti.
107 Ġeħova, jien batejt ħafna.
Żommni ħaj bħalma wegħedt.
108 Ġeħova, jekk jogħġbok ħu pjaċir bit-tifħir li nagħti minn jeddi,*
U għallimni l-liġijiet tiegħek.
109 Ħajti hi fil-periklu l-ħin kollu,
Imma l-liġi tiegħek ma nsejthiex.
110 Il-ħżiena għamluli nassa,
Imma jien ma tbegħedtx mill-gwida tiegħek.
ס [Samek]
115 Żommu ’l bogħod minni, nies ħżiena,
Ħalli nkun nistaʼ nobdi l-kmandamenti tal-Alla tiegħi.
117 Appoġġani ħalli niġi salvat,
Imbagħad jien dejjem se niffoka fuq ir-regoli tiegħek.
118 Int warrabt lil dawk kollha li jitbiegħdu mir-regoli tiegħek,
Għax huma jigdbu u jqarrqu.
119 Int tarmi l-ħżiena tal-art bħallikieku żibel.
Għalhekk inħobb it-tfakkiriet tiegħek.
120 Jien nitriegħed għax nibżaʼ minnek;
Jien nibżaʼ mid-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek.
ע [Għajn]
121 Jien għamilt dak li hu ġust u sewwa.
Titlaqnix f’idejn dawk li jaħqruni!
122 Wiegħed li se tgħinni.
Jalla l-prużuntużi ma jaħqrunix.
123 Il-vista tiegħi marret lura tant kemm ilni nistenna li ssalvani
U li ssir il-wegħda* ġusta tiegħek.
124 Uri mħabba u lealtà miegħi, il-qaddej tiegħek,
U għallimni r-regoli tiegħek.
125 Jien il-qaddej tiegħek; għinni nkun kapaċi nifhem,
Ħalli nkun naf it-tfakkiriet tiegħek.
126 Ġeħova wasal iż-żmien biex int taġixxi,
Għax huma kisru l-liġi tiegħek.
128 Għalhekk, kull gwida mingħandek inqisha tajba;
Jien nobgħod kull ħaġa li hi ħażina.
פ [Pe]
129 It-tfakkiriet tiegħek huma tal-għaġeb.
Għalhekk nobdihom.*
130 Meta l-kliem tiegħek jiġi spjegat, in-nies jitgħallmu,
U dawk taʼ bla esperjenza jkunu kapaċi jifhmu.
131 Tant nixtieq nismaʼ l-kmandamenti tiegħek,
Li qtajt nifsi.
133 Iggwida* l-passi tiegħi b’dak li tgħid.
Tħalli xejn ħażin jikkontrollani.
136 Nieżel ħafna dmugħ minn għajnejja,
Għax in-nies ma jobdux il-liġi tiegħek.
צ [Sade]
137 Ġeħova, int ġust,
U d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek huma tajbin.
138 It-tfakkiriet li tagħti huma ġusti
U taʼ min joqgħod fuqhom.
139 Ix-xewqa li għandi biex nagħmel dak li trid int,
Hi bħal nar li jaqbad ġo fija,
Għax l-għedewwa tiegħi jinjoraw kliemek.
141 Jien ma niswa xejn għal oħrajn u niġi mmaqdar;
Minkejja dan, ma nsejtx l-istruzzjonijiet tiegħek.
142 Int dejjem tagħmel l-affarijiet bil-ġustizzja,
U l-liġi tiegħek hi verità.
143 Għalkemm ngħaddi minn tbatija u diffikultà,
Jien nibqaʼ nħobb il-kmandamenti tiegħek.
144 It-tfakkiriet tiegħek huma ġusti għal dejjem.
Għinni nkun kapaċi nifhem, ħalli nibqaʼ ngħix.
ק [Kof]
145 Jien nitolbok b’qalbi kollha. Wiġibni Ġeħova.
Jien se nobdi r-regoli tiegħek.
146 Jien ngħajjatlek għall-għajnuna; salvani!
Jien se nżomm mat-tfakkiriet tiegħek.
147 Jien qomt qabel ma sebaħ biex ngħajjat għall-għajnuna.
Għax nittama fil-kelma* tiegħek.
149 Ismagħni għax int turi mħabba u lealtà.
Ġeħova, żommni ħaj fi qbil mal-ġustizzja tiegħek.
151 Int qrib tiegħi, Ġeħova,
U l-kmandamenti kollha tiegħek huma veri.
152 Żmien twil ilu tgħallimt li t-tfakkiriet tiegħek għamilthom
Biex jibqgħu għal dejjem.
ר [Rex]
153 Ara kemm qed inbati u eħlisni,
Għax jien ma nsejthiex il-liġi tiegħek.
155 Is-salvazzjoni hi ’l bogħod mill-ħżiena,
Għax ma jridux jobdu r-regoli tiegħek.
156 Ġeħova, int ħanin ħafna.
Żommni ħaj fi qbil mal-ġustizzja tiegħek.
157 Hemm ħafna li jippersegwitawni u jiħduha kontrija;
Imma jien ma tbegħedtx mit-tfakkiriet tiegħek.
158 Jien inħares b’mibegħda lejn dawk li jqarrqu b’oħrajn,
Għax huma ma jobdux dak li tgħid int.
159 Ara kemm inħobbhom l-istruzzjonijiet tiegħek!
Ġeħova, żommni ħaj għax int turi mħabba u lealtà.
160 Dak kollu li tgħid hu veru,
U l-liġijiet ġusti tiegħek jibqgħu għal dejjem.
ש [Sin] jew [Xin]
161 Il-mexxejja ppersegwitawni għalxejn b’xejn,
Imma jien nirrispetta ħafna dak li tgħid int.
162 Jien nifraħ b’dak li tgħid
Bħal xi ħadd li jsib teżor.
163 Jien nobogħdu ħafna l-gideb.
Jien inħobbha l-liġi tiegħek.
164 Infaħħrek sebaʼ darbiet kuljum
Minħabba l-ġudizzji ġusti tiegħek.
165 Dawk li jħobbu l-liġi tiegħek se jkollhom ħafna paċi;
Xejn mhu se jfixkilhom.
166 Ġeħova, jien nittama fik għax int issalvani.
Jien nobdi l-kmandamenti tiegħek.
168 Jien nobdi l-istruzzjonijiet u t-tfakkiriet tiegħek,
Għax int taf kulma nagħmel.
ת [Taw]
169 Ġeħova, jalla tismagħni meta ngħajjatlek għall-għajnuna.
Għinni nifhem skont kelmtek.
170 Jalla tismagħni meta nitolbok bil-ħniena.
Salvani bħalma wegħedt.*
171 Jien se nfaħħrek il-ħin kollu,
Għax int tgħallimni r-regoli tiegħek.
172 Jien se nkanta dwar dak li tgħid int,
Għax il-kmandamenti tiegħek huma kollha ġusti.
173 Jalla tgħinni,
Għax jien għażilt li nobdi l-istruzzjonijiet tiegħek.
174 Ġeħova, jien nixtieq ħafna li ssalvani.
Inħobbha l-liġi tiegħek.
176 Jien, il-qaddej tiegħek, tbegħedt bħal nagħġa mitlufa.
Fittixni għax jien ma nsejthomx il-kmandamenti tiegħek.