LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 10/08 p. 30
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2008
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Logħob Vjolenti tal-​Kompjuter fil-​Knisja
  • Jinsterqu Identitajiet tat-​Tfal
  • Bombi Nukleari “Neqsin”
  • Ħamiem Jikkalkula t-​Tinġis
  • Hemm Xi Riskji għal Dawk li Qed Jilagħbu?
    Stenbaħ!—2003
  • Id-Dinja li Dejjem Tinbidel tal-Logħob Elettroniku
    Stenbaħ!—2003
  • Kont Taf?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Ħarsa Lejn Id-​Dinja
    Stenbaħ!—1999
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2008
g 10/08 p. 30

Ħarsa Lejn id-​Dinja

◼ Fl-​2007 xi 47 miljun Ċiniż bata minn nuqqas taʼ ilma għax-​xorb minħabba l-​agħar nixfa li kien hemm f’dawn l-​aħħar għaxar snin. Sadanittant, 42 miljun ġew effettwati minn uragani, u 180 miljun minn għargħar.—XINHUA NEWS AGENCY, IĊ-​ĊINA.

◼ “Fl-​2003, madwar id-​dinja, ġie stmat li tqala waħda minn kull ħamsa spiċċat f’abort. Fl-​Ewropa, il-​medja kienet taʼ kważi terz . . . [Fil-]pajjiżi taʼ dik li qabel kienet l-​Unjoni Sovjetika . . . huwa stmat li xi 45 fil-​mija minn dawk kollha li ħarġu tqal għamlu abort.”—BRITISH MEDICAL JOURNAL, IL-​BRITANNJA.

Logħob Vjolenti tal-​Kompjuter fil-​Knisja

“Mijiet taʼ ministri u saċerdoti li jinsabu ddisprati biex jinkuraġġixxu ż-​żgħażagħ jattendu fil-​kongregazzjonijiet tagħhom, ġew kritikati minħabba li użaw għodda mhux tas-​soltu biex jiġbduhom”—“logħba tal-​kompjuter popolari ħafna” imma “vjolenti” tirrapporta The New York Times. Dan it-​tip taʼ logħob huwa magħmul għall-​adulti. Min jilgħab, li jieħu l-​irwol taʼ suldat, irid joqtol b’diversi modi. Dan ma waqqafx lill-​organizzaturi taʼ diversi gruppi taż-​żgħażagħ Protestanti u evanġeliċi milli “jimlew iċ-​ċentri tagħhom b’magni tal-​logħob li fihom tistaʼ tilgħab iktar minn persuna waħda ħalli diversi żgħażagħ ikunu jistgħu jinġemgħu quddiem televixins kbar u jisparaw,” tgħid il-​gazzetta.

Jinsterqu Identitajiet tat-​Tfal

Għadd taʼ tfal li dejjem jikber qed tinsterqilhom l-​identità, u dan jistaʼ jagħmlilhom ħsara kbira fil-​futur meta jiġu biex jissellfu l-​flus u fir-​relazzjonijiet li jistaʼ jkollhom, jgħid The Wall Street Journal. Dawn l-​atti kriminali, li ġeneralment isiru minn membru tal-​familja, jistgħu jdumu għaxriet taʼ snin biex jinkixfu. “Ħafna nies lanqas jindunaw li xi ħadd kien qed juża l-​identità tagħhom illegalment . . . sakemm japplikaw għall-​ewwel xogħol tagħhom, għal-​liċenzji tas-​sewqan, jew biex jissellfu l-​flus ħalli jħallsu l-​istudji jew id-​dar,” tispjega l-​gazzetta. Xi wħud isiru jafu qabel jekk aġenzija li ssellef il-​flus tipprova tiġbor id-​dejn li jkun ġie akkumulat f’isem il-​vittma.

Bombi Nukleari “Neqsin”

Fit-​30 t’Awissu, 2007, l-​ajruplan militari Amerikan B-52, tar fuq l-​Istati Uniti għal tliet sigħat u nofs waqt li kien qed iġorr sitt missili armati li jitmexxew minn kompjuter u li “twaħħlu bi żball mal-​ġewnaħ taʼ l-​ajruplan,” tirrapporta The Washington Post. La l-​piloti li saqu l-​ajruplan u lanqas il-​membri taʼ l-​ekwipaġġ taʼ l-​art li armaw il-​missili ma nnotaw l-​iżball, li “ħaġa taʼ l-​iskantament baqaʼ ma ġiex innotat għal 36 siegħa,” tgħid il-​gazzetta. Skond xi rapporti, “l-​uffiċjali taʼ l-​avjazzjoni militari qalu li l-​bombi ma ġewx attivati u f’ebda ħin ma kienu taʼ theddida għall-​pubbliku.” Xorta waħda, wieħed kummentatur staqsa, “Kemm għandu jinkwetana dan?”

Ħamiem Jikkalkula t-​Tinġis

Studji li saru fuq il-​ħamiem tal-​belt taʼ Jaipur juru li dawn l-​għasafar jistgħu jintużaw biex jiġi kalkulat it-​tinġis taʼ belt, jgħidu r-​riċerkaturi taʼ l-​Università taʼ Raġastan, fit-​tramuntana taʼ l-​Indja. “Il-​metalli tqal li jinsabu fl-​ambjent fejn jgħixu, jidħlu fir-​rix, u jibqgħu [fir-rix] anki meta jaqgħalhom,” tispjega Gobar Times taʼ New Delhi, li toħroġ bħala suppliment tar-​rivista Down to Earth. Minħabba li normalment il-​ħamiem jibqaʼ jgħix fl-​istess post, il-​livelli tal-​kadmju, tal-​kromju, tar-​ram, u taċ-​ċomb li jinstab fir-​rix tiegħu jistaʼ jindika bir-​reqqa l-​ammont taʼ tinġis fil-​post.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja