Skeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-1997
ISTRUZZJONIJIET
Dawn li ġejjin se jkunu l-arranġamenti għall-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul l-1997.
KOTBA: In-New World Translation of the Holy Scriptures [bi12], Jehovah’s Witnesses—Proclaimers of God’s Kingdom [jv], “All Scripture Is Inspired of God and Beneficial” (Edizzjoni 1990) [si], Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem [kl-MT], u Insight on the Scriptures Vol. 1 [it-1] se jkunu l-bażi għall-inkarigi.
L-iskola għandha tibda FIL-ĦIN b’għanja, talba u rimarki taʼ merħba u mbagħad tkompli kif ġej:
INKARIGU NRU. 1: 15-il minuta. Dan irid isir minn anzjan jew qaddej ministerjali, u se jkun ibbażat fuq il-ktieb Jehovah’s Witnesses—Proclaimers of God’s Kingdom jew “All Scripture Is Inspired of God and Beneficial.” Meta bbażat fuq il-ktieb Proclaimers, dan l-inkarigu għandu jsir bħala taħdita taʼ istruzzjoni taʼ 15-il minuta mingħajr ebda reviżjoni orali; meta bbażat fuq il-ktieb “All Scripture,” għandu jsir bħala taħdita taʼ istruzzjoni taʼ minn 10 sa 12-il minuta segwita b’reviżjoni orali taʼ minn 3 sa 5 minuti, billi jiġu wżati l-mistoqsijiet stampati fil-ktieb. L-objettiv għandu jkun mhux biss li jiġi mgħoddi l-materjal imma li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq il-valur prattiku taʼ l-informazzjoni li tkun qiegħda tiġi diskussa, billi jintwera ċar x’se jkun taʼ l-iktar għajnuna għall-kongregazzjoni. Għandha tintuża t-tema murija. Il-kelliemi jistaʼ jikkummenta dwar stampi, ritratti, u tabelli misjubin fil-ktieb Proclaimers u jużahom bħala għajnuniet taʼ tagħlim.
L-aħwa rġiel li jingħataw din it-taħdita għandhom joqogħdu attenti biex iżommu mal-ħin mogħti lilhom. Jistaʼ jingħata parir fil-privat jekk hemm bżonn jew jekk jitlob il-kelliemi.
PUNTI PRINĊIPALI MILL-QARI TAL-BIBBJA: 6 minuti. Din għandha tingħata minn anzjan jew qaddej ministerjali li b’mod effettiv japplika l-materjal għall-bżonnijiet lokali. M’għandhiex tkun sempliċement reviżjoni tal-qari li kellu jsir. Tistaʼ tiġi inkluża reviżjoni taʼ bejn 30 u 60 sekonda li tiġbor fiha l-kapitli li kellhom jinqraw. L-objettiv prinċipali, madankollu, huwa li dak li jkun jgħin lill-udjenza tapprezza għala u kif l-informazzjoni hija taʼ valur għalina. L-istudenti mbagħad jintbagħtu lejn id-diversi klassijiet tagħhom mill-indokratur taʼ l-iskola.
INKARIGU NRU. 2: 5 minuti. Dan huwa qari mill-Bibbja tal-materjal mogħti li jrid jingħata minn ħu. Dan se japplika fl-iskola prinċipali kif ukoll fil-gruppi supplimentari. L-inkarigi tal-qari huma ġeneralment qosra biżżejjed biex l-istudent ikun jistaʼ jippreżenta xi informazzjoni qasira taʼ spjegazzjoni fir-rimarki tal-ftuħ u taʼ l-għeluq. Jistgħu jiġu inklużi l-isfond storiku, is-sinjifikat profetiku jew dottrinali, u l-applikar taʼ prinċipji. Għandhom jinqraw il-versi mogħtijin kollha mingħajr ebda waqfien. M’għandniex xi ngħidu, fejn il-versi li għandhom jinqraw m’humiex wara xulxin, l-istudent jistaʼ jsemmi l-vers fejn jitkompla l-qari.
INKARIGU NRU. 3: 5 minuti. Dan se jkun mogħti lil oħt. Is-suġġett taʼ din il-preżentazzjoni se jkun ibbażat fuq il-ktieb Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Is-setting jistaʼ jkun xiehda informali, żjara lura, jew studju tal-Bibbja fid-dar, u l-parteċipanti jistgħu joqogħdu bil-qiegħda jew bil-wieqfa. L-indokratur taʼ l-iskola se jkun interessat partikolarment fil-mod kif l-istudenta tgħin lill-inkwilina tirraġuna fuq u tifhem il-materjal u f’kif l-iskritturi jiġu applikati. L-istudenta li tiġi mogħtija din il-parti trid tkun taf taqra. L-indokratur taʼ l-iskola se jagħżel assistenta waħda, imma tistaʼ tintuża assistenta oħra. L-istudenta tistaʼ tagħżel hi jekk tqabbadx lill-inkwilina biex taqra ċerti paragrafi fil-ktieb. Huwa l-użu effettiv tal-materjal u mhux is-setting li għandu jingħata l-iktar konsiderazzjoni.
INKARIGU NRU. 4: 5 minuti. Dan se jkun mogħti lil ħu jew oħt. Se jkun ibbażat fuq karattru Bibliku. Għal kull inkarigu hemm imniżżlin fl-iskeda l-isem taʼ karattru Bibliku u tema. Informazzjoni dwar il-karattru Bibliku tistaʼ tinstab fl-Insight on the Scriptures, l-I Volum, taħt ismu bl-Ingliż. L-istudent għandu jistudja r-referenzi Skritturali fil-materjal sabiex ikollu stampa ċara tal-karattru Bibliku—il-ġrajjiet f’ħajtu, kif ukoll il-personalità, il-karatteristiċi, u l-attitudni tiegħu. Wara dan, l-istudent għandu jiżviluppa t-tema mogħtija għat-taħdita u jagħżel skritturi xierqa li għandhom jintużaw. Jistgħu jiġu inklużi skritturi oħrajn li jenfasizzaw prinċipji Bibliċi marbutin mat-tema. L-iskop tat-taħdita huwa li jiġi muri x’nistgħu nitgħallmu mill-karattru Bibliku li qiegħed jiġi kkunsidrat. Atti taʼ fedeltà, kuraġġ, umiltà, u nuqqas taʼ egoiżmu jipprovdu eżempji tajbin li wieħed għandu jsegwi; atti taʼ infedeltà, kif ukoll karatteristiċi mhux mixtiqin, iservu taʼ twissijiet qawwijin biex ibiegħdu lill-Kristjani minn korsa mhix xierqa. Meta mogħtija lil ħu, dan għandu jagħti t-taħdita b’tali mod li jżomm f’moħħu l-udjenza tas-Sala tas-Saltna. Meta oħt tiġi mogħtija din il-parti, għandha tippreżentaha kif spjegat f’Inkarigu Nru. 3.
PARIRI U RIMARKI: Wara kull preżentazzjoni taʼ l-istudent, l-indokratur taʼ l-iskola jagħti parir speċifiku, mhux neċessarjament billi jsegwi l-programm taʼ pariri progressivi mniżżlin fl-iSpeech Counsel slip. Minflok, għandu jikkonċentra fuq dawk l-aspetti fejn l-istudent għandu bżonn jitjieb. Jekk l-istudent jistħoqqlu biss “G” u m’hemm ebda speech quality oħra mmarkata “I” jew “W,” imbagħad dak li jagħti l-pariri għandu jagħmel ċirku madwar il-kaxxa, fejn normalment jidhru l-“G,” l-“I,” jew il-“W,” taʼ l-ispeech quality li jrid jaħdem fuqha l-istudent id-darba li jmiss. Hu javża lill-istudent dwar dan dik il-lejla kif ukoll juri din l-ispeech quality fuq it-Theocratic Ministry School Assignment slip (S-89) li jmiss taʼ l-istudent. Dawk li jkunu se jieħdu sehem fil-programm għandhom joqogħdu bil-qiegħda lejn in-naħa taʼ quddiem tas-sala. Dan se jiffranka l-ħin u l-indokratur taʼ l-iskola jkun jistaʼ jagħti l-parir direttament lil kull student. Jekk jifdal il-ħin wara li jkun ġie mogħti l-parir orali meħtieġ, dak li jagħti l-pariri jistaʼ jikkummenta fuq xi punti informattivi jew prattiċi li l-istudenti ma jkunux missew. L-indokratur taʼ l-iskola għandu juża mhux iktar minn total taʼ żewġ minuti għall-parir u kwalunkwe rimarki qosra oħrajn wara kull preżentazzjoni taʼ l-istudent. Jekk il-ħu li jieħu ħsieb l-inkarigu tal-punti prinċipali mill-Bibbja għandu bżonn xi parir, dan jistaʼ jingħata fil-privat.
PREPARAZZJONI GĦALL-INKARIGI: Qabel ma jipprepara l-parti mogħtija lilu, l-istudent għandu jaqra bir-reqqa l-materjal fl-iSchool Guidebook li għandu x’jaqsam maʼ l-ispeech quality li jrid jaħdem fuqha. L-istudenti li jingħataw l-Inkarigu Nru. 2 jistgħu jagħżlu tema li tixraq lis-silta tal-Bibbja li għandha tinqara. Inkarigi oħrajn għandhom jiġu żviluppati fi qbil mat-tema murija fl-iskeda stampata.
IL-ĦIN: Ħadd m’għandu jaqbeż il-ħin mogħti lilu, lanqas fl-għoti tal-parir u r-rimarki minn dak li jagħti l-pariri. L-Inkarigi Nru. 2 sa 4 għandhom jiġu mwaqqfin bit-tattika meta jispiċċa l-ħin. Il-wieħed inkarigat biex jagħti s-sinjal tal-waqfien għandu jagħmel hekk fil-pront. Meta l-aħwa rġiel li jagħtu l-Inkarigu Nru. 1 u l-punti prinċipali mill-Bibbja jaqbżu l-ħin, għandhom jingħataw parir privat. Il-programm kollu: 45 minuta, minbarra l-għanja u t-talba.
REVIŻJONI BIL-MIKTUB: Minn żmien għal żmien se tingħata reviżjoni bil-miktub. Bħala preparazzjoni, irrevedi l-materjal assenjat u lesti l-qari mill-Bibbja skond l-iskeda. Il-Bibbja biss tistaʼ tintuża matul din ir-reviżjoni taʼ 25 minuta. Il-bqija tal-ħin jiġi ddedikat għal diskussjoni tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet. Kull student se jiċċekkja l-karta tiegħu stess. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkunsidra maʼ l-udjenza t-tweġibiet għall-mistoqsijiet tar-reviżjoni u jikkonċentra fuq dawk iktar diffiċli, billi jgħin lil kulħadd jifhem ċar it-tweġibiet. Jekk iċ-ċirkostanzi lokali jeħtieġu hekk, ir-reviżjoni bil-miktub tistaʼ tingħata ġimgħa iktar tard minn dak li huwa muri fl-iskeda.
SKEDA
Jan. 6 Qari mill-Bibbja: Żakkarija 1 sa 5
Nru. 1: Introduzzjoni għal Żakkarija (si pġi. 168-9 pari. 1-7)
Nru. 2: Żakkarija 2:1-13
Nru. 3: Il-Bniedem Ma Kienx Magħmul Biex Imut (kl-MT pġ. 53 pari. 1–3)
Nru. 4: Eva—Tema: Tinjorax L-Istat Taʼ Kap Teokratiku
Jan. 13 Qari mill-Bibbja: Żakkarija 6 sa 9
Nru. 1: Kif Ix-Xogħol Tas-Saltna Huwa Ffinanzjat (jv pġ. 340 par. 1–pġ. 343 par. 3)
Nru. 2: Żakkarija 7:1-14
Nru. 3: Komplott Malinn (kl-MT pġi. 55-6 pari. 4-7)
Nru. 4: Eżekjel—Tema: Kif Tibqaʼ Ħieles Mill-Ħtija Tad-Demm
Jan. 20 Qari mill-Bibbja: Żakkarija 10 sa 14
Nru. 1: Żakkarija—Għala Taʼ Benefiċċju (si pġi. 171-2 pari. 23-7)
Nru. 2: Żakkarija 12:1-14
Nru. 3: Kif Satana Wettaq Il-Komplott Tiegħu (kl-MT pġi. 56-8 pari. 8-12)
Nru. 4: Esdra (qassis Aronniku)—Tema: Kun Żeluż Għall-Qima Pura
Jan. 27 Qari mill-Bibbja: Malakija 1 sa 4
Nru. 1: Introduzzjoni għal Malakija u Għala Taʼ Benefiċċju (si pġi. 172-5 pari. 1-6, 13-17)
Nru. 2: Malakija 1:6-14
Nru. 3: Kif Infirxu D-Dnub u L-Mewt (kl-MT pġi. 58-9 pari. 13-15)
Nru. 4: Feliċ—Tema: Kemm Jekk Korrotti u Kemm Jekk Ġusti, L-Awtoritajiet Superjuri Jridu Jiġu Rrispettati
Frar 3 Qari mill-Bibbja: Mattew 1 sa 3
Nru. 1: Introduzzjoni għal Mattew (si pġi. 175-7 pari. 1-10)
Nru. 2: Mattew 2:1-15
Nru. 3: Attent Għat-Tattiċi Taʼ Satana (kl-MT pġi. 59-60 pari. 16-18)
Nru. 4: Festus—Tema: L-Effetti Taʼ Testimonjanza Qalbiena
Frar 10 Qari mill-Bibbja: Mattew 4 u 5
Nru. 1: Iffinanzjar Taʼ Postijiet Għal-Laqgħat u Għall-Espansjoni Taʼ Faċilitajiet Taʼ Betel (jv pġ. 343 par. 4–pġ. 347 par. 1; tistaʼ tirreferi għall-eżempji f’pġi. 352-401)
Nru. 2: Mattew 4:1-17
Nru. 3: Ħa Jkollok Il-Fidi u Kun Ippreparat Għall-Oppożizzjoni (kl-MT pġi. 60-1 pari. 19-21)
Nru. 4: Gabrijel—Tema: Wassal Fedelment Il-Messaġġi T’Alla
Frar 17 Qari mill-Bibbja: Mattew 6 u 7
Nru. 1: Ix-Xogħol Tas-Saltna M’Huwiex Kummerċjali (jv pġ. 347 par. 2–pġ. 351 par. 6)
Nru. 2: Mattew 7:1-14
Nru. 3: Il-Mezz T’Alla Biex Isalva Lill-Umanità (kl-MT pġi. 62-3 pari. 1-5)
Nru. 4: Gedalija (bin Aħikam)—Tema: Meta Tingħata Twissija, Ħu L-Prekawzjonijiet
Frar 24 Qari mill-Bibbja: Mattew 8 u 9
Nru. 1: Xhieda Sa L-Iktar Parti Mbiegħda Taʼ L-Art (jv pġ. 404 par. 1–pġ. 408 par. 3)
Nru. 2: Mattew 8:1-17
Nru. 3: Għala L-Messija Kellu Jmut (kl-MT pġi. 63-5 pari. 6-11)
Nru. 4: Geħażi—Tema: Żomm Lil Qalbek Ħielsa Mir-Regħba u L-Qerq
Marzu 3 Qari mill-Bibbja: Mattew 10 u 11
Nru. 1: L-Apprezzament Qanqalhom Biex Jitkellmu (jv pġ. 409 par. 1–pġ. 414 par. 3)
Nru. 2: Mattew 11:1-15
Nru. 3: Kif Ir-Rahan Ġie Mħallas (kl-MT pġi. 65-8 pari. 12-16)
Nru. 4: Gidjon—Tema: Alla Japprova Lill-Uħud Leali u Modesti
Marzu 10 Qari mill-Bibbja: Mattew 12 u 13
Nru. 1: Id-Dawl Tal-Verità Jiddi Madwar Id-Dinja (jv pġ. 414 par. 4–pġ. 422 par. 3; tistaʼ tinkludi s-sommarju f’pġ. 422)
Nru. 2: Mattew 12:22-37
Nru. 3: Ir-Rahan Taʼ Kristu u Int (kl-MT pġi. 68-9 pari. 17-20)
Nru. 4: Gulija—Tema: Afda Lil Jehovah, Mhux Lis-Saħħa Tiegħek Stess
Marzu 17 Qari mill-Bibbja: Mattew 14 u 15
Nru. 1: Is-Snin Mudlama Taʼ L-I Gwerra Dinjija u Mbagħad Ħajja Mġedda (jv pġ. 423 par. 1–pġ. 427 par. 2)
Nru. 2: Mattew 14:1-22
Nru. 3: Huwa Alla Responsabbli Għas-Sofferenza Umana? (kl-MT pġi. 70-2 pari. 1-5)
Nru. 4: Ħagar—Tema: Tifla Rsira u L-Irwol Profetiku Tagħha
Marzu 24 Qari mill-Bibbja: Mattew 16 u 17
Nru. 1: Ministri Żelużi Jaqsmu Veritajiet Bibliċi Prezzjużi (jv pġ. 427 par. 3–pġ. 433 par. 1)
Nru. 2: Mattew 17:14-27
Nru. 3: Bidu Perfett u Sfida Malizzjuża (kl-MT pġi. 72-3 pari. 6-10)
Nru. 4: Ħaggaj—Tema: Ippersevera F’Li Tagħmel Ir-Rieda T’Alla
Marzu 31 Qari mill-Bibbja: Mattew 18 u 19
Nru. 1: Dawl Spiritwali Jiddi F’Oqsma Afrikani, Spanjoli, u Portugiżi (jv pġ. 433 par. 2–pġ. 439 par. 1)
Nru. 2: Mattew 19:16-30
Nru. 3: Il-Kwistjonijiet Veri u L-Mod Kif Jehovah Jissetiljahom (kl-MT pġi. 74-6 pari. 11-15)
Nru. 4: Ħam—Tema: Id-Diżrispett Jistaʼ Jġib Konsegwenzi Gravi
April 7 Qari mill-Bibbja: Mattew 20 u 21
Nru. 1: Nilħqu Lin-Nies F’Inħawi Remoti u Nobdu Lil Alla Ffaċċjati Mill-Oppożizzjoni (jv pġ. 439 par. 2–pġ. 443 par. 2; tistaʼ tinkludi s-sommarju f’pġ. 443)
Nru. 2: Mattew 20:1-16
Nru. 3: X’Ġie Pprovat Milli Alla Ppermetta L-Ħażen (kl-MT pġi. 76-7 pari. 16-19)
Nru. 4: Ħaman—Tema: Il-Kburija u L-Mibgħeda Huma Karatteristiċi Tat-Tfal Tax-Xitan
April 14 Qari mill-Bibbja: Mattew 22 u 23
Nru. 1: Okkupati Intensament B’Li Nippridkaw L-Aħbar Tajba (jv pġ. 444 par. 1–pġ. 448 par. 2)
Nru. 2: Mattew 23:1-15
Nru. 3: Fuq Liema Naħa Tinsab Int? (kl-MT pġi. 78-9 pari. 20-3)
Nru. 4: Anna—Tema: Devozzjoni Mhix Egoista Ġġib Barkiet
April 21 Qari mill-Bibbja: Mattew 24 u 25
Nru. 1: Nippridkaw Fl-Ewropa Ffaċċjati Bil-Persekuzzjoni Taʼ Żmien Il-Gwerra (jv pġ. 448 par. 3–pġ. 454 par. 2; skond ma jippermetti l-ħin, inkludi kummenti qosra fuq Xhieda leali, pġi. 451-3)
Nru. 2: Mattew 24:32-44
Nru. 3: X’Jiġrilhom Il-Maħbubin Mejtin Tagħna? (kl-MT pġi. 80-1 pari. 1-6)
Nru. 4: Ħanun (bin Naħax)—Tema: Oqgħod Attent Dwar Li Tiġġudika L-Motivi Taʼ Ħaddieħor
April 28 Reviżjoni Bil-Miktub. Lesti Żakkarija 1 sa Mattew 25
Mejju 5 Qari mill-Bibbja: Mattew 26
Nru. 1: Progress Minkejja Tbatijiet Matul Is-Snin Tal-Gwerra (jv pġ. 455 par. 1–pġ. 461 par. 2; tistaʼ tinkludi s-sommarju f’pġ. 461)
Nru. 2: Mattew 26:31-35, 69-75
Nru. 3: X’Ifisser Verament Li Wieħed Imur Lura Lejn It-Trab (kl-MT pġi. 82-3 pari. 7-10)
Nru. 4: Ħażael—Tema: Oppressur Bla Ħniena Jwettaq Il-Profezija Tal-Bibbja
Mejju 12 Qari mill-Bibbja: Mattew 27 u 28
Nru. 1: Mattew—Għala Taʼ Benefiċċju (si pġi. 180-1 pari. 29-33)
Nru. 2: Mattew 27:11-26
Nru. 3: X’Inhi L-Kundizzjoni Tal-Mejtin? (kl-MT pġi. 83-4 pari. 11-14)
Nru. 4: Erodi L-Kbir—Tema: Ix-Xogħlijiet Taʼ Bniedem Jirrivelaw Lil Min Jaqdi Hu
Mejju 19 Qari mill-Bibbja: Mark 1 u 2
Nru. 1: Introduzzjoni għal Mark (si pġi. 181-3 pari. 1-11)
Nru. 2: Mark 1:12-28
Nru. 3: Dawk Kollha Fil-Memorja Taʼ Jehovah Se Jiġu Rxoxtati (kl-MT pġi. 85-7 pari. 15-18)
Nru. 4: Erodi Antipas—Tema: Il-Konsegwenzi T’Ambizzjoni Mhux Kif Irid Alla
Mejju 26 Qari mill-Bibbja: Mark 3 u 4
Nru. 1: Infittxu Bir-Reqqa Għal Uħud Bħal Ngħaġ (jv pġ. 462 par. 1–pġ. 466 par. 2)
Nru. 2: Mark 3:1-15
Nru. 3: Irxoxt Għal Liema Post? (kl-MT pġi. 88-9 pari. 19-22)
Nru. 4: Erodi Agrippa I—Tema: L-Ipokresija u L-Kburija Jwasslu Għall-Mewt
Ġunju 2 Qari mill-Bibbja: Mark 5 u 6
Nru. 1: Nippromwovu L-Edukazzjoni Għall-Ħajja (jv pġ. 466 par. 3–pġ. 470 par. 2)
Nru. 2: Mark 5:21-24, 35-43
Nru. 3: Is-Saltna T’Alla u L-Iskop Tagħha (kl-MT pġi. 90-1 pari. 1-5)
Nru. 4: Erodi Agrippa II—Tema: Il-Favur T’Alla Jirrikjedi Iktar Minn Kurżità Intellettwali
Ġunju 9 Qari mill-Bibbja: Mark 7 u 8
Nru. 1: Nippridkaw Fil-Gżejjer Paċifiċi Minkejja L-Oppożizzjoni (jv pġ. 470 par. 3–pġ. 474 par. 4)
Nru. 2: Mark 7:24-37
Nru. 3: Is-Saltna T’Alla Hija Gvern (kl-MT pġi. 91-2 pari. 6-7)
Nru. 4: Erodi Filippu u Filippu t-Tetrarka—Tema: Intriċċi Tal-Familja u Pożizzjoni Dinjija Huma Frugħa
Ġunju 16 Qari mill-Bibbja: Mark 9 u 10
Nru. 1: Xmara Kbira Taʼ Verità Tgelgel Fl-Afrika (jv pġ. 475 par. 1–pġ. 481 par. 1)
Nru. 2: Mark 9:14-29
Nru. 3: Kif Nafu Li S-Saltna T’Alla Hija Reali (kl-MT pġi. 92-3 pari. 8-11)
Nru. 4: Erodija—Tema: Il-Bluha F’Li Tiġri Wara L-Prominenza
Ġunju 23 Qari mill-Bibbja: Mark 11 u 12
Nru. 1: Nidentifikaw In-Ngħaġ Veri (jv pġ. 481 par. 2–pġ. 484 par. 4)
Nru. 2: Mark 11:12-25
Nru. 3: Għala S-Saltna T’Alla Hija L-Unika Tama Għall-Umanità (kl-MT pġi. 94-5 pari. 12-13)
Nru. 4: Ħeżekija (sultan taʼ Ġuda)—Tema: Il-Fidi u Ż-Żelu Ma Jintirtux
Ġunju 30 Qari mill-Bibbja: Mark 13 u 14
Nru. 1: Iktar Ħaddiema Jieħdu Sehem Fil-Ħsad (jv pġ. 484 par. 5–pġ. 488 par. 1)
Nru. 2: Mark 14:12-26
Nru. 3: Għala Ġesù Ma Bediex Jaħkem Immedjatament Wara T-Tlugħ Tiegħu Fis-Sema (kl-MT pġi. 95-6 pari. 14-15)
Nru. 4: Ħiram (sultan taʼ Tir)—Tema: Ġirien Dħulin Jistgħu Jkunu T’Għajnuna
Lulju 7 Qari mill-Bibbja: Mark 15 u 16
Nru. 1: Mark—Għala Taʼ Benefiċċju (si pġ. 186 pari. 31-3)
Nru. 2: Mark 15:16-32
Nru. 3: Iż-Żminijiet Maħturin Tal-Ġnus Meta Bdew u Spiċċaw? (kl-MT pġi. 96-7 pari. 16-18)
Nru. 4: Ħobab—Tema: Nieħdu Deċiżjoni Li Naqdu Lil Jehovah
Lulju 14 Qari mill-Bibbja: Luqa 1
Nru. 1: Introduzzjoni għal Luqa (si pġi. 187-8 pari. 1-9)
Nru. 2: Luqa 1:5-17
Nru. 3: Dawn Huma L-Aħħar Jiem (kl-MT pġi. 98-9 pari. 1-4)
Nru. 4: Ħofni—Tema: Pożizzjoni Privileġġjata Ma Tagħtikx Id-Dritt Li Jkollok Kondotta Mhux Kif Irid Alla
Lulju 21 Qari mill-Bibbja: Luqa 2 u 3
Nru. 1: L-Orjent u L-Ewropa Jipproduċu Iktar Uħud Li Jfaħħru Lil Jehovah (jv pġ. 488 par. 2–pġ. 495 par. 2)
Nru. 2: Luqa 2:1-14
Nru. 3: X’Inhuma Xi Karatteristiċi Taʼ L-Aħħar Jiem? (kl-MT pġi. 99-103 pari. 5-7)
Nru. 4: Ħulda—Tema: Jehovah Nebbaħ Lil Profetessa Bla Biżaʼ
Lulju 28 Qari mill-Bibbja: Luqa 4 u 5
Nru. 1: Kif Iktar Nies Ġew Milħuqin Bl-Aħbar Tajba (jv pġ. 495 par. 3–pġ. 500 par. 4; tistaʼ tinkludi s-sommarju f’pġ. 501)
Nru. 2: Luqa 4:31-44
Nru. 3: Imġiba Umana Baxxa Mbassra Għall-Aħħar Jiem (kl-MT pġi. 103-4 pari. 8-12)
Nru. 4: Ħuxaj—Tema: Ħabib Leali Jesprimi L-Opinjoni Tiegħu
Awis. 4 Qari mill-Bibbja: Luqa 6 u 7
Nru. 1: Konvenzjonijiet Kbar Ħafna u L-Kondotta Kristjana Jagħtu Xiehda (jv pġ. 502 par. 1–pġ. 507 par. 4)
Nru. 2: Luqa 6:37-49
Nru. 3: Żewġ Karatteristiċi Uniċi Taʼ L-Aħħar Jiem (kl-MT pġ. 105 pari. 13-14)
Nru. 4: Ħimeneus—Tema: Attent Mill-Apostati!
Awis. 11 Qari mill-Bibbja: Luqa 8 u 9
Nru. 1: L-Għelieqi Huma Bojod Għall-Ħsad (jv pġ. 508 par. 1–pġ. 513 par. 1)
Nru. 2: Luqa 9:23-36
Nru. 3: Wieġeb Għall-Evidenza Li Dawn Huma L-Aħħar Jiem (kl-MT pġi. 106-7 pari. 15-17)
Nru. 4: Iżakk—Tema: L-Ubbidjenza Tirrivela L-Kwalità Tal-Fidi
Awis. 18 Qari mill-Bibbja: Luqa 10 u 11
Nru. 1: Agħti Xiehda Lin-Nies Fejn u Kull Meta Huwa Possibbli (jv pġ. 513 par. 2–pġ. 517 par. 1)
Nru. 2: Luqa 11:37-51
Nru. 3: Spirti Mill-Agħar Tassew Jeżistu! (kl-MT pġ. 108 pari. 1-3)
Nru. 4: Isaija—Tema: Ikkultiva Attitudni Taʼ “Ibgħat Lili”
Awis. 25 Reviżjoni Bil-Miktub. Lesti Mattew 26 sa Luqa 11
Sett. 1 Qari mill-Bibbja: Luqa 12 u 13
Nru. 1: Jehovah Qiegħed Jgħaġġel Ix-Xogħol (jv pġ. 517 par. 2–pġ. 520 par. 2; tistaʼ tinkludi s-sommarju f’pġ. 520)
Nru. 2: Luqa 13:1-17
Nru. 3: Anġli Mill-Agħar Jappoġġjaw Lil Satana (kl-MT pġ. 109 pari. 4-5)
Nru. 4: Ix-Boxet—Tema: Raġel Beżgħan Imma Twajjeb
Sett. 8 Qari mill-Bibbja: Luqa 14 sa 16
Nru. 1: Missjunarji Żelużi u L-Irwol Taʼ L-Iskola Taʼ Gilead (jv pġ. 521 par. 1–pġ. 524 par. 3)
Nru. 2: Luqa 14:1-14
Nru. 3: Iċħad Il-Forom Kollha Taʼ L-Ispiritiżmu (kl-MT pġ. 111 pari. 6-8)
Nru. 4: Ixmael (bin Abraham)—Tema: Imbierek Minn Alla Imma Mhux Bħala L-Werriet T’Abraham
Sett. 15 Qari mill-Bibbja: Luqa 17 u 18
Nru. 1: Kif Missjunarji Taʼ Gilead Kienu Differenti (jv pġ. 525 par. 1–pġ. 531 par. 4)
Nru. 2: Luqa 17:22-37
Nru. 3: Għala L-Bibbja Tikkundanna L-Ispiritiżmu (kl-MT pġi. 112-13 pari. 9-11)
Nru. 4: Ittaj—Tema: Kun Leali Lejn Dawk Li Qegħdin Jieħdu T-Tmexxija
Sett. 22 Qari mill-Bibbja: Luqa 19 u 20
Nru. 1: Jitgħallmu Lingwa Ġdida u Jiftħu Oqsma Ġodda (jv pġ. 532 par. 1–pġ. 537 par. 3)
Nru. 2: Luqa 19:11-27
Nru. 3: Il-Bibbja Tirrevela Kif Joperaw L-Ispirti Mill-Agħar (kl-MT pġi. 113-14 pari. 12-13)
Nru. 4: Ġakobb (bin Iżakk)—Tema: Kun Bla Ħtija u Iġri Wara Miri Spiritwali
Sett. 29 Qari mill-Bibbja: Luqa 21 u 22
Nru. 1: Kif L-Imħabba u Ż-Żelu Tal-Missjunarji Ġabu ’L Quddiem Lix-Xogħol Tas-Saltna (jv pġ. 537 par. 4–pġ. 541 par. 3)
Nru. 2: Luqa 22:24-38
Nru. 3: Kif Nirreżistu L-Ispirti Mill-Agħar (kl-MT pġi. 114-15 pari. 14-15)
Nru. 4: Ġael—Tema: Azzjoni Kuraġġuża u Deċiżiva Wettqet Il-Profezija
Ott. 6 Qari mill-Bibbja: Luqa 23 u 24
Nru. 1: Luqa—Għala Taʼ Benefiċċju (si pġi. 192-3 pari. 30-5)
Nru. 2: Luqa 23:32-49
Nru. 3: Kif Issaħħaħ Il-Fidi Tiegħek (kl-MT pġi. 115-16 pari. 16-17)
Nru. 4: Ġajru—Tema: Eżerċita Fidi F’Ġesù Kristu
Ott. 13 Qari mill-Bibbja: Ġwann 1 sa 3
Nru. 1: Introduzzjoni għal Ġwann (si pġi. 193-5 pari. 1-9)
Nru. 2: Ġwann 1:19-34
Nru. 3: Kompli Bil-Ġlieda Tiegħek Kontra L-Ispirti Mill-Agħar (kl-MT pġi. 116-17 pari. 18-20)
Nru. 4: Ġakbu (bin Żebedew)—Tema: Kun Segwaċi Żeluż Taʼ Kristu
Ott. 20 Qari mill-Bibbja: Ġwann 4 u 5
Nru. 1: Mgħammrin Biex Naqdu Lil Jehovah Minkejja L-Oppożizzjoni (jv pġ. 541 par. 4–pġ. 546 par. 6)
Nru. 2: Ġwann 4:39-54
Nru. 3: Li Ngħixu Ħajja Devota Jġib L-Hena (kl-MT pġi. 118-19 pari. 1-4)
Nru. 4: Ġakbu (bin Ġużeppi u Marija)—Tema: Qatt Taqtaʼ Qalbek Mill-Membri Tal-Familja
Ott. 27 Qari mill-Bibbja: Ġwann 6 u 7
Nru. 1: Il-Qawwa Wara L-Aħbar Tajba (jv pġ. 547 par. 1–pġ. 551 par. 1)
Nru. 2: Ġwann 6:52-71
Nru. 3: L-Onestà Tirriżulta F’Hena (kl-MT pġi. 119-20 pari. 5-6)
Nru. 4: Ġafet—Tema: Azzjonijiet Rispettabbli Jġibu Barkiet
Nov. 3 Qari mill-Bibbja: Ġwann 8 u 9
Nru. 1: Nilħqu ‘Territorji Inaċċessibbli’ Bl-Aħbar Tajba (jv pġ. 551 par. 2–pġ. 553 par. 4)
Nru. 2: Ġwann 9:18-34
Nru. 3: Il-Ġenerożità Ġġib L-Hena (kl-MT pġ. 120 pari. 7-8)
Nru. 4: Ġedutun (mużiċist Levitiku)—Tema: Faħħar Lil Jehovah Bil-Mużika
Nov. 10 Qari mill-Bibbja: Ġwann 10 u 11
Nru. 1: Nippridkaw Fil-Beraħ u Minn Dar Għal Dar (jv pġ. 556 par. 1–pġ. 560 par. 3)
Nru. 2: Ġwann 10:22-39
Nru. 3: Għasses Lill-Abbiltajiet Tal-Ħsieb Tiegħek u Evita Dak Li Huwa Ħażin (kl-MT pġ. 121 pari. 9-10)
Nru. 4: Ġeħoax (sultan taʼ Ġuda)—Tema: Irrispetta Lill-Qaddejja Leali Kollha Taʼ Jehovah
Nov. 17 Qari mill-Bibbja: Ġwann 12 u 13
Nru. 1: Kif Ir-Responsabbiltà Li Tingħata Xiehda Ġiet Imwettqa (jv pġ. 561 par. 1–pġ. 565 par. 2)
Nru. 2: Ġwann 12:1-16
Nru. 3: Fedeltà Lejn Is-Sieħeb Jew Is-Sieħba Tiegħek Iġġib Hena Fiż-Żwieġ (kl-MT pġi. 122-3 pari. 11-13)
Nru. 4: Ġeħoax (sultan taʼ Israel)—Tema: Jehovah Ma Jħarisx B’Favur Lejn In-Nofs Qalb
Nov. 24 Qari mill-Bibbja: Ġwann 14 sa 16
Nru. 1: Nagħtu Xiehda F’Postijiet Pubbliċi u Nitgħallmu Kif Nispjegaw Il-Fidi Tagħna (jv pġ. 565 par. 3–pġ. 570 par. 1)
Nru. 2: Ġwann 16:1-16
Nru. 3: Kun Ebda Parti Mid-Dinja (kl-MT pġi. 123-5 pari. 14-15)
Nru. 4: Ġeħojaċin—Tema: Il-Kelma Taʼ Jehovah Qatt Ma Tfalli
Diċ. 1 Qari mill-Bibbja: Ġwann 17 u 18
Nru. 1: Marka Taʼ Identifikazzjoni Tax-Xhieda Veri T’Alla (jv pġ. 570 par. 2–pġ. 574 par. 4)
Nru. 2: Ġwann 18:1-14
Nru. 3: Għala L-Veri Kristjani Ma Jiċċelebrawx Il-Milied u Għeluq Is-Snin (kl-MT pġ. 126 pari. 16-17)
Nru. 4: Ġeħojada (qassis il-kbir)—Tema: Ippromwovi L-Qima Vera Bil-Għerf u Bil-Kuraġġ
Diċ. 8 Qari mill-Bibbja: Ġwann 19 sa 21
Nru. 1: Ġwann—Għala Taʼ Benefiċċju (si pġi. 198-9 pari. 30-5)
Nru. 2: Ġwann 19:25-37
Nru. 3: Ibqgħu Osservaw L-Ikla Taʼ Fil-Għaxija Tal-Mulej (kl-MT pġ. 127 par. 18)
Nru. 4: Ġeħojakim—Tema: Xejn Ma Jistaʼ Jwaqqaf It-Twettiq Tal-Kelma T’Alla
Diċ. 15 Qari mill-Bibbja: Atti 1 sa 3
Nru. 1: Introduzzjoni għal Atti (si pġi. 199-200 pari. 1-8)
Nru. 2: Atti 1:1-14
Nru. 3: Kif Il-Prinċipji Tal-Bibbja Japplikaw Għax-Xogħol u R-Rikreazzjoni (kl-MT pġi. 127-8 pari. 19-20)
Nru. 4: Ġeħonadab (bin Rekab)—Tema: Appoġġja Lealment Lil Dawk Li Qegħdin Jieħdu T-Tmexxija Fil-Qima Taʼ Jehovah
Diċ. 22 Qari mill-Bibbja: Atti 4 sa 6
Nru. 1: Nipproduċu Letteratura Biblika Għal Użu Fil-Ministeru (jv pġ. 575 par. 1–pġ. 579 par. 3)
Nru. 2: Atti 5:27-42
Nru. 3: Uri Rispett Lejn Il-Ħajja u D-Demm (kl-MT pġi. 128-9 pari. 21-3)
Nru. 4: Ġeħoram (bin Aħab)—Tema: Bnedmin Bla Fidi Ma Jistgħux Jippretendu L-Barka T’Alla
Diċ. 29 Reviżjoni Bil-Miktub. Lesti Luqa 12 sa Atti 6