Laqgħat tas-Servizz għal Marzu
Ġimgħa Li Tibda 3 Taʼ Marzu
0 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru Tas-Saltna. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jibda jistieden lil uħud li juru interess għall-Mafkar fit-23 taʼ Marzu. Uri kopja taʼ l-invit għall-Mafkar, u ħeġġeġ lil kulħadd biex jikseb provista u jibda jqassamhom din il-ġimgħa.
15 min: “Il-Ħarġa Taʼ Stenbaħ! Bil-Malti Kull Tliet Xhur.” L-indokratur tas-servizz jirrevedi l-artiklu b’entużjażmu. Ħejji xi pubblikaturi biex jirrakkontaw xi esperjenzi li jesprimu apprezzament għal Stenbaħ! Żewġ pubblikaturi juru kif wieħed jipprepara preżentazzjoni billi juża s-suġġerimenti pprovduti. Agħti turija taʼ dawk il-preżentazzjonijiet.
20 min: “Ngħinu Lil Familji Biex Jassiguraw Futur Dejjiemi.” (Paragrafi 1-5) Agħmel xi kummenti qosra fuq paragrafu 1, u mbagħad iddiskuti kif jistaʼ jiġi kkultivat l-interess fil-ktieb L-Hena Fil-Familja billi wieħed juża t-titli tal-kapitli, l-istampi kuluriti, u l-kaxxi taʼ reviżjoni. Ħejji xi pubblikaturi kapaċi biex jagħmlu turija tal-preżentazzjonijiet f’paragrafi 2-5. Inkuraġġixxi lil kulħadd ħalli jagħmel sforz speċjali biex iħalli l-ktieb maʼ familji li jkunu wrew xi interess qabel. Ftakar biex issemmi l-arranġament tad-donazzjoni meta l-inkwilin jistaqsi dwar il-ħlas.
Għanja 71 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 10 Taʼ Marzu
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Fakkar lil kulħadd biex ikun ċert li jsegwi l-qari tal-Bibbja għall-Mafkar maħsub għat-18-23 taʼ Marzu, kif muri fil-ktejjeb Neżaminaw L-Iskrittura Kuljum.
20 min: “Uru Li Intom Grati.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Kulħadd għandu jagħmel sforz mill-aħjar biex jistieden lil studenti tal-Bibbja, lil uħud li wrew interess, lil membri tal-familja li huma favorevoli, u lil kwalunkwe aħwa rġiel u nisa li m’humiex jissieħbu b’mod attiv mal-kongregazzjoni biex jattendu l-Mafkar. Żid xi kummenti oħrajn mit-Torri Taʼ L-Għassa taʼ l-1 t’Ottubru, 1988, paġna 7, paragrafi 16-17 (w88 7/1 pġ. 11, pari. 16-17). Inkuraġġixxi lil kulmin jistaʼ biex jieħu sehem fix-xogħol taʼ pijunier awżiljarju f’April u Mejju.
15 min: “Ngħinu Lil Familji Biex Jassiguraw Futur Dejjiemi.” (Paragrafi 6-8) Offri xi suġġerimenti li juru kif nistgħu noffru l-ktieb L-Hena Fil-Familja meta nagħtu xiehda informali fuq ix-xogħol, fl-iskola, f’xi ġnien, jew fuq it-trasport pubbliku, u kif ukoll meta nżuru xi qraba. Ħejji pubblikatur kapaċi biex jagħmel turija tal-preżentazzjonijiet f’paragrafi 6 u 7. Id-diskussjoni fiż-żjara lura għandha tgħin lill-individwu japprezza kif studju tal-Bibbja jistaʼ jsaħħaħ ir-rabtiet tal-familja. L-istudji għandhom jiġu kondotti fil-brochure Alla X’Jirrikjedi Minna?, bil-mira li naqilbu għall-ktieb Għarfien, jew l-istudju jistaʼ jinbeda fil-ktieb Għarfien innifsu.
Għanja 72 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 17 Taʼ Marzu
15 min: Avviżi lokali. Irrevedi “Tfakkiriet Għall-Mafkar,” u spjega l-arranġamenti lokali għall-Mafkar. Kulħadd għandu jagħmel l-aħħar pjani biex jgħin lil studenti tal-Bibbja u wħud li juru interess biex jattendu.
15 min: “Ibni Lin-Nies Taʼ Darek.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi xi esperjenzi min-1995 Yearbook, paġna 228.
15 min: Agħmel Użu Tajjeb min-1997 Yearbook of Jehovah’s Witnesses. Missier jirrevedi l-punti prinċipali mgħoddijin f’paġni 3-9 mal-familja tiegħu. Juri għala għandna raġuni għalfejn nifirħu meta naraw il-progress teokratiku madwar id-dinja kollha. Il-missier jispjega kif, matul is-sena li ġejja, jistgħu jqattgħu ftit minuti kuljum waqt il-ħin taʼ l-ikel biex jaqraw il-Yearbook biċċa biċċa u biex ukoll jikkunsidraw it-test tal-jum.
Għanja 75 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 24 Taʼ Marzu
9 min: Avviżi lokali. Spjega li m’huwiex tard wisq biex wieħed jitfaʼ l-applikazzjoni għal pijunier awżiljarju f’April. Semmi l-arranġamenti li ġew miżjudin lokalment għal-laqgħat tas-servizz matul ix-xahar. Offri xi suġġerimenti kif inwieġbu bit-tattika għal xewqat tajba tal-btajjel dinjin.—Ara l-Awake! tat-8 taʼ Marzu, 1986, paġni 16-17.
24 min: “Kun Qalbieni F’Li Tagħmel Żjajjar Lura.” (Paragrafi 1-20) Mistoqsijiet u tweġibiet. Agħmel turija fil-qosor taʼ paragrafu 16.
12 min: Kif Tgħin Lil Pubblikatur Ġdid Biex Jibda. Irrevedi paragrafu 19 fl-insert taʼ Il-Ministeru Tas-Saltna taʼ Ġunju 1996. Uri kif pubblikatur kapaċi jħejji lil student tal-Bibbja li għadu kemm ġie approvat mill-anzjani biex ikun pubblikatur mhux mgħammed. Huma jirrevedu flimkien il-ktieb Our Ministry, paġna 111, paragrafu 2. Il-pubblikatur bl-esperjenza jsemmi maʼ xiex wieħed x’aktarx li se jiltaqaʼ fl-għoti taʼ xiehda minn dar għal dar imma li m’hemmx għalfejn wieħed jiġi skuraġġit jekk il-biċċa l-kbira ma jirreaġixxux b’mod favorevoli. Jirrakkonta esperjenza inkuraġġanti li turi l-ferħ li jkollna meta nsibu persuna sinċiera li tagħti widen. Flimkien jippreparaw preżentazzjoni qasira u sempliċi bir-rivisti u mbagħad jipprattikawha. Jingħata ħajr inkuraġġanti u jsiru arranġamenti definiti biex jieħdu sehem flimkien fis-servizz taʼ l-għalqa din il-ġimgħa.
Għanja 89 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 31 Taʼ Marzu
15 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Marzu. Ħabbar l-ismijiet taʼ dawk kollha li se jkunu pijunieri awżiljarji f’April.
20 min: “Kun Qalbieni F’Li Tagħmel Żjajjar Lura.” (Paragrafi 21-35) Mistoqsijiet u tweġibiet. Irrevedi l-kaxxa f’paġna 3. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jgħodd kull żjara lura li jagħmel meta jirrapporta s-servizz tiegħu taʼ l-għalqa kull xahar.
10 min: Irrevedi l-Offerta tal-Letteratura għal April. Offru kopji individwali taʼ It-Torri Taʼ L-Għassa u Stenbaħ!, kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż. Semmi fil-qosor is-suġġerimenti dwar kif nippreparaw preżentazzjonijiet bir-rivisti li jidhru f’paragrafi 3, 4, u 8 f’paġna 8 taʼ Il-Ministeru Tas-Saltna t’Ottubru 1996. Ħejji żewġ pubblikaturi biex jagħmlu waħda jew żewġ preżentazzjonijiet qosra u kif insemmu l-arranġament tad-donazzjoni. Il-pubblikaturi għandhom iżommu lista taʼ dawk li jaċċettaw ir-rivisti u jżiduha mar-rotta tagħhom bir-rivisti.
Għanja 92 u talba taʼ l-għeluq.