Naqsmu M’Oħrajn Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja
1 il-familja Hija L-qafas Bażiku Tas-soċjetà Umana, U Mill-familja Joħorġu Rħula, Bliet, Stati, U Nazzjonijiet Sħaħ. Illum Il-qafas Tal-familja Jinsab Taħt Pressjoni Iktar Minn Qatt Qabel. Influwenzi Qawwijin Qegħdin Jheddu L-istess Eżistenza Tal-ħajja Tal-familja. Kemm Aħna Grati Li Jehovah, Dak Li Fassal L-arranġament Tal-familja, Ipprovdielna Istruzzjonijiet Sabiex Inkunu Nistgħu Niksbu L-hena fil-familja! Dawk Li Jimxu Fuq Il-linji Taʼ Gwida Tiegħu Jsibu Li L-problemi Jonqsu U Dan Jirriżulta F’qafas Taʼ Familja Taʼ Suċċess. Matul Settembru Għandna L-privileġġ Li Naqsmu M’oħrajn Il-ktieb Is-sigriet Taʼ L-hena Fil-familja. Ħu L-inizjattiva Li Tavviċina Lin-nies Fuq Is-suġġett Tal-ħajja Tal-familja. Kun Dħuli, Pożittiv, U Uri D-dehen. X’tistaʼ Tgħid?
2 Tistaʼ tibda billi tqajjem xi mistoqsija bħal per eżempju:
◼ “Innotajt int li ħafna familji qegħdin isibuha diffiċli biex jissaportu l-pressjonijiet tal-ħajja? [Ħalli ħin għal tweġiba.] Rapporti jindikaw li ħafna nies iġarrbu xi diffikultajiet fid-dar. X’taħseb int li jistaʼ jgħin lill-familji biex isibu iktar stabbilità u hena? [Ħalli ħin għal tweġiba.] Peress li Alla istitwixxa l-arranġament tal-familja, ma taħsibx li jkun raġonevoli li neżaminaw il-linji taʼ gwida li ta hu? [Aqra t-2 Timotju 3:16, 17.] Tagħlim taʼ benefiċċju bħal dan jinsab imniżżel f’dan il-ktieb, Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja.” Imbagħad staqsi lill-individwu liema problema jħoss li hija komuni fil-familja, urih il-kapitlu li jiddiskuti dik il-problema, u offrilu l-ktieb.
3 Fiż-żjara lura, tistaʼ tirsisti biex tilħaq il-mira taʼ li tibda studju tal-Bibbja billi tgħid:
◼ “Qgħadt naħseb fuq dak li għedt int dwar is-suġġett tal-ħajja tal-familja, u ġibtlek xi ħaġa li naħseb li se tieħu pjaċir biha. [Urih il-brochure X’Jirrikjedi, mur f’paġna 16, u aqra s-sitt mistoqsijiet li hemm fin-naħa taʼ fuq.] Ovvjament, kull wieħed fil-familja jrid jagħmel il-parti tiegħu biex jikkontribwixxi lejn l-hena fil-familja. Jekk għandek ftit minuti, se nurik kif tistaʼ tibbenefika bl-aħjar mod minn din l-informazzjoni.” Imbagħad ibda l-istudju f’lezzjoni 8.
4 Mod ieħor kif tibda diskussjoni huwa billi ssemmi xi problemi, forsi billi tgħid:
◼ “Għalkemm kulħadd jixtieq iħoss sens taʼ kuntentizza u sodisfazzjon, jidher li ħafna familji ma tantx irnexxielhom f’din il-ħaġa. X’taħseb int li jistaʼ jgħinhom isibu l-veru hena? [Ħalli ħin għal tweġiba.] Żmien twil ilu, il-Bibbja uriet x’tipi taʼ problemi konna se naraw fil-familji llum. [Aqra t-2 Timotju 3:1-3.] Madankollu, il-Bibbja lill-familji tgħidilhom ukoll x’iridu jagħmlu biex isolvu dawn il-problemi u biex jiksbu hena dejjiemi. Il-prinċipji tagħha huma ppreżentati f’dan il-ktieb, Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja.” Imbagħad urih il-kaxxa tar-reviżjoni fit-tmiem taʼ xi kapitlu addattat, aqraha, u offrilu l-ktieb.
5 Meta tmur lura, uża l-brochure “X’Jirrikjedi” biex tibda studju. Tistaʼ tgħid:
◼ “Bqajt impressjonat b’kemm tinsab lest li teżamina l-prinċipji tal-Bibbja li japplikaw għall-ħajja tal-familja. L-esperjenza wriet li l-aqwa riżultati jinkisbu billi nimxu fuq il-pariri prattiċi misjubin fil-Bibbja. Hawn hi spjegazzjoni sempliċi għala dan huwa minnu.” Aqra l-ewwel paragrafu taʼ l-ewwel lezzjoni fil-brochure X’Jirrikjedi, billi tinkludi Salm 1:1-3 jew Isaija 48:17, 18. Jekk iċ-ċirkostanzi jippermettulek, ikkunsidra l-bqija tal-lezzjoni. Offrilu li terġaʼ żżuru biex tistudjaw il-lezzjoni li jmiss flimkien.
6 Dwar Il-Letteratura Tagħna: Billi taf li l-letteratura tagħna kollha tiswa l-flus u li huma involuti l-ispejjeż biex tiġi ppubblikata, ġie li toqgħod taħsibha biex toffri rivisti, brochures, jew kotba lin-nies li tiltaqaʼ magħhom? Kif nistgħu nkunu ċerti li m’aħniex nagħtu l-letteratura lil nies li ma jurux apprezzament? Mod wieħed huwa billi tistaqsi lill-individwu jekk iwiegħdekx li se jaqra l-pubblikazzjoni li qiegħed tippreżenta.
7 Meta toffri l-ktieb “L-Hena Fil-Familja,” per eżempju, tistaʼ tgħid hekk:
◼ “Jekk twegħedni li taqra dan il-ktieb, inħallihulek mingħajr ħlas.” Ħalli ħin għal tweġiba. Jekk l-inkwilin jistaqsi kif nistgħu naffordjaw dan int tistaʼ ssemmi li x-xogħol tagħna huwa appoġġjat minn donazzjonijiet volontarji, li jagħtuna n-nies li jixtiequ jappoġġjaw ix-xogħol tagħna taʼ madwar id-dinja.
8 Ejjew nagħmlu kull sforz biex naqsmu m’oħrajn is-sigriet li jwassal għall-hena fil-familja—billi nsegwu l-istruzzjonijiet imniżżlin fil-Kelma t’Alla.—Salm 19:8-11.