LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/06 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li tibda 18 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li tibda 25 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li tibda 1 taʼ Jannar
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 12/06 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Diċembru

Għanja 174

10 min: Avviżi lokali. Billi tuża s-​suġġeriment f’paġna 8 jew xi preżentazzjoni oħra li hija adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Diċembru. Fit-​turija, uri x’għandu jsir meta jkun hemm xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-​konversazzjoni billi jgħid, “M’iniex interessat.”​—Ara l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja, pġ. 8-9.

15 min: L-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku għas-​sena 2007. Taħdita li għandha tingħata mill-​indokratur taʼ l-​iskola u intervisti. Iddiskuti punti li japplikaw għall-​kongregazzjoni lokali mill-​insert tal-​Ministeru tas-​Saltna t’Ottubru 2006. Spjega li l-​indokratur taʼ l-​iskola ma jħabbarx bil-​quddiem il-​kwalità tad-​diskors li student ikun qed jaħdem fuqha. Minħabba li se nispiċċaw il-​qari taʼ l-​Iskrittura Ebrajka minn Isaija 24 sa l-​aħħar taʼ Malakija matul l-​2007, din is-​sena jkun żmien ideali għall-​aħwa inkarigati biex jippreparaw il-​punti prinċipali mill-​Bibbja u għal oħrajn li joffru kummenti biex jużaw il-​pubblikazzjonijiet tagħna li jitfgħu dawl fuq dawn il-​kotba profetiċi. Intervista żewġ pubblikaturi jew tlieta minn dawn: student ġdid, student żagħżugħ li qed jagħmel progress tajjeb, u student taʼ l-​esperjenza. Itlobhom jirrakkontaw dwar l-​effetti taʼ l-​iskola fuq il-​ministeru u l-​ispiritwalità tagħhom. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex ikun ħabrieki f’li jwettaq l-​inkarigu tiegħu, f’li jipparteċipa fil-​punti prinċipali mill-​Bibbja, u f’li japplika s-​suġġerimenti li jingħataw kull ġimgħa mill-​ktejjeb Kif Ittejjeb l-​Abbiltà Tiegħek biex Titkellem u Tgħallem.

20 min: “Titlifx l-​Imħabba li Kellek fil-​Bidu.”a Skond kemm jippermetti l-​ħin, stieden lill-​udjenza tikkummenta dwar l-​iskritturi ċitati.

Għanja 193 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li tibda 18 taʼ Diċembru

Għanja 150

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Irrivedi l-​Kaxxa għall-​Mistoqsija. Semmi l-​arranġamenti speċjali għas-​servizz taʼ l-​għalqa fil-​25 taʼ Diċembru u fl-​1 taʼ Jannar.

15 min: “Erġaʼ Żur lil Kulmin Juri Xi Interess.”b Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar x’għamlu biex kisbu informazzjoni dwar kif jistgħu jiġu kuntattjati l-​uħud interessati li jiltaqgħu magħhom meta jkunu qed jagħtu xiehda informali jew fit-​toroq u biex jirrakkontaw xi esperjenzi li jispikkaw taʼ xi żjajjar lura fuq uħud bħal dawn. Jistgħu jiġu preparati minn qabel kumment jew tnejn.

20 min: “Spirtu Volontarju Jġib il-​Barkiet”c Intervista pubblikatur jew tnejn li huma magħrufin għall-​ispirtu volontarju li juru. Huma kif urew spirtu volontarju? Liema bidliet kien hemm bżonn li jagħmlu, u kif kienu kapaċi jagħmlu dawn il-​bidliet? Liema barkiet gawdew minħabba f’hekk?

Għanja 108 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li tibda 25 taʼ Diċembru

Għanja 210

10 min: Nirrapportaw il-​Progress tal-​Ministeru. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażati fuq il-​ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova, mis-​sottitlu f’paġna 83 sa l-​aħħar tal-​kapitlu.

15 min: “Għandek Int Territorju Persunali?”d Inkludi kummenti qosra mill-​indokratur tas-​servizz dwar safejn ikopri t-​territorju assenjat lill-​kongregazzjoni, dwar kemm jinħadem spiss, u dwar id-​disponibbiltà tat-​territorji persunali.

15 min: “Nikkonduċu Studji tal-​Bibbja Sinifikanti mal-​Familja.”e Skond ma jippermetti l-​ħin, staqsi lil ġenitur jew tnejn biex jirrakkontaw dwar x’għamlu biex l-​istudju tal-​Bibbja mal-​familja tagħhom ikun wieħed li jgħallem u pjaċevoli.

Għanja 219 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li tibda 1 taʼ Jannar

 M’hemm ebda skeda għal-​Laqgħa tas-​Servizz din il-​ġimgħa ladarba l-​kongregazzjonijiet kollha se jkunu qed jattendu l-​Assemblea tas-​Circuit.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

d Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

e Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja