LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/08 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Lulju
  • Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Lulju
  • Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Lulju
  • Ġimgħa li Tibda 4 t’Awissu
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 7/08 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Lulju

Għanja 126

10 min: Avviżi lokali. Permezz tas-​suġġerimenti f’paġna 4 jew preżentazzjonijiet oħrajn adattati għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġu offruti t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ Lulju-Settembru u Stenbaħ! taʼ Lulju-Settembru.

15 min: Għandek Int “Libertà tal-​Kelma”? Taħdita bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Mejju, 2006, paġni 13-16. Enfasizza l-​importanza taʼ li nippridkaw bil-​qlubija.

20 min: “Għix bil-​Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok.”a Semmi xi aspetti uniċi tal-​pubblikazzjoni. Irrivedi l-​iskeda għall-​istudju tal-​ktieb u l-​istruzzjonijiet misjubin f’paġna 3 taʼ din il-​ħarġa tal-​Ministeru tas-​Saltna. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi regolarment u jieħu sehem biex jikkummenta bis-​sħiħ. Intervista fil-​qosor pubblikatur jew tnejn li huma magħrufin li jippreparaw sew għal-​laqgħat, u staqsihom xi jqanqalhom jagħmlu dan.

Għanja 147

Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Lulju

Għanja 95

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: “Il-​Preparazzjoni—Fundamentali għal Żjajjar Lura Effettivi.”b Inkludi turija t’erbaʼ minuti li fiha pubblikatur qed jitkellem bejnu u bejn ruħu waqt li qed jipprepara għaż-​żjajjar lura tiegħu. Hu jirrivedi n-​noti tiegħu u jiddeċiedi li jrid jagħmel żjara lura fuq żewġ individwi fi tmiem il-​ġimgħa li ġej. Imbagħad, għal kull żjara, hu jikkunsidra dak li ddiskuta magħhom qabel, jiddeċiedi x’mira se jagħmel, u jħejji ruħu għaliha. Għal waħda minnhom, jipprepara biex joffri studju tal-​Bibbja. Għall-​oħra, jipprepara biex jikkultiva l-​interess billi juża wieħed mis-​suġġerimenti li hemm f’paragrafu 5.

Għanja 189

Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Lulju

Għanja 6

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jagħti r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Lulju. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Semmi l-​offerta tal-​letteratura għal Awissu, u ħejji turija taʼ preżentazzjoni minnhom.

15 min: Inżommu s-​Sens t’Urġenza Tagħna. Taħdita li għandha tingħata b’entużjażmu bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Diċembru, 2006, paġni 18-19, paragrafi 17-21.

20 min: Ġenituri—Ipproteġu lil Uliedkom Permezz taʼ l-​Għerf Divin. Taħdita u diskussjoni minn anzjan ibbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Jannar, 2005, paġni 23-7. Ħejji turija taʼ 7 minuti li turi kif kap tal-​familja eżemplari jistinka biex jilħaq qalb uliedu billi juża l-​informazzjoni f’paġni 26-7.

Għanja 106

Ġimgħa li Tibda 4 t’Awissu

Għanja 222

10 min: Avviżi lokali.

15 min: Huma Wliedek Preparati għat-​Territorju Uniku Tagħhom? Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Semmi ftit mill-​isfidi li jiffaċċjaw iż-​żgħażagħ Kristjani fl-​iskola. Spjega kif il-​ġenituri u wliedhom jistgħu jużaw il-​Watch Tower Publications Index biex isibu informazzjoni utli. Agħti xi eżempji. (Ara taħt it-​titlu “Schools” [Skejjel], sottitlu “experiences” [esperjenzi].) Stieden lil dawk fl-​udjenza li trabbew f’familji Kristjani biex jikkummentaw dwar kif il-​ġenituri tagħhom ippreparawhom biex jiffaċċjaw l-​isfidi u japplikaw il-​prinċipji Bibliċi fl-​iskola. Ukoll, jistgħu jsemmu kif użaw l-​Awake! jew Stenbaħ! biex jippreparaw għal xi suġġetti taʼ l-​iskola. Itlobhom jispjegaw kif kien taʼ protezzjoni għalihom li jaħdmu f’dan it-​territorju uniku.

20 min: “Inwaqqgħu Affarijiet li Jkunu Stabbiliti fis-​Sod.”c Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar kif min studja l-​Bibbja magħhom għenhom bil-​paċenzja ħalli jitilqu t-​twemmin reliġjuż falz li kienu jħaddnu u li kien stabbilit fis-​sod.

Għanja 83

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja