LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 127
  • Min kienet il-​mara taʼ Kajjin?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min kienet il-​mara taʼ Kajjin?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Aħwa li Żviluppaw Attitudnijiet Differenti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Ir-rabja tiegħu wasslitu biex joqtol
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Noffru Sagrifiċċji Aċċettabbli lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Iben Tajjeb u Ieħor Ħażin
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 127
Kajjin u martu

Min kienet il-​mara taʼ Kajjin?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Kajjin, l-​ewwel wild tal-​ewwel koppja umana, iżżewweġ lil waħda minn ħutu jew lil xi ħadd ieħor li kien jiġi mill-​qrib minnu. Nistgħu naslu għal din il-​konklużjoni billi nikkunsidraw x’tgħid il-​Bibbja dwar Kajjin u l-​familja tiegħu.

Fatti dwar Kajjin u l-​familja tiegħu

  • In-​nies kollha huma dixxendenti t’Adam u Eva. Alla “minn raġel wieħed [Adam] għamel il-​ġnus kollha tal-​bnedmin, biex jgħammru fuq il-​wiċċ kollu taʼ l-​art.” (Atti 17:26) Mart Adam, Eva, saret “omm il-​ħajjin kollha.” (Ġenesi 3:20) Għaldaqstant, Kajjin żgur li żżewweġ lil xi ħadd mid-​dixxendenti taʼ Adam u Eva.

  • Eva, l-​ewwel kellha lil Kajjin, imbagħad lil Abel, u wara kellha wlied oħrajn. (Ġenesi 4:1, 2) Meta Kajjin ġie mkeċċi talli qatel lil ħuh, hu lmenta: “Żgur li kulmin isibni joqtolni.” (Ġenesi 4:14) Minn min kien qed jibżaʼ Kajjin? Il-​Bibbja tgħid li Adam “nissel subien u bniet.” (Ġenesi 5:4) Milli jidher, id-​dixxendenti l-​oħra t’Adam u Eva setgħu heddew lil Kajjin.

  • Fil-​bidu tal-​istorja umana, kien normali li wieħed jiżżewweġ lil xi ħadd jiġi minnu. Pereżempju, ir-​raġel leali Abraham iżżewweġ lil oħtu mill-​missier. (Ġenesi 20:12) L-​ewwel kmand kontra żwieġ bħal dan deher fil-​Liġi Mosajka, li daħlet fis-​seħħ mijiet taʼ snin wara Kajjin. (Levitiku 18:9, 12, 13) Donnu li t-​tfal li kienu jitwieldu minn qraba lura f’dak iż-​żmien ma kinux suxxettibbli li jitwieldu b’difetti bħalma jiġri llum.

  • Il-​Bibbja tippreżenta r-​rakkont taʼ Adam, Eva, u l-​familja tagħhom bħala rakkont storiku eżatt. Ġenealoġiji dettaljati li jmorru lura sa Adam ma ssibhomx biss fil-​ktieb tal-​Ġenesi, li nkiteb minn Mosè, imma ssibhom ukoll fil-​kitbiet tal-​istorjografi Esdra u Luqa. (Ġenesi 5:3-​5; 1 Kronaki 1:1-​4; Luqa 3:38) Kittieba tal-​Bibbja jirreferu għall-​istorja taʼ Kajjin bħala ġrajja storika.—Ebrej 11:4; 1 Ġwanni 3:12; Ġuda 11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja