LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 128
  • Il-purgatorju jissemma fil-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-purgatorju jissemma fil-Bibbja?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Tistaʼ Temminha l-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Il-mewt
    Stenbaħ!—2014
  • X’Jiġrilha r-Ruħ mal-Mewt?
    X’Jiġrilna meta Mmutu?
  • L-Infern Jaħraq?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 128
L-​idea taʼ artist taʼ kif jistaʼ jkun il-​purgatorju

Il-​purgatorju jissemma fil-​Bibbja?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Le, ma jissemmiex. Fil-​Bibbja, il-​kelma “purgatorju” qatt ma tissemma, u lanqas ma tgħallem li r-​ruħ taʼ dawk li mietu tmur titnaddaf fil-​purgatorju.a Ara x’tgħallem il-​Bibbja dwar id-​dnub u l-​mewt u kif dan imur kontra t-​tagħlim tal-​purgatorju.

  • Fidi fis-​sagrifiċċju tad-​demm taʼ Ġesù hu li jnaddaf persuna mid-​dnub, u mhux l-​hekk imsejjaħ purgatorju. Il-​Bibbja tgħid li “d-​demm taʼ Ġesù Kristu [l-​Iben t’Alla] jnaddafna minn kull dnub” u li “Ġesù Kristu . . . ħallna minn dnubietna bis-​saħħa taʼ demmu.” (1 Ġwanni 1:7; Apokalissi 1:5, Il-​Bibbja, Għaqda Biblika Maltija) Ġesù ta “ħajtu b’fidwa għall-​kotra.”​—Mattew 20:28, Il-​Bibbja, GħBM.

  • In-​nies li mietu ma jafu xejn. “Il-​ħajjin, għallinqas, jafu li għad imutu, iżda l-​mejtin ma jafu xejn.” (Koħèlet 9:5, Il-​Bibbja, GħBM) Persuna li mietet ma tistaʼ tħoss xejn u għalhekk ma tistaʼ titnaddaf bl-​ebda nar tal-​purgatorju.

  • Wara li persuna tmut m’hemm l-​ebda kastig għal dnubietha. Il-​Bibbja tgħid li “min imut, jeħles mid-​dnub” u li “l-​ħlas tad-​dnub hu l-​mewt.” (Rumani 6:​7, 23, Il-​Bibbja, GħBM) Il-​mewt hi l-​ħlas komplet għad-​dnubiet.

X’inhu t-​tagħlim tal-​purgatorju?

It-​tagħlim Kattoliku jgħallem li l-​purgatorju hu l-​istat, il-​post, jew il-​kundizzjoni fejn ir-​ruħ tal-​persuna tpatti għal dnubietha li ma jkunux maħfurin u tiġi mnaddfa.b Skont Il-​Katekiżmu tal-​Knisja Kattolika, il-​mejtin għandhom bżonn din il-​purifikazzjoni “biex jiksbu l-​qdusija meħtieġa ħa jidħlu fl-​hena tas-​sema.” Il-​Katekiżmu jżid jgħid li “t-​tradizzjoni tal-​Knisja . . . titkellem dwar nar li jippurifika,” kif turi wkoll l-​istampa f’dan l-​artiklu. Madankollu, dan mhuwiex tagħlim Skritturali.

Minn fejn ġie t-​tagħlim tal-​purgatorju?

Il-​Griegi tal-​qedem kienu jemmnu fil-​Limbu u l-​purgatorju. Influwenzat mill-​filosofija Griega, Klement taʼ Lixandra qal li l-​mejtin jistgħu jiġu mnaddfin mid-​dnub permezz taʼ nar. Madankollu, il-​ktieb The History of Christian Doctrines jgħid li kien il-​Papa Girgor il-​Kbir li insista li n-​nar tal-​purgatorju hu twemmin li ħadd m’għandu jiddubita minnu. Din ir-​referenza tgħid li Girgor, li kien papa mis-​sena 590 sas-​604 wara Kristu (WK), “spiss jissejjaħ ‘il-​wieħed li vvinta l-​purgatorju.’” Il-​Knisja Kattolika spjegat it-​tagħlim uffiċjali tal-​purgatorju fil-​konċilji taʼ Lyon (1274) u ta’ Firenze (1439) u reġgħet ikkonfermat dan fil-​Konċilju taʼ Trento fis-​sena 1547.

a Rigward il-​purgatorju, il-​ktieb Orpheus: A General History of Religions jgħid li “din ma tissemma mkien fl-​Evanġelji.” Bl-​istess mod, in-​New Catholic Encyclopedia tgħid: “Nistgħu nikkonkludu li t-​tagħlim Kattoliku dwar il-​purgatorju hu bbażat fuq tradizzjoni, u mhux fuq l-​Iskrittura Imqaddsa.”​—It-​tieni edizzjoni, il-​11-​il volum, paġna 825.

b Ara n-​New Catholic Encyclopedia, it-​tieni edizzjoni, il-​11-​il volum, paġna 824.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja