LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 3/1 p. 16
  • Mistoqsijiet dwar il-​Bibbja mweġbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet dwar il-​Bibbja mweġbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Il-Gvern Taʼ Paċi T’Alla
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Issir Sudditu Tal-Gvern T’Alla
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 3/1 p. 16

MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN

Qatt se jkollna gvern wieħed għad-​dinja kollha?

Nies tal-​pajjiżi kollha magħqudin permezz taʼ gvern wieħed

Kif jistaʼ gvern dinji jgħaqqad in-​nies tal-​ġnus kollha? Isaija 32:1, 17; 54:13

Immaġina kif gvern dinji jistaʼ jkun taʼ benefiċċju għall-​umanità. Illum ħafna nies ibatu għax huma foqra ħafna, waqt li oħrajn huma sinjuri ħafna. Imma gvern dinji li jagħder jistaʼ jiżgura li kulħadd ikollu dak li jeħtieġ. Taħseb li l-​bnedmin xi darba joħolqu gvern bħal dan?—Aqra Ġeremija 10:23.

Matul l-​istorja, il-​gvernijiet naqsu li jieħdu ħsieb lis-​sudditi tagħhom f’ħafna modi, speċjalment lill-​foqra. Xi gvernijiet huma kattivi. (Ekkleżjasti 4:1; 8:9) Imma Alla li Jistaʼ Kollox wiegħed li se jipprovdi gvern li se jieħu post l-​oħrajn kollha. Il-​Mexxej taʼ dan il-​gvern verament se jieħu ħsieb lin-​nies.—Aqra Isaija 11:4; Danjel 2:44.

X’se twettaq is-​Saltna t’Alla?

Alla Ġeħova għażel Mexxej dinji ideali—lil Ibnu, Ġesù. (Luqa 1:31-​33) Bħala bniedem fuq l-​art, Ġesù kien interessat f’li jgħin lin-​nies. Bħala Sultan, hu se jgħaqqad lin-​nies tal-​ġnus kollha u jserraħhom mit-​tbatija kollha.—Aqra Salm 72:8, 12-​14.

Kulħadd se jaċċettah lil Ġesù bħala Mexxej? Le. Imma Ġeħova hu paċenzjuż. (2 Pietru 3:9) Hu qed jagħti l-​opportunità lin-​nies biex jaċċettaw lil Ġesù bħala Mexxej. Dalwaqt, Ġesù se jneħħi lin-​nies ħżiena mid-​dinja u jistabbilixxi paċi u sigurtà madwar id-​dinja kollha.—Aqra Mikea 4:3, 4.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 8 taʼ dan il-​ktieb, Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?, ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

Disponibbli fuq www.jw.org/mt

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja