LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/97 p. 1
  • Għin Lil Uħud Bla Esperjenza Biex Jifhmu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għin Lil Uħud Bla Esperjenza Biex Jifhmu
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Materjal Simili
  • Kif Tuża Aħbar Tajba Mingħand Alla!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Qiegħed Tuża l-Browxer X’Jirrikjedi biex Tibda l-Istudji?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Imita Lil Jehovah Billi Turi Tħassib Ġenwin Lejn Oħrajn
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Ipproklama L-Aħbar Tajba Tas-Saltna Bil-Brochures
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 4/97 p. 1

Għin Lil Uħud Bla Esperjenza Biex Jifhmu

1 Permezz tax-​xogħol taʼ li nagħmlu dixxipli, aħna ngħallmu lil oħrajn x’jeħtieġ Alla minnhom. (Matt. 28:​19, 20) Biex dan isir qiegħed iseħħ sforz tremend madwar id-​dinja minn iktar minn ħames miljun Xhud. Is-​suċċess ma jitkejjilx mis-​sigħat li nqattgħu, mil-​letteratura li nħallu, jew mill-​istudji tal-​Bibbja li nibdew. Nilħqu l-​objettiv tagħna meta n-​nies jifhmu u jaġixxu fuq dak li jitgħallmu.

2 Li ngħinu lil oħrajn spiritwalment jinvolvi li ‘lil dawk taʼ bla esperjenza nagħmluhom jifhmu.’ (Salm 119:130) Il-​qlub jintlaħqu u n-​nies jiġu mmotivati biss meta ‘jieħdu s-​sens taʼ dan.’ (Matt. 15:10) Hekk kif xogħlna jespandi u jsir iktar intensiv, nibdew napprezzaw dejjem iktar il-​bżonn li nitkellmu u ngħallmu b’mod sempliċi. Dan hu għala s-​Soċjetà ppubblikat il-​brochure Alla X’Jirrikjedi Minna? Dan fih kors taʼ studju komprensiv li jkopri t-​tagħlim fundamentali tal-​Bibbja. Il-​lezzjonijiet huma qosra, il-​kliem huwa mpoġġi b’mod mhux ikkomplikat, u t-​tagħlim faċli biex wieħed jifhmu, u b’hekk il-​brochure jappella lil ħafna.

3 Dan il-​brochure se noffruh flimkien mar-​rivisti matul ix-​xhur t’April u Mejju. Huwa rrikmandat li meta tippjana l-​attività taʼ servizz tiegħek taʼ kull ġimgħa, tirranġa biex toffri r-​rivisti nhar taʼ Sibt imma toffri l-​bro­chure fil-​ministeru tiegħek matul il-​bqija tal-​ġimgħa. Mur bil-​brochure għand dawk in-​nies li fil-​passat aċċettaw mill-​ewwel xi letteratura. Ftakar li dan jistaʼ jkun utli b’mod speċjali f’li tgħallem lit-​tfal, lil nies li jitkellmu lingwa barranija, u lil dawk li ma tantx jafu jaqraw.

4 Uża Metodu Sempliċi: Meta tippreżenta l-​brochure X’Jirrikjedi, irreferi għal paġna 2, fejn jispjega li “dan il-​browxer huwa ddisinjat bħala kors taʼ studju tal-​Bibbja.” Mur f’paragrafu 3 f’paġna 3 biex turi għala dak li jkun għandu bżonn jistudja l-​Bibbja. Qajjimlu l-​interess b’xi ftit mit-​titli tal-​lezzjonijiet li jikxfu veritajiet sempliċi tal-​Bibbja. Uri kif dan il-​brochure jagħmel it-​tagħlim xi ħaġa pjaċevoli, u offrilu li tagħtih għajnuna persunali.

5 Ikkonduċi Studju Progressiv: Il-​mira tagħna hija iktar milli sempliċement nikkonduċu studji​—irridu nagħmlu dixxipli li se jkunu jappoġġjaw bis-​sħiħ il-​qima vera. Il-​brochure jistaʼ jiġi mgħoddi f’temp taʼ ftit ġimgħat u għandu jwassal dritt għal studju fil-​ktieb Għarfien. (Ara n-​nota taʼ taħt f’paġna 31.) Mill-​bidunett, għin lill-​istudent jidentifika l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah. (Ara l-​ktieb Reasoning, paġni 283-4.) Enfasizza l-​valur tal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, u spjega li jekk wieħed jattendihom ikun jistaʼ jikseb fehma komprensiva taʼ kif jipprattika l-​qima vera.​—Ebr. 10:​24, 25.

6 Sehem sħiħ f’dan ix-​xogħol speċjali matul April u Mejju żgur li se jġibilna l-​ferħ li jiġi milli ngħinu lil uħud sinċieri biex ‘jiksbu l-​fehma’ li twassal għall-​ħajja.​—Prov. 4:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja