LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/98 p. 8
  • Nagħtu Xiehda Lill-“bnedmin Kollha”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nagħtu Xiehda Lill-“bnedmin Kollha”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • L-Għarfien Mingħand Alla Jwieġeb Ħafna Mistoqsijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Suġġerimenti taʼ Preżentazzjonijiet għas-Servizz taʼ l-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • “Dan Ifisser Il-Ħajja Taʼ Dejjem”
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Suġġerimenti taʼ Preżentazzjonijiet għas-Servizz taʼ l-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 6/98 p. 8

Nagħtu Xiehda Lill-​“bnedmin Kollha”

1 Meta Niltaqgħu Maʼ Nies Taʼ Kulturi Jew Sfondi Reliġjużi Differenti, Niftakru Li R-​rieda Taʼ Jehovah Hi “Li L-​bnedmin Kollha Jsalvaw U Jaslu Biex Jagħrfu L-​verità.” (1 Tim. 2:4) Barra Għadd Taʼ Fuljetti U Browxers Ippreparati B’mod Speċjali, Għandna Żewġ Pubblikazzjonijiet Eċċellenti Li Jistgħu Jintużaw fi Kwalunkwe Ħin Biex Ngħinu Lin-​nies Jiżviluppaw Apprezzament Akbar Għal Jehovah U Għal Ibnu, Kristu Ġesù.

2 Il-​ktieb L-​aqwa Bniedem Li Qatt Għex Huwa Ddedikat Esklussivament Għall-​ħajja Taʼ Ġesù. Saħansitra Dawk Li Jaqraw Il-​bibbja Regolarment Mhux Dejjem Jifhmu S-​sekwenza Tal-​ġrajjiet F’ħajtu. Billi Jagħti Prominenza Lill-​ħajja Taʼ Ġesù Kristu, L-​aqwa Bniedem Li Qatt Għex Jistaʼ Jgħin Lil Individwu F’li Jsir Iktar Midħla Taʼ L-​iben T’alla U Jinġibed Lejh, Bħalma Għamlu Ħafna Nies fl-​ewwel Seklu. (Ġw. 12:32) Il-​ktieb Magħqudin Fil-​qima Jagħti Fehma Profonda Lill-​qarrej Tat-​tagħlim Bażiku Tal-​bibbja Li, Min-​naħa Tiegħu, Jippromwovi L-​unità fil-​ħsieb U fil-​qima. Kulmeta Jkun Addattat, Forsi Tixtieq Tipprova S-​suġġerimenti Li Ġejjin Biex Tintroduċi Dawn Il-​kotba.

3 Jekk taħseb li jkun tajjeb li toffri l-​ktieb “L-​Aqwa Bniedem” lil xi ħadd, tistaʼ tistaqsi:

◼ “X’jiġik f’moħħok meta taħseb fuq Ġesù Kristu? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ħafna kittieba taʼ l-​istorja jirrikonoxxu lil Ġesù bħala l-​aqwa bniedem li qatt għex. [Ikkwota xi eżempju mill-​introduzzjoni tal-​ktieb L-​Aqwa Bniedem.] Il-​Bibbja turi li ħajjet Ġesù kienet mudell għalina biex nimitawh.” Aqra l-​1 Pietru 2:21 u l-​ewwel paragrafu fl-​aħħar paġna taʼ l-​introduzzjoni tal-​ktieb L-​Aqwa Bniedem. Jekk l-​inkwilin ikun interessat f’li jitgħallem dwar Ġesù, offrilu l-​ktieb. Qabel titlaq, aqra Ġwann 17:3 u staqsih, “Kif nistgħu nieħdu dan l-​għarfien li jwassal għall-​ħajja taʼ dejjem?” Agħmel arranġamenti definiti biex tmur lura bit-​tweġiba.

4 Meta terġaʼ tmur biex tispjega kif nieħdu l-​għarfien li jagħti l-​ħajja, tistaʼ tgħid:

◼ “Wegħedtek li nerġaʼ niġi biex nurik kif nistgħu nieħdu l-​għarfien li jwassal għall-​ħajja taʼ dejjem.” Ippreżenta l-​ktieb Għarfien, u billi tuża l-​ewwel kapitlu, uri kif isir studju.

5 Jew, tistaʼ tgħid:

◼ “Qegħdin nistaqsu lin-​nies jekk jaqblux li Ġesù Kristu kien l-​aqwa bniedem li qatt għex. [Agħti ċans għal tweġiba.] M’għandniex xi ngħidu, ħafna bnedmin influwenzaw il-​korsa tal-​kwistjonijiet umani, u xi wħud ikkontribwew għall-​progress tar-​razza umana, imma innota dak li jpoġġi lil Ġesù apparti mill-​bqija taʼ l-​oħrajn kollha. [Aqra Ġwann 17:3.] Ħadd iktar m’għandu l-​qawwa li jagħti l-​ħajja taʼ dejjem lill-​bnedmin. Dan hu dak li jagħmel lil Ġesù l-​aqwa bniedem li qatt għex.” Sib l-​istampa f’kapitlu 133 u staqsi lill-​inkwilin x’jolqtu l-​iktar fl-​istampa. Stenna tweġiba. Finalment, aqra l-​aħħar tliet paragrafi qabel ma toffri l-​ktieb. Semmi l-​fatt li tixtieq terġaʼ żżuru biex tispjega iktar dwar il-​barkiet li s-​saltna t’Alla se ġġib lill-​umanità. Jekk l-​inkwilin ikun interessat u jistaqsi dwar il-​prezz, tinsiex issemmi l-​arranġament tad-​donazzjoni. Jekk l-​inkwilin ma jidhirx li juri interess kbir, ipprova ħallilu fuljett addattat.

6 Meta terġaʼ tmur biex tispjega xi ftit minn dawn il-​barkiet, tistaʼ tistaqsi:

◼ “Liema bidliet tixtieq tara fuq l-​art?” Agħti ċans għal tweġiba. Skond it-​tweġiba li tingħata, mur f’paġna addattata jew tal-​browxer X’Jirrikjedi jew tal-​ktieb Għarfien. Urih kif il-​Bibbja tagħti tama ġenwina għal futur aħjar. Dan jistaʼ jwassal għal studju jew fil-​browxer X’Jirrikjedi jew fil-​ktieb Għarfien.

7 Kif Tibda l-​Konversazzjoni: Hemm ħafna għajnuniet taʼ tagħlim fil-​ktieb Magħqudin Fil-​Qima li jistgħu jintużaw biex tinbeda konversazzjoni fiż-​żjara inizjali jew fiż-​żjara lura. Tistaʼ tibda konversazzjoni sempliċement billi tistaqsi mistoqsija addattata. Per eżempju, innota dawn il-​mistoqsijiet u suġġetti u l-​paġni fejn huma indirizzati:

“X’għandna nikkunsidraw meta naqraw il-​Bibbja?” (27)

“Liema fatturi jikkontribwixxu għall-​unità?” (8, 9)

“Alla għala jippermetti l-​ħażen?” (kapitlu 7)

“Maʼ liema tip taʼ nies ikun irid jissieħeb Kristjan?” (44, 45)

8 Tistaʼ tmur fil-​paġna(i) magħżula fil-​Magħqudin Fil-​Qima u tispjega l-​punt li qed jiġi diskuss. Imbagħad ftiehem għal żjara lura billi tistaqsi mistoqsija rrelatata li tistaʼ titwieġeb jew mill-​browxer X’Jirrikjedi jew mill-​ktieb Għarfien. Kun żgur li tistieden lill-​inkwilin għal-​Laqgħa Pubblika u ħallilu volantin. Jekk xi ħadd jistaqsi dwar il-​prezz tal-​letteratura, agħti l-​opportunità lill-​individwi biex jikkontribwixxu għax-​xogħol tagħna, forsi billi tgħid, “Xi wħud jogħġobhom jagħmlu donazzjoni żgħira għax-​xogħol tagħna mad-​dinja kollha.”

9 Kull xorta taʼ nies b’qalb onesta qegħdin ifittxu l-​verità dwar Alla u Kristu. Nistgħu ngħinuhom fix-​xogħol tagħna taʼ l-​għoti taʼ xiehda. Mela, allura, ejjew inkomplu “nitħabtu u nitqabdu, għax it-​tama tagħna hi f’Alla l-​ħaj, li hu s-​Salvatur tal-​bnedmin kollha.”​—1 Tim. 4:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja