“Ideat Kif Noffru r-Rivisti fi . . .”
Hija d-drawwa tagħna li jkollna taħdita fil-Laqgħa tas-Servizz kull xahar dwar kif noffru r-rivisti. L-iskop tagħha mhuwiex li nirrivedu x’fihom ir-rivisti. Minflok, din it-taħdita hi disinjata biex niddiskutu ideat kif noffru r-rivisti. Għalhekk, skont l-istruzzjonijiet, il-ħu inkarigat jagħmel introduzzjoni qasira ħafna biex iqanqal l-entużjażmu għar-rivisti. Imbagħad, jitlob lill-pubblikaturi jagħtu suġġerimenti fuq artiklu (jew serje) wieħed wara l-ieħor, biex b’hekk kulħadd ikun jistaʼ jsegwi u jieħu noti taʼ xi ideat li jixtieq juża. Minflok ma jistieden lil dawk fl-udjenza biex jgħidu preżentazzjoni sħiħa, hu jitlobhom jissuġġerixxu mistoqsijiet li se jkunu taʼ interess għal dawk fil-komunità tagħna u mbagħad jistaqsi għal xi kummenti dwar liema skrittura nistgħu naqraw. Jikkonkludi billi jħejji turijiet għal kull rivista. Aħna mħeġġin naraw ir-rivisti minn qabel u nkunu lesti biex nagħtu s-suġġerimenti tagħna. Jekk ilkoll nippreparaw tajjeb, din it-taħdita se tgħinna nsinnu wiċċ xulxin.—Prov. 27:17.