Ġona
1 U l-kelma taʼ Ġeħova bdiet ġejja għand Ġona+ bin Amittaj, tgħid: 2 “Qum, mur Ninwe+ l-belt il-kbira, u xandar kontriha li l-ħażen tagħhom telaʼ sa quddiemi.”+
3 U Ġona qam u ħarab minn quddiem Ġeħova+ lejn Tarsis;+ u niżel lejn Ġaffa+ u sab bastiment sejjer Tarsis. Għalhekk, ħallas il-passaġġ u telaʼ fuqu, sabiex imur man-nies taʼ fuq il-bastiment lejn Tarsis u jaħrab minn quddiem Ġeħova.
4 U Ġeħova tefaʼ riħ qawwi fuq il-baħar,+ u qamet tempesta kbira+ fuq il-baħar; u l-bastiment kien għoddu tfarrak. 5 U l-baħħara bdew jibżgħu u bdew isejħu għall-għajnuna, kull wieħed lill-alla tiegħu.+ U bdew iwaddbu l-baħar l-affarijiet li kienu fuq il-bastiment, sabiex iħaffuh.+ Imma Ġona kien niżel u daħal ġewwanett taħt il-gverta tal-bastiment, u hemmhekk imtedd u raqad fil-fond.+ 6 Sa fl-aħħar il-kaptan tal-bastiment mar ħdejh u qallu: “Int kif irqadt? Qum, sejjaħ lill-alla tiegħek!+ Forsi l-Alla l-veru juri li jimpurtah minna, u ma ngħibux.”+
7 Imbagħad bdew jgħidu lil xulxin: “Ejjew ħa nitfgħu x-xorti,+ sabiex insiru nafu minħabba min għandna dan il-gwaj.”+ U baqgħu jitfgħu x-xorti, u fl-aħħarnett ix-xorti waqgħet fuq Ġona.+ 8 Għalhekk, huma qalulu: “Għidilna, jekk jogħġbok, minħabba min għandna dan il-gwaj?+ X’inhu xogħlok, u minfejn ġej? Liema hu pajjiżek, u minn liema poplu int?”
9 Għal dan, qalilhom: “Jien Ebrew,+ u nibżaʼ+ minn Ġeħova l-Alla tas-smewwiet,+ li għamel il-baħar u l-art niexfa.”+
10 U l-irġiel bdew jibżgħu ħafna, u qalulu: “X’għamilt?”+ Għax l-irġiel saru jafu, billi kien qalilhom hu, li kien qed jaħrab minn quddiem Ġeħova. 11 Imbagħad qalulu: “X’għandna nagħmlulek,+ sabiex il-baħar jikkalmalna?” Għax iktar ma jmur, il-baħar kien qed jitqawwa. 12 Għaldaqstant qalilhom: “Erfgħuni u waddbuni l-baħar, u l-baħar jikkalmalkom; għax naf li minħabba fija ġiet fuqkom din it-tempesta kbira.”+ 13 Imma l-irġiel ipprovaw jgħaddu mit-tempesta, sabiex jieħdu l-bastiment lura lejn l-art niexfa; imma ma rnexxilhomx, għax il-baħar baqaʼ jitqawwa kontrihom.+
14 U bdew isejħu lil Ġeħova u jgħidu:+ “O Ġeħova, jekk jogħġbok, ħa ma ngħibux minħabba dan ir-raġel! U tqigħedx fuqna demm innoċenti,+ ladarba int innifsek, O Ġeħova, għamilt dak li għoġbok tagħmel!”+ 15 Imbagħad refgħu lil Ġona u xeħtuh il-baħar; u l-baħar beda jbatti mill-furja tiegħu.+ 16 Għalhekk, l-irġiel bdew jibżgħu ħafna minn Ġeħova,+ u offrew sagrifiċċju lil Ġeħova+ u għamlu xi wegħdi.+
17 Issa Ġeħova bagħat ħuta kbira biex tiblaʼ lil Ġona,+ u Ġona baqaʼ fil-ġewwieni tal-ħuta tlett ijiem u tliet iljieli.+