Luqa
23 Għalhekk, qamu lkoll flimkien, kotra waħda, u ħaduh għand Pilatu.+ 2 Imbagħad bdew jakkużawh+ u jgħidu: “Sibna li dan ir-raġel qed jaqleb+ lil ġensna u ma jħallix lin-nies iħallsu t-taxxi+ lil Ċesari u jgħid li hu Kristu sultan.”+ 3 Issa Pilatu staqsieh: “Int is-sultan tal-Lhud?” Wieġeb u qallu: “Int stess qed tgħidu.”+ 4 Imbagħad Pilatu qal lill-qassisin ewlenin u lill-folol: “Ma nsib ebda ħtija f’dan ir-raġel.”+ 5 Imma huma bdew jinsistu u jgħidu: “Hu jxewwex lin-nies bit-tagħlim tiegħu fil-Lhudija kollha, beda saħansitra mill-Galilija s’hawnhekk.” 6 Meta semaʼ dan, Pilatu staqsa jekk ir-raġel kienx Galilew, 7 u, wara li sar jaf li kien mill-ġurisdizzjoni t’Erodi,*+ bagħtu għand Erodi li wkoll kien f’Ġerusalemm f’dawk il-jiem.
8 Meta ra lil Ġesù, Erodi feraħ ħafna għax, peress li kien semaʼ dwaru,+ kien ilu jixtieq jarah,+ u kien qed jittama li jarah iwettaq xi sinjal. 9 Issa beda jagħmillu ħafna mistoqsijiet; imma hu ma wiġbux.+ 10 Madankollu, il-qassisin ewlenin u l-iskribi bdew iqumu bil-wieqfa u jakkużawh bl-herra.+ 11 Imbagħad Erodi, flimkien mas-suldati tiegħu, żebilħu+ u żżuffjetta+ bih billi libbsu libsa taʼ lewn jgħajjat u bagħtu lura għand Pilatu. 12 Issa dakinhar Erodi u Pilatu+ saru ħbieb; għax qabel kellhom mibegħda għal xulxin.
13 Imbagħad Pilatu sejjaħ flimkien lill-qassisin ewlenin u lill-ħakkiema u lin-nies 14 u qalilhom: “Ġibtuli lil dan ir-raġel bħala wieħed li qed ixewwex lin-nies, u, ara, jien interrogajtu quddiemkom imma fih ma sibt ebda bażi+ għall-akkużi li qed iġġibu kontrih. 15 Fil-fatt, lanqas Erodi, għax bagħtu lura għandna; u, ara, hu m’għamel xejn li jistħoqqlu l-mewt.+ 16 Għalhekk, nikkastigah bis-swat+ u nitilqu.” 17* —— 18 Imma huma għajtu lkoll f’daqqa u qalu: “Eqirdu lil dan,+ imma itilqilna lil Barabba!”+ 19 (Dan ir-raġel kien intefaʼ l-ħabs minħabba rewwixta li saret fil-belt u minħabba qtil.) 20 Pilatu reġaʼ kellimhom, għax ried jeħles lil Ġesù.+ 21 Imbagħad huma bdew iwerżqu u jgħidu: “Sammru maʼ zokk! Sammru maʼ zokk!”+ 22 Qalilhom għat-tielet darba: “Għala, x’għamel ħażin dan ir-raġel? Ma sibt xejn fih li jistħoqqlu l-mewt; għalhekk, nikkastigah bis-swat u nitilqu.”+ 23 Għal dan, huma iktar bdew jgħajtu u jinsistu li għandu jsammru maʼ zokk, u kulma beda jinstemaʼ kien l-għajat tagħhom.+ 24 Għalhekk, Pilatu ta s-sentenza biex tintlaqaʼ t-talba tagħhom:+ 25 ħeles+ lil min riedu huma, ir-raġel li kien intefaʼ l-ħabs minħabba rewwixta u qtil, imma lil Ġesù kkundannah kif xtaqu huma.+
26 Issa, huma u sejrin bih, qabdu lil Xmun, minn Ċirene, li kien ġej mill-kampanja, u għabbewlu z-zokk tat-tortura biex iġorru wara Ġesù.+ 27 U kien hemm miexja warajh kotra kbira taʼ nies u taʼ nisa li bdew iħabbtu fuq sidirhom bin-niket u jibkuh. 28 Ġesù dar lejn in-nisa u qalilhom: “Ulied Ġerusalemm, tibqgħux tibkuni. Għall-kuntrarju, ibku lilkom u lil uliedkom;+ 29 għax, ara! Jiġu jiem meta n-nies jgħidu, ‘Henjin in-nisa li ma setax ikollhom tfal, u l-ġwief li ma wildux u l-isdra li ma reddgħux!’+ 30 Imbagħad jibdew jgħidu lill-muntanji, ‘Aqgħu fuqna!’ u lill-għoljiet, ‘Ordmuna!’+ 31 Għax jekk jagħmlu dan meta s-siġra tkun ħadra, x’jiġri meta tinxef?”+
32 U kien hemm żewġt irġiel oħra, irġiel ħżiena, li wkoll kienu qed jittieħdu biex jingħataw il-mewt miegħu.+ 33 U meta waslu fil-post li jgħidulu l-Qorriegħa,+ hemmhekk poġġew fuq zokk lilu u lill-irġiel ħżiena, wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug tiegħu.+ 34 [[Imma Ġesù beda jgħid: “Missier, aħfrilhom,+ għax ma jafux x’qed jagħmlu.”]] Iktar minn hekk, qassmu ħwejġu billi tellgħuhom bix-xorti.+ 35 U n-nies qagħdu jħarsu.+ Imma l-ħakkiema kienu qed jiddieħqu bih u jgħidu b’disprezz: “Salva lil oħrajn; ħa jsalva+ lilu nnifsu, jekk dan hu l-Kristu t’Alla, il-Magħżul.”+ 36 Saħansitra s-suldati bdew jiżżuffjettaw+ bih, u jersqu qrib, joffrulu nbid qares,+ 37 u jgħidulu: “Jekk int is-sultan tal-Lhud, salva lilek innifsek.” 38 Kien hemm ukoll kitba fuqu: “Dan hu s-sultan tal-Lhud.”+
39 U wieħed mill-irġiel il-ħżiena li kienu mdendlin beda jgħajru+ u jgħidlu: “Int mhux il-Kristu? Salva lilek innifsek u lilna.” 40 Għal dan, l-ieħor ċanfru u qal: “Lanqas minn Alla ma tibżaʼ, issa li qiegħed fl-istess ġudizzju?+ 41 Aħna, tabilħaqq, b’ġustizzja, għax qed nieħdu bis-sħiħ dak li jistħoqqilna għal li għamilna; imma dan ir-raġel m’għamel xejn barra minn loku.”+ 42 U kompla jgħid: “Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-saltna tiegħek.”+ 43 U hu qallu: “Tassew ngħidlek illum,* Int tkun fil-Ġenna+ miegħi.”+
44 Issa kienet madwar is-sitt siegħa;* madankollu, waqgħet dalma fuq l-art kollha sad-disaʼ siegħa,*+ 45 għax naqas id-dawl tax-xemx; imbagħad il-purtiera+ tas-santwarju ċċarrtet min-nofs.+ 46 U Ġesù għajjat b’leħen għoli u qal: “Missier, f’idejk nafda l-ispirtu tiegħi.”+ Malli qal dan, ħa l-aħħar nifs.+ 47 Peress li kien ra x’ġara, l-uffiċjal taʼ l-armata beda jigglorifika lil Alla u jgħid: “Tassew li dan kien raġel sewwa.”+ 48 U l-folol kollha li kienu miġburin hemmhekk josservaw din ix-xena, meta raw dak li ġara, telqu lura jħabbtu fuq sidirhom. 49 Iktar minn hekk, dawk kollha li kienu jafuh kienu weqfin ’il bogħod.+ Ukoll, weqfin jaraw dan kien hemm xi nisa li flimkien kienu ġew warajh mill-Galilija.+
50 U, ara! Kien hemm raġel jismu Ġużeppi, membru tal-Kunsill, raġel tajjeb u ġust+— 51 dan ma kienx ivvota favur il-pjan u l-azzjoni tagħhom.+ Hu kien minn Arimatija, belt tal-Lhud, u kien qed jistenna s-saltna t’Alla;+ 52 dan ir-raġel mar għand Pilatu u talbu l-ġisem taʼ Ġesù.+ 53 U niżżlu+ u keffnu f’għażel fin, u poġġieh f’qabar+ imħaffer fil-blat, li ħadd ma kien għadu tpoġġa fih.+ 54 Issa kien jum it-Tħejjija,*+ u kien riesaq id-dawl taʼ fil-għaxija tas-Sabat.+ 55 Imma n-nisa, li kienu ġew miegħu mill-Galilija, marru warajh u ttawlu fil-qabar tat-tifkira+ u raw kif tpoġġa l-ġisem tiegħu;+ 56 u marru lura biex iħejju fwejjaħ aromatiċi u żejt ifuħ.+ Imma, naturalment, f’jum is-Sabat+ straħu skond il-kmandament.