Proverbji
Iben għaref iferraħ lil missieru,+ u iben stupidu hu l-għali t’ommu.+ 2 It-teżori tal-bniedem mill-agħar m’huma se jkunu t’ebda benefiċċju,+ imma s-sewwa se jagħti l-ħelsien mill-mewt.+ 3 Ġeħova mhux se jħalli ruħ il-ġust tbati l-ġuħ,+ imma l-leblieba tan-nies mill-agħar se jwarrabha.+
4 Min jaħdem b’id merħija se jkun taʼ ftit mezzi,+ imma id il-ħabrieki se tagħmlu għani.+
5 L-iben li jaġixxi b’dehen jiġbor matul żmien is-sajf; l-iben li mġibtu hi taʼ mistħija jorqod fil-fond matul il-ħsad.+
6 Barkiet hemm għal ras il-ġust,+ imma inkwantu għal fomm in-nies mill-agħar, dan jgħatti l-vjolenza.+ 7 It-tifkira tal-ġust se titbierek,+ imma isem in-nies mill-agħar se jitħassar.*+
8 Min qalbu għarfa se jaċċetta l-kmandamenti,+ imma min fuq xofftejh għandu l-bluha se jinsaħaq.+
9 Dak li qed jimxi bl-integrità se jimxi fis-sigurtà,+ imma dak li qed jgħawweġ triqatu kulħadd isir jaf x’inhu.+
10 Min jegħmeż b’għajnejh se jikkaġuna wġigħ,+ u min fuq xofftejh għandu l-bluha se jinsaħaq.+ 11 Fomm il-ġust sors taʼ ħajja;+ imma inkwantu għal fomm in-nies mill-agħar, dan jgħatti l-vjolenza.+
12 Il-mibegħda tqajjem il-ġlied,+ imma l-imħabba tgħatti n-nuqqasijiet kollha.+
13 Fuq xofftejn bniedem li għandu l-abbiltà li jifhem jinstab l-għerf,+ imma l-ħatar hu għal dahar min għandu qalbu belha.*+
14 L-għorrief jaħżnu l-għarfien bħal teżor,+ imma fomm l-iblah iwassal għar-rovina.+
15 L-affarijiet taʼ valur li għandu l-għani huma l-belt b’saħħitha tiegħu.+ Ir-rovina tal-foqra hi l-faqar tagħhom.+
16 L-attività tal-ġust iġġib il-ħajja;+ frott ix-xogħol tal-bniedem mill-agħar iwassal għad-dnub.+
17 Min iżomm mad-dixxiplina jkun it-triq għall-ħajja għal oħrajn,*+ imma min jitlaq it-twiddib jiżvija.+
18 Fejn hemm min jgħatti l-mibegħda hemm xofftejn giddieba,+ u min iġib rapport ħażin hu stupidu.+
19 Fl-abbundanza tal-kliem, in-nuqqasijiet ma jonqsux;+ imma min irażżan xofftejh qed jaġixxi b’mod diskret.+
20 Ilsien il-ġust huwa fidda mill-aqwa;+ qalb il-bniedem mill-agħar ftit tiswa.+
21 Xofftejn il-ġust ikomplu jirgħu lil ħafna,+ imma għax għandhom qalbhom belha* l-boloh jibqgħu jmutu.+
22 Il-barka taʼ Ġeħova—hi li ġġib l-għana,+ u hu ma jżid l-ebda wġigħ magħha.+
23 Għall-istupidu, li jieħu sehem f’kondotta laxka hu bħal logħba;+ imma l-għerf hu għall-bniedem taʼ dixxerniment.+
24 Il-biżaʼ tal-bniedem mill-agħar jiġi fuqu;+ imma x-xewqa tal-ġusti se tinqatgħalhom.+ 25 Bħal meta jgħaddi riħ taʼ tempesta, hekk il-bniedem mill-agħar ma jkunx iktar;+ imma l-ġust huwa pedament għal dejjem.+
26 Bħall-ħall għas-snien u bħad-duħħan għall-għajnejn, hekk hu l-għażżien għal dawk li jħaddmuh.+
27 Il-biżaʼ taʼ Ġeħova jżid il-jiem,+ imma s-snin tan-nies mill-agħar jitqassru.+
28 L-istennija tal-ġusti ġġib il-ferħ,+ imma t-tama tan-nies mill-agħar se tgħib.+
29 It-triq taʼ Ġeħova hi fortizza għal min hu bla ħtija,+ imma rovina għal min jipprattika l-ħsara.+
30 Il-ġust, qatt ma se jkollu xi jġiegħlu jogħtor;+ imma n-nies mill-agħar m’humiex se jibqgħu jgħammru fuq l-art.+
31 Fomm il-ġust jagħmel frott l-għerf,+ imma l-ilsien li jgħid affarijiet imħassrin se jinqataʼ.+
32 Xofftejn il-ġust jiġu approvati,+ imma fomm in-nies mill-agħar jgħid affarijiet imħassrin.+