Mattew
6 “Oqogħdu attenti li s-sewwa+ li tagħmlu ma tagħmluhx għal għajn in-nies, biex tidhru; inkella ma jkollkom l-ebda premju mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet. 2 Għalhekk, meta tagħti għotjiet taʼ ħniena,+ toqgħodx iddoqq it-trombi,+ bħalma jagħmlu l-ipokriti fis-sinagogi u fit-toroq, sabiex ifaħħruhom in-nies. Tassew ngħidilkom, Dawn qed jieħdu l-premju tagħhom bis-sħiħ. 3 Imma int, meta tagħti għotjiet taʼ ħniena, tħallix lil idek ix-xellugija tkun taf x’qed tagħmel il-leminija, 4 biex l-għotjiet taʼ ħniena tiegħek isiru fil-moħbi; imbagħad Missierek li jara dak li hu moħbi se jroddlok lura.+
5 “Ukoll, meta titolbu, tkunux bħall-ipokriti; għax dawn iħobbu jitolbu bil-wieqfa+ fis-sinagogi u fil-kantunieri tat-toroq prinċipali sabiex jarawhom in-nies.+ Tassew ngħidilkom, Dawn qed jieħdu l-premju tagħhom bis-sħiħ. 6 Iżda int, meta titlob, idħol f’kamartek,+ agħlaq il-bieb, u itlob lil Missierek li qiegħed fil-moħbi;+ imbagħad Missierek li jara dak li hu moħbi se jroddlok lura. 7 Meta titlob, toqgħodx tirripeti l-istess ħaġa,+ bħalma jagħmlu n-nies tal-ġnus, għax dawn jimmaġinaw li se jinstemgħu għax jużaw ħafna kliem. 8 Għalhekk, tagħmlux bħalhom, għax Alla Missierkom jaf x’teħtieġu+ saħansitra qabel ma titolbuh.
“‘Missierna fis-smewwiet, ħa jitqaddes+ ismek.+ 10 Ħa tiġi saltnatek.+ Ħa jkun li trid int,+ kif fis-sema, ukoll fuq l-art.+ 11 Agħtina llum ħobżna għal dan il-jum;+ 12 u aħfrilna d-djun tagħna, bħalma aħna wkoll ħfirna lil min kellu d-dejn magħna.+ 13 U ddaħħalniex fit-tentazzjoni,+ imma eħlisna mill-Ħażin.’+
14 “Għax jekk taħfru lill-bnedmin in-nuqqasijiet tagħhom, Missierkom tas-sema se jaħfrilkom ukoll;+ 15 filwaqt li jekk ma taħfrux lill-bnedmin in-nuqqasijiet tagħhom, lanqas Missierkom ma se jaħfer in-nuqqasijiet tagħkom.+
16 “Meta ssumu,+ toqogħdux turu wiċċ imdejjaq bħall-ipokriti, għax dawn ikerrhu wiċċhom sabiex f’għajnejn il-bnedmin jidhru li qed isumu.+ Tassew ngħidilkom, Dawn qed jieħdu l-premju tagħhom bis-sħiħ. 17 Imma int, meta ssum, idlek rasek u aħsel wiċċek,+ 18 biex ma tidhirx li qed issum għall-bnedmin imma għal Missierek li qiegħed fil-moħbi;+ imbagħad Missierek li jara dak li hu moħbi se jroddlok lura.
19 “Tibqgħux taħżnu teżori+ fuq l-art, fejn jittieklu mill-kamla u s-sadid, u fejn jidħlu l-ħallelin biex jisirqu. 20 Minflok, aħżnu teżori fis-sema,+ fejn ma jittiklux+ mill-kamla u mis-sadid, u fejn ma jidħlux il-ħallelin biex jisirqu. 21 Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tkun qalbek ukoll.
22 “L-għajn+ hi l-musbieħ tal-ġisem. Jekk, mela, għajnek tkun sempliċi, ġismek kollu jkun jiddi; 23 imma jekk għajnek tkun mill-agħar,+ ġismek kollu jkun mudlam. Mela, jekk fir-realtà d-dawl li hemm fik hu dlam, kemm hu kbir dak id-dlam!+
24 “Ħadd ma jistaʼ jkun ilsir taʼ żewġ sidien; għax jew jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor,+ jew jintrabat maʼ wieħed u jistmerr lill-ieħor. Ma tistgħux tkunu lsiera t’Alla u tal-flus.+
25 “Għaldaqstant ngħidilkom: Tibqgħux tkunu ansjużi+ dwar ħajjitkom* rigward x’se tieklu jew x’se tixorbu, jew dwar ġisimkom rigward x’se tilbsu.+ Ma tiswiex il-ħajja iktar mill-ikel u l-ġisem mill-ilbies?+ 26 Osservaw bir-reqqa l-għasafar+ tas-sema, għax huma la jiżirgħu, la jaħsdu, u lanqas jiġbru fl-imħażen; imma Missierkom tas-sema xorta waħda jitmagħhom. Ma tiswewx intom iktar minnhom?+ 27 Min minnkom billi jkun ansjuż jistaʼ jtawwal għomru+ mqar bi ftit?* 28 Ukoll, għala intom ansjużi dwar l-ilbies? Tgħallmu lezzjoni mill-ġilji+ tar-rabaʼ, kif jikbru; huma la jitħabtu u lanqas jinsġu; 29 imma jien ngħidilkom li lanqas saħansitra Salamun+ fil-glorja kollha tiegħu ma kien imżejjen bħal wieħed minnhom. 30 Issa, jekk Alla jlibbes hekk lill-ħaxix tar-rabaʼ, li llum hawn u għada jintefaʼ fil-forn, kemm iktar ilibbes lilkom, intom taʼ fidi żgħira?+ 31 Għalhekk, qatt tkunu ansjużi+ u tgħidu, ‘X’se nieklu?’ jew, ‘X’se nixorbu?’ jew, ‘X’se nilbsu?’ 32 Għax dawn kollha huma l-affarijiet li l-ġnus qed ifittxu bil-ħerqa. Għax Missierkom tas-sema jaf li teħtieġu dawn l-affarijiet kollha.+
33 “Mela, ibqgħu fittxu l-ewwel is-saltna u s-sewwa tiegħu,+ u dawn l-affarijiet l-oħrajn kollha se jiżdidulkom.+ 34 Għalhekk, qatt tkunu ansjużi dwar l-għada,+ għax l-għada se jkollu l-ansjetajiet tiegħu. Hu biżżejjed għal kull ġurnata l-ħażen tagħha.