Luqa
10 Wara dan, il-Mulej għażel sebgħin+ oħra u bagħathom tnejn tnejn+ qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. 2 Imbagħad beda jgħidilhom: “Tassew, il-ħsad+ hu kbir, imma l-ħaddiema+ ftit. Għalhekk, itolbu bil-ħrara+ lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema+ għall-ħsad tiegħu. 3 Morru. Ara! Qed nibgħatkom bħal ħrief+ qalb l-ilpup. 4 Tiħdux borża tal-flus, la ħorġa taʼ l-ikel,+ u lanqas sandli, u fit-triq tieqfu tħaddnu+ lil ħadd biex issellmulu. 5 Kulfejn tidħlu f’xi dar, l-ewwel għidu, ‘Jalla jkollha l-paċi din id-dar!’+ 6 U jekk ikun hemm ħabib tal-paċi, il-paċi tagħkom tibqaʼ fuqu.+ Imma jekk le, terġaʼ lura għandkom.+ 7 Għalhekk, ibqgħu f’dik id-dar,+ u kulu u ixorbu dak li jipprovdulkom,+ għax il-ħaddiem jistħoqqlu ħlasu.+ Titilqux minn dar biex tmorru f’oħra.+
8 “Ukoll, f’kull belt li tidħlu u jilqgħukom, kulu dak li jqegħdulkom quddiemkom, 9 u fejqu+ l-morda li jkun hemm, u għidulhom, ‘Is-saltna+ t’Alla qorbot lejkom.’ 10 Imma f’kull belt li tidħlu u ma jilqgħukomx,+ oħorġu fit-toroq prinċipali tagħha u għidu, 11 ‘Anki t-trab taʼ beltkom li weħel maʼ saqajna nimsħu kontrikom.+ Madankollu, żommu dan f’moħħkom, li s-saltna t’Alla qorbot.’ 12 Ngħidilkom li f’dak il-jum ikun eħfef għal Sodoma+ milli għal din il-belt.
13 “Gwaj għalik, Korażin!+ Gwaj għalik, Betsajda!+ Għax kieku l-għemejjel setgħanin li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u qagħdu bil-qiegħda fl-irmied lebsin l-ixkora.+ 14 Għaldaqstant ikun eħfef għal Tir u Sidon fil-ġudizzju milli għalikom.+ 15 U int, Kafarnahum, taħseb li se titgħolla sas-sema?+ Fil-Qabar*+ se tinżel!
16 “Min jismaʼ+ lilkom jismaʼ lili. U min ma jagħtix kaskom ma jagħtix kasi. Iktar minn hekk, min ma jagħtix kasi ma jagħtix kas+ dak li bagħatni.”
17 Imbagħad is-sebgħin ġew lura ferħanin u qalulu: “Mulej, anki d-demonji jintgħamlu sottomessi+ lejna f’ismek.” 18 Għal dan, qalilhom: “Bdejt nara lil Satana diġà mwaqqaʼ+ bħal sajjetta mis-sema. 19 Ara! Tajtkom l-awtorità li tgħaffġu taħt saqajkom sriep+ u skorpjuni,+ u l-awtorità fuq il-qawwa kollha taʼ l-għadu,+ u żgur li xejn ma jweġġagħkom. 20 Iżda tifirħux b’dan, li l-ispirti jintgħamlu sottomessi lejkom, imma ifirħu għax isimkom+ tnaqqax fis-smewwiet.” 21 Dak il-ħin stess ħass ferħ kbir+ bl-ispirtu qaddis u qal: “Jien infaħħrek quddiem kulħadd, Missier, Mulej tas-sema u l-art, għax int ħbejt sew dawn l-affarijiet mill-għorrief+ u l-intellettwali, u kxifthom liċ-ċkejknin. Iva, O Missier, għax hekk għoġbok tagħmel. 22 Kollox ngħatali+ minn Missieri, u ħadd ma jaf min hu l-Iben ħlief il-Missier;+ u ħadd ma jaf min hu l-Missier ħlief l-Iben,+ u dak li lilu l-Iben lest li jirrivelah.”
23 B’dan, dar lejn id-dixxipli waħedhom u qalilhom: “Henjin l-għajnejn li jaraw dak li qed taraw intom.+ 24 Għax ngħidilkom, Ħafna profeti u slaten xtaqu jaraw+ dak li qed taraw intom imma ma rawhx, u jisimgħu dak li qed tisimgħu intom imma ma semgħuhx.”
25 Issa, ara! Wieħed raġel li kien jaf il-Liġi+ qam bil-wieqfa u, biex jipprovah, qal: “Għalliem, xi rrid nagħmel biex niret il-ħajja taʼ dejjem?”+ 26 Qallu: “X’hemm miktub fil-Liġi?+ Kif taqraha?” 27 Hu wieġbu u qallu: “‘Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’saħħtek kollha u b’moħħok kollu,’+ u, ‘lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’”+ 28 Qallu: “Tajjeb wiġibt; ‘ibqaʼ agħmel dan u tikseb il-ħajja.’”+
29 Imma, billi ried juri li kien raġel sewwa, dan qal lil Ġesù: “Min tassew hu l-proxxmu tiegħi?”+ 30 Ġesù wieġeb u qal: “Wieħed raġel kien nieżel minn Ġerusalemm lejn Ġeriko u waqaʼ f’idejn il-ħallelin, li neżżgħuh, sawtuh u telqu, u ħallewh nofsu mejjet. 31 Issa, b’kumbinazzjoni, minn dik it-triq kien nieżel qassis, imma, meta rah, qasam għan-naħa l-oħra.+ 32 Bl-istess mod, wieħed Levita wkoll, meta wasal fuq il-post u rah, qasam għan-naħa l-oħra.+ 33 Imma wieħed Samaritan+ li kien għaddej minn dik it-triq wasal ħdejh u, malli rah, ħassu mqanqal u tħassru. 34 Għalhekk, resaq lejh u nfaxxalu l-ġrieħi, wara li ferraʼ ż-żejt u l-inbid fuqhom.+ Imbagħad tellgħu fuq il-bhima tiegħu, ħadu f’lukanda, u ħa ħsiebu. 35 U l-għada ħareġ żewġ dinari,* tahom lil tal-lukanda, u qallu, ‘Ħu ħsiebu, u dak li tonfoq minbarra dan, irroddhulek meta nerġaʼ niġi hawnhekk.’ 36 Minn dawn it-tlieta, min jidhirlek int li għamilha taʼ proxxmu+ għar-raġel li waqaʼ f’idejn il-ħallelin?” 37 Qal: “Dak li aġixxa bil-ħniena+ miegħu.” Ġesù mbagħad qallu: “Mur u agħmel+ l-istess int ukoll.”
38 Issa, huma u sejrin, daħal f’ċertu raħal. Hawnhekk waħda mara jisimha Marta+ laqgħetu bħala mistieden f’darha. 39 Din il-mara kellha wkoll oħtha li kien jisimha Marija, u din qagħdet bil-qiegħda f’riġlejn+ il-Mulej tismaʼ l-kelma tiegħu. 40 Mill-banda l-oħra, Marta kienet aljenata+ b’ħafna xogħol. Għaldaqstant resqet u qaltlu: “Mulej, ma jimpurtakx int li oħti ħallietni nieħu ħsieb kollox+ waħdi? Għalhekk, għidilha tiġi tgħinni.” 41 Il-Mulej wieġeb u qalilha: “Marta, Marta, int ansjuża+ u mifxula dwar ħafna affarijiet.+ 42 Iżda ftit affarijiet+ huma meħtieġa, jew sempliċement ħaġa waħda. Min-naħa tagħha, Marija għażlet l-aħjar sehem,+ u mhux se jittiħdilha.”