LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/96 p. 1
  • Bierek Lil Jehovah “Il-Jum Kollu”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Bierek Lil Jehovah “Il-Jum Kollu”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • Jehovah Jixraqlu Tifħir Etern
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Faħħar lil Ġeħova Kuljum
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Tkellem m’Oħrajn dwar “id-Dawl tad-Dinja”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Jehovah taʼ Min Ifaħħru bil-Bosta
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 3/96 p. 1

Bierek Lil Jehovah “Il-​Jum Kollu”

1 Salm 145:2 fih wegħda li s-​Sultan David għamel lil Jehovah: “Il-​jum kollu se nbierkek, u se nfaħħar lil ismek għal żmien indefinit, saħansitra għal dejjem.” Aħna wkoll għandna għalfejn inbierku u nfaħħru lil Missierna tas-​sema! Imma kif nistgħu nimitaw l-​eżempju taʼ David f’li neżaltaw is-​sovranità taʼ Jehovah “il-​jum kollu”?

2 Nimlew Lil Qlubna B’Apprezzament Lejn Jehovah: L-​istudju regulari tal-​Kelma t’Alla jagħmilha iktar profonda l-​gratitudni tagħna għal dak li Jehovah għamel, qiegħed jagħmel, u għad irid jagħmel għalina. Hekk kif nikbru fl-​apprezzament lejn l-​atti meraviljużi tiegħu, se nsibu lilna nfusna nfuru bil-​bosta minħabba t-​tjubija tiegħu. (Salm 145:7) Se nfaħħru b’mod ħerqan lil Jehovah f’kull okkażjoni xierqa.

3 Infaħħru Lil Jehovah Fil-​Konversazzjoni Taʼ Kuljum: Meta nkunu qegħdin nitkellmu mal-​ġirien, maʼ sħabna fl-​iskola, maʼ sħabna tax-​xogħol, u m’oħrajn li naraw kuljum, nistgħu nsibu opportunitajiet biex naqsmu t-​tama tagħna magħhom. Xi ġar jistaʼ jesprimi tħassib dwar il-​kriminalità ġewwa l-​komunità; xi sieħeb fl-​iskola jistaʼ jkun inkwetat dwar l-​abbuż tad-​drogi jew l-​immoralità; xi sieħeb fuq il-​post tax-​xogħol jistaʼ jistqarr xi opinjoni dwar xi kwistjoni politika. Nistgħu nirreferu għall-​prinċipji u l-​wegħdi fil-​Kelma t’Alla li juru l-​korsa xierqa li wieħed għandu jieħu issa u l-​fejqan li ġej għal dawn il-​problemi. Kliem bħal dan mitkellem ‘f’waqtu’ jistaʼ jkun taʼ barka!​—Prov. 15:23.

4 Nitkellmu Dwar Jehovah Il-​Ħin Kollu: Wieħed li għandu apprezzament profond lejn Jehovah irid jaqsam l-​aħbar tajba maʼ kemm jistaʼ jkun nies oħrajn. (Salm 40:​8-10) F’dan ir-​rigward irridu nistaqsu lilna nfusna: ‘Qiegħed jien nagħmel dak kollu li ċ-​ċirkostanzi tiegħi jippermettu?’ Ħafna sabu li bi ftit aġġustamenti raġonevoli, irnexxielhom isiru pijunieri regulari. Jekk iċ-​ċirkostanzi preżenti ma jippermettux dan, nistgħu aħna ninkitbu bħala pijunieri awżiljarji? Peress li l-​istaġun tal-​Mafkar li ġej huwa żmien għal attività miżjuda, ix-​xhur taʼ Marzu u April ikunu żmien tajjeb biex inżidu s-​servizz tagħna billi nsiru pijunieri awżiljarji.

5 Ngħinu Lil Uħud Ġodda Biex Jingħaqdu Magħna F’Li Nfaħħru Lil Jehovah: Iċ-​ċelebrazzjoni tal-​Mafkar tal-​mewt taʼ Ġesù dejjem tfakkarna f’raġunijiet għalxiex inkunu grati lejn Jehovah u biex infaħħru lil Ismu. Dan huwa żmien tajjeb b’mod speċjali biex inħeġġu lill-​istudenti tagħna tal-​Bibbja ħalli jingħaqdu magħna f’li nitkellmu pubblikament dwar l-​istat taʼ Jehovah bħala sultan. Ħeġġiġhom biex jirriflettu bit-​talb dwar dak li hu mistqarr f’paragrafi 7-9 f’paġni 173-5 fil-​ktieb Għarfien Li Jwassal Għal Ħajja Taʼ Dejjem. Jekk huma jikkwalifikaw, m’għandhomx għalfejn iżommu lura sempliċement għax m’għandhomx esperjenza. Pubblikaturi kapaċi huma disponibbli biex juruhom kif isir ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna. Jekk uħud ġodda jirnexxilhom juru biżżejjed qlubija biex jgħidu l-​aħbar tajba, jistgħu jkunu fiduċjużi li Jehovah se jgħinhom.​—Atti 4:31; 1 Tess. 2:2.

6 Aħna nġibu benefiċċji eterni kemm fuqna u kemm fuq oħrajn meta nfittxu li nbierku lil Jehovah il-​jum kollu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja