LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/96 p. 8
  • Il-Kelma T’Alla Tipprovdi Gwida

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Kelma T’Alla Tipprovdi Gwida
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • Il-Bibbja—Il-Gwida T’Alla Għan-Nies Kollha
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Suġġerimenti taʼ Preżentazzjonijiet għas-Servizz taʼ l-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • L-Għarfien Mingħand Alla Jwieġeb Ħafna Mistoqsijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • “Dan Ifisser Il-Ħajja Taʼ Dejjem”
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 12/96 p. 8

Il-​Kelma T’Alla Tipprovdi Gwida

1 Qegħdin ngħixu f’dinja b’wisq problemi u bi ftit li xejn tweġibiet. Ħafna miljuni regolarment jibqgħu bil-​ġuħ. Qiegħed dejjem jiżdied l-​għadd taʼ dawk mogħtijin għad-​drogi. Iktar u iktar familji qegħdin jitkissru. L-​inċest u l-​vjolenza fil-​familja huma l-​ħin kollu fl-​aħbarijiet. L-​arja li ndaħħlu ġo fina u l-​ilma li nixorbu qegħdin bil-​mod il-​mod jiġu kkontaminati. Sadattant, iktar u iktar minna qegħdin jaqgħu vittma tal-​kriminalità.

2 In-​nies għandhom bżonn ikunu jafu li l-​Kelma t’Alla tagħti gwida u tipprovdi soluzzjonijiet għall-​problemi kollha li jitturmentawhom. F’Diċembru se nistinkaw biex ngħinu lin-​nies billi noffrulhom in-​New World ­Translation u l-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art. M’għandniex xi ngħidu, li sempliċement inħallu l-​letteratura maʼ persuna m’hijiex garanzija li din se taċċetta l-​gwida t’Alla. Irridu nagħmlu żjajjar lura bil-​mira li nibdew studju tal-​Bibbja. L-​għajnuna hija assigurata jekk nagħmlu sforz bħal dan. (Matt. 28:​19, 20) Dawn li ġejjin huma xi preżentazzjonijiet issuġġeriti:

3 Jekk tiltaqaʼ maʼ persuna avanzata fiż-​żmien, tistaʼ tipprova din l-​introduzzjoni:

◼ “Nixtieq nistaqsik: Meta int kont iżgħar, in-​nies fil-​komunità kif kienu jittrattaw lil xulxin? [Ħalli ħin għal tweġiba.] L-​affarijiet huma ħafna iktar differenti issa, hux tassew? X’taħseb int li hija r-​raġuni għal din il-​bidla? [Ħalli ħin għal tweġiba.] Aħna qegħdin attwalment naraw it-​twettiq taʼ profezija fil-​Bibbja. [Aqra 2 Timotju 3:​1-5.] Minbarra li tiddeskrivi b’mod eżatt id-​dinja kif inhi llum, il-​Bibbja twiegħed dinja aħjar fil-​futur qarib. Għal din ir-​raġuni, qegħdin inħeġġu lil kulħadd biex jaqra l-​Bibbja. Innotajt kemm huwa ċar il-​lingwaġġ f’din il-​Bibbja, in-​New World Translation, li minnha kont qiegħed naqra?” Spjega li din hija miktuba b’Ingliż modern, u b’hekk tagħmel lill-​Bibbja tiftiehem iktar. Uri l-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art u indika kapitlu 18, li jispjega profezija oħra li rajnieha titwettaq. Offri l-​Bibbja u l-​ktieb.

4 Meta terġaʼ żżur persuna avanzata fiż-​żmien li tkun ħallejtilha l-​Bibbja u l-​ktieb, int tistaʼ tgħid:

◼ “L-​aħħar li tkellimna, qbilna li f’ħafna modi s-​soċjetà moderna marret għall-​agħar meta tqabbilha maʼ kif kienet il-​ħajja ftit snin ilu biss. Madankollu, erġajt ġejt biex nurik li l-​Bibbja toffri prospetti għal dinja bil-​wisq aħjar fil-​futur. [Aqra Rivelazzjoni 21:​3, 4.] Li nafu li din hija l-​Kelma t’Alla għandu jħeġġiġna naraw x’għandha xi tgħid iktar il-​Bibbja.” Iftaħ il-​ktieb Tgħix Għal Dejjem f’kapitlu 7 u aqra paragrafi 12-13 biex tiġbed l-​attenzjoni lejn kif aħna nibbenefikaw mill-​istruzzjoni misjuba fil-​Kelma t’Alla. Offri studju tal-​Bibbja b’xejn fid-​dar.

5 Jekk tibda konversazzjoni maʼ persuna iżgħar, tistaʼ tgħid:

◼ “Nixtieq nistaqsik mistoqsija: Bħala persuna żagħżugħa, tħoss int li hemm raġuni għalfejn tkun ottimist dwar x’hemm merfugħ għalina? Kif tħares lejh il-​futur? [Ħalli ħin għal tweġiba.] Fortunatament, hemm raġuni vera għalfejn inkunu ottimisti dwar il-​futur. [Aqra Salm 37:​10, 11.] Peress li n-​nies għandhom ħarsiet li jvarjaw tal-​Bibbja u l-​kontenut tagħha, aħna ppubblikajna dan il-​ktieb, Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art. Innota x’raġunijiet jagħti għalfejn għandna naqraw il-​Bibbja.” Aqra paragrafu 21 f’paġna 53. Tistaʼ mbagħad issemmi fil-​qosor xi punti dwar l-​eżattezza tal-​Bibbja f’affarijiet xjentifiċi, f’li tirrakkonta ġrajjiet storiċi jew b’mod partikulari f’li tbassar ġrajjiet futuri. Forsi tistaʼ tikkonkludi bl-​informazzjoni f’paġni 54 u 55 jew bir-​raġunar żviluppat f’paragrafu 28 f’paġna 56. “Ladarba nsiru konvinti li dak li tgħid il-​Bibbja huwa veru, aħna niġu li jkollna tama ċerta għall-​futur. Jekk tixtieq taqra dan il-​ktieb, nieħu gost li nħallilek kopja.”

6 Meta terġaʼ tmur biex iżżur persuna iżgħar li aċċettat il-​ktieb “Tgħix Għal Dejjem,” tistaʼ tibda billi tgħid:

◼ “Apprezzajt ħafna li nismaʼ kemm int ikkonċernat dwar il-​futur. Ftakar li jien urejtek test mill-​Bibbja li jwegħedna futur hieni u fiż-​żgur. Ħa nurik ieħor. [Aqra Rivelazzjoni 21:​3, 4.] Jekk il-​Bibbja tgħid li aħna nistgħu ngħixu għal dejjem, nistgħu bir-​raġun nistaqsu: ‘Huwa dan ibbażat fuq il-​fatti jew fuq sempliċi spekulazzjonijiet?’ Jistaʼ jinteressak li tkun taf li xi nies informati qalu li hemm possibiltà li l-​bnedmin jgħixu għal dejjem. Per eżempju, nixtieq naqsam miegħek dawn il-​kummenti li ġew ippubblikati. [Aqra paragrafu 4 f’paġna 7.] Jekk tixtieq, jien lest li nistudja l-​Bibbja miegħek mingħajr ħlas.” Jekk jiġi aċċettat studju, staqsi jekk l-​individwu għandux kopja tal-​Bibbja. Jekk le, offrilu n-​New World Translation.

7 Persuna li ma tafx fejn se taqbad iddur għall-​gwida biex tkampa mal-​problemi tal-​ħajja tistaʼ tirreaġixxi għal din l-​introduzzjoni:

◼ “Qegħdin ngħixu fi żmien fejn kważi kulħadd iħabbat wiċċu maʼ problemi serji. Ħafna jirrikorru għall-​gwida lejn kull xorta taʼ nies li jagħtu l-​pariri. Ħafna jfittxu lil min jaqra x-​xorti għall-​għajnuna. Fejn taħseb int li nistgħu nsibu pariri għaqlin li jkunu taʼ ġid għalina? [Ħalli ħin għal tweġiba.] Il-​Bibbja ssemmi fatt importanti li lkoll kemm aħna għandna bżonn nifhmu.” Aqra Ġeremija 10:23. Iftaħ il-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art f’paġna 103 u aqra paragrafu 11. “Dan il-​ktieb se jgħinek tapprezza kif, taħt is-​Saltna t’Alla, il-​problemi tagħna kollha se jiġu eliminati. Tixtieq taqrah?”

8 Jekk fl-​ewwel żjara int tkellimt dwar il-​bżonn tal-​bniedem għall-​gwida, tistaʼ tkompli d-​diskussjoni fiż-​żjara lura billi tgħid:

◼ “Meta ltqajna l-​ewwel darba, qbilna li aħna neħtieġu gwida mingħand Alla jekk irridu li nkampaw b’suċċess mal-​problemi tal-​ħajja. Rigward dan, naħseb li se tapprezza l-​kummenti taʼ l-​għeluq li hemm fil-​ktieb li ħallejtlek dwar kif wieħed ikollu suċċess fil-​ħajja tal-​familja. [Aqra paragrafi 2-3 f’paġna 238 fil-​ktieb Tgħix Għal Dejjem.] Nieħu pjaċir noffrilek kors taʼ studju tal-​Bibbja b’xejn fid-​dar, u lest li nurik kif isir issa stess.”

9 Jehovah se jbierek l-​isforzi tagħna hekk kif ngħinu kemm żgħar u kemm kbar biex japprezzaw il-​valur tal-​Kelma t’Alla u l-​gwida tagħha f’ħajjitna.​—Salm 119:105.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja