Skeda taʼ l-Iskola Tal-ministeru Teokratiku għall-1999
Istruzzjonijiet
Dawn li ġejjin se jkunu l-arranġamenti għall-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul l-1999.
MATERJAL BĦALA SORS: In-New World Translation of the Holy Scriptures [bi12], The Watchtower [w/w-MT], Awake! [g/g-MT], “All Scripture Is Inspired of God and Beneficial” (Edizzjoni 1990) [si], Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja [fy-MT], u Insight on the Scriptures it-2 Volum [it-2] se jkunu l-bażi għall-inkarigi.
L-iskola għandha tibda FIL-ĦIN b’għanja, talba u rimarki taʼ merħba u mbagħad tkompli kif ġej:
INKARIGU Nru. 1: 15-il minuta. Dan irid isir minn anzjan jew qaddej ministerjali, u se jkun ibbażat fuq The Watchtower, Awake! [Malti jew Ingliż], jew “All Scripture Is Inspired of God and Beneficial.” Meta jkun ibbażat fuq The Watchtower jew Awake! [Malti jew Ingliż], dan l-inkarigu għandu jsir bħala taħdita taʼ istruzzjoni taʼ 15-il minuta mingħajr ebda reviżjoni orali; meta jkun ibbażat fuq il-ktieb “All Scripture,” għandu jsir bħala taħdita taʼ istruzzjoni taʼ minn 10 sa 12-il minuta segwita b’reviżjoni orali taʼ minn 3 sa 5 minuti, billi jintużaw il-mistoqsijiet stampati fil-ktieb. L-objettiv għandu jkun mhux biss li jingħadda l-materjal imma li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq il-valur prattiku taʼ l-informazzjoni li tkun qiegħda tiġi diskussa, billi jintwera ċar x’se jkun taʼ l-iktar għajnuna għall-kongregazzjoni. Għandha tintuża t-tema murija.
L-aħwa rġiel li jingħataw din it-taħdita għandhom joqogħdu attenti biex iżommu mal-ħin mogħti lilhom. Jekk jingħataw xi parir fil-privat, għandhom isiru notamenti xierqa fuq il-formola tagħhom tal-pariri fuq id-diskors.
PUNTI PRINĊIPALI MILL-QARI TAL-BIBBJA: 6 minuti. Dan għandu jingħata minn anzjan jew qaddej ministerjali li b’mod effettiv japplika l-materjal għall-bżonnijiet lokali. M’għandux ikun sempliċement sommarju tal-qari li kellu jsir. Tistaʼ tiġi inkluża reviżjoni ġenerali taʼ bejn 30 u 60 sekonda li tiġbor fiha l-kapitli li kellhom jinqraw. Madankollu, l-objettiv prinċipali huwa li dak li jkun jgħin lill-udjenza tapprezza għala u kif l-informazzjoni hija taʼ valur għalina. L-istudenti mbagħad jintbagħtu lejn id-diversi klassijiet tagħhom mill-indokratur taʼ l-iskola.
INKARIGU Nru. 2: 5 minuti. Dan huwa qari mill-Bibbja tal-materjal assenjat li jrid jingħata minn ħu. Dan se japplika fl-iskola prinċipali kif ukoll fil-gruppi supplimentarji. L-inkarigi tal-qari huma ġeneralment qosra biżżejjed biex l-istudent ikun jistaʼ jippreżenta xi informazzjoni qasira taʼ spjegazzjoni fir-rimarki tal-ftuħ u taʼ l-għeluq. Jistgħu jiġu inklużi l-isfond storiku, is-sinjifikat profetiku jew dottrinali, u l-applikar taʼ prinċipji. Għandhom jinqraw il-versi assenjati kollha mingħajr ebda waqfien. M’għandniex xi ngħidu, fejn il-versi li għandhom jinqraw m’humiex eżatt wara xulxin, l-istudent jistaʼ jsemmi l-vers fejn jitkompla l-qari.
INKARIGU Nru. 3: 5 minuti. Dan se jkun assenjat lil oħt. Is-suġġett għal din il-preżentazzjoni se jkun ibbażat fuq il-kotba Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja jew Insight on the Scriptures, it-2 Volum. (Ara Inkarigu Nru. 4 għal informazzjoni fuq kif wieħed jiżviluppa l-materjal ibbażat fuq karattru Bibliku.) Is-setting jistaʼ jkun xiehda informali, żjara lura, studju tal-Bibbja fid-dar, jew xi aspett ieħor tas-servizz taʼ l-għalqa. F’xi każi, jistaʼ jinkludi omm li taqsam l-informazzjoni maʼ bintha ż-żgħira. Il-parteċipanti jistgħu joqogħdu bil-qiegħda jew bil-wieqfa. L-indokratur taʼ l-iskola se jkun interessat partikolarment fil-mod kif l-istudenta tgħin lill-inkwilina jew lit-tifla tirraġuna fuq il-materjal u tifhem kif l-iskritturi jiġu applikati. L-istudenta li tiġi assenjata din il-parti għandha tkun taf taqra. L-indokratur taʼ l-iskola se jagħżel assistenta waħda, imma tistaʼ tintuża assistenta oħra. L-istudenta tistaʼ tagħżel hi jekk tqabbadx lill-inkwilina biex taqra ċerti paragrafi meta jintuża l-ktieb L-Hena Fil-Familja. Huwa l-użu effettiv tal-materjal u mhux is-setting li għandu jingħata l-iktar konsiderazzjoni.
INKARIGU Nru. 4: 5 minuti. Meta dan l-inkarigu jkun ibbażat fuq informazzjoni li għandha x’taqsam maʼ karattru Bibliku, dan jiġi assenjat lil ħu jew oħt. Meta jkun ibbażat fuq il-ktieb L-Hena Fil-Familja, dan jiġi assenjat lil ħu. Għal kull inkarigu hemm tema mniżżla fl-iskeda. Meta dan l-inkarigu jkun ibbażat fuq karattru Bibliku, tistaʼ tinstab informazzjoni fl-Insight on the Scriptures, it-2 Volum, taħt ismu. L-istudent għandu jistudja r-referenzi Skritturali fil-materjal sabiex ikollu stampa ċara tal-karattru Bibliku—il-ġrajjiet f’ħajtu, kif ukoll il-personalità, il-karatteristiċi, u l-attitudni tiegħu. Wara dan, l-istudent għandu jiżviluppa t-tema assenjata għal din il-preżentazzjoni u jagħżel skritturi xierqa li għandhom jintużaw. Jistgħu jiġu inklużi skritturi oħrajn li jenfasizzaw prinċipji Bibliċi marbutin mat-tema. L-iskop taʼ li jiġi kkunsidrat karattru Bibliku huwa li jintwera x’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju tiegħu. Atti taʼ fedeltà, kuraġġ, umiltà, u nuqqas taʼ egoiżmu jipprovdu eżempji tajbin li wieħed għandu jsegwi; atti taʼ infedeltà kif ukoll karatteristiċi mhux mixtiqin iservu taʼ twissijiet qawwijin biex ibiegħdu lill-Kristjani minn korsa mhix xierqa. Meta jiġi assenjat lil ħu, dan għandu jagħti t-taħdita b’tali mod li jżomm f’moħħu l-udjenza tas-Sala tas-Saltna. Meta oħt tiġi mogħtija din il-parti, għandha tippreżentaha kif inhu spjegat f’Inkarigu Nru. 3.
*SKEDA SUPPLIMENTARJA GĦALL-QARI TAL-BIBBJA: Din tidher fil-parentesi wara n-numru taʼ l-għanja taʼ kull ġimgħa. Billi wieħed isegwi din l-iskeda, u jaqra madwar għaxar paġni kull ġimgħa, il-Bibbja kollha tistaʼ tinqara fi tliet snin. L-ebda parti fil-programm taʼ l-iskola jew fir-reviżjoni bil-miktub m’hija bbażata fuq l-iskeda supplimentarja għall-qari.
NOTA: Għal iktar informazzjoni u istruzzjoni rigward pariri, ħin, reviżjonijiet bil-miktub, u l-preparazzjoni taʼ l-inkarigi, jekk jogħġbok ara paġna 3 taʼ Il-Ministeru Tas-Saltna t’Ottubru 1996.
SKEDA
Jan. 4 Qari mill-Bibbja: Apokalissi 16-18
Għanja Nru. 23 [*2 Slaten 16-19]
Nru. 1: Kif Alla Ispira l-Bibbja (w-MT97 7/1 pġi. 4-8)
Nru. 2: Apokalissi 16:1-16
Nru. 3: Ipproteġi lit-Tfal Tiegħek mill-Ħsara (fy-MT pġi. 61-3 pari. 24-8)
Nru. 4: Matthew (Mattew)—Tema: Alla M’Huwiex Parzjali
Jan. 11 Qari mill-Bibbja: Apokalissi 19-22
Għanja Nru. 126 [*2 Slaten 20-25]
Nru. 1: Apokalissi—Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 268-9 pari. 28-34)
Nru. 2: Apokalissi 22:1-15
Nru. 3: Ġenituri—Żommu l-Linji taʼ Komunikazzjoni Miftuħin (fy-MT pġi. 64-6 pari. 1-7)
Nru. 4: Matthias (Mattija)—Tema: Alla Jirrikjedi li l-Indokraturi Jkunu Rġiel Spiritwali
Jan. 18 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 1-3
Għanja Nru. 84 [*1 Kronaki 1-6]
Nru. 1: Introduzzjoni għal Ġenesi (si pġi. 13-14 pari. 1-8)
Nru. 2: Ġenesi 1:1-13
Nru. 3: Għallem lit-Tfal Valuri Morali u Spiritwali (fy-MT pġi. 67-71 pari. 8-14)
Nru. 4: Melchizedek (Melkisedek)—Tema: Ġesù Kristu, il-Qassis il-Kbir Skond l-Ordni taʼ Melkisedek
Jan. 25 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 4-6
Għanja Nru. 66 [*1 Kronaki 7-13]
Nru. 1: Oqgħod Attent li ma Tattribwixxix Motivi Ħżiena (w97 5/15 pġi. 26-9)
Nru. 2: Ġenesi 4:1-16
Nru. 3: Għala d-Dixxiplina u r-Rispett Huma Vitali (fy-MT pġi. 71-2 pari. 15-18)
Nru. 4: Mephibosheth (Mefiboset) (Nru. 2)—Tema: Il-Qalb Tajba bl-Imħabba—Marka tal-Qaddejja Veri t’Alla
Frar 1 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 7-9
Għanja Nru. 108 [*1 Kronaki 14-21]
Nru. 1: Ir-Rakkont Bibliku tad-Dilluvju Huwa Veru (g97 2/8 pġi. 26-7)
Nru. 2: Ġenesi 7:1-16
Nru. 3: Għallem lit-Tfal il-Ħarsa t’Alla dwar ix-Xogħol u l-Logħob (fy-MT pġi. 72-5 pari. 19-25)
Nru. 4: Meshach (Mesak)—Tema: Iż-Żamma taʼ l-Integrità Matul iż-Żgħożija Ġġib il-Premjijiet
Frar 8 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 10-12
Għanja Nru. 132 [*1 Kronaki 22-29]
Nru. 1: Il-Verità dwar il-Gideb (g97 2/22 pġi. 17-19)
Nru. 2: Ġenesi 12:1-20
Nru. 3: Ir-Ribelljoni tat-Tfal u l-Kaġuni Tagħha (fy-MT pġi. 76-9 pari. 1-8)
Nru. 4: Micah (Mikea) (Nru. 7)—Tema: Il-Qawwa tat-Tixbihat
Frar 15 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 13-15
Għanja Nru. 49 [*2 Kronaki 1-8]
Nru. 1: Id-Dgħjufija Umana Tkabbar il-Qawwa taʼ Jehovah (w97 6/1 pġi. 24-7)
Nru. 2: Ġenesi 14:8-20
Nru. 3: Micaiah (Mikajja) (Nru. 2)—Tema: Ippriedka bil-Kuraġġ
Nru. 4: Tkunx Permissiv jew Restrittiv Iżżejjed (fy-MT pġi. 80-1 pari. 9-13)
Frar 22 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 16-19
Għanja Nru. 188 [*2 Kronaki 9-17]
Nru. 1: Dak li t-Talb Tiegħek Jirrivela (w97 7/1 pġi. 27-30)
Nru. 2: Ġenesi 18:1-15
Nru. 3: L-Issodisfar tal-Ħtiġijiet Bażiċi taʼ Tifel Jistaʼ Jevita r-Ribelljoni (fy-MT pġi. 82-4 pari. 14-18)
Nru. 4: Miriam (Mirjam) (Nru. 1)—Tema: Oqgħod Attent mit-Tgemgim
Marzu 1 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 20-23
Għanja Nru. 54 [*2 Kronaki 18-24]
Nru. 1: Kif Tħarreġ il-Kuxjenza Tiegħek (w97 8/1 pġi. 4-6)
Nru. 2: Ġenesi 23:1-13
Nru. 3: Mordecai (Mordekaj) (Nru. 2)—Tema: Il-Lealtà, Kwalità Premjanti
Nru. 4: Modi kif Tgħin lil Tifel li Jiżbalja (fy-MT pġi. 85-7 pari. 19-23)
Marzu 8 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 24-25
Għanja Nru. 121 [*2 Kronaki 25-31]
Nru. 1: Il-Verità minn xiex Teħlisna? (w97 2/1 pġi. 4-7)
Nru. 2: Ġenesi 24:1-4, 10-21
Nru. 3: Moses (Mosè)—Tema: Apprezza t-Taħriġ taʼ Jehovah
Nru. 4: Nimmaniġġaw Ribell Iddeterminat (fy-MT pġi. 87-9 pari. 24-7)
Marzu 15 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 26-28
Għanja Nru. 197 [*2 Kronaki 32-36]
Nru. 1: Il-Post tal-Mużika fil-Qima taʼ Żmienna (w97 2/1 pġi. 24-8)
Nru. 2: Ġenesi 26:1-14
Nru. 3: Ipproteġi lill-Familja Tiegħek minn Influwenzi Distruttivi (fy-MT pġi. 90-2 pari. 1-7)
Nru. 4: Naaman (Nagħman) (Nru. 2)—Tema: L-Umiltà Taħsad Barkiet Għonja
Marzu 22 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 29-32:l
Nru. 1: L-Art Mhix Se Tispiċċa bin-Nar (g97 1/8 pġi. 26-7)
Nru. 2: Ġenesi 31:1-18
Nru. 3: Nabal—Tema: Tpattix it-Tajjeb bil-Ħażin
Nru. 4: Il-Ħarsa t’Alla lejn is-Sess (fy-MT pġi. 92-4 pari. 8-13)
Marzu 29 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 32:2–35:29
Għanja Nru. 143 [*Esdra 8–Neħemija 4]
Nru. 1: Fejqan Mirakoluż minn Alla—Meta? (w97 7/1 pġi. 4-7)
Nru. 2: Ġenesi 35:1-15
Nru. 3: Għin lil Uliedek Jagħżlu Ħbieb Tajbin (fy-MT pġi. 95-6 pari. 14-18)
Nru. 4: Nadab (Nru. 1)—Tema: Abbuż mill-Privileġġi Jġib id-Diżapprovazzjoni taʼ Jehovah
April 5 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 36-38
Għanja Nru. 106 [*Neħemija 5-11]
Nru. 1: Is-Salvazzjoni—Xi Tfisser Tassew (w97 8/15 pġi. 4-7)
Nru. 2: Ġenesi 38:6-19, 24-26
Nru. 3: Nathan (Natan) (Nru. 2)—Tema: Iżżommx lura l-Korrezzjoni minn Min Għandu Bżonnha
Nru. 4: Nagħżlu Rikreazzjoni Edifikanti tal-Familja (fy-MT pġi. 97-102 pari. 19-27)
April 12 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 39-41
Għanja Nru. 34 [*Neħemija 12-13; Ester 1–3:13, 14-15; 4, 5]
Nru. 1: Għala Tirrapporta Dak li Hu Ħażin? (w97 8/15 pġi. 26-9)
Nru. 2: Ġenesi 40:1-15
Nru. 3: Dehen Skritturali għal Familji b’Ġenitur Wieħed (fy-MT pġi. 103-5 pari. 1-8)
Nru. 4: Nathanael (Natanjel)—Tema: Evita l-Qerq
April 19 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 42-44
Għanja Nru. 124 [*Ester 6-8, 9-10; Ġob 1-5]
Nru. 1: Għala r-Rabja Għandha Tiġi Kkontrollata (g97 6/8 pġi. 18-19)
Nru. 2: Ġenesi 42:1-17
Nru. 3: L-Isfida taʼ li Taqlaʼ l-Għixien Bħala Ġenitur Waħdek (fy-MT pġi. 105-7 pari. 9-12)
Nru. 4: Nebuchadnezzar (Nabukodonosor)—Tema: Jehovah Jumilja lil Dawk li Jimxu bi Kburija
Reviżjoni bil-Miktub. Lesti Apokalissi 16-Ġenesi 44
Mejju 3 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 45-47
Nru. 1: Il-Festi tal-Ħsad Jogħġbuh lil Alla? (w-MT 97 10/1 pġi. 8-9)
Nru. 2: Ġenesi 45:16–46:4
Nru. 3: Tinżamm id-Dixxiplina f’Dar b’Ġenitur Wieħed (fy-MT pġi. 108-10 pari. 13-17)
Nru. 4: Nebuzaradan (Nebużaradan)—Tema: Il-Kelma taʼ Jehovah ma Tfalli qatt
Mejju 10 Qari mill-Bibbja: Ġenesi 48-50
Nru. 1: Ġenesi—Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 17-19 pari. 30-5)
Nru. 2: Ġenesi 49:13-28
Nru. 3: Nirbħu l-Battalja tas-Solitudni (fy-MT pġi. 110-13 pari. 18-22)
Nru. 4: Nehemiah (Neħemija) (Nru. 3)—Tema: Kun Eżempju għall-Merħla
Mejju 17 Qari mill-Bibbja: Eżodu 1-4
Nru. 1: Introduzzjoni għal Eżodu (si pġi. 19-20 pari. 1-8)
Nru. 2: Eżodu 4:1-17
Nru. 3: Nicodemus (Nikodemu)—Tema: Min Jibżaʼ mill-Bniedem Jaqaʼ fi Xkiel
Nru. 4: Kif Jingħata Appoġġ lil Familji b’Ġenitur Wieħed (fy-MT pġi. 113-15 pari. 23-7)
Mejju 24 Qari mill-Bibbja: Eżodu 5-8
Nru. 1: Foqra iżda Għonja—Kif Jistaʼ Jkun? (w-MT97 10/1 pġi. 3-7)
Nru. 2: Eżodu 7:1-13
Nru. 3: Noah (Noè) (Nru. 1)—Tema: L-Ubbidjenza Hija Essenzjali għall-Ħajja.
Nru. 4: Il-Benefiċċji taʼ li Tiffaċċja l-Mard b’Attitudni bħal t’Alla (fy-MT pġi. 116-19 pari. 1-9)
Mejju 31 Qari mill-Bibbja: Eżodu 9-12
Nru. 1: X’Ifisser li ma Tkun Ebda Parti mid-Dinja (g97 9/8 pġi. 12-13)
Nru. 2: Eżodu 12:21-36
Nru. 3: Il-Valur taʼ Spirtu li Jfejjaq (fy-MT pġi. 120-1 pari. 10-13)
Nru. 4: Obadiah (Għabdija) (Nru. 4)—Tema: Tkunx Beżgħan u Uri Mħabba għall-Qaddejja t’Alla
Ġunju 7 Qari mill-Bibbja: Eżodu 13-16
Nru. 1: Kif Issib it-Tama Fost id-Disprament (w97 5/15 pġi. 22-5)
Nru. 2: Eżodu 15:1-13
Nru. 3: Stabbilixxi l-Prijoritajiet u Għin lit-Tfal Ikampaw mal-Mard fil-Familja (fy-MT pġi. 122-3 pari. 14-18)
Nru. 4: Onesimus (Oneżimu)—Tema: Żomm Kuxjenza Tajba
Ġunju 14 Qari mill-Bibbja: Eżodu 17-20
Għanja Nru. 115 [*Salmi 39-50]
Nru. 1: Kif il-Kristjani Jonoraw il-Ġenituri Anzjani (w97 9/1 pġi. 4-7)
Nru. 2: Eżodu 17:1-13
Nru. 3: Paul (Pawlu)—Tema: Għedewwa tal-Verità Jistgħu Jinbidlu
Nru. 4: Kif Għandek Tħares lejn il-Kura Medika (fy-MT pġi. 124-7 pari. 19-23)
Ġunju 21 Qari mill-Bibbja: Eżodu 21-24
Nru. 1: Ix-Xjenza Vera u l-Bibbja Jaqblu (g97 7/8 pġi. 26-7)
Nru. 2: Eżodu 21:1-15
Nru. 3: Kif Tistaʼ Mara Kredenti Żżomm il-Paċi f’Dar Maqsuma? (fy-MT pġi. 128-32 pari. 1-9)
Nru. 4: Peter (Pietru)—Tema: Kun Kuraġġuż u Enerġetiku għall-Qima Vera
Ġunju 28 Qari mill-Bibbja: Eżodu 25-28
Nru. 1: Sir Af lil Jehovah, Dak Alla Persunali (w97 10/1 pġi. 4-8)
Nru. 2: Eżodu 25:17-30
Nru. 3: Philip (Filippu) (Nru. 1)—Tema: Uża t-Tattika u l-Prudenza
Nru. 4: Kif Jistaʼ Raġel Kredenti Jżomm il-Paċi f’Dar Maqsuma? (fy-MT pġi. 132-3 pari. 10-11)
Lulju 5 Qari mill-Bibbja: Eżodu 29-32
Għanja Nru. 174 [*Salmi 75-85]
Nru. 1: Tħallix lill-Ispirtu tad-Dinja Jivvelenak (w97 10/1 pġi. 25-9)
Nru. 2: Eżodu 29:1-14
Nru. 3: It-Taħriġ Skritturali tat-Tfal f’Dar Maqsuma (fy-MT pġi. 133-4 pari. 12-15)
Nru. 4: Philip (Filippu) (Nru. 2)—Tema: Kun Persuna Spiritwali
Lulju 12 Qari mill-Bibbja: Eżodu 33-36
Għanja Nru. 214 [*Salmi 86-97]
Nru. 1: Kun taʼ Min Jafdak u Żomm l-Integrità (w97 5/1 pġi. 4-7)
Nru. 2: Eżodu 34:17-28
Nru. 3: Tinżamm Relazzjoni Paċifika maʼ Ġenituri li Għandhom Reliġjon Differenti (fy-MT pġi. 134-5 pari. 16-19)
Nru. 4: Phinehas (Fineħas) (Nru. 1)—Tema: Kun Deċiżiv għal Dak li Hu Tajjeb
Lulju 19 Qari mill-Bibbja: Eżodu 37-40
Għanja Nru. 38 [*Salmi 98-106]
Nru. 1: Eżodu—Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 24-5 pari. 26-31)
Nru. 2: Eżodu 40:1-16
Nru. 3: L-Isfida taʼ li Tkun Ġenitur tar-Rispett (fy-MT pġi. 136-9 pari. 20-5)
Nru. 4: Phinehas (Fineħas) (Nru. 2)—Tema: Qatt Tittratta lil Jehovah b’Diżrispett
Lulju 26 Qari mill-Bibbja: Levitiku 1-4
Għanja Nru. 26 [*Salmi 107-118]
Nru. 1: Introduzzjoni għal Levitiku (si pġi. 25-6 pari. 1-10)
Nru. 2: Levitiku 2:1-13
Nru. 3: Tħallix il-Miri Materjali Jifirdu lil Darek (fy-MT pġi. 140-1 pari. 26-8)
Nru. 4: Phoebe (Febi)—Tema: Iddefendi bil-Kuraġġ lil Ħutek
Awis. 2 Qari mill-Bibbja: Levitiku 5-7
Għanja Nru. 9 [*Salmi 119-125]
Nru. 1: Il-Qofol għall-Ferħ Veru (w-MT97 11/1 pġi. 5-7)
Nru. 2: Levitiku 6:1-13
Nru. 3: L-Effetti taʼ Ħsara taʼ l-Alkoħoliżmu (fy-MT pġi. 142-3 pari. 1-4)
Nru. 4: Pilatu—Tema: Tintalab Responsabbiltà Minnek jekk Iċċedi għall-Folla
Awis. 9 Qari mill-Bibbja: Levitiku 8-10
Għanja Nru. 210 [*Salmi 126-143]
Nru. 1: Li Tagħraf il-Prinċipju Jirrifletti l-Maturità (w-MT97 11/1 pġi. 19-21)
Nru. 2: Levitiku 10:12-20
Nru. 3: Tingħata Għajnuna lil Membru tal-Familja li Huwa Alkoħoliku (fy-MT pġi. 143-7 pari. 5-13)
Nru. 4: Rabshakeh (Gran Kuppier)—Tema: Alla Mhux taʼ Min Jidħak bih
Awis. 16 Qari mill-Bibbja: Levitiku 11-13
Għanja Nru. 80 [*Salmi 144–Proverbji 5]
Nru. 1: Oqgħod Attent mill-“Epikureani” (w97 11/1 pġi. 23-5)
Nru. 2: Levitiku 13:1-17
Nru. 3: Il-Vjolenza Domestika u Modi kif Tevitaha (fy-MT pġi. 147-9 pari. 14-22)
Nru. 4: Rachel (Rakel)—Tema: Aċċetta l-Avversitajiet tal-Ħajja Mingħajr Għira jew Disprament
Awis. 23 Qari mill-Bibbja: Levitiku 14-15
Għanja Nru. 137 [*Proverbji 6-14]
Nru. 1: Dawn Vera Huma l-Aħħar Jiem (w97 4/1 pġi. 4-8)
Nru. 2: Levitiku 14:33-47
Nru. 3: Rahab (Raħab)—Tema: Fidi Mingħajr Opri Hi Mejta
Nru. 4: Hija s-Separazzjoni s-Soluzzjoni? (fy-MT pġi. 150-2 pari. 23-6)
Awis. 30 Reviżjoni bil-Miktub. Lesti Ġenesi 45–Levitiku 15
Għanja Nru. 145 [*Proverbji 15-22]
Sett. 6 Qari mill-Bibbja: Levitiku 16-18
Għanja Nru. 222 [*Proverbji 23-31]
Nru. 1: Meta s-Sofferenza Mhix Se Tkun Iżjed (w-MT97 3/1 pġi. 4-7)
Nru. 2: Levitiku 16:20-31
Nru. 3: Rebekah (Rebekka)—Tema: Inkludi lil Jehovah meta Tagħżel lil Sieħeb jew Sieħba
Nru. 4: Il-Mod Skritturali kif Tittratta Problemi fiż-Żwieġ (fy-MT pġi. 153-6 pari. 1-9)
Sett. 13 Qari mill-Bibbja: Levitiku 19-21
Għanja Nru. 122 [*Koħèlet 1-12]
Nru. 1: Għala l-Axxetiċiżmu m’Huwiex il-Qofol għall-Għerf (g97 10/8 pġi. 20-1)
Nru. 2: Levitiku 19:16-18, 26-37
Nru. 3: Rehoboam (Reħobogħam)—Tema: Irrifjuta l-Arroganza u l-Pariri Ħżiena
Nru. 4: Nagħtu Dak li Huwa Dovut fiż-Żwieġ (fy-MT pġi. 156-8 pari. 10-13)
Sett. 20 Qari mill-Bibbja: Levitiku 22-24
Għanja Nru. 8 [*L-Għanja taʼ l-Għanjiet 1-8; Isaija 1-5]
Nru. 1: Huwa t-Tgergir Kollu Ħażin? (w97 12/1 pġi. 29-31)
Nru. 2: Levitiku 23:15-25
Nru. 3: Reuben (Ruben) (Nru. 1)—Tema: Atti Ħżiena Jistaʼ Jkollhom Konsegwenzi Dejjiema
Nru. 4: Il-Bażijiet Bibliċi għal Divorzju (fy-MT pġi. 158-9 pari. 14-16)
Sett. 27 Qari mill-Bibbja: Levitiku 25-27
Għanja Nru. 120 [*Isaija 6-14]
Nru. 1: Levitiku—Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 28-30 pari. 28-39)
Nru. 2: Levitiku 25:13-28
Nru. 3: Ruth (Rut)—Tema: L-Imħabba Vera Hija Leali
Nru. 4: Dak li Tgħid l-Iskrittura dwar is-Separazzjoni (fy-MT pġi. 159-62 pari. 17-22)
Ott. 4 Qari mill-Bibbja: Numri 1-3
Għanja Nru. 30 [*Isaija 15-25]
Nru. 1: Introduzzjoni għal Numri (si pġi. 30-1 pari. 1-10)
Nru. 2: Numri 1:44-54
Nru. 3: Nikbru fl-Età Flimkien (fy-MT pġi. 163-5 pari. 1-9)
Nru. 4: Salome (Salomi) (Nru. 1)—Tema: Aqdi lil Jehovah bil-Modestja
Ott. 11 Qari mill-Bibbja: Numri 4-6
Għanja Nru. 97 [*Isaija 26-33]
Nru. 1: Jehovah Jaħkem bil-Mogħdrija (w97 12/15 pġi. 28-9)
Nru. 2: Numri 4:17-33
Nru. 3: Tissaħħaħ mill-Ġdid ir-Rabta taż-Żwieġ (fy-MT pġi. 166-7 pari. 10-13)
Nru. 4: Samson (Sansun)—Tema: Għasses ir-Relazzjoni Prezzjuża Tiegħek maʼ Jehovah
Ott. 18 Qari mill-Bibbja: Numri 7-9
Għanja Nru. 96 [*Isaija 34-41]
Nru. 1: Fejn Jistaʼ Jinstab l-Hena Veru (w97 3/15 pġ. 23)
Nru. 2: Numri 9:1-14
Nru. 3: Gawdi t-Tfal tat-Tfal Tiegħek u Aġġusta Ruħek waqt li Tixjieħ (fy-MT pġi. 168-70 pari. 14-19)
Nru. 4: Samuel (Samwel)—Tema: Aqdi lil Jehovah minn Żgħożitek ’il Quddiem
Ott. 25 Qari mill-Bibbja: Numri 10-12
Għanja Nru. 125 [*Isaija 42-49]
Nru. 1: Jehovah Jimpurtah minn Dawk Milqutin minn xi Afflizzjoni (w-MT97 5/1 pġi. 3-6)
Nru. 2: Numri 10:11-13, 29-36
Nru. 3: Tittratta mat-Telfa tal-Parti l-Oħra (fy-MT pġi. 170-2 pari. 20-5)
Nru. 4: Sapphira (Safira)—Tema: Tiħux Sehem fil-Qerq
Nov. 1 Qari mill-Bibbja: Numri 13-15
Għanja Nru. 64 [*Isaija 50-58]
Nru. 1: Għala l-Mirakli Waħedhom ma Jibnux il-Fidi (w-MT97 4/1 pġi. 4-7)
Nru. 2: Numri 14:13-25
Nru. 3: Sarah (Sara)—Tema: Il-Ġmiel taʼ Mara Miżżewġa li Tibżaʼ minn Alla
Nru. 4: Modi Kristjani kif Nonoraw lil Ġenituri Anzjani (fy-MT pġi. 173-5 pari. 1-5)
Nov. 8 Qari mill-Bibbja: Numri 16-19
Għanja Nru. 78 [*Isaija 59-66]
Nru. 1: Għala l-Faqar ma Jiġġustifikax is-Serq (g97 11/8 pġi. 18-19)
Nru. 2: Numri 18:1-14
Nru. 3: Uri Mħabba u Empatija (fy-MT pġi. 175-8 pari. 6-14)
Nru. 4: Saul (Sawl)—Tema: Il-Qawwa Distruttiva taʼ l-Invidja u l-Prużunzjoni
Nov. 15 Qari mill-Bibbja: Numri 20-22
Għanja Nru. 46 [*Ġeremija 1-6]
Nru. 1: Kif il-Bibbja Waslet Għandna—L-Ewwel Parti (w97 8/15 pġi. 8-11)
Nru. 2: Numri 20:14-26
Nru. 3: Dejjem Ħares lejn Jehovah għas-Saħħa (fy-MT pġi. 179-82 pari. 15-21)
Nru. 4: Sennacherib (Sanħerib)—Tema: Jehovah Jeħles lill-Poplu Tiegħu
Nov. 22 Qari mill-Bibbja: Numri 23-26
Għanja Nru. 59 [*Ġeremija 7-13]
Nru. 1: Kif il-Bibbja Waslet Għandna—It-Tieni Parti (w97 9/15 pġi. 25-9)
Nru. 2: Numri 23:1-12
Nru. 3: Żviluppa Devozzjoni lejn Alla u Kontroll Fuqek Innifsek (fy-MT pġi. 183-4 pari. 1-5)
Nru. 4: Shadrach (Sidrak)—Tema: Żomm Ruħek Mingħajr Tebgħa f’Dinja li Tiċħad ’l Alla
Nov. 29 Qari mill-Bibbja: Numri 27-30
Għanja Nru. 180 [*Ġeremija 14-21]
Nru. 1: Kif il-Bibbja Waslet Għandna—It-Tielet Parti (w97 10/15 pġi. 8-12)
Nru. 2: Numri 27:1-11
Nru. 3: Il-Ħarsa Xierqa lejn l-Istat taʼ Kap (fy-MT pġi. 185-6 pari. 6-9)
Nru. 4: Sheba (Seba)—Tema: Xewwiexa tal-Ħażen mill-Agħar Jaħsdu Dak li Jiżirgħu
Diċ. 6 Qari mill-Bibbja: Numri 31-32
Għanja Nru. 170 [*Ġeremija 22-28]
Nru. 1: L-Għeruq tal-Milied taʼ Żmienna (w97 12/15 pġi. 4-7)
Nru. 2: Numri 31:13-24
Nru. 3: L-Irwol Vitali taʼ l-Imħabba fil-Familja (fy-MT pġi. 186-7 pari. 10-12)
Nru. 4: Shechem (Sikem) (Nru. 1)—Tema: Il-Konsegwenzi taʼ l-Immoralità Sesswali Jistgħu Jkunu Qerrieda
Diċ. 13 Qari mill-Bibbja: Numri 33-36
Għanja Nru. 51 [*Ġeremija 29-34]
Nru. 1: Numri—Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 34-5 pari. 32-8)
Nru. 2: Numri 36:1-13
Nru. 3: Shimei (Simgħi) (Nru. 12)—Tema: L-Ubbidjenza Tistaʼ Ssalvalek Ħajtek
Nru. 4: Nagħmlu r-Rieda t’Alla Bħala Familja (fy-MT pġi. 188-9 pari. 13-15)
Diċ. 20 Qari mill-Bibbja: Dewteronomju 1-3
Għanja Nru. 159 [*Ġeremija 35-41]
Nru. 1: Introduzzjoni għal Dewteronomju (si pġi. 36-7 pari. 1-9)
Nru. 2: Dewteronomju 2:1-15
Nru. 3: Simeon (Simgħon) (Nru. 1)—Tema: Rabja mhix Ikkontrollata Ġġib Diżunur u Niket
Nru. 4: Il-Familja u l-Futur Tiegħek (fy-MT pġi. 190-1 pari. 16-18)
Diċ. 27 Reviżjoni bil-Miktub. Lesti Levitiku 16–Dewteronomju 3
Għanja Nru. 192 [*Ġeremija 42-48]