LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/04 pp. 3-6
  • Skeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2005

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2005
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Sottitli
  • Istruzzjonijiet
  • SKEDA
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 10/04 pp. 3-6

Skeda taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku għall-​2005

Istruzzjonijiet

Dawn li ġejjin se jkunu l-​arranġamenti għall-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku matul l-​2005.

MATERJAL BĦALA SORS: Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Griega Kristjana [bi7 ], Il-​Bibbja taʼ l-​Għaqda Biblika Maltija, It-​Tieni Edizzjoni (1996), It-​Torri taʼ l-​Għassa [w], Kif Ittejjeb l-​Abbiltà Tiegħek biex Titkellem u Tgħallem [ht], L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex [gt], Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja [ fy], Ersaq Qrib Lejn Jehovah [cl], Stenbaħ! [g].

L-iskola trid tibda FIL-​ĦIN b’għanja, talba, u kummenti taʼ merħba u mbagħad tkompli kif ġej:

IL-KWALITÀ TAD-​DISKORS: 5 minuti. L-​indokratur taʼ l-​iskola, l-​ajjutant li jagħti l-​pariri, jew anzjan kwalifikat ieħor se jiddiskuti kwalità tad-​diskors ibbażata mill-​ktejjeb Abbiltà. (F’kongregazzjonijiet fejn hemm numru limitat taʼ anzjani, jistaʼ jintuża qaddej ministerjali kwalifikat.)

INKARIGU NRU. 1: 10 minuti. Dan irid jingħata minn anzjan jew qaddej ministerjali, u se jkun ibbażat fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa jew L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Irid jingħata bħala taħdita taʼ istruzzjoni taʼ għaxar minuti mingħajr ebda reviżjoni orali. L-​objettiv m’għandux ikun biss li jiġi mgħoddi l-​materjal imma li l-​attenzjoni tiġi ffokata fuq il-​valur prattiku taʼ l-​informazzjoni diskussa, billi jintwera ċar x’se jkun l-​iktar taʼ għajnuna għall-​kongregazzjoni. Għandha tintuża t-​tema murija. Huwa mistenni mill-​aħwa inkarigati b’din it-​taħdita li joqogħdu attenti li jżommu mal-​ħin. Jistaʼ jingħata parir fil-​privat skond il-​bżonn.

PUNTI PRINĊIPALI MILL-​QARI TAL-​BIBBJA: 10 minuti. Fl-​ewwel sitt minuti, anzjan jew qaddej ministerjali kwalifikat irid japplika l-​materjal b’mod effettiv skond il-​bżonnijiet lokali. Jistaʼ jikkummenta fuq kwalunkwe parti mill-​qari tal-​Bibbja assenjat għall-​ġimgħa. Dan m’għandux ikun sempliċi ġabra fil-​qosor tal-​qari assenjat. L-​objettiv prinċipali huwa li dak li jkun jgħin lill-​udjenza tapprezza għala u kif l-​informazzjoni hija taʼ valur. Il-​kelliemi jrid joqgħod attent li ma jaqbiżx is-​sitt minuti mwarrbin apposta għall-​parti tal-​ftuħ. Irid jaċċerta ruħu li jwarrab erbaʼ minuti ħalli tipparteċipa l-​udjenza. Il-​kelliemi għandu jistieden lill-​udjenza tipparteċipa billi tagħti kummenti qosra (30 sekonda jew inqas) dwar x’laqathom mill-​qari tal-​Bibbja u kif ibbenefikaw. Imbagħad, l-​indokratur taʼ l-​iskola se jibgħat lill-​istudenti li huma inkarigati fi klassijiet oħrajn.

INKARIGU NRU. 2: 4 minuti. Dan huwa qari li jrid jingħata minn ħu. Ġeneralment, il-​qari se jkun mill-​Bibbja. Darba fix-​xahar dan l-​inkarigu se jkopri l-​materjal meħud mit-​Torri taʼ l-​Għassa. L-​istudent irid jaqra l-​materjal assenjat mingħajr ma jagħmel introduzzjoni jew konklużjoni. Minn ġimgħa għall-​oħra, l-​ammont taʼ materjal għall-​qari se jvarja xi ftit iżda jrid jieħu 4 minuti jew inqas. L-​indokratur taʼ l-​iskola għandu jara l-​materjal qabel ma jinkariga lil xi ħadd bih, u jqabbel l-​inkarigi skond l-​età u l-​abbiltà taʼ l-​istudenti. L-​indokratur taʼ l-​iskola se jkun speċjalment interessat f’li jgħin lill-​istudenti jaqraw b’mod li juru li qed jifhmu, b’mod fluwenti, b’enfasi xierqa fuq is-​sens, bil-​modulazzjoni, b’pawsi fejn ikun xieraq, u b’mod naturali.

INKARIGU NRU. 3: 5 minuti. Dan se jkun assenjat lil oħt. L-​istudenti li jingħataw dan l-​inkarigu se jagħżlu setting. Meta ma jiġux indikati referenzi bħala s-​sors tal-​materjal, l-​istudenta se jkollha bżonn tiġbor il-​materjal għal din il-​parti billi tagħmel riċerka fil-​pubblikazzjonijiet provduti mill-​klassi taʼ l-​ilsir leali u għaqli. L-​istudenta għandha tuża t-​tema assenjata u tapplikaha f’aspett taʼ għoti taʼ xiehda informali, żjara lura, jew studju tal-​Bibbja fid-​dar. L-​indokratur taʼ l-​iskola se jkun speċjalment interessat fil-​mod kif l-​istudenta tiżviluppa l-​materjal u l-​mod kif tgħin lill-​inkwilina tirraġuna mill-​Iskrittura u tifhem il-​punti prinċipali tal-​preżentazzjoni. L-​istudenti li jingħataw din il-​parti jridu jkunu jafu jaqraw. L-​indokratur taʼ l-​iskola se jinkariga assistenta waħda.

INKARIGU NRU. 4: 5 minuti. L-​istudent għandu jiżviluppa t-​tema assenjata. Meta ma jiġux indikati referenzi bħala s-​sors tal-​materjal, l-​istudent se jkollu bżonn jiġbor il-​materjal għal din il-​parti billi jagħmel riċerka fil-​pubblikazzjonijiet provduti mill-​klassi taʼ l-​ilsir leali u għaqli. Meta din il-​parti tiġi assenjata lil ħu, dan għandu jagħtiha bħala taħdita bl-​udjenza tas-​Sala tas-​Saltna f’moħħu. Meta tiġi assenjata lil oħt, għandha tiġi preżentata dejjem kif inhu spjegat f’Inkarigu Nru. 3. L-​indokratur taʼ l-​iskola għandu mnejn jassenja lil ħu għall-​Inkarigu Nru. 4 kulmeta jara li jkun xieraq li jagħmel hekk.

IL-ĦIN: Ebda taħdita m’għandha taqbeż il-​ħin, u lanqas il-​ħu li jagħti l-​parir m’għandu jagħmel dan. L-​inkarigi Nru. 2 sa Nru. 4 jridu jitwaqqfu bit-​tattika meta jkun sar il-​ħin. Jekk l-​aħwa rġiel li jkunu qed jagħtu t-​taħdita tal-​ftuħ fuq kwalità tad-​diskors, Inkarigu Nru. 1, jew il-​punti prinċipali mill-​qari tal-​Bibbja jaqbżu l-​ħin, iridu jingħataw parir fil-​privat. Kulħadd irid joqgħod attent sew għall-​ħin tiegħu. Il-​programm b’kollox: 45 minuta, minbarra l-​għanja u t-​talba.

PARIRI: Minuta. L-​indokratur taʼ l-​iskola mhux se jieħu iktar minn minuta wara kull preżentazzjoni mill-​istudenti sabiex jagħti kummenti pożittivi fuq aspett tat-​taħdita li kien taʼ min ifaħħru. L-​iskop tiegħu m’huwiex li sempliċement jgħid “prosit” iżda, minflok, li jiġbed l-​attenzjoni lejn raġunijiet speċifiċi għala dak l-​aspett tal-​preżentazzjoni kien effettiv. Skond il-​bżonn taʼ kull student, pariri oħrajn li jibnu jistgħu jingħataw privatament wara l-​laqgħa jew f’ħin ieħor.

AJJUTANT LI JAGĦTI L-​PARIRI: Il-​ġemgħa taʼ l-​anzjani tistaʼ tagħżel anzjan kapaċi, jekk ikun hemm wieħed disponibbli minbarra l-​indokratur taʼ l-​iskola, biex jieħu ħsieb l-​inkarigu taʼ ajjutant li jagħti l-​pariri. Jekk hemm għadd taʼ anzjani fil-​kongregazzjoni, f’dan il-​każ, anzjan kwalifikat differenti jistaʼ jintgħażel għal dan l-​inkarigu kull sena. Ir-​responsabbiltà taʼ l-​ajjutant li jagħti l-​pariri se tkun li, jekk ikun hemm bżonn, jagħti l-​pariri fil-​privat lill-​aħwa li jieħdu ħsieb Inkarigu Nru. 1 u l-​punti prinċipali mill-​Bibbja. M’hemmx għalfejn jagħti parir wara kull waħda minn dawn it-​taħditiet li jingħataw minn sħabu l-​anzjani jew il-​qaddejja ministerjali. Dan l-​arranġament se jibqaʼ validu matul l-​2005 u jistaʼ jiġi aġġustat wara din id-​data.

IL-FORMOLA TAL-​PARIRI: Fil-​ktejjeb Kif Ittejjeb l-​Abbiltà Tiegħek biex Titkellem u Tgħallem.

REVIŻJONI ORALI: 30 minuta. Kull xahrejn, l-​indokratur taʼ l-​iskola se jikkonduċi reviżjoni orali. Qabilha se jkun hemm konsiderazzjoni taʼ kwalità tad-​diskors u punti prinċipali mill-​qari tal-​Bibbja bħalma msemmi iktar kmieni. Ir-​reviżjoni orali se tkun ibbażata mill-​materjal li jkun ġie kunsidrat fl-​iskola matul ix-​xahrejn taʼ qabel, inkluż il-​ġimgħa kurrenti. Jekk il-​kongregazzjoni tiegħek għandha l-​assemblea tas-​circuit jew iż-​żjara taʼ l-​indokratur tas-​circuit fil-​ġimgħa tar-​reviżjoni orali, allura segwi l-​istruzzjonijiet taʼ l-​iskeda misjubin fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Diċembru 2003, paġna 6.

SKEDA

Jan. 3 Qari tal-​Bibbja: Ġożwè 16-​20 Għanja 6

Kwalità tad-​Diskors: Enfasizza l-​Kliem li Jġorr il-​Ħsieb fis-​Sentenzi (ht pġ. 62 ¶1–pġ. 63 ¶4)

Nru. 1: Nidentifikaw l-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex (gt intro. ¶1–11)

Nru. 2: Ġożwè 16:1–​17:4

Nru. 3: Il-​Familja Tinsab fi Kriżi (fy pġi. 5-9 ¶1-14)

Nru. 4: Il-​Fatt li Tkun Għani jew Fqir Juri Jekk Intix Persuna li Tibżaʼ minn Alla Llum? (g03 1/8 pġi. 18-19)

Jan. 10 Qari tal-​Bibbja: Ġożwè 21-24 Għanja 100

Kwalità tad-​Diskors: L-​Enfasi Magħmula b’Mod Xieraq (ht pġ. 63 ¶5-7)

Nru. 1: Min Kien Verament Ġesù? (gt intro. ¶12-23)

Nru. 2: Ġożwè 23:​1-​13

Nru. 3: Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja (fy pġi. 10-12 ¶15-23)

Nru. 4: Huwa Xieraq li Tqim lil Ġesù? (g00 4/8 pġi. 18-19)

Jan. 17 Qari tal-​Bibbja: Mħallfin 1-4 Għanja 97

Kwalità tad-​Diskors: Enfasizza l-​Ideat Prinċipali fit-​Taħdita (ht pġ. 64 ¶8-9)

Nru. 1: Messaġġi mis-​Sema (gt kap. 1)

Nru. 2: Mħallfin 2:​1-​10

Nru. 3: Lest Int għaż-​Żwieġ? (fy pġi. 13-15 ¶1-6)

Nru. 4: Kif Tistaʼ Tipproteġi Ruħek mill-​Vidjos tad-​Diski li Huma taʼ Ħsara? (g03 3/8 pġi. 19-21; g03 4/8 pġi. 11-13)

Jan. 24 Qari tal-​Bibbja: Mħallfin 5-7 Għanja 47

Kwalità tad-​Diskors: Agħmel Użu Tajjeb mill-​Modulazzjoni (ht pġ. 64 ¶10-12)

Nru. 1: Onorat Qabel Ma Twieled (gt kap. 2)

Nru. 2: Mħallfin 6:​25-​35

Nru. 3: Il-​Bibbja Kif Għandha Teffettwa l-​Libertà Tagħna taʼ l-​Għażla? (g03 3/8 pġi. 22-23)

Nru. 4: Għala Għandek Tkun Taf Lilek Innifsek u Tkun Realistiku (fy pġi. 16-18 ¶7-10)

Jan. 31 Qari tal-​Bibbja: Mħallfin 8-10 Għanja 174

Kwalità tad-​Diskors: Il-​Varjetà fil-​Qawwa (ht pġ. 65 ¶13-14)

Nru. 1: Dak li Jħejji t-​Triq Jitwieled (gt kap. 3)

Nru. 2: w03 1/15 pġi. 19-​20 ¶16-​18

Nru. 3: Dak li Għandek Tfittex f’Sieħeb jew Sieħba (fy pġi. 18-22 ¶11-15)

Nru. 4: Jagħmel Differenza X’Kura Medika Nagħżlu? (g01 1/8 pġi. 26-27)

Frar 7 Qari tal-​Bibbja: Mħallfin 11-14 Għanja 209

Kwalità tad-​Diskors: Varjetà fil-​Pass (ht pġ. 65 ¶15-17)

Nru. 1: Tqila imma Mhix Miżżewġa (gt kap. 4)

Nru. 2: Mħallfin 12:​1-​15

Nru. 3: Għala x-​Xhieda taʼ Ġeħova Huma Magħqudin (g03 5/8 pġi. 20-21)

Nru. 4: Dak li Trid Tikkunsidra Qabel Ma Tagħmel Impenn fit-​Tul (fy pġi. 22-24 ¶16-19)

Frar 14 Qari tal-​Bibbja: Mħallfin 15-​18 Għanja 105

Kwalità tad-​Diskors: Varjetà fil-​Vuċi (ht pġ. 66 ¶18-20)

Nru. 1: It-​Twelid taʼ Ġesù—Fejn u Meta? (gt kap. 5)

Nru. 2: Mħallfin 15:​9-​20

Nru. 3: Żomm l-​Għerusija Tiegħek Onorabbli u Ħares lil Hinn mit-​Tieġ (fy pġi. 24-6 ¶20-23)

Nru. 4: Evita Kliem li Jweġġaʼ (g03 6/8 pġi. 18-20)

Frar 21 Qari tal-​Bibbja: Mħallfin 19-​21 Għanja 53

Kwalità tad-​Diskors: Modulazzjoni Addattata għall-​Ħsieb jew l-​Emozzjoni (ht pġ. 66 ¶21–pġ. 67 ¶24)

Nru. 1: It-​Tfajjel tal-​Wegħda (gt kap. 6)

Nru. 2: w03 2/1 pġi. 17-​18 ¶18-​21

Nru. 3: Prinċipji Bibliċi li Jistgħu Jgħinuk Tħejji għal Żwieġ li Jirnexxi (fy pġ. 26 kaxxa tar-​reviżjoni)

Nru. 4: X’Inhuma Xi Wħud mill-​“Affarijiet Profondi t’Alla”? (1 Kor. 2:​10)

Frar 28 Qari tal-​Bibbja: Rut 1-4 Għanja 120

Kwalità tad-​Diskors: Entużjażmu Muri Permezz taʼ Taħdita Ħajja (ht pġ. 67 ¶1–pġ. 68 ¶5)

Reviżjoni Orali

Mar. 7 Qari tal-​Bibbja: 1 Samwel 1-4 Għanja 221

Kwalità tad-​Diskors: Entużjażmu Xieraq għall-​Materjal (ht pġ. 68 ¶6–pġ. 69 ¶9)

Nru. 1: Ġesù u l-​Astroloġi (gt kap. 7)

Nru. 2: 1 Samwel 2:​1-​11

Nru. 3: L-​Ewwel Ċavetta għal Żwieġ Dejjiemi (fy pġi. 27-9 ¶1-6)

Nru. 4: Għala l-​Kristjani Ġenwini Ma Jikkonsultawx l-​Oroskopji

Mar. 14 Qari tal-​Bibbja: 1 Samwel 5-9 Għanja 151

Kwalità tad-​Diskors: Kordjalità Evidenti fl-​Espressjoni tal-​Wiċċ (ht pġ. 69 ¶10–pġ. 70 ¶14)

Nru. 1: Ħarba minn Tirann (gt kap. 8)

Nru. 2: 1 Samwel 5:​1-​12

Nru. 3: It-​Tieni Ċavetta għal Żwieġ Dejjiemi (fy pġi. 30-1 ¶7-10)

Nru. 4: Kif Nistgħu Nsaħħu l-​Ħbiberija Tagħna maʼ Ġeħova

Mar. 21 Qari tal-​Bibbja: 1 Samwel 10-​13 Għanja 166

Kwalità tad-​Diskors: Kordjalità u Sentiment Evidenti fit-​Ton tal-​Leħen (ht pġ. 70 ¶15–pġ. 71 ¶19)

Nru. 1: Il-​Ħajja Bikrija taʼ Ġesù mal-​Familja (gt kap. 9)

Nru. 2: 1 Samwel 10:​1-12

Nru. 3: Il-​Kristjani Kif Għandhom Jittrattaw lill-​Maħbubin Tagħhom li Ma Jkunux taʼ l-​Istess Twemmin? (g03 11/8 pġi. 30-31)

Nru. 4: It-​Tmexxija tar-​Raġel Bħala l-​Kap Għandha Tkun bħal taʼ Kristu (fy pġi. 31-3 ¶11-15)

Mar. 28 Qari tal-​Bibbja: 1 Samwel 14-15 Għanja 172

Kwalità tad-​Diskors: Kordjalità u Sentiment Xierqa għall-​Materjal (ht pġ. 71 ¶20-21)

Nru. 1: Vjaġġi Lejn Ġerusalemm (gt kap. 10)

Nru. 2: w03 3/15 pġi. 19-​20 ¶17-​21

Nru. 3: Għandna Nattendu Laqgħat Kristjani? (g01 3/8 pġi. 12-13)

Nru. 4: Kif il-​Mara Għandha Tkun Għajnuna għal Żewġha (fy pġi. 34-5 ¶16-19)

Apr. 4 Qari tal-​Bibbja: 1 Samwel 16-18 Għanja 27

Kwalità tad-​Diskors: Tixbihat Addattati għall-​Materjal li Jkollok (ht pġ. 72 ¶1-4)

Nru. 1: Għala l-​Edukazzjoni Hija Importanti għall-​Kristjani (w03 3/15 pġ. 10 ¶1–pġ. 11 ¶5)

Nru. 2: 1 Samwel 17:​41-​51

Nru. 3: Prinċipji Bibliċi li Jistgħu Jgħinuk Tgawdi Żwieġ Hieni u Dejjiemi (fy pġ. 38 kaxxa tar-​reviżjoni)

Nru. 4: Jekk Nimmeditaw fuq il-​Konsegwenzi Nistgħu Niġu Megħjunin Inħobbu t-​Tajjeb u Nobogħdu l-​Ħażin (g03 12/8 pġi. 12-13)

Apr. 11 Qari tal-​Bibbja: 1 Samwel 19-​22 Għanja 73

Kwalità tad-​Diskors: Tgħallem Aħseb fit-​Tixbihat (ht pġ. 72 ¶5–pġ. 73 ¶6)

Nru. 1: Kif iż-​Żgħażagħ Jistgħu Jimxu ’l Quddiem Spiritwalment (w03 4/1 pġi. 8-10)

Nru. 2: 1 Samwel 20:​24-​34

Nru. 3: Għala l-​Modestja Ġenwina Hija Kwalità li Tiġbed lil Oħrajn

Nru. 4: Għix Skond il-​Mezzi Tiegħek (fy pġi. 39-41 ¶1-6)

Apr. 18 Qari tal-​Bibbja: 1 Samwel 23-25 Għanja 61

Kwalità tad-​Diskors: Tixbihat Sempliċi (ht pġ. 73 ¶7-9)

Nru. 1: Afda f’Ġeħova b’Qalbek Kollha (w03 11/1 pġi. 4-7)

Nru. 2: w03 5/1 pġ. 17 ¶11-​14

Nru. 3: Nieħdu Ħsieb id-​Dar Bħala Proġett tal-​Familja (fy pġi. 42-4 ¶7-11)

Nru. 4: Għala Sar il-​Patt Abrahamiku

Apr. 25 Qari tal-​Bibbja: 1 Samwel 26-31 Għanja 217

Kwalità tad-​Diskors: L-​Applikar Magħmul Ċar (ht pġ. 73 ¶10-11)

Reviżjoni Orali

Mej. 2 Qari tal-​Bibbja: 2 Samwel 1-3 Għanja 91

Kwalità tad-​Diskors: Punti Importanti Enfasizzati (ht pġ. 74 ¶12-14)

Nru. 1: L-​Edukazzjoni M’Hijiex Biex Issib Xogħol Biss (w03 3/15 pġ. 11 ¶6–pġ. 14 ¶5)

Nru. 2: 2 Samwel 2:​1-​11

Nru. 3: Għala Ġeħova Jeħtieġ li Nkunu Nodfa (fy pġi. 45-9 ¶12-20)

Nru. 4: Il-​Ħafna Benefiċċji taʼ li Nkunu Onesti (w00 11/1 pġi. 6-7)

Mej. 9 Qari tal-​Bibbja: 2 Samwel 4-8 Għanja 183

Kwalità tad-​Diskors: Tixbihat Addattati għall-​Udjenza (ht pġ. 74 ¶15-16)

Nru. 1: Ġeħova Jinteressa Ruħu Ġenwinament fiż-​Żgħażagħ (w03 4/15 pġ. 29 ¶4–pġ. 31 ¶4)

Nru. 2: 2 Samwel 5:​1-​12

Nru. 3: X’Wettaq il-​Patt tal-​Liġi ? (w98 2/1 pġ. 14; w92 9/1 pġ. 9)

Nru. 4: X’Jistgħu Jagħmlu t-​Tifħir Sinċier u l-​Gratitudni lill-​Familja (fy pġi. 49-50 ¶21-2)

Mej. 16 Qari tal-​Bibbja: 2 Samwel 9-​12 Għanja 66

Kwalità tad-​Diskors: Tixbihat Meħudin minn Sitwazzjonijiet Familjari (ht pġ. 74 ¶17–pġ. 75 ¶19)

Nru. 1: Jinnota Ġeħova Dak li Tagħmel Int? (w03 5/1 pġi. 28-​31)

Nru. 2: 2 Samwel 9:​1-​13

Nru. 3: Il-​Ħarsa tal-​Bibbja Lejn it-​Tfal u r-​Responsabbiltà tal-​Familja (fy pġi. 51-2 ¶1-5)

Nru. 4: Il-​Kelma t’Alla b’Liema Mod Hi Ħajja? (Ebr. 4:​12) (w03 11/15 pġ. 11; cl pġi. 41-2, 185-6)

Mej. 23 Qari tal-​Bibbja: 2 Samwel 13-​15 Għanja 103

Kwalità tad-​Diskors: Tixbihat Magħżulin Tajjeb (ht pġ. 75 ¶20-2)

Nru. 1: Id-​Djarju taʼ Noè—Għandu Xi Tifsira Għalina? (w03 5/15 pġi. 4-7)

Nru. 2: 2 Samwel 13:​10-​22

Nru. 3: Kif Għandna Nifhmu l-​Iskrittura taʼ Ġwanni 11:​25, 26? (gt kap. 90; w95 3/1 pġi. 16-17)

Nru. 4: Xi Jfisser li Tissodisfa l-​Ħtiġijiet tat-​Tfal (fy pġi. 53-5 ¶6-9)

Mej. 30 Qari tal-​Bibbja: 2 Samwel 16-​18 Għanja 132

Kwalità tad-​Diskors: Naddattaw il-​Materjal għall-​Ministeru taʼ l-​Għalqa (ht pġ. 76 ¶1-3)

Nru. 1: Irraġuna Sew u Aġixxi bil-​Għaqal (w03 7/15 pġi. 21-3)

Nru. 2: w03 5/15 pġi. 16-​17 ¶8-​11

Nru. 3: Onqox il-​Verità fit-​Tfal Tiegħek (fy pġi. 55-7 ¶10-15)

Nru. 4: Għala l-​Umiltà M’Hijiex Dgħjufija (w99 8/1 pġ. 15; cl pġ. 200)

Ġun. 6 Qari tal-​Bibbja: 2 Samwel 19-​21 Għanja 224

Kwalità tad-​Diskors: Espressjonijiet Magħmulin Jinftiehmu mill-​Pubbliku (ht pġ. 76 ¶4–pġ. 77 ¶5)

Nru. 1: Napprezzaw l-​Iskop tad-​Dixxiplina (w03 10/1 pġ. 20 ¶1–pġ. 21 ¶5)

Nru. 2: 2 Samwel 19:​2-​11 (19:​1-10, NW)

Nru. 3: Kif Jistaʼ Kristjan Jidħol fil-​Mistrieħ t’Alla? (w01 10/1 pġi. 30-31)

Nru. 4: Għallem lil Uliedek il-​Mogħdijiet taʼ Ġeħova (fy pġi. 58-9 ¶16-19)

Ġun. 13 Qari tal-​Bibbja: 2 Samwel 22-​24 Għanja 74

Kwalità tad-​Diskors: Għażla taʼ Punti Xierqa (ht pġ. 77 ¶6–pġ. 78 ¶10)

Nru. 1: Kun Lest li Titgħallem u Għasses Ilsienek (w03 9/15 pġ. 21 ¶1–pġ. 22 ¶3)

Nru. 2: 2 Samwel 24:​10-17

Nru. 3: Il-​Ħtieġa Vitali għad-​Dixxiplina fid-​Diversi Forom Tagħha (fy pġi. 59-61 ¶20-3)

Nru. 4: B’Liema Modi Għandhom il-​Kristjani Jkunu Separati mid-​Dinja?

Ġun. 20 Qari tal-​Bibbja: 1 Slaten 1-2 Għanja 2

Kwalità tad-​Diskors: Miġbud għall-​Attenzjoni l-​Valur Prattiku tal-​Materjal (ht pġ. 78 ¶11-13)

Nru. 1: Nitgħallmu s-​Sigriet taʼ Kif Ngħaddu b’Dak li Jkollna (w03 6/1 pġi. 8-11)

Nru. 2: w03 6/1 pġi. 12-​13 ¶1-4

Nru. 3: X’Kien Speċjalment Importanti dwar l-​Għaxar Kmandament? (it-2-E pġ. 1086)

Nru. 4: Ipproteġi lit-​Tfal Tiegħek mill-​Ħsara (fy pġi. 61-3 ¶24-8)

Ġun. 27 Qari tal-​Bibbja: 1 Slaten 3-6 Għanja 167

Kwalità tad-​Diskors: Konklużjoni f’Relazzjoni Diretta mat-​Tema tat-​Taħdita (ht pġ. 79 ¶1-3)

Reviżjoni Orali

Lul. 4 Qari tal-​Bibbja: 1 Slaten 7-8 Għanja 194

Kwalità tad-​Diskors: Il-​Konklużjoni Turi lis-​Semmiegħa X’Għandhom Jagħmlu (ht pġ. 79 ¶4–pġ. 80 ¶6)

Nru. 1: Għożż lil Sħabek fit-​Twemmin li Huma Mdaħħlin fiż-​Żmien (w03 9/1 pġi. 30-1)

Nru. 2: 1 Slaten 8:​1-​13

Nru. 3: Ġesù Kif Rebaħ lid-​Dinja? (w03 3/15 pġi. 4-7)

No. 4: Ġenituri—Żommu l-​Komunikazzjoni Miftuħa (fy pġi. 64-6 ¶1-7)

Lul. 11 Qari tal-​Bibbja: 1 Slaten 9-​11 Għanja 191

Kwalità tad-​Diskors: Konklużjoni taʼ Valur Partikulari għall-​Udjenza (ht pġ. 80 ¶7-9)

Nru. 1: Evidenza li Ġesù Kristu Għex fuq l-​Art (w03 6/15 pġi. 4-7)

Nru. 2: 1 Slaten 9:​1-9

Nru. 3: Għallem lit-​Tfal il-​Valuri Morali u Spiritwali (fy pġi. 67-71 ¶8-14)

Nru. 4: Il-​Vizzju tad-​Drogi Jistaʼ Jingħeleb Billi Jiġu Segwiti l-​Prinċipji Bibliċi (w03 1/15 pġi. 8-9)

Lul. 18 Qari tal-​Bibbja: 1 Slaten 12-​14 Għanja 162

Kwalità tad-​Diskors: Konklużjoni taʼ Tul Xieraq (ht pġ. 80 ¶10–pġ. 81 ¶11)

Nru. 1: Minn Ħsibijiet għal Azzjonijiet għal Konsegwenzi (w03 1/15 pġ. 30 ¶1-3)

Nru. 2: 1 Slaten 12:​1-​11

Nru. 3: Kif il-​Fidi Tistaʼ Tgħinna Niffaċċjaw il-​Provi (w03 1/15 pġi. 10-15)

Nru. 4: Għala d-​Dixxiplina u r-​Rispett Huma Vitali (fy pġi. 71-2 ¶15-18)

Lul. 25 Qari tal-​Bibbja: 1 Slaten 15-​17 Għanja 158

Kwalità tad-​Diskors: Il-​Konklużjoni Għandha Tintgħamel Sempliċi, Diretta, u Pożittiva (ht pġ. 81 ¶12-14)

Nru. 1: Kif Tistaʼ ‘Tagħraf X’Inhi r-​Rieda tal-​Mulej’? (w03 12/1 pġ. 21 ¶3–pġ. 23 ¶3)

Nru. 2: w03 7/15 pġ. 19 ¶15-​17

Nru. 3: Għallem lit-​Tfal il-​Ħarsa t’Alla Lejn ix-​Xogħol u l-​Logħob (fy pġi. 72-5 ¶19-25)

Nru. 4: L-​Ispirtu Qaddis Kif Ifarraġ lill-​Kristjani? (w03 5/1 pġ. 17)

Awis. 1 Qari tal-​Bibbja: 1 Slaten 18-​20 Għanja 207

Kwalità tad-​Diskors: Iż-​Żamma tal-​Ħin (ht pġ. 81 ¶15–pġ. 82 ¶18)

Nru. 1: Żgħażagħ, Imxu Kif Jixraq Quddiem Ġeħova (w03 10/15 pġ. 23 ¶1–pġ. 24 ¶1)

Nru. 2: 1 Slaten 18:​1-15

Nru. 3: Il-​Kristjani Kollha Jistgħu Jagħmlu Ħafna Frott (w03 2/1 pġi. 18-23)

Nru. 4: Ir-​Ribelljoni tat-​Tfal u X’Jikkaġunaha (fy pġi. 76-9 ¶1-8)

Awis. 8 Qari tal-​Bibbja: 1 Slaten 21-22 Għanja 92

Kwalità tad-​Diskors: Iż-​Żamma tal-​Ħin Waqt il-​Laqgħat (ht pġ. 82 ¶19-20)

Nru. 1: Is-​Soluzzjoni Dejjiema għall-​Faqar (w03 8/1 pġi. 4-7)

Nru. 2: 1 Slaten 21:​15-​26

Nru. 3: Tkunx Permissiv jew Restrittiv Iżżejjed (fy pġi. 80-1 ¶9-13)

Nru. 4: Għala Għandu Jkollna l-​Kuraġġ, u Kif Nistgħu Nikkultivawh? (w03 3/1 pġi. 8-13)

Awis. 15 Qari tal-​Bibbja: 2 Slaten 1-4 Għanja 16

Kwalità tad-​Diskors: Xi Modi Kif Tevita li Taqbeż il-​Ħin (ht pġ. 83 ¶21-22)

Nru. 1: B’Xejn Ħadtu, b’Xejn Agħtu (w03 8/1 pġi. 20-2)

Nru. 2: 2 Slaten 3:​1-12

Nru. 3: In-​Nies taʼ Qabel id-​Dilluvju Għala Għexu għal Ħafna Snin? (w03 5/15 pġ. 5)

Nru. 4: L-​Issodisfar tal-​Ħtiġijiet Bażiċi tat-​Tfal Jistaʼ Jevita r-​Ribelljoni (fy pġi. 82-4 ¶14-18)

Awis. 22 Qari tal-​Bibbja: 2 Slaten 5-8 Għanja 193

Kwalità tad-​Diskors: Kif Tiddetermina jekk l-​Individwu Jkunx Kapaċi Jżomm il-​Ħin (ht pġ. 83 ¶23-24)

Nru. 1: Nitgħallmu s-​Sena taʼ li Nużaw it-​Tattika (w03 8/1 pġi. 29-31)

Nru. 2: w03 8/1 pġ. 19 ¶18-​22

Nru. 3: Modi Kif Tgħin lit-​Tfal li Jiżbaljaw (fy pġi. 85-7 ¶19-23)

Nru. 4: Liema Kwalitajiet Tajbin taʼ Ġona Għandna Nimitaw? (w03 3/15 pġi. 16-17)

Awis. 29 Qari tal-​Bibbja: 2 Slaten 9-​11 Għanja 129

Kwalità tad-​Diskors: Il-​Preparazzjoni Hija Fundamentali biex Iżomm mal-​Ħin (ht pġ. 83 ¶25-26)

Reviżjoni Orali

Sett. 5 Qari tal-​Bibbja: 2 Slaten 12-15 Għanja 175

Kwalità tad-​Diskors: Iż-​Żamma tal-​Ħin Hija Importanti fil-​Ministeru (ht pġ. 84 ¶27)

Nru. 1: Qiegħed Int Tfittex lil Ġeħova bis-​Serjetà? (w03 8/15 pġi. 25-8)

Nru. 2: 2 Slaten 12:​2-13 (12:​1-12, NW)

Nru. 3: Għala Għandna Nfittxu l-​Ħlewwa? (w03 4/1 pġi. 19-20)

Nru. 4: Nimmaniġġaw Ribell Determinat (fy pġi. 87-9 ¶24-7)

Sett. 12 Qari tal-​Bibbja: 2 Slaten 16-18 Għanja 203

Kwalità tad-​Diskors: Modi Prattiċi Kif Iżżomm mal-​Ħin Sew (ht pġ. 84 ¶28-29)

Nru. 1: Xi Ftakru n-​Nies dwar Ġesù? (w03 8/15 pġ. 6 ¶6–pġ. 8 ¶6)

Nru. 2: 2 Slaten 16:​10-20

Nru. 3: Ipproteġi lill-​Familja Tiegħek minn Influwenzi Distruttivi (fy pġi. 90-2 ¶1-7)

Nru. 4: Kif Nistgħu Nibqgħu Nfittxu Dak li Jogħġob lill-​Mulej? (w03 5/1 pġi. 10-12)

Sett. 19 Qari tal-​Bibbja: 2 Slaten 19-22 Għanja 89

Kwalità tad-​Diskors: Kunfidenza u Ekwilibriju (ht pġ. 85 ¶1-2)

Nru. 1: “Ibqaʼ Żomm il-​Mudell taʼ Kliem Mimli Saħħa” (w03 1/1 pġ. 29 ¶3–pġ. 30 ¶4)

Nru. 2: 2 Slaten 19:​20-​28

Nru. 3: Il-​Ħarsa t’Alla Lejn is-​Sess (fy pġ. 92-4 ¶8-13)

Nru. 4: X’Nistgħu Nitgħallmu minn Ħutna l-​Kristjani taʼ Żmirna tal-​Qedem? (w03 5/15 pġi. 12-13)

Sett. 26 Qari tal-​Bibbja: 2 Slaten 23-​25 Għanja 84

Kwalità tad-​Diskors: X’Ma Jħallikx Tkun Kunfidenti (ht pġ. 85 ¶3-4)

Nru. 1: Ġwanni Jħejji t-​Triq (gt kap. 11)

Nru. 2: w03 8/15 pġ. 20 ¶6-​10

Nru. 3: Aħna Ottimisti dwar il-​Futur (w03 6/1 pġi. 12-13)

Nru. 4: Għin lil Uliedek Jagħżlu Ħbieb Tajba (fy pġi. 95-7 ¶14-18)

Ott. 3 Qari tal-​Bibbja: 1 Kronaki 1-4 Għanja 51

Kwalità tad-​Diskors: Kif Titkellem b’Mod Kunfidenti (ht pġ. 86 ¶5-6)

Nru. 1: Il-​Magħmudija taʼ Ġesù (gt kap. 12)

Nru. 2: 1 Kronaki 4:​24-​43

Nru. 3: Nagħżlu Rikreazzjoni Bnina għall-​Familja (fy pġ. 97-102 ¶19-27)

Nru. 4: Ġeħova Jħobbna Bħala Individwi (w03 7/1 pġi. 16-17)

Ott. 10 Qari tal-​Bibbja: 1 Kronaki 5-7 Għanja 195

Kwalità tad-​Diskors: Kunfidenza Permezz taʼ Preparazzjoni Tajba (ht pġ. 86 ¶7-8)

Nru. 1: Nitgħallmu mit-​Tentazzjonijiet taʼ Ġesù (gt kap. 13)

Nru. 2: 1 Kronaki 5:​18-​26

Nru. 3: Dak li Nafu dwar “Jum Ġeħova” (w03 6/1 pġi. 17-21)

Nru. 4: Dehen Skritturali għal Familji b’Ġenitur Wieħed (fy pġi. 103-5 ¶1-8)

Ott. 17 Qari tal-​Bibbja: 1 Kronaki 8-11 Għanja 201

Kwalità tad-​Diskors: Ekwilibriju Muri fil-​Komportament Fiżiku (ht pġ. 86 ¶9–pġ. 87 ¶11)

Nru. 1: L-​Ewwel Dixxipli taʼ Ġesù (gt kap. 14)

Nru. 2: 1 Kronaki 10:​1-​14

Nru. 3: L-​Isfida taʼ li Taqlaʼ l-​Għajxien Meta Tkun Familja b’Ġenitur Wieħed (fy pġi. 105-7 ¶9-12)

Nru. 4: Maʼ Min Irridu Nużaw it-​Tattika? (w03 8/1 pġi. 29-31)

Ott. 24 Qari tal-​Bibbja: 1 Kronaki 12-​15 Għanja 80

Kwalità tad-​Diskors: Ekwilibriju Muri Permezz taʼ Leħen Ikkontrollat (ht pġ. 87 ¶12-14)

Nru. 1: L-​Ewwel Miraklu taʼ Ġesù (gt kap. 15)

Nru. 2: w03 11/1 pġi. 10-​11 ¶10-​13

Nru. 3: Xi Jfisser Verament li Nimxu f’Isem Ġeħova (w03 8/15 pġi. 17-18)

Nru. 4: Inżommu d-​Dixxiplina f’Familja b’Ġenitur Wieħed (fy pġi. 108-10 ¶13-17)

Ott. 31 Qari tal-​Bibbja: 1 Kronaki 16-20 Għanja 129

Kwalità tad-​Diskors: Id-​Dehra Tagħna Hija Importanti (ht pġ. 88 ¶15)

Reviżjoni Orali

Nov. 7 Qari tal-​Bibbja: 1 Kronaki 21-​25 Għanja 215

Kwalità tad-​Diskors: Ilbies u Apparenza Xierqa (ht pġ. 88 ¶16-18)

Nru. 1: Żelu għall-​Qima taʼ Ġeħova (gt kap. 16)

Nru. 2: 1 Kronaki 22:​1-​10

Nru. 3: Nirbħu l-​Battalja Kontra s-​Solitudni (fy pġi. 110-13 ¶18-22)

Nru. 4: * Kif iż-​Żwieġ Jistaʼ Jissaħħaħ (w03 9/15 pġi. 4-7)

Nov. 14 Qari tal-​Bibbja: 1 Kronaki 26-​29 Għanja 35

Kwalità tad-​Diskors: Ilbies u Apparenza Xierqa Meta Tagħti Taħdita (ht pġ. 89 ¶19-21)

Nru. 1: Jgħallem lil Nikodemu (gt kap. 17)

Nru. 2: 1 Kronaki 29:​1-9

Nru. 3: Għala l-​Qaddejja taʼ Ġeħova Huma Persegwitati (w03 10/1 pġi. 12-13)

Nru. 4: Kif Nistgħu Ngħinu Familji b’Ġenitur Wieħed (fy pġ. 113-115 ¶23-7)

Nov. 21 Qari tal-​Bibbja: 2 Kronaki 1-5 Għanja 46

Kwalità tad-​Diskors: Poża Xierqa (ht pġ. 89 ¶22–pġ. 90 ¶26)

Nru. 1: Ġwanni Jnaqqas, Ġesù Jżid (gt kap. 18)

Nru. 2: 2 Kronaki 1:​18–2:​9 (2 Kronaki 2:​1-​10, NW)

Nru. 3: Napprezzaw l-​Iskop tad-​Dixxiplina (w03 10/1 pġi. 20-23)

Nru. 4: Il-​Benefiċċji Meta Niffaċċjaw il-​Mard b’Attitudni li Togħġob lil Alla (fy pġi. 116-19 ¶1-9)

Nov. 28 Qari tal-​Bibbja: 2 Kronaki 6-9 Għanja 106

Kwalità tad-​Diskors: Nikkoreġu l-​Poża (ht pġ. 90 ¶27-28)

Nru. 1: Jgħallem lil Mara Samaritana (gt kap. 19)

Nru. 2: w03 12/1 pġi. 15-​16 ¶3-6

Nru. 3: Kif Nuru li Nqiegħdu l-​Għaxqa Tagħna f’Ġeħova (w03 12/1 pġi. 11-12)

Nru. 4: Il-​Valur taʼ Spirtu taʼ Fejqan (fy pġi. 120-1 ¶10-13)

Diċ. 5 Qari tal-​Bibbja: 2 Kronaki 10-​14 Għanja 116

Kwalità tad-​Diskors: Tagħmir Pulit (ht pġ. 90 ¶29-pġ. 91 ¶31)

Nru. 1: It-​Tieni Miraklu Waqt li Qiegħed f’Kana (gt kap. 20)

Nru. 2: 2 Kronaki 12:​1-​12

Nru. 3: Għala Għandna Bżonn il-​Qalb Tajba Mhix Mistħoqqa t’Alla

Nru. 4: Stabbilixxi l-​Prijoritajiet u Għin lit-​Tfal Ikampaw mal-​Mard fil-​Familja (fy pġi. 122-3 ¶14-18)

Diċ. 12 Qari tal-​Bibbja: 2 Kronaki 15-​19 Għanja 182

Kwalità tad-​Diskors: Ebda Espressjoni tal-​Wiċċ Mhix Xierqa (ht pġ. 91 ¶32-34)

Nru. 1: Fis-​Sinagoga tal-​Belt Fejn Kien Joqgħod Ġesù (gt kap. 21)

Nru. 2: 2 Kronaki 19:​1-​11

Nru. 3: Kif Għandek Tħares Lejn il-​Kura Medika (fy pġi. 124-7 ¶19-23)

Nru. 4: X’Nistgħu Nitgħallmu mill-​Familja taʼ Ġesù (w03 12/15 pġi. 4-8)

Diċ. 19 Qari tal-​Bibbja: 2 Kronaki 20-24 Għanja 186

Kwalità tad-​Diskors: Ħalli l-​Avanz Tiegħek Ikun Jidher (ht pġ. 92 ¶1-2)

Nru. 1: Erbaʼ Dixxipli Jiġu Msejħin (gt kap. 22)

Nru. 2: w03 12/15 pġi. 16-​17 ¶13-​15

Nru. 3: Il-​Benefiċċji Meta Nitgħallmu s-​Sigriet taʼ Kif Ngħaddu b’Dak li Jkollna (w03 6/1 pġi. 8-10)

Nru. 4: Kif Tistaʼ Mara Miżżewġa li Temmen Iżżomm il-​Paċi f’Dar Maqsuma? (fy pġi. 128-32 ¶1-9)

Diċ. 26 Qari tal-​Bibbja: 2 Kronaki 25-​28 Għanja 137

Kwalità tad-​Diskors: Modi Kif l-​Avanz Ikun Jidher (ht pġ. 92 ¶3-4)

Reviżjoni Orali

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja