Ibbenefika Mill-Iskola Tal-Ministeru Teokratiku Għall-1996—It-3 Parti
1 L-appostlu Pawlu ried lil ħutu jitolbu għalih sabiex ikun jistaʼ jakkwista l-abbiltà li jgħid l-aħbar tajba bil-qlubija. (Ef. 6:18-20) Aħna nixtiequ nikkultivaw dik l-istess abbiltà. Għal dak l-għan, napprezzaw l-għajnuna mogħtija permezz taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku, fejn dawk li jattendu l-laqgħat u li jikkwalifikaw huma inkuraġġiti jinkitbu fiha.
2 Bħala studenti, aħna nirċievu pariri individwali biex jgħinuna ntejbu l-abbiltajiet tagħna fil-kliem u fit-taħriġ. (Prov. 9:9) Nistgħu nibbenefikaw ukoll billi nagħtu widen għall-parir li jirċievu studenti oħrajn, u napplikaw għalina dak li nitgħallmu. Meta nkunu se nippreparaw inkarigu, għandna nistudjaw bil-għaqal is-sors minn fejn hu meħud il-materjal biex inkunu ċerti li l-ispjegazzjoni tagħna tkun bla żball. Il-punti prinċipali u l-iskritturi li nużaw għandhom jaqblu maʼ l-iżvilupp tat-tema ġenerali. Jekk it-taħdita tinvolvi persuna oħra, għandha ssir prova minn qabel ma tiġi mogħtija fl-iskola. Hekk kif nagħmlu progress, għandu jsir sforz biex nitkellmu spirtu pront, billi nużaw in-noti minflok karta miktuba bil-kliem kollu.
3 Dawk kollha li jkollhom inkarigi fl-iskola għandhom jaslu kmieni, jagħtu l-karta taʼ l-iSpeech Counsel lill-indokratur taʼ l-iskola, u jpoġġu bil-qiegħda fuq quddiem fis-sala. L-aħwa nisa għandhom javżaw minn qabel lill-indokratur taʼ l-iskola x’inhu s-setting tagħhom u jekk humiex se jpoġġu bil-qiegħda jew jibqgħu bil-wieqfa għat-taħdita tagħhom. Billi nikkoperaw b’dawn il-modi nikkontribwixxu lejn programm bla xkiel u dan jgħin lil dawk li jieħdu ħsieb il-pletform biex ikollhom kollox lest minn qabel.
4 Preparazzjoni Taʼ L-Inkarigu Nru. 2: Skop wieħed tal-qari mill-Bibbja hu li jgħin lill-istudent itejjeb l-abbiltà tiegħu fil-qari. Dan kif jistaʼ jinkiseb bl-aħjar mod? L-aqwa mod biex wieħed isir tajjeb fil-qari hu billi jaqra l-materjal darba wara l-oħra. Biex jitgħallem it-tifsir u l-pronunzja eżatta taʼ kliem mhux daqstant familjari, l-istudent għandu jfittixhom f’dizzjunarju. Forsi dan jeħtieġ ukoll li wieħed isir familjari maʼ xi jfissru s-simboli tal-pronunzja wżati fid-dizzjunarju.
5 In-New World Translation tipprovdi għajnuna f’li wieħed jippronunzja sewwa l-ismijiet u kliem mhux komuni li jinstabu fil-Bibbja. Tagħmel dan billi taqsamhom f’sillabi u tipprovdi sinjali taʼ l-aċċent. (Ara “All Scripture Is Inspired of God and Beneficial,” paġni 325-6, paragrafi 27-8.) Bħala regola, is-sillaba li tiġi qabel il-marka taʼ l-aċċent tinstemaʼ l-iktar. Jekk is-sillaba li għandha l-aċċent tispiċċa b’vokali, il-vokali tinħass itwal meta tgħidha. Jekk sillaba tispiċċa b’konsonanti, il-vokali f’dik is-sillaba hija qasira. (Qabbel Saʹlu maʼ Salʹlu.) Biex jgħinhom jippreparaw għall-inkarigi tagħhom tal-qari mill-Bibbja, xi aħwa rġiel jisimgħu l-audiocassettes tas-Soċjetà.
6 Il-ġenituri jistgħu jgħinu lil uliedhom żgħar jippreparaw l-inkarigu tal-qari. Dan jistaʼ jinkludi li joqogħdu jisimgħu lit-tifel waqt li jkun qiegħed jagħmel il-provi u mbagħad jagħtuh suġġerimenti t’għajnuna biex imur aħjar. Il-ħin assenjat jinkludi introduzzjoni qasira u konklużjoni xierqa li jkun fiha l-applikar tal-punti prinċipali. B’hekk l-istudent jiżviluppa l-abbiltà tiegħu li jitkellem spirtu pront.
7 Is-salmista xtaq permezz tat-talb: “O Jehovah, jalla tiftaħ dawn ix-xofftejn minn tiegħi, biex fommi stess ikun jistaʼ jiddikjara t-tifħir tiegħek.” (Salm 51:15) Jalla l-parteċipazzjoni tagħna fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku tgħinna nissodisfaw din l-istess xewqa.