LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/96 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Marzu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Marzu
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Sottitli
  • Ġimgħa Li Tibda 4 Taʼ Marzu
  • Ġimgħa Li Tibda 11 Taʼ Marzu
  • Ġimgħa Li Tibda 18 Taʼ Marzu
  • Ġimgħa Li Tibda 25 Taʼ Marzu
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 3/96 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Marzu

Ġimgħa Li Tibda 4 Taʼ Marzu

Għanja 1

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru Tas-​Saltna.

15 min: “Bierek Lil Jehovah ‘Il-​Jum Kollu.’” Mistoqsijiet u tweġibiet. Aqra paragrafi 2-5. Agħti inkuraġġiment pożittiv għax-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju u regulari.

20 min: “Ikkultiva Interess Fil-​Ktieb Tgħix Għal Dejjem.” Tlieta jew erbaʼ pubblikaturi, inkluż xi ħadd żagħżugħ, jiddiskutu artiklu u mbagħad jagħmlu sessjoni taʼ prova. Juru żewġ jew tliet preżentazzjonijiet u mbagħad jirriveduhom, billi jagħtu lil xulxin suġġerimenti prattiċi u tifħir.

Għanja 78 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 11 Taʼ Marzu

Għanja 164

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

20 min: “Ibbenefika Mill-​Iskola Tal-​Ministeru Teokratiku Għall-​1996​—It-​3 Parti.” Taħdita mill-​indokratur taʼ l-​iskola. Ħeġġeġ lil kulmin jistaʼ biex jinkiteb u bil-​lealtà kollha jwettaq l-​inkarigu tiegħu. Spjega b’mod ċar ir-​regoli dwar kif wieħed jippronunzja l-​ismijiet tal-​Bibbja, kif misjubin fil-​ktieb “All Scripture,” paġni 325-6, paragrafi 27-8. Spjega wkoll kif l-​ittri “ch” fl-​ismijiet bl-​Ingliż jinħassu qawwija, bħal “k.” (Barra fl-​isem Rachel bl-​Ingliż, fejn l-​ittri “ch” jinħassu rotob.) Agħti tixbieha billi ssemmaʼ silta minn Luqa 3:​23-38 mill-​audiocassette tas-​Soċjetà, waqt li kulħadd isegwi fuq il-​Bibbja tiegħu.

15 min: Agħmlu L-​Affarijiet Flimkien Bħala Familja. Missier jitkellem b’mod informali mal-​familja tiegħu dwar il-​bżonn li jinġabru flimkien, ibbażat fuq It-​Torri Taʼ L-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Diċembru, 1993, paġni 8-12 (w93 9/1 p. 16-19). Ikkonċentra fuq l-​istudju tal-​familja u x-​xogħol taʼ l-​evanġelizzar. Uri kif familji moderni qegħdin jisfaxxaw fix-​xejn għax iqattgħu ftit wisq ħin flimkien u m’għandhom ebda interess komuni. Hija barka għall-​familja Kristjana li jistudjaw il-​Kelma t’Alla u li jieħdu sehem fil-​ministeru flimkien. Enfasizza l-​bżonn li l-​missier jorganizza dawn l-​affarijiet sewwa u li l-​omm tikkopera. It-​tfal għandhom jieħdu interess f’attivitajiet spiritwali, billi jaħdmu id f’id mal-​ġenituri. Il-​familja se tkun magħquda u se tkun b’saħħitha biex tkampa mal-​pressjonijiet li qegħdin dejjem jiżdiedu rigward ġiri wara d-​dinja.

Għanja 211 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 18 Taʼ Marzu

Għanja 6

10 min: Avviżi lokali. Dawk li jikkonduċu studji għandhom iħeġġu lil uħud ġodda li sejrin tajjeb fl-​istudju tal-​Bibbja tagħhom biex jimmiraw ’il quddiem lejn li jsiru pubblikaturi mhux mgħammdin. Il-​ġenituri jistgħu wkoll jgħinu lit-​tfal tagħhom biex isiru pubblikaturi. Irrevedi l-​proċedura rrikmandata fil-​ktieb Organized to Accomplish Our Ministry, paġni 97-100.

15 min: Irrevedi L-​Punti Prinċipali mill-​ktieb 1996 Yearbook of Jehovah’s Witnesses. Grupp taʼ familja jiddiskuti xi ftit mill-​fatturi interessanti dwar l-​attività tagħna taʼ madwar id-​dinja misjubin f’paġni 3-5 sa 33. Huma jiftiehmu li kull ġurnata se jipprovaw jaqraw flimkien ftit paġni mill-​Yearbook wara li jikkunsidraw it-​test Bibliku magħżul minn Examining the Scriptures Daily.

20 min: “Nibdew Studji Tal-​Bibbja Bil-​Ktieb Tgħix Għal Dejjem.” Iddiskuti maʼ l-​udjenza. Irranġa għal żewġ turijiet billi tuża preżentazzjonijiet issuġġeriti.

Għanja 130 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 25 Taʼ Marzu

Għanja 5

15 min: Avviżi lokali. Irrevedi “Tfakkiriet Tal-​Mafkar.” Spjega għala huwa importanti li nattendu. (Ara l-​ħarġa tal-​15 taʼ Marzu, 1985 taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa, paġni 16-18 [w85 2/15, ­p. 18-20].) Irrevedi l-​pjanijiet biex ix-​xjuħ, il-​morda, u wħud ġodda jiġu mgħejjunin jattendu. Iddiskuti l-​arranġamenti għal attività miżjuda fis-​servizz taʼ l-​għalqa matul il-​ġimgħa li ġejja. Ukoll, irrevedi l-​artiklu, “Where Hospitality Is Shown to Strangers” (Fejn L-​Ospitalità Hija Murija Lill-​Istranġieri), f’paġna 32 fil-​ħarġa taʼ l-​Awake! tat-​22 taʼ Settembru, 1995.

15 min: Kaxxa Għall-​Mistoqsija. Taħdita minn anzjan. Iddiskuti r-​raġunijiet li jagħmluna nkunu ġenerużi, kif muri f’It-Torri Taʼ L-​Għassa tal-​15 t’April, 1992, paġni 13-14 (w92 1/15, p 16-17).

15 min: “Il-​Preparazzjoni​—Iċ-​Ċavetta Għas-​Suċċess.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Semmi li se nkunu noffru It-​Torri Taʼ L-​Għassa bil-​Malti u bl-​Ingliż u l-​Awake! matul April u Mejju. Nagħmlu preparazzjonijiet minn issa billi nordnaw kopji żejda, nakkwistaw formoli taʼ l-​abbonament, u nagħmlu pjanijiet biex nappoġġaw l-​arranġamenti tal-​kongregazzjoni għall-​attività tal-​Ġurnata tar-​Rivisti.

Għanja 7 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja