LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/97 p. 3
  • Hemm Bżonn—55 Pijunier Awżiljarju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hemm Bżonn—55 Pijunier Awżiljarju
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Materjal Simili
  • Mira Siewja għas-Sena taʼ Servizz il-Ġdida
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Se Nerġgħu Nagħmluh?—Appell Ieħor għal Pijunieri Awżiljarji
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Xandru maʼ Kullimkien il-Kwalitajiet Eċċellenti taʼ Ġeħova
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Ippriedka u Agħti Xiehda bir-Reqqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 2/97 p. 3

Hemm Bżonn​—55 Pijunier Awżiljarju

Tistaʼ Tkun Pijunier Awżiljarju F’Marzu? F’April? F’Mejju?

1 “Wanted 1,000 Preachers” (Jinħtieġu 1,000 Predikatur) kien it-​titlu t’artiklu ppubblikat fil-​ħarġa tal-​Watch Tower t’April 1881. Dan kien jinkludi appell lill-​irġiel u nisa ddedikati kollha, “li lilhom il-​Mulej kien ta għarfien tal-​verità Tiegħu,” biex jużaw kemm ħin setgħu biex jieħdu sehem f’li jxerrdu l-​verità mill-​Bibbja. Dawk li setgħu jagħtu nofs jew iktar mill-​ħin tagħhom esklussivament għax-​xogħol tal-​Mulej ġew inkuraġġiti biex joffru lilhom infushom bħala evanġelizzaturi fit-​toroq​—il-​predeċessuri tal-​pijunieri tal-​lum.

2 Għalkemm iż-​żminijiet inbidlu mill-​1800 ’l hawn, fatt wieħed jibqaʼ l-​istess​—il-​qaddejja ddedikati t’Alla jridu jibqgħu jużaw kemm jistaʼ jkun ħin possibbli f’li jxerrdu l-​aħbar tajba. Li jaqdu bħala pijunieri awżiljarji se jgħin lill-​pubblikaturi tal-​kongregazzjoni biex itejbu l-​effettività tagħhom hekk kif iqattgħu iktar ħin fil-​ministeru tas-​Saltna.​—Kol. 4:17; 2 Tim. 4:5.

3 Mill-​bidu tiegħu, ix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju tgawda minn mijiet t’eluf t’aħwa rġiel u nisa. L-​entużjażmu għal dan il-​qasam fil-​ministeru taʼ pijunier kiber tant li ntlaħqet quċċata taʼ 49 pijunier awżiljarju f’Malta matul April 1995! Il-​potenzjal ċertament li jeżisti mhux biss biex nerġgħu nirrepetu dan l-​isforz mill-​aħjar matul ir-​rebbiegħa taʼ l-​1997 imma wkoll biex nimmiraw lejn quċċata ġdida taʼ 55 pijunier awżiljarju.

4 Inħeġġukom biex ikollkom il-​mira li tagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju matul wieħed jew iktar mix-​xhur taʼ Marzu, April, u Mejju. Għala daħħalna lil Marzu? Għaliex din is-​sena l-​Mafkar tal-​mewt taʼ Kristu jaħbat il-​Ħadd, 23 taʼ Marzu. M’hemmx mod aħjar kif nistgħu nqattgħu l-​ġimgħat taʼ qabel il-​Mafkar milli nieħdu sehem biż-​żelu fix-​xogħol tax-​xandir tas-​Saltna li l-​Mulej u s-​Salvatur tagħna, Ġesù Kristu, istitwixxa. B’xiehda daqshekk kbira li se tingħata f’Marzu, nistgħu nistiednu ħafna wħud interessati biex jingħaqdu magħna fit-​tfakkira tal-​mewt taʼ Kristu. Marzu se jkun ukoll speċjali fis-​sens li, għall-​ewwel darba, se nkunu noffru l-​ktieb il-​ġdid, Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja. Barra minn hekk, ix-​xahar taʼ Marzu fih ħames Sibtijiet u ħamest Iħdud, li jippermettu attività intensiva fis-​servizz taʼ l-​għalqa f’għeluq il-​ġimgħa. M’għandniex xi ngħidu, matul ix-​xhur t’April u Mejju, li nkomplu nagħmlu sforz żeluż fil-​ministeru se jippermettilna li mmorru lura kulfejn inkunu sibna xi interess u nibdew studji ġodda tal-​Bibbja fid-​djar, billi nużaw il-​brochure Alla X’Jirrikjedi Minna? Sejrin inkopru wkoll it-​territorju tagħna bir-​reqqa, partikolarment fi tmiem il-​ġimgħa, bil-​ħarġiet kurrenti u f’waqthom taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa u Stenbaħ!

5 Min Jikkwalifika Biex Ikun Pijunier Awżiljarju?: L-​Organized to Accomplish Our Min­istry, paġna 114, jispjega: “Huma x’inhuma ċ-​ċirkostanzi persunali tiegħek, jekk int mgħammed, t’eżempju morali tajjeb, tistaʼ tirranġa biex tilħaq il-​ħtieġa li tqattaʼ 60 siegħa fix-​xahar fil-​ministeru taʼ l-​għalqa u temmen li tistaʼ taqdi għal xahar wieħed jew iktar bħala pijunier awżiljarju, l-​anzjani tal-​kongregazzjoni se jkunu ferħanin li jikkunsidraw l-​applikazzjoni tiegħek għal dan il-​privileġġ taʼ servizz.” Tistaʼ int tagħmel wisaʼ għal dan il-​privileġġ f’Marzu? f’April? f’Mejju?

6 Attitudni pożittiva min-​naħa tal-​ġemgħa taʼ l-​anzjani flimkien maʼ l-​appoġġ b’qalb sħiħa tal-​bqija tal-​pubblikaturi għandhom jagħmlu r-​reazzjoni għal din is-​sejħa għal 55 pijunier awżiljarju suċċess li jidwi. (Ebr. 13:7) Il-​kapijiet kollha tal-​familja huma inkuraġġiti biex jaraw kemm uħud mill-​familja tagħhom jistgħu jingħaqdu maʼ l-​għadd taʼ pijunieri awżiljarji matul wieħed jew iktar mix-​xhur li ġejjin.​—Salm 148:​12, 13; qabbel Atti 21:​8, 9.

7 Tkunx ħafif biex tikkonkludi li x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju ma jgħoddx għalik minħabba x-​xogħol sekulari full-time, l-​iskeda skolastika, ir-​responsabbiltajiet tal-​familja, jew xi obbligi Skritturali oħrajn tiegħek. Għal xi wħud jistaʼ ma jkunx faċli li jieħdu sehem; minkejja dan, b’organizzar tajjeb u bil-​barka taʼ Jehovah, jistaʼ jirnexxilhom. (Salm 37:5; Prov. 16:3) Ħalli x-​xewqa li tieħu sehem fis-​servizz taʼ pijunier tikkontrolla ċ-​ċirkostanzi tiegħek; tħallix liċ-​ċirkostanzi tiegħek jikkontrollaw lil xewqtek biex tkun pijunier. (Prov. 13:19a) Għalhekk, b’imħabba qawwija lejn Jehovah u lejn il-​bnedmin sħabhom, ħafna jirnexxilhom jirranġaw ir-​rutina tal-​ħajja tagħhom taʼ kull ġimgħa sabiex ikabbru l-​ministeru tagħhom xahar wara l-​ieħor. (Luqa 10:​27, 28) Ħafna barkiet huma merfugħin għal dawk li jistinkaw b’mod vigoruż fis-​servizz tas-​Saltna.​—1 Tim. 4:​10.

8 Dak Li X-​Xogħol Taʼ Pijunier Awżiljarju Jwettaq: L-​isforz li eluf taʼ qaddejja t’Alla jinvestu b’ruħhom kollha fix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju jirriżulta f’għajta kbira taʼ tifħir lil Jehovah. Hekk kif dawn il-​proklamaturi tas-​Saltna jistinkaw biex ixerrdu l-​aħbar tajba maʼ iktar nies, huma jinġibdu iktar mill-​qrib lejn Jehovah personalment għax jitgħallmu jiddependu iktar fuqu għall-​ispirtu u l-​barka tiegħu.

9 Li jkollna pijunieri awżiljarji, regulari, u speċjali attivi fostna jipproduċi spirtu ġdid taʼ ħajja fil-​kongregazzjoni. L-​entużjażmu tagħhom jittieħed hekk kif jitkellmu dwar l-​esperjenzi tagħhom taʼ l-​għalqa. Dan iqanqal lil oħrajn biex jerġgħu jqisu l-​prijoritajiet u l-​potenzjal tagħhom stess biex ikollhom sehem akbar fl-​iktar xogħol importanti tal-​ministeru. Waħda oħt li tgħammdet meta kellha 70 sena, mill-​ewwel bdiet tagħmel ix-​xogħol taʼ pijuniera awżiljarja fuq bażi kontinwa. Meta ġiet mistoqsija xi ftit snin wara għala, taʼ l-​età tagħha, kienet għadha tistinka fil-​ministeru bħala pijuniera awżiljarja kull xahar, hi qalet li ħassitha bħallikieku l-​ewwel 70 sena taʼ ħajjitha kienu moħlijin, u ma riditx taħli iktar mis-​snin taʼ ħajja li kien fadlilha!

10 Kull parteċipant fix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju jiżviluppa sengħa mtejba fil-​ministeru. Wieħed xhud żagħżugħ ammetta: ‘Meta kont għadni tifel żgħir kont immur mal-​ġenituri tiegħi fl-​attivitajiet tagħhom taʼ l-​ippridkar. Is-​servizz taʼ l-​għalqa kien verament mogħdija taʼ żmien. Madankollu, maż-​żmien, irrealizzajt li fl-​iskola kienu qegħdin iqisuni b’mod differenti mill-​bqija taċ-​ċorma. Imbagħad sirt iebes biex nitkellem maʼ l-​istudenti sħabi dwar il-​verità. Meta kont nippriedka minn dar għal dar, bdejt nibżaʼ mill-​mument li niltaqaʼ maʼ xi ħadd li kont nafu mill-​iskola. Fil-​każ tiegħi naħseb li l-​problema kienet il-​biżaʼ min-​nies. [Prov. 29:25] Wara li spiċċajt l-​iskola, iddeċidejt li nipprova x-​xogħol taʼ pijunier fuq bażi temporanja. Bħala riżultat, l-​ippridkar ħa xejra li qatt ma kellu qabel. Ma bqajtx iktar inħares lejh bħala xi attività taʼ mogħdija taʼ żmien, u lanqas ma kien xi tagħbija taʼ piż. Jien u nara lill-​istudenti tiegħi tal-​Bibbja jimxu ’l quddiem fil-​verità, gawdejt sens taʼ sodisfazzjon profond għat-​turija li Alla Jehovah kien qiegħed jappoġġja l-​isforzi tiegħi.’ Dan iż-​żagħżugħ issokta jaqdi bħala pijunier regulari.

11 Jekk neħduha minn ħarsa prattika, meta ħafna jaqdu bħala pijunieri awżiljarji fil-​kongregazzjoni, dan jirriżulta fi ħdim bir-​reqqa tat-​territorju. Il-​ħu li jqassam it-​territorji jistaʼ jistaqsi lill-​pijunieri awżiljarji għall-​għajnuna tagħhom biex jinħadmu l-​inħawi li ma jsirux taʼ spiss. Billi jġibu magħhom xi borża bl-​ikel u jqattgħu ġurnata sħiħa taʼ servizz se jkun possibbli li jinħadmu saħansitra l-​iktar irkejjen imwarrbin tat-​territorju.

12 L-​Anzjani Jridu Jagħmlu Preparazzjonijiet Minn Qabel: Matul it-​tliet xhur li ġejjin, għandhom isiru arranġamenti biex isiru tipi differenti t’attività taʼ l-​għoti taʼ xiehda f’diversi ħinijiet tal-​ġimgħa, inkluż tard wara nofs in-​nhar u kmieni fil-​għaxija, sabiex kemm jistaʼ jkun aħwa jkunu jistgħu jieħdu sehem. Flimkien ma li jsir xogħol regulari minn dar għal dar, dan għandu jinkludi ħinijiet għal għoti taʼ xiehda fit-​toroq, ħdim taʼ territorju tan-​negozju, u li jsiru d-​djar li qabel ma nstab ħadd fihom. Billi jagħmlu hekk, l-​anzjani jgħinu lil dawk li huma pijunieri biex jieħdu sehem fis-​servizz mal-​kongregazzjoni f’ħin li jkun l-​iktar prattiku u konvenjenti għall-​pijunieri. Il-​kongregazzjoni għandha tkun informata sew bl-​arranġamenti kollha għas-​servizz taʼ l-​għalqa. L-​immaniġġar tal-​laqgħat għas-​servizz għandu jkun organizzat sew. Flimkien maʼ dan, għandu jkun disponibbli territorju adegwat u biżżejjed rivisti u provisti taʼ letteratura oħra għandhom jiġu ordnati mill-​ewwel.

13 Ippjana L-​Iskeda Taʼ Servizz Persunali Tiegħek: Wieħed ħu, li għall-​ewwel kien daqsxejn ħosbien dwar ix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju, qal: “Verament huwa eħfef milli ħsibt li se jkun. Jirrikjedi sempliċement skeda tajba.” Fuq il-​paġna taʼ wara taʼ din l-​insert, tara xi eżempju taʼ skeda li tkun prattika għalik għax-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju? Li jwarrbu 15-il siegħa kull ġimgħa għall-​ministeru huwa l-​ħin kollu li hu mitlub mill-​pijunieri awżiljarji.

14 Sabiex jaqdu bħala pijunieri awżiljarji, in-​nisa tad-​dar u dawk li jaħdmu bix-​xift taʼ wara nofs in-​nhar jistgħu taʼ spiss iwarrbu l-​ħin tagħhom taʼ fil-​għodu għas-​servizz taʼ l-​għalqa. It-​tfal taʼ l-​iskola u dawk li jaħdmu b’xift taʼ bil-​lejl jistgħu ġeneralment jiddedikaw il-​ħin taʼ tard wara nofs in-​nhar għax-​xogħol taʼ l-​ippridkar. Ħaddiema sekulari full-time sabuha possibbli li jew jieħdu ġurnata vaganza kull ġimgħa jew li jqattgħu tmiem il-​ġimgħa kollu fil-​ministeru, flimkien maʼ l-​għoti taʼ xiehda fil-​għaxija. Ħafna li s-​servizz tagħhom taʼ l-​għalqa huwa l-​biċċa l-​kbira limitat għal attività fi tmiem il-​ġimgħa jagħżlu xhur li jkun fihom ħames tmiem il-​ġimgħa sħaħ. Din is-​sena, dan huwa minnu f’Marzu, kif ukoll f’Awissu u f’Novembru. Billi tuża l-​iskeda vojta f’paġna 6 li hija pprovduta bħala gwida, aħseb bil-​għaqal u permezz tat-​talb x’tistaʼ tkun l-​iskeda taʼ servizz persunali u prattika tiegħek skond is-​sitwazzjoni individwali tiegħek.

15 Wieħed mill-​vantaġġi li fih ix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju huwa l-​flessibiltà tiegħu. Tistaʼ tagħżel ix-​xhur li fihom se tkun pijunier, u tistaʼ taqdi kemm-il darba tixtieq. Jekk tixtieq tkun pijunier awżiljarju fuq bażi kontinwa imma ma tistax, ħsibt dwar li tieħu sehem xahar iva u xahar le matul is-​sena? Min-​naħa l-​oħra, xi wħud jirnexxilhom jaqdu kontinwament bħala pijunieri awżiljarji għal perijodi twal taʼ żmien.

16 Tħejjija Għax-​Xogħol Taʼ Pijunier Full-Time: Ħafna li għandhom l-​ispirtu taʼ pijunier jixtiequ jaqdu bħala pijunieri regulari, imma jitħassbu jekk għandhomx il-​ħin, iċ-​ċirkostanzi, jew l-​istamina għalih. Bla dubju taʼ xejn, il-​biċċa l-​kbira taʼ dawk li llum huma pijunieri regulari wżaw is-​servizz taʼ pijunier awżiljarju l-​ewwel bħala tħejjija għax-​xogħol full-time. Billi wieħed iżid l-​iskeda tiegħu taʼ pijunier awżiljarju b’siegħa waħda biss kuljum, jew b’ġurnata sħiħa kull ġimgħa, isir possibbli li jilħaq l-​iskeda taʼ pijunier regulari. Biex tara jekk dan huwiex possibbli għalik, għala ma tipprovax tqattaʼ 90 siegħa fil-​ministeru matul xahar wieħed jew iktar taʼ pijunier awżiljarju? Fl-​istess ħin, tkun qiegħed tiżviluppa żjajjar lura u studji tal-​Bibbja, li se jgħinuk tgawdi ministeru mżewwaq taʼ pijunier.

17 Waħda oħt gawdiet sitt snin kontinwi bħala pijuniera awżiljarja. Matul dak iż-​żmien kollu kienet il-​mira tagħha li tidħol fis-​servizz taʼ pijuniera regulari. Għal dan l-​għan, hi pprovat erbaʼ xogħlijiet sekulari differenti bit-​tama li toħloq sitwazzjoni fejn jirnexxilha tilħaq il-​ħtieġa għall-​pijunieri regulari taʼ 90 siegħa. Kull xahar, kienet tħejji skeda jew tnejn sabiex tikkalkula jekk jistax ikun possibbli. Imma hi u teżaminahom, ħasset li l-​ministeru full-time ma kienx fil-​limiti tagħha. Xorta waħda, baqgħet titlob lil Jehovah għad-​direzzjoni tiegħu. Imbagħad jum wieħed waqt li kienet qiegħda tipprepara għal-​Laqgħa tas-​Servizz, qrat artiklu fl-​Our Kingdom Ministry taʼ Settembru 1991 li kien jgħid: “Minflok ma tpoġġi enfasi żejda fuq il-​ħtieġa tas-​sigħat, għala ma tiffokax l-​attenzjoni fuq l-​opportunità miżjuda taʼ li tieħu sehem fix-​xogħol tal-​ġbir? (Ġwn. 4:​35, 36)” Hi tirrakkonta: “Qrajt dik is-​sentenza għal ħames jew sitt darbiet oħra, u kont ċerta mija fil-​mija li dik kienet it-​tweġiba mingħand Jehovah. F’dak il-​ħin għamilt id-​deċiżjoni li nidħol fis-​servizz taʼ pijuniera regulari.” Għalkemm l-​iskeda tax-​xogħol sekulari part-time tagħha kienet ’il bogħod minn kif xtaqet, tefgħet l-​applikazzjoni tagħha biex issir pijuniera regulari. Ġimgħa wara l-​iskeda tagħha nbidlet, u ngħatat sigħat sekulari taʼ xogħol li kienu addattati għaliha. Hi kkonkludiet, “Din żgur l-​id taʼ Jehovah, le?,” u żiedet: “Meta titlob lil Jehovah għall-​gwida u tirċeviha, taħrabx minnha​—aċċettaha.” Jekk hi x-​xewqa ħerqana tiegħek li tkun pijunier regulari, forsi sa l-​aħħar tat-​tliet xhur bħala pijunier awżiljarju f’Marzu, April, u Mejju, se tkun konvint li int ukoll tistaʼ tirnexxi fil-​ministeru full-time.

18 Aħna ċerti li Jehovah se jbierek iż-​żelu u se jappoġġja l-​isforzi tan-​nies tiegħu hekk kif ixandru l-​aħbar tajba tas-​salvazzjoni matul dan il-​perijodu speċjali t’attività matul ir-​rebbiegħa. (Isa. 52:7; Rum. 10:15) Se twieġeb int għas-​sejħa għal 55 pijunier awżiljarju billi tieħu sehem f’Marzu? f’April? f’Mejju?

[Kaxxa]

Kif Tirnexxi Bħala Pijunier Awżiljarju

■ Kun pożittiv dwar il-​prospetti tiegħek

■ Itlob lil Jehovah biex ibierek l-​isforzi tiegħek

■ Stieden lil pubblikatur ieħor biex ikun pijunier miegħek

■ Ħejji skeda prattika taʼ servizz

■ Ordna provista adegwata taʼ rivisti

■ Appoġġja l-​arranġamenti tal-​kongregazzjoni għas-​servizz

■ Fittex opportunitajiet biex tagħti xiehda informali

KM 2/97 (Insert Schedule)[PLEASE SET THE FOLLOWING BY ITSELF ON PAGE 6. SEE ATTACHED SAMPLE (filename: AUXSCHEDDOC) OF SUGGESTED FORMAT:]

Skedi Għal Pijunier(a) Awżiljari

Eżempji Taʼ Skedi Biex Isiru 15-il Siegħa Taʼ Servizz Taʼ L-​Għalqa Kull Ġimgħa

Fil-​Għodu​—Mit-​Tnejn Sas-​Sibt

Il-​Ħadd jistaʼ jissostitwixxi lil kwalunkwe jum ieħor

ĠurnataPerijoduSigħat

It-TnejnFil-Għodu21⁄2

It-TlietaFil-Għodu21⁄2

L-ErbgħaFil-Għodu21⁄2

Il-ĦamisFil-Għodu21⁄2

Il-ĠimgħaFil-Għodu21⁄2

Is-SibtFil-Għodu21⁄2

Total Taʼ Sigħat:15

Jumejn Sħaħ

Jistgħu jintgħażlu kwalunkwe jumejn mill-​ġimgħa

ĠurnataPerijoduSigħat

L-ErbgħaĠurnata Sħiħa71⁄2

Is-SibtĠurnata Sħiħa71⁄2

Total Taʼ Sigħat:15

Darbtejn Fil-​Għaxija u Tmiem Il-​Ġimgħa

Jistgħu jintgħażlu kwalunkwe darbtejn fil-​għaxija mill-​ġimgħa

ĠurnataPerijoduSigħat

It-TnejnFil-Għaxija11⁄2

L-ErbgħaFil-Għaxija11⁄2

Is-SibtĠurnata Sħiħa8

Il-ĦaddNofs Ġurnata4

Total Taʼ Sigħat:15

Wara Nofs In-​Nhar Matul Il-​Ġimgħa u S-​Sibt

Il-​Ħadd jistaʼ jissostitwixxi lil kwalunkwe jum ieħor

ĠurnataPerijoduSigħat

It-TnejnWara Nofs In-​Nhar2

It-TlietaWara Nofs In-​Nhar2

L-ErbgħaWara Nofs In-​Nhar2

Il-ĦamisWara Nofs In-​Nhar2

Il-ĠimgħaWara Nofs In-​Nhar2

Is-SibtĠurnata Sħiħa5

Total Taʼ Sigħat:15

L-​Iskeda Tas-​Servizz Persunali Tiegħi

Iddeċiedi fuq in-​numru taʼ sigħat għal kull perijodu

ĠurnataPerijoduSigħat

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

Il-Ħadd

Total Taʼ Sigħat:15

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja