1 Korintin
15 Issa, ħuti, infakkarkom fl-aħbar tajba+ li xandartilkom+ u li intom ukoll ilqajtu u qegħdin fiha.+ 2 Ukoll, qed tiġu salvati+ bil-kliem li bih xandartilkom l-aħbar tajba, jekk din qed iżżommuha sod, sakemm, fil-fatt, m’emmintux għalxejn.+
3 Għax, fost l-ewwel affarijiet, għaddejtilkom dak li rċivejt jien ukoll,+ li Kristu miet għal dnubietna skond l-Iskrittura;+ 4 u li ndifen,+ iva, li ġie mqajjem+ fit-tielet jum+ skond l-Iskrittura;+ 5 u li deher lil Kefa,+ imbagħad lit-tnax.+ 6 Wara deher lil iktar minn ħames mitt ħu f’daqqa, li l-biċċa l-kbira minnhom għadhom ħajjin sa llum,+ imma xi wħud raqdu fil-mewt. 7 Wara deher lil Ġakbu,+ imbagħad lill-appostli kollha;+ 8 u fl-aħħarnett deher lili+ wkoll bħallikieku kont wieħed li twieled qabel iż-żmien.
9 Għax jien l-inqas wieħed+ mill-appostli, u ma jistħoqqlix nissejjaħ appostlu, għax ippersegwitajt+ il-kongregazzjoni t’Alla. 10 Imma bil-qalb tajba mhix mistħoqqa+ t’Alla jien dak li jien. U l-qalb tajba mhix mistħoqqa li wera miegħi ma kinitx għalxejn,+ għax tħabatt iktar minnhom ilkoll,+ iżda mhux jien imma l-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla li qiegħda miegħi.+ 11 Madankollu, sew jien u sew huma, hekk qed nippridkaw aħna u hekk emmintu intom.+
12 Issa, jekk qed jiġi pridkat li Kristu ġie mqajjem mill-imwiet,+ xi wħud fostkom kif qed jgħidu li m’hemmx irxoxt tal-mejtin?+ 13 Tabilħaqq, jekk m’hemmx irxoxt tal-mejtin, lanqas Kristu ma ġie mqajjem.+ 14 Imma jekk Kristu ma ġiex imqajjem, l-ippridkar tagħna żgur li hu għalxejn, u l-fidi tagħna hi għalxejn.+ 15 Iktar minn hekk, ninstabu wkoll li aħna xhieda foloz t’Alla,+ għax xhedna+ kontra Alla li hu qajjem lill-Kristu,+ imma fil-fatt ma qajmux jekk hu veru li l-mejtin mhux se jiġu mqajmin.+ 16 Għax jekk il-mejtin mhux se jiġu mqajmin, lanqas Kristu ma ġie mqajjem. 17 U jekk Kristu ma ġiex imqajjem, il-fidi tagħkom ma tiswa xejn; għadkom fi dnubietkom.+ 18 Fil-fatt, ukoll, dawk li raqdu fil-mewt f’unjoni+ maʼ Kristu nqerdu.+ 19 Jekk f’din il-ħajja biss ittamajna fi Kristu,+ aħna l-iktar imsejknin mill-bnedmin kollha.
20 Madankollu, issa Kristu ġie mqajjem mill-imwiet,+ l-ewwel frott+ fost dawk li raqdu fil-mewt.+ 21 Għax ladarba l-mewt+ ġiet permezz taʼ bniedem, l-irxoxt+ tal-mejtin ġie wkoll permezz taʼ bniedem. 22 Għax bħalma kulħadd qed imut f’Adam,+ hekk ukoll kulħadd għad jingħata l-ħajja fil-Kristu.+ 23 Imma kull wieħed skond kif imissu: Kristu l-ewwel frott;+ wara, dawk li huma tal-Kristu matul il-preżenza tiegħu.+ 24 Imbagħad it-tmiem, meta jgħaddi s-saltna lil Alla tiegħu u Missieru, meta jkun ġab fix-xejn kull gvern u kull awtorità u qawwa.+ 25 Għax hu jrid isaltan sakemm Alla jkun qiegħed l-għedewwa kollha taħt saqajh.+ 26 Bħala l-aħħar għadu, il-mewt se tinġieb fix-xejn.+ 27 Għax Alla “ssuġġetta kollox taħt saqajh.”+ Imma meta jgħid li ‘kollox ġie suġġettat,’+ jidher ċar li dan ma jinkludix lil dak li ssuġġettalu kollox.+ 28 Imma meta kollox ikun ġie suġġettat għalih,+ imbagħad l-Iben innifsu wkoll jissottometti ruħu lejn Dak+ li ssuġġettalu kollox, biex Alla jkun kollox għal kulħadd.+
29 Inkella, x’se jagħmlu dawk li qed jitgħammdu bl-iskop li jkunu mejtin?+ Jekk il-mejtin żgur mhux se jiġu mqajmin,+ dawk għala qed jitgħammdu+ bl-iskop li jkunu mejtin? 30 Għala aħna wkoll fil-periklu l-ħin kollu?+ 31 Kuljum niffaċċja l-mewt.+ Ħuti, dan nikkonfermah bil-ferħ kbir+ li għandi minħabba fikom fi Kristu Ġesù, il-Mulej tagħna. 32 Jekk, bħal bnedmin oħrajn, jien iġġilidt mal-bhejjem salvaġġi f’Efesu,+ x’jiswieli? Jekk il-mejtin mhux se jiġu mqajmin, “ħa nieklu u nixorbu, għax għada mmutu.”+ 33 Titqarrqux. Kumpanija ħażina tħassar id-drawwiet siewja.+ 34 Stenbħu biex tkunu f’sensikom+ għall-ġustizzja u tipprattikawx id-dnub, għax xi wħud m’għandhomx għarfien dwar Alla.+ Qed nitkellem biex inġegħelkom tistħu.+
35 Iżda xi ħadd jgħid: “Kif se jiġu mqajmin il-mejtin? Iva, b’liema xorta taʼ ġisem ġejjin?”+ 36 Bniedem bla raġuni! Dak li tiżraʼ ma jingħatax il-ħajja jekk l-ewwel ma jmutx;+ 37 u dak li tiżraʼ ma jkunx il-ġisem li jiżviluppa, imma sempliċi żerriegħa,+ forsi tal-qamħ jew taʼ xi ħaġa oħra; 38 imma Alla jagħtiha ġisem+ skond kif jogħġbu,+ u lil kull żerriegħa jagħtiha l-ġisem tagħha. 39 Mhux kull laħam hu l-istess laħam, imma hemm laħam tal-bnedmin, ieħor tal-bhejjem, ieħor taʼ l-għasafar, u ieħor tal-ħut.+ 40 U hemm iġsma tas-sema,+ u iġsma taʼ l-art;+ imma l-glorja+ taʼ l-iġsma tas-sema hi ħaġa, u dik taʼ l-iġsma taʼ l-art hi oħra. 41 Il-glorja tax-xemx+ hi ħaġa, u l-glorja tal-qamar+ hi oħra, u l-glorja tal-kwiekeb+ hi oħra; fil-fatt, kewkba hi differenti minn kewkba oħra fil-glorja.
42 Hekk ukoll hu l-irxoxt tal-mejtin.+ Jinżeraʼ fit-taħsir, jiġi mqajjem bla taħsir.+ 43 Jinżeraʼ fid-diżunur,+ jiġi mqajjem fil-glorja.+ Jinżeraʼ fid-dgħjufija,+ jiġi mqajjem fil-qawwa.+ 44 Jinżeraʼ ġisem fiżiku,+ jiġi mqajjem ġisem spiritwali.+ Jekk hemm ġisem fiżiku, hemm ukoll ġisem spiritwali. 45 Saħansitra hekk hemm miktub: “L-ewwel bniedem Adam sar ruħ ħajja.”+ L-aħħar Adam sar spirtu+ li jagħti l-ħajja.+ 46 Madankollu, mhux l-ispiritwali hu l-ewwel, imma l-fiżiku, u wara l-ispiritwali.+ 47 L-ewwel bniedem ġej mill-art u magħmul mit-trab;+ it-tieni bniedem ġej mis-sema.+ 48 Bħalma hu dak li hu magħmul mit-trab,+ hekk ukoll huma dawk li huma magħmulin mit-trab; u bħalma hu dak li hu tas-sema,+ hekk ukoll huma dawk li huma tas-sema.+ 49 U bħalma lbisna x-xbieha+ taʼ dak li hu magħmul mit-trab, se nilbsu wkoll ix-xbieha+ taʼ dak li hu tas-sema.
50 Madankollu, dan ngħidilkom ħuti: il-laħam u d-demm ma jistgħux jirtu s-saltna t’Alla,+ lanqas it-taħsir ma jiret in-nuqqas taʼ taħsir.+ 51 Ara! Ngħidilkom sigriet sagru: Mhux ilkoll se norqdu fil-mewt, imma lkoll se nitbiddlu,+ 52 f’mument, f’ħakka t’għajn, matul l-aħħar trumbetta. Għax għad tinstemaʼ t-trumbetta,+ u l-mejtin jiġu mqajmin bla taħsir, u aħna nitbiddlu. 53 Għax jeħtieġ li dan il-ġisem li jitħassar jilbes in-nuqqas taʼ taħsir,+ u dan il-ġisem mortali+ jilbes l-immortalità. 54 Imma meta dan il-ġisem li jitħassar jilbes in-nuqqas taʼ taħsir u dan il-ġisem mortali jilbes l-immortalità, imbagħad iseħħ dak li hemm miktub: “Il-mewt+ tinbelaʼ għal dejjem.”+ 55 “Mewt, fejn hi r-rebħa tiegħek? Mewt, fejn hi t-tingiża tiegħek?”+ 56 It-tingiża+ li twassal għall-mewt hi d-dnub, imma l-qawwa tad-dnub hi l-Liġi.+ 57 Imma rroddu ħajr lil Alla, għax hu jagħtina r-rebħa permezz tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu!+
58 Għaldaqstant, maħbubin ħuti, ibqgħu sodi,+ titħarrkux, waqt li dejjem ikollkom ħafna x’tagħmlu fix-xogħol tal-Mulej,+ għax tafu li t-taħbit tagħkom fil-Mulej m’huwiex għalxejn.+