LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/97 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Frar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Frar
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 2/97 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Frar

Ġimgħa Li Tibda 3 Taʼ Frar

Għanja 27

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru Tas-​Saltna.

15 min: “Ħu Sehem Fix-​Xogħol Li Qatt Ma Se Jerġaʼ Jseħħ.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Skond ma jippermetti l-​ħin, inkludi xi punti minn “Keeping on the Watch​—How?” f’paġni 714-15 tal-​ktieb Proclaimers.

20 min: “Nippreżentaw L-​Aħbar Tajba B’Sens T’Urġenza.” (Paragrafi 1-5) Wara xi kummenti qosra fuq paragrafu 1, iċ-​chairman jiddiskuti paragrafi 2-5 maʼ tnejn jew tliet pubblikaturi. Huma jirrevedu xi punti prinċipali mill-​preżentazzjonijiet issuġġeriti u jikkummentaw fuq għala preżentazzjonijiet bħal dawn jew oħrajn bħalhom jistgħu jkunu effettivi fit-​territorju lokali. Il-​pubblikaturi jipprattikaw wieħed wieħed il-​preżentazzjonijiet. Iċ-​chairman ifaħħarhom, fil-​waqt li jissuġġerixxi modi kif dawn jistgħu jsiru iktar effettivi, u jagħti tfakkiriet fuq il-​bżonn li nsemmu l-​arranġament tad-​donazzjoni kull meta l-​inkwilin jistaqsi minn fejn inġibu l-​flus għax-​xogħol tagħna madwar id-​dinja. Hu mbagħad jistaqsi lill-​udjenza għal modi taʼ kif tistaʼ tintlaħaq il-​mira taʼ li nibdew studji. Jagħti ideat speċifiċi taʼ kif eventwalment għandu jinbeda studju fil-​ktieb Għarfien.

Għanja 34 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 10 Taʼ Frar

Għanja 29

5 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

10 min: “Nippreżentaw L-​Aħbar Tajba B’Sens T’Urġenza.” (Paragrafi 6-8) Agħmel turija tal-​preżentazzjonijiet f’paragrafi 6-7. Enfasizza l-​bżonn li ssir żjara lura kulfejn jintwera xi interess.

30 min: “Hemm Bżonn​—55 Pijunier Awżiljarju.” Mgħoddi bħala mistoqsija u tweġiba mill-​indokratur tas-​servizz. Enfasizza l-​kaxxa f’paġna 3. Irrevedi l-​eżempji taʼ l-​iskeda f’paġna 6. Kull pubblikatur mgħammed għandu jikkunsidra personalment u bit-​talb jekk hu jistax jieħu sehem għal xi xahar jew iktar. Pubblikaturi mhux mgħammdin jistgħu jżidu sehemhom fil-​ministeru billi jistabbilixxu l-​mira tagħhom stess taʼ sigħat kull xahar.

Għanja 43 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 17 Taʼ Frar

Għanja 30

10 min: Avviżi lokali. Semmi xi punti interessanti li nistgħu nitkellmu dwarhom fir-​rivisti taʼ l-​aħħar li jistgħu jintużaw fis-​servizz din il-​ġimgħa.

13 min: “Il-​Mafkar​—Ġrajja Taʼ Importanza Kbira!” Mistoqsijiet u tweġibiet. Offri inkuraġġiment biex nagħmlu x-​xahar kollu taʼ Marzu wieħed speċjali billi nagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju. Enfasizza l-​użu taʼ l-​inviti tal-​Mafkar.

22 min: Nibdew Studji tal-​Bibbja fid-​Djar. F’dawn l-​aħħar xhur, ġew imqassmin mijiet taʼ kotba llegati. Dan jipprovdi bażi għalxiex nibdew ħafna iktar studji tal-​Bibbja fid-​dar. Irrevedi xi twettaq lokalment fit-​tqassim tal-​kotba u letteratura oħra. Inkuraġġixxi lill-​pubblikaturi biex imorru lura kulfejn ikunu sabu xi interess. Ħejji għadd taʼ pubblikaturi biex jirrakkontaw b’mod speċifiku dwar l-​isforz li kien meħtieġ min-​naħa tagħhom biex jibdew studji ġodda tal-​Bibbja fid-​djar. Enfasizza li parti integrali mill-​inkarigu tagħna hi li nagħmlu dixxipli. (Matt. 28:19, 20) Dan jistaʼ jsir b’mod effettiv jekk nistinkaw biex napplikaw is-​suġġerimenti murijin fl-​insert taʼ Il-​Ministeru Tas-​Saltna taʼ Ġunju 1996.

Għanja 47 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 24 Taʼ Frar

Għanja 32

18 min: Avviżi lokali. Ħabbar l-​ismijiet kollha taʼ dawk li se jkunu pijunieri awżiljarji f’Marzu. Spjega li m’huwiex tard wisq biex wieħed jitfaʼ applikazzjoni. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex ikollu sehem sħiħ fis-​servizz taʼ l-​għalqa nhar is-​Sibt, l-​1 taʼ Marzu. Semmi x’arranġamenti oħrajn għal-​laqgħat tas-​servizz qegħdin isiru lokalment matul ix-​xahar. Irrevedi bir-​reqqa l-​Kaxxa Għall-​Mistoqsija.

12 min: “Xi Ngħidu Għal Qrabatek?” Raġel u mara miżżewġin jiddiskutu l-​artiklu flimkien u jiddeċiedu fuq kif għandhom javviċinaw bl-​aħbar tajba lill-​qrabat mhux kredenti.​—Ara l-​Watchtower tal-​15 taʼ Frar, 1990, paġni 25-7.

15 min: Irrevedi l-​Offerta tal-​Letteratura għal Marzu​—Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja. Iddiskuti fil-​qosor ir-​raġunijiet għala qegħdin jitfarrku l-​familji fis-​soċjetà moderna. (Ara l-​Watchtower tal-​15 t’Ottubru, 1992, paġni 4-7.) Irrevedi l-​werrej tal-​ktieb, f’paġna 3. Stieden lill-​udjenza biex jagħżlu xi kapitli li jistgħu jipprovdu bażi għal preżentazzjoni. Iġbed l-​attenzjoni lejn il-​kaxxa taʼ tagħlim li hija utli u li tidher fl-​aħħar taʼ kull kapitlu. Fakkar lil kulħadd biex jiġbor il-​kopji għall-​użu fi tmiem din il-​ġimgħa u biex ifittex opportunitajiet addattati biex isemmi l-​arranġament tad-​donazzjoni meta tipplejsjahom.

Għanja 48 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja