Mattew
10 Għaldaqstant sejjaħ lit-tnax-il dixxiplu tiegħu u tahom awtorità fuq l-ispirti mhux nodfa,+ sabiex ikeċċuhom, u jfejqu kull xorta taʼ mard u kull xorta taʼ nuqqas taʼ saħħa.
2 L-ismijiet tat-tnax-il appostlu+ huma dawn:+ L-ewwel, Xmun, li jgħidulu Pietru,*+ u ħuh Indrì;+ Ġakbu bin Żebedew+ u ħuh Ġwanni; 3 Filippu u Bartilmew;*+ Tumas+ u Mattew*+ li kien kollettur tat-taxxi; Ġakbu bin Alfew,+ u Taddew;* 4 Xmun il-Kanani,*+ u Ġuda l-Iskarjota, li iktar tard ittradieh.+
5 Lil dawn it-tnax Ġesù bagħathom u tahom dawn l-ordnijiet:+ “Tmorrux fit-triq tal-ġnus, u tidħlu f’ebda belt Samaritana;+ 6 imma, minflok, ibqgħu morru għand in-nagħaġ mitlufin taʼ dar Israel.+ 7 Intom u sejrin, ippridkaw u għidu, ‘Qorbot+ is-saltna tas-smewwiet.’ 8 Fejqu l-morda,+ qajmu l-mejtin, naddfu l-imġiddmin, keċċu d-demonji. Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.+ 9 Tiħdux flus tad-deheb jew tal-fidda jew tar-ram aħmar fil-but taʼ ħżiemkom,+ 10 jew ħorġa taʼ l-ikel għall-vjaġġ, jew żewġ ilbiesi, jew sandli jew bastun; għax il-ħaddiem jistħoqqlu ħobżu.+
11 “F’kull belt jew raħal li tidħlu, fittxu lil min jistħoqqlu, u ibqgħu hemmhekk sakemm titilqu.+ 12 Meta tidħlu f’xi dar, sellmu lil tad-dar; 13 u jekk id-dar jistħoqqilha, ħa tiġi fuqha+ l-paċi li tixtiqulha; imma jekk ma jistħoqqilhiex, ħa terġaʼ lura għandkom il-paċi tagħkom. 14 Kulfejn xi ħadd ma jilqagħkomx jew ma jismax kliemkom, intom u ħerġin minn dik id-dar jew minn dik il-belt farfru t-trab minn maʼ saqajkom.+ 15 Tassew ngħidilkom, Ikun eħfef għall-art taʼ Sodoma+ u Gomorra f’Jum il-Ġudizzju milli għal dik il-belt.+
16 “Ara! Qed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup;+ għalhekk, uru li intom attenti bħas-sriep+ iżda innoċenti bħall-ħamiem.+ 17 Oqogħdu attenti mill-bnedmin;+ għax għad jagħtukom f’idejn il-qrati tal-post,+ u jsawtukom+ fis-sinagogi tagħhom.+ 18 Tabilħaqq, iressqukom quddiem gvernaturi u slaten+ minħabba fija, biex tingħata xiehda+ lilhom u lill-ġnus. 19 Madankollu, meta jerħukom f’idejhom, tkunux ansjużi dwar x’se tgħidu jew kif se tgħiduh; għax dak li għandkom tgħidu se jingħatalkom dak il-ħin;+ 20 għax mhux intom tkunu qed titkellmu, imma l-ispirtu taʼ Missierkom ikun qed jitkellem permezz tagħkom.+ 21 Iktar minn hekk, l-aħwa+ jagħtu lil xulxin għall-mewt, u missier lil ibnu, u l-ulied iqumu kontra l-ġenituri u jagħtuhom għall-mewt.+ 22 U intom tkunu mibgħudin minn kulħadd minħabba ismi;+ imma min jissaporti sat-tmiem jiġi salvat.+ 23 Meta jippersegwitawkom f’belt, aħarbu f’oħra;+ għax tassew ngħidilkom, Bl-ebda mod ma tkunu dortu+ l-bliet kollha taʼ Israel sa ma jasal+ Bin il-bniedem.
24 “Dixxiplu m’huwiex fuq l-għalliem tiegħu, lanqas ilsir m’hu fuq sidu.+ 25 Hu biżżejjed għad-dixxiplu li jsir bħall-għalliem tiegħu, u l-ilsir bħal sidu.+ Jekk in-nies sejħu lil sid id-dar Begħelżebub,+ kemm iktar se jsejħu hekk lil taʼ daru? 26 Għalhekk, tibżgħux minnhom; għax m’hemm xejn mistur li ma jinkixifx, u sigriet li ma jsirx magħruf.+ 27 Dak li ngħidilkom fid-dlam, għiduh fid-dawl; u dak li jingħad f’widnejkom, ippridkawh minn fuq il-bjut.+ 28 U tibżgħux+ minn dawk li joqtlu l-ġisem imma ma jistgħux joqtlu r-ruħ; imma minflok ibżgħu minn dak+ li jistaʼ jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem f’Geħenna.*+ 29 Ma jinbigħux żewġ għasafar tal-bejt għal munita taʼ valur żgħir?+ Iżda lanqas wieħed minnhom ma jaqaʼ fl-art mingħajr ma jkun jaf+ Missierkom. 30 Għax saħansitra x-xagħar taʼ raskom kollu hu magħdud.+ 31 Għalhekk tibżgħux: intom tiswew iktar minn ħafna għasafar tal-bejt.+
32 “Mela, kulmin jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr+ li jien miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet; 33 imma kulmin jiċħadni quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħdu+ quddiem Missieri li hu fis-smewwiet. 34 Taħsbux li ġejt inġib il-paċi fuq l-art; ma ġejtx inġib il-paċi,+ imma sejf. 35 Għax jien ġejt biex nifred, raġel minn missieru, u bint minn ommha, u mara żagħżugħa mill-kunjata tagħha.+ 36 Tabilħaqq, bniedem ikollu n-nies taʼ daru stess għedewwa tiegħu. 37 Min għandu affezzjoni lejn missieru jew lejn ommu iktar milli għandu lejja ma jistħoqqlux ikun tiegħi; u min għandu affezzjoni lejn ibnu jew lejn bintu iktar milli għandu lejja ma jistħoqqlux ikun tiegħi.+ 38 U kulmin ma jaċċettax iz-zokk tat-tortura tiegħu u jiġi warajja ma jistħoqqlux ikun tiegħi.+ 39 Min isalva ruħu jitlifha, u min jitlef ruħu minħabba fija jsalvaha.+
40 “Min jilqaʼ lilkom jilqaʼ lili wkoll, u min jilqaʼ lili jilqaʼ wkoll lil dak li bagħatni.+ 41 Min jilqaʼ profeta għax hu profeta se jieħu l-premju taʼ profeta,+ u min jilqaʼ raġel sewwa għax hu raġel sewwa se jieħu l-premju taʼ raġel sewwa.+ 42 U kulmin jagħti lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin imqar tazza ilma kiesaħ x’jixrob għax hu dixxiplu, tassew ngħidilkom, żgur li ma jitlifx il-premju tiegħu.”+