Ekkleżjasti
3 Għal kollox hemm żmien stabbilit;+ iva, kull ħaġa taħt is-smewwiet għandha waqtha: 2 żmien għat-twelid+ u żmien li tmut;+ żmien li tħawwel u żmien li taqlaʼ l-imħawwel;+ 3 żmien li toqtol+ u żmien li tfejjaq;+ żmien li ġġarraf u żmien li tibni;+ 4 żmien li tibki+ u żmien li tidħaq;+ żmien li tolfoq+ u żmien li taqbeż ’l hemm u ’l hawn;+ 5 żmien li tarmi l-ġebel+ u żmien li tiġbor il-ġebel;+ żmien li tħaddan+ u żmien li tiċċaħħad mit-tħaddin;+ 6 żmien li tfittex+ u żmien li tgħodd b’mitluf; żmien li żżomm u żmien li tarmi;+ 7 żmien li ċċarrat+ u żmien li tħit flimkien;+ żmien li toqgħod kwiet+ u żmien li titkellem;+ 8 żmien li tħobb u żmien li tobgħod;+ żmien għall-gwerra+ u żmien għall-paċi.+ 9 X’vantaġġ hemm għall-ħaddiem fix-xogħol iebes tiegħu?+
10 U rajt l-attività li Alla ta lil ulied il-bnedmin biex ikunu okkupati biha.+ 11 Kulma għamel għamlu sabiħ u f’waqtu.+ Saħansitra poġġielhom f’qalbhom l-eternità,*+ sabiex il-bnedmin qatt ma jsiru jafu mill-bidu sat-tmiem l-għemil li għamel l-Alla l-veru.+ 12 Sirt naf li m’hemm xejn aħjar għalihom milli jifirħu u jagħmlu t-tajjeb matul ħajjithom;+ 13 u wkoll li kull bniedem għandu jiekol u jixrob u jgawdi affarijiet tajbin għax-xogħol iebes kollu tiegħu.+ Din hi l-għotja t’Alla.+
14 Sirt naf li kulma jagħmel l-Alla l-veru jibqaʼ għal dejjem.+ M’hemm xejn x’jiżdied miegħu u m’hemm xejn x’jitnaqqas minnu;+ imma l-Alla l-veru għamel dan+ sabiex in-nies jibżgħu minnu.+
15 Dak li sar, kien sar diġà, u dak li se jsir, diġà sar qabel;+ u l-Alla l-veru+ jkompli jfittex il-ġid taʼ dawk persegwitati.+
16 U rajt ukoll taħt ix-xemx li kien hemm il-ħażen f’post il-ġustizzja u kien hemm il-ħażen f’post is-sewwa.+ 17 U jien għedt f’qalbi:+ “L-Alla l-veru se jiġġudika kemm lil min hu sewwa u kemm lil min hu mill-agħar,+ għax għandu żmien għal kollox u għal kull għemil.”+
18 Jien, iva, jien, għedt f’qalbi li l-Alla l-veru se jgħarbel lil ulied il-bnedmin sabiex ikunu jistgħu jaraw li huma bħal bhejjem.+ 19 Għax hemm tmiem għal ulied il-bnedmin u tmiem għall-bhima, u dawn għandhom l-istess tmiem.+ Bħalma jmut wieħed, hekk imut l-ieħor;+ u lkoll għandhom biss spirtu wieħed,+ u għalhekk il-bniedem m’huwiex superjuri għall-bhima, għax kollox frugħa. 20 Ilkoll sejrin f’post wieħed.+ Kollha mit-trab ġew,+ u kollha lejn it-trab jerġgħu jmorru.+ 21 Min jaf jekk l-ispirtu taʼ wlied il-bnedmin hux tielaʼ ’l fuq; u jekk l-ispirtu tal-bhima hux nieżel ’l isfel lejn l-art?+ 22 U jien rajt li m’hemm xejn aħjar milli l-bniedem jifraħ b’xogħlijietu,+ għax dak hu sehmu; għax min se jġibu lura biex jara x’se jsir warajh?+