LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Neħemija 1:1-13:31
  • Neħemija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Neħemija
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Neħemija

Neħemija*

1 Kliem Neħemija+ bin Ħakalija: Issa ġara li fix-​xahar taʼ Kislew,+ fis-​sena għoxrin,+ jien kont fil-​kastell taʼ Susan.+ 2 Imbagħad daħal Ħanani,+ wieħed minn ħuti, hu u xi rġiel oħrajn minn Ġuda, u jien staqsejthom+ dwar il-​Lhud,+ dawk li kienu ħarbu,+ li kien fadal mill-​jasar,+ u wkoll dwar Ġerusalemm. 3 Għaldaqstant, huma qaluli: “Dawk li fadal, li fadal mill-​jasar, hemmhekk fil-​provinċja,+ qegħdin fi stat imwiegħer ferm+ u qed jiġu mżebilħin;+ u s-​sur+ taʼ Ġerusalemm imġarraf, u l-​bibien tagħha+ nħarqu bin-​nar.”

4 U ġara li, malli smajt dan il-​kliem, qgħadt bil-​qiegħda u bdejt nibki, u bqajt imnikket għal jiem sħaħ u nsum+ u nitlob quddiem l-​Alla tas-​smewwiet.+ 5 U għedt: “Ah! Ġeħova l-​Alla tas-​smewwiet, l-​Alla kbir li jqanqal il-​biżaʼ,+ li jħares il-​patt+ u l-​qalb tajba bl-​imħabba maʼ dawk li jħobbuh+ u li jħarsu l-​kmandamenti tiegħu,+ 6 jekk jogħġbok, ħa jkunu widnejk attenti+ u għajnejk miftuħin, biex tismaʼ t-​talba tal-​qaddej tiegħek,+ li qed nitlob quddiemek illum, bi nhar u bil-​lejl,+ dwar ulied Israel il-​qaddejja tiegħek, waqt li l-​ħin kollu nistqarr+ id-​dnubiet+ taʼ wlied Israel li bihom dnibna kontrik. Aħna dnibna, kemm jien u kemm dar missieri.+ 7 Aħna bla dubju aġixxejna b’mod korrott kontrik+ u ma ħarisniex il-​kmandamenti+ u r-​regolamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ li int tajt bi kmand lil Mosè l-​qaddej tiegħek.+

8 “Ftakar,+ jekk jogħġbok, il-​kelma li kkmandajt lil Mosè l-​qaddej tiegħek, billi għedt, ‘Jekk intom, min-​naħa tagħkom, taġixxu b’nuqqas taʼ fedeltà, jien, min-​naħa tiegħi, inxerridkom fost il-​popli.+ 9 Meta tkunu rġajtu lura lejja+ u ħaristu l-​kmandamenti tiegħi+ u għamiltuhom,+ għalkemm nieskom ikunu mxerrdin f’tarf is-​smewwiet, minn hemmhekk niġmagħhom+ u nġibhom+ lejn il-​post li jien għażilt biex ikolli ismi jgħammar hemmhekk.’+ 10 U huma l-​qaddejja tiegħek+ u l-​poplu tiegħek,+ li int fdejthom bil-​qawwa kbira tiegħek+ u bl-​id b’saħħitha tiegħek.+ 11 Ah! Ġeħova, jekk jogħġbok, ħa jkunu widnejk attenti għat-​talba tal-​qaddej tiegħek u għat-​talba+ tal-​qaddejja tiegħek li jitgħaxxqu jibżgħu minn ismek;+ u, jekk jogħġbok, għin lill-​qaddej tiegħek jirnexxi llum+ u agħmel li dan ir-​raġel jitħassru.”+

Issa jien kont il-​kuppier+ tas-​sultan.

2 U ġara fix-​xahar taʼ Nisan,+ fis-​sena għoxrin+ tas-​Sultan Artaserse,+ li l-​inbid kien quddiemu, u jien bħas-​soltu qbadt l-​inbid u tajtu lis-​sultan.+ Imma qatt ma kont inkun imdejjaq quddiemu.+ 2 Għalhekk, is-​sultan qalli: “Għala jidher imdejjaq wiċċek+ la m’intix marid? Dan m’hu xejn ħlief swied il-​qalb.”+ Għal dan, jien bdejt nibżaʼ ħafna.

3 Imbagħad għedt lis-​sultan: “Ħa jgħix għal dejjem is-​sultan!+ Għala m’għandux jidher imdejjaq wiċċi meta l-​belt+ fejn huma midfunin missirijieti+ hi mħarbta, u l-​bibien tagħha ttieklu bin-​nar?”+ 4 Min-naħa tiegħu, is-​sultan qalli: “Xi trid?”+ Minnufih jien tlabt+ lill-​Alla tas-​smewwiet.+ 5 Wara dan, għedt lis-​sultan: “Jekk is-​sultan jidhirlu li hu tajjeb,+ u jekk il-​qaddej tiegħek jidher tajjeb quddiemek,+ li tibgħatni Ġuda, lejn il-​belt fejn huma midfunin missirijieti, biex inkun nistaʼ nibniha mill-​ġdid.”+ 6 Għal dan, is-​sultan qalli, waqt li mart is-​sultan kienet bil-​qiegħda ħdejh: “Kemm se jkun twil il-​vjaġġ tiegħek u meta ġej lura?” Għalhekk, is-​sultan deherlu li hu tajjeb+ li jibgħatni, meta tajtu ż-​żmien stabbilit.+

7 U komplejt ngħid lis-​sultan: “Jekk is-​sultan jidhirlu li hu tajjeb, ħa jingħatawli ittri+ għall-​gvernaturi+ lil hinn mix-​Xmara,*+ biex iħalluni ngħaddi sakemm nasal Ġuda; 8 kif ukoll ittra lil Asaf l-​għassies tal-​foresta tas-​sultan, biex ikun jistaʼ jagħtini siġar ħalli bl-​injam nibni l-​bibien tal-​Kastell+ tad-​dar t’Alla,+ u għas-​sur+ tal-​belt u għad-​dar li rrid noqgħod fiha.” Għalhekk, is-​sultan tahomli, skond l-​id tajba t’Alla tiegħi fuqi.+

9 Fl-aħħar wasalt għand il-​gvernaturi+ lil hinn mix-​Xmara u tajthom l-​ittri tas-​sultan. Barra minn hekk, is-​sultan bagħat miegħi kapijiet tal-​qawwa militari u rikkieba taż-​żwiemel. 10 Meta Sanballat+ il-​Ħoroni+ u Tobija+ l-​qaddej, l-​Għammoni,+ semgħu dwar dan, dehrilhom li kienet xi ħaġa ħażina ferm+ li raġel kien ġie jfittex xi ħaġa tajba għal ulied Israel.

11 U fl-​aħħar wasalt Ġerusalemm, u bqajt hemm tlett ijiem. 12 Imbagħad qomt bil-​lejl, jien u ftit irġiel miegħi, u m’għedt lil ħadd+ b’dak li Alla tiegħi kien qed idaħħalli f’qalbi li nagħmel għal Ġerusalemm,+ u ma kien hemm ebda annimal domestiku miegħi ħlief l-​annimal domestiku li kont riekeb. 13 U ħriġt bil-​lejl minn Bieb il-​Wied+ u quddiem l-​Għajn tas-​Serp il-​Kbir* u lejn Bieb l-​Irmied,*+ u qgħadt neżamina s-​swar+ taʼ Ġerusalemm, kif kienu mġarrfin u kif il-​bibien tagħha+ kienu ttieklu bin-​nar. 14 U għaddejt lejn Bieb l-​Għajn+ u lejn l-​Għadira tas-​Sultan, u ma kienx hemm post minfejn jgħaddi l-​annimal domestiku taʼ taħti. 15 Imma bqajt tielaʼ fil-​wied*+ bil-​lejl, u bqajt neżamina s-​sur; wara dan ġejt lura u dħalt minn Bieb il-​Wied,+ u għalhekk wasalt lura.

16 U l-​ħakkiema deputati+ ma kinux jafu fejn mort u x’kont qed nagħmel; u lil-​Lhud u lill-​qassisin u lin-​nobbli u lill-​ħakkiema deputati u lill-​bqija taʼ dawk li jieħdu ħsieb ix-​xogħol kont għadni m’għedtilhom xejn. 17 Fl-aħħar għedtilhom: “Qed taraw l-​istat imwiegħer li ninsabu fih, kif Ġerusalemm hi mħarbta u l-​bibien tagħha nħarqu bin-​nar. Ejjew ħa nibnu mill-​ġdid is-​sur taʼ Ġerusalemm, biex ma nibqgħux niġu mżebilħin.”+ 18 U għedtilhom dwar id+ Alla tiegħi, kif kienet tajba fuqi,+ u wkoll dwar il-​kliem+ li kien qalli s-​sultan. Għal dan, huma qalu: “Ejjew inqumu u nibnu.” Għalhekk, saħħew idejhom għax-​xogħol tajjeb.+

19 Issa meta Sanballat+ il-​Ħoroni u Tobija+ l-​qaddej,+ l-​Għammoni,+ u Gesem+ l-​Għarbi+ semgħu dwar dan, bdew jiddieħqu bina+ u jgħidulna bi stmerrija: “X’qed tagħmlu? Qed tirribellaw kontra s-​sultan?”+ 20 Madankollu, jien wiġibthom u għedtilhom: “Hu l-​Alla tas-​smewwiet+ li se jgħinna nirnexxu,+ u aħna nfusna, il-​qaddejja tiegħu, se nqumu u nibnu; imma intom m’għandkom ebda sehem,+ ebda jedd ġust, u lanqas tifkira+ f’Ġerusalemm.”

3 U Eljasib+ il-​qassis il-​kbir u ħutu, il-​qassisin, qamu u bnew Bieb in-​Nagħaġ.+ Huma qaddsu din il-​parti+ u waħħlulha l-​bibien; u qaddsuha sat-​Torri tal-​Mija,+ u sat-​Torri taʼ Ħananel.+ 2 U maġenbhom l-​irġiel taʼ Ġeriko+ ħadu sehem fix-​xogħol tal-​bini. U maġenbhom Żakkur bin Imri ħa sehem fix-​xogħol tal-​bini.

3 U wlied Ħassena bnew Bieb il-​Ħut;+ għamlulu l-​qafas taʼ l-​injam+ u mbagħad waħħlulu l-​bibien,+ il-​firrolli u l-​istaneg tiegħu.+ 4 U maġenbhom Meremot,+ bin Urijah,+ bin Ħakkos, għamel xogħol taʼ tiswija, u maġenbhom Mesullam,+ bin Berekija, bin Meseżabel, għamel xogħol taʼ tiswija; u maġenbhom Sadok bin Bagħna għamel xogħol taʼ tiswija. 5 U maġenbhom it-​Tekogħin+ għamlu xogħol taʼ tiswija; imma l-​kbarat tagħhom+ ma ssottomettewx ruħhom għas-​servizz tas-​sidien tagħhom.

6 U Ġojada bin Pasegħa u Mesullam bin Besodija sewwew Bieb il-​Belt il-​Qadima;+ għamlulu l-​qafas taʼ l-​injam u mbagħad waħħlulu l-​bibien, il-​firrolli u l-​istaneg tiegħu.+ 7 U maġenbhom Melatija l-​Gibegħoni+ u Ġadon il-​Meronoti+ għamlu xogħol taʼ tiswija, irġiel minn Gibegħon+ u Mispa,+ li kienu taħt it-​tron tal-​gvernatur+ lil hinn mix-​Xmara.+ 8 Maġenbhom Użżijel bin Ħarħaja, wieħed minn dawk li jaħdmu d-​deheb,+ għamel xogħol taʼ tiswija; u maġenbu Ħananija, wieħed minn dawk li jħalltu l-​ingwenti,+ għamel xogħol taʼ tiswija; u waħħlu ċ-​ċangaturi f’Ġerusalemm sas-​Sur il-​Wiesaʼ.+ 9 U maġenbhom Refaja bin Ħur, prinċep taʼ nofs id-​distrett taʼ Ġerusalemm, għamel xogħol taʼ tiswija. 10 U maġenbhom Ġedaja bin Ħarumaf għamel xogħol taʼ tiswija quddiem daru stess;+ u maġenbu Ħattus bin Ħasabneja għamel xogħol taʼ tiswija.

11 Malkija bin Ħarim+ u Ħassub bin Paħat-mowab+ sewwew parti oħra tas-​sur, u wkoll it-​Torri taʼ l-​Ifran.+ 12 U maġenbhom Sallum bin Ħalloħes, prinċep+ taʼ nofs id-​distrett taʼ Ġerusalemm, għamel xogħol taʼ tiswija, hu u wliedu bniet.

13 Ħanun u n-​nies taʼ Żanogħa+ sewwew Bieb il-​Wied;+ bnewh u mbagħad waħħlulu l-​bibien,+ il-​firrolli+ u l-​istaneg tiegħu,+ kif ukoll bnew elf kubitu tas-​sur sa Bieb l-​Irmied.+ 14 U Malkija bin Rekab, prinċep tad-​distrett taʼ Bet-ħakkerem,+ sewwa Bieb l-​Irmied; bnieh u waħħallu l-​bibien, il-​firrolli u l-​istaneg tiegħu.

15 U Sallun bin Kolħoże, prinċep tad-​distrett taʼ Mispa,+ sewwa Bieb l-​Għajn;+ bnieh u saqqfu u waħħallu l-​bibien,+ il-​firrolli u l-​istaneg tiegħu, u bena wkoll is-​sur taʼ l-​Għadira+ tal-​Kanal lejn il-​Ġnien tas-​Sultan+ u sat-​Taraġ+ li jinżel mill-​Belt taʼ David.+

16 Warajh Neħemija bin Għażbuk, prinċep taʼ nofs id-​distrett taʼ Bet-sur,+ għamel xogħol taʼ tiswija sa quddiem l-​Oqbra+ taʼ David u sa l-​għadira+ artifiċjali u sad-​Dar tas-​Setgħanin.+

17 Warajh il-​Leviti+ għamlu xogħol taʼ tiswija, taħt Reħum bin Bani;+ maġenbu Ħasabija, prinċep taʼ nofs id-​distrett taʼ Kejla,+ għamel xogħol taʼ tiswija għad-​distrett tiegħu. 18 Warajh ħuthom għamlu xogħol taʼ tiswija, taħt Bawwaj bin Ħenadad, prinċep taʼ nofs id-​distrett taʼ Kejla.

19 U Għeżer bin Ġeswa,+ prinċep taʼ Mispa,+ kien maġenbu jsewwi parti oħra quddiem it-​telgħa għall-​Armerija fix-​Xewka tas-​Sur.+

20 Warajh Baruk bin Żabbaj+ ħadem bil-​ħeġġa+ u sewwa parti oħra, mix-​Xewka tas-​Sur sad-​daħla tad-​dar t’Eljasib+ il-​qassis il-​kbir.

21 Warajh Meremot, bin Urijah,+ bin Ħakkos, sewwa parti oħra, mid-​daħla tad-​dar t’Eljasib sat-​tarf tad-​dar t’Eljasib.

22 U warajh il-​qassisin, irġiel mid-​Distrett tal-​Ġordan,+ għamlu xogħol taʼ tiswija. 23 Warajhom Benjamin u Ħassub għamlu xogħol taʼ tiswija quddiem darhom stess. Warajhom Għażarija, bin Magħseja, bin Għananija, għamel xogħol taʼ tiswija qrib daru stess. 24 Warajh Binnuwi bin Ħenadad sewwa parti oħra, mid-​dar t’Għażarija sax-​Xewka tas-​Sur+ u sal-​kantuniera.

25 Warajh Palal bin Użaj għamel xogħol taʼ tiswija quddiem ix-​Xewka tas-​Sur u t-​torri li joħroġ mid-​Dar tas-​Sultan,+ il-​bini taʼ fuq li jappartjeni lill-​Bitħa taʼ l-​Għassa.+ Warajh kien hemm Pedaja bin Pargħos.+

26 U n-​Netinin*+ kienu jgħammru f’Għofel;+ huma għamlu xogħol taʼ tiswija sa quddiem Bieb l-​Ilma+ fil-​lvant u t-​torri li ħiereġ ’il barra.

27 Warajhom it-​Tekogħin+ sewwew parti oħra, minn quddiem it-​torri l-​kbir, li ħiereġ ’il barra, sal-​ħajt t’Għofel.

28 Il-qassisin bdew jagħmlu xogħol taʼ tiswija minn fuq Bieb iż-​Żwiemel,+ kull wieħed quddiem daru stess.

29 Warajhom Sadok+ bin Immer għamel xogħol taʼ tiswija quddiem daru stess.

U warajh Semajja bin Sekanija, l-​għassies taʼ Bieb il-​Lvant,+ għamel xogħol taʼ tiswija.

30 Warajh Ħananija bin Selemija u Ħanun is-​sitt iben taʼ Salaf sewwew parti oħra.

Warajh Mesullam+ bin Berekija għamel xogħol taʼ tiswija quddiem is-​sala tiegħu stess.+

31 Warajh Malkija, membru taʼ l-​assoċjazzjoni taʼ dawk li jaħdmu d-​deheb,+ għamel xogħol taʼ tiswija sad-​dar tan-​Netinin+ u tan-​negozjanti,+ quddiem Bieb l-​Ispezzjoni u sa l-​għorfa tal-​kantuniera.

32 U bejn l-​għorfa tal-​kantuniera u Bieb in-​Nagħaġ+ sar xogħol taʼ tiswija minn dawk li jaħdmu d-​deheb u n-​negozjanti.

4 Issa ġara li, malli Sanballat+ semaʼ li konna qed nerġgħu nibnu s-​sur, hu rrabja+ u offenda ruħu bil-​kbir, u baqaʼ jiddieħaq+ bil-​Lhud. 2 U beda jgħid quddiem ħutu+ u l-​qawwa militari tas-​Samarija, iva, beda jgħid: “X’inhuma jagħmlu dawn il-​Lhud debboli? Se jiddependu minnhom infushom? Se joffru s-​sagrifiċċji?+ Se jispiċċaw ix-​xogħol f’jum wieħed? Jaqaw il-​ġebel li nħaraq se jqajmuh mill-​gzuz tat-​trab?”+

3 Issa Tobija+ l-​Għammoni+ kien maġenbu, u hu qal: “Jekk volpi+ jitlaʼ maʼ dak li qed jibnu, żgur iġarrfilhom il-​ħajt tal-​ġebel.”

4 Ismaʼ,+ O Alla tagħna, għax sirna oġġett taʼ disprezz;+ u agħmel li ż-​żebliħ tagħhom+ imur lura fuq rashom stess, u ġegħelhom ikunu bħal affarijiet misruqin fl-​art tal-​jasar. 5 U tgħattix l-​iżball tagħhom+ u d-​dnub tagħhom minn quddiemek. Ħa ma jitħassarx, għax huma offendew lill-​bennejja.

6 Għalhekk, komplejna nibnu s-​sur, u s-​sur kollu ngħaqad flimkien sa nofs l-​għoli tiegħu, u n-​nies kien għad għandhom qalb jaħdmu.+

7 Issa ġara li, malli Sanballat+ u Tobija+ u l-​Għarab+ u l-​Għammonin+ u l-​Asdodin+ semgħu li t-​tiswija tas-​swar taʼ Ġerusalemm kienet imxiet ’il quddiem, għax fejn kien hemm it-​tiċrit kien beda jingħalaq, huma rrabjaw ferm. 8 U lkoll kemm huma bdew jikkonfoffaw+ flimkien biex jiġu u jiġġieldu kontra Ġerusalemm u jfixkluni. 9 Imma aħna tlabna+ lil Alla tagħna u minħabba fihom qegħedna għassa kontrihom lejl u nhar.

10 U Ġuda beda jgħid: “Il-​qawwa taʼ min iġorr it-​tagħbija+ naqset, u hemm ħafna skart;+ u ma nistgħux nibnu s-​sur.”

11 Iktar minn hekk, l-​avversarji tagħna baqgħu jgħidu: “M’humiex se jkunu jafu+ u m’humiex se jaraw sakemm niġu fosthom, u noqtluhom u nwaqqfu x-​xogħol.”

12 U ġara li, meta kienu jiġu l-​Lhud li kienu jgħammru qrib l-​għedewwa, huma għaxar darbiet qalulna: “L-​għedewwa ġejjin jattakkaw mill-​postijiet kollha fejn ngħammru, mill-​postijiet fejn intom se terġgħu lura d-​dar għandna.”

13 Għalhekk, qegħedt irġiel wara s-​sur fil-​postijiet baxxi u miftuħin, u qegħedt lin-​nies f’posthom skond il-​familji bis-​sjuf,+ il-​lanez,+ u l-​qwas tagħhom. 14 Meta rajt il-​biżaʼ tagħhom jien minnufih qomt u għedt lin-​nobbli+ u lill-​ħakkiema deputati+ u lill-​bqija tan-​nies: “Tibżgħux+ minħabba fihom. Żommu f’moħħkom lil Ġeħova, li hu tant kbir+ u li jqanqal il-​biżaʼ;+ u ġġieldu għal ħutkom,+ għal uliedkom subien u bniet, in-​nisa tagħkom u djarkom.”

15 Issa ġara li, malli l-​għedewwa tagħna semgħu li sirna nafu b’dan u li l-​Alla l-​veru fixkel il-​pjan tagħhom+ li lkoll kemm aħna rġajna lura lejn is-​sur, kull wieħed lejn ix-​xogħol tiegħu, 16 iva, ġara li minn dakinhar ’il quddiem nofs l-​irġiel żgħażagħ tiegħi+ saru attivi fix-​xogħol u nofshom kellhom il-​lanez, it-​tarki u l-​qwas u l-​kurazzi;+ u l-​prinċpijiet+ kienu wara dar Ġuda kollha. 17 U kull wieħed minn dawk li kienu qed jibnu s-​sur u minn dawk li kienu qed iġorru tagħbijiet tqal kien attiv fix-​xogħol b’id waħda waqt li bl-​id l-​oħra+ kien iżomm il-​vleġġa.+ 18 U l-​bennejja kienu mħażżmin, kull wieħed b’sejfu fuq ġenbu,+ waqt li kienu qed jibnu;+ u dak li kellu jdoqq il-​qarn+ kien maġenbi.

19 U jien għedt lin-​nobbli u lill-​ħakkiema deputati+ u lill-​bqija tan-​nies: “Ix-​xogħol hu kbir u mifrux, u aħna mferrxin mas-​sur ’il bogħod minn xulxin. 20 Fejn tisimgħu l-​ħoss tal-​qarn, hemmhekk inġabru flimkien magħna. Alla tagħna nnifsu se jiġġieled għalina.”+

21 Waqt li nofsna konna attivi fix-​xogħol, in-​nofs l-​ieħor kienu jżommu l-​lanez, minn meta jibda jżernaq sa meta joħorġu l-​kwiekeb. 22 Barra minn hekk, dak iż-​żmien għedt lin-​nies: “Ħalli l-​irġiel jgħaddu l-​lejl, kull wieħed mal-​qaddej tiegħu, f’nofs Ġerusalemm,+ u jkunu għassiesa għalina bil-​lejl u ħaddiema bi nhar.” 23 Inkwantu għalija+ u għal ħuti s-​subien+ u l-​qaddejja tiegħi+ u l-​irġiel taʼ l-​għassa+ li kienu warajja, ma konniex ninżgħu ħwejjiġna, u kull wieħed kellu l-​vleġġa tiegħu+ f’idu l-​leminija.

5 Madankollu, qamet għajta+ kbira taʼ lment fost il-​poplu, min-​naħa taʼ ċerti rġiel flimkien man-​nisa tagħhom, kontra ħuthom il-​Lhud.+ 2 U kien hemm min qed jgħid: “Lil uliedna subien u bniet qed nagħtuhom bħala garanzija biex ikollna l-​qmuħ ħa nieklu u nibqgħu ħajjin.”+ 3 U kien hemm min qed jgħid: “L-​għelieqi tagħna u l-​oqsma tad-​dwieli tagħna u djarna qed nagħtuhom bħala garanzija+ biex ikollna l-​qmuħ meta jkun hawn in-​nuqqas taʼ ikel.” 4 U kien hemm min qed jgħid: “Issellifna l-​flus fuq l-​għelieqi tagħna u l-​oqsma tad-​dwieli tagħna+ għall-​ħaraġ tas-​sultan.+ 5 U issa laħamna hu bħal laħam ħutna;+ uliedna subien huma bħal uliedhom subien, imma, ara, lil uliedna subien u bniet qed nagħmluhom ilsiera,+ u xi wħud minn uliedna l-​bniet diġà spiċċaw hekk; u m’għandniex setgħa f’idejna għax l-​għelieqi tagħna u l-​oqsma tad-​dwieli tagħna issa huma taʼ ħaddieħor.”

6 Issa jien irrabjajt ħafna malli smajt l-​għajta tagħhom taʼ lment u dan il-​kliem. 7 U qgħadt nikkunsidra f’qalbi, u lill-​ħakkiema deputati u lin-​nobbli bdejt ngħidilhom bi ħtijiethom,+ u għedtilhom: “Intom qed tisilfu l-​flus bl-​imgħax esaġerat,+ kull wieħed mingħand ħuh stess.”

Iktar minn hekk, organizzajt assemblea kbira minħabba fihom.+ 8 U għedtilhom: “Aħna stess xtrajna lura+ lil ħutna l-​Lhud li kienu mibjugħin lill-​ġnus, safejn kien fis-​setgħa tagħna; u fl-​istess ħin intom se tbigħu lil ħutkom stess,+ u għandhom jinbiegħu lilna?” Għal dan, huma tbikkmu, u ma sabux x’jgħidu.+ 9 U jien għedt: “Dak li qed tagħmlu mhux tajjeb.+ M’għandkomx intom timxu bil-​biżaʼ+ t’Alla tagħna+ minħabba ż-​żebliħ+ mill-​ġnus, l-​għedewwa tagħna?+ 10 U anki jien, ħuti u l-​qaddejja tiegħi qed nagħtu l-​flus u l-​qmuħ b’self fosthom. Ejjew, jekk jogħġobkom, nieqfu nisilfu bl-​imgħax.+ 11 Jekk jogħġobkom, agħtuhom lura llum l-​għelieqi tagħhom,+ l-​oqsma tad-​dwieli tagħhom, l-​imsaġar tagħhom taż-​żebbuġ u djarhom, u wieħed fil-​mija tal-​flus u tal-​qmuħ, taʼ l-​inbid ġdid u taż-​żejt li ħadtu bħala mgħax mingħandhom.”

12 Għal dan, qalu: “Aħna se rroddulhom kollox lura,+ u ma se nitolbuhom xejn lura.+ Se nagħmlu eżatt kif qed tgħid.”+ Għalhekk, sejjaħt lill-​qassisin u ġegħelthom jaħilfu li jagħmlu skond din il-​kelma.+ 13 U wkoll, farfart ħobb ħwejġi u għedt: “Jalla l-​Alla l-​veru jfarfar hekk lil kull bniedem li ma jwettaqx din il-​kelma minn daru u mill-​proprjetà li kiseb; u ħa jiġi mfarfar u żvojtat b’dan il-​mod.” Għal dan, il-​kongregazzjoni kollha qalet: “Amen!”+ U bdew ifaħħru lil Ġeħova.+ U n-​nies għamlu skond din il-​kelma.+

14 Ħaġa oħra: Minn dakinhar li inkarigani bħala l-​gvernatur tagħhom+ fl-​art taʼ Ġuda, mis-​sena għoxrin+ sas-​sena tnejn u tletin+ tas-​Sultan Artaserse,+ għal tnax-il sena, jien u ħuti ma kilniex il-​ħobż dovut lill-​gvernatur.+ 15 U l-​gvernaturi taʼ qabli kienu taqqlu lin-​nies, u kuljum kienu jieħdu mingħandhom għall-​ħobż u l-​inbid erbgħin xekel fidda. Anki l-​qaddejja tagħhom iddominaw lin-​nies.+ Imma jien m’għamiltx hekk+ minħabba l-​biżaʼ t’Alla.+

16 U, iktar minn hekk, jien tajt daqqa t’id fix-​xogħol taʼ dan is-​sur,+ u lanqas għalqa ma ħadna;+ u l-​qaddejja kollha tiegħi kienu miġburin hemmhekk għax-​xogħol. 17 U l-​Lhud u l-​ħakkiema deputati, mija u ħamsin raġel, u dawk li kienu jiġu għandna mill-​ġnus taʼ madwarna kienu jkunu mal-​mejda tiegħi.+ 18 U inkwantu għal dak li kien jitħejja kuljum, kienu jitħejjew għalija barri, sitt nagħġiet magħżulin u tjur, u darba kull għaxart ijiem kull xorta taʼ nbid+ bl-​abbundanza. U maʼ dan jien ma tlabtx il-​ħobż dovut lill-​gvernatur, għax is-​servizz fuq dan il-​poplu kien tqil. 19 Ftakar fija,+ O Alla tiegħi, b’mod tajjeb,+ għal dak kollu li għamilt għan-​nom taʼ dan il-​poplu.+

6 Issa ġara li, malli ntqal lil Sanballat+ u Tobija+ u lil Gesem+ l-​Għarbi+ u lill-​bqija taʼ l-​għedewwa tagħna li jien kont bnejt is-​sur mill-​ġdid+ u ma kinitx tħalliet tiċrita waħda fih (għalkemm sa dak iż-​żmien kont għadni ma waħħaltx il-​bibien+ fid-​daħliet),+ 2 Sanballat u Gesem minnufih bagħtu jgħiduli: “Ejja, ħa niftiehmu u niltaqgħu+ flimkien fl-​irħula tal-​pjanura fil-​wied t’Ono.”+ Imma huma kienu qed ifasslu li jagħmluli l-​ħsara.+ 3 Għalhekk, bgħattilhom il-​messaġġiera,+ u għedtilhom: “Qed nagħmel xogħol kbir,+ u ma nistax ninżel. Għax għandu jieqaf ix-​xogħol waqt li jien inħallih biex ninżel għandkom?”+ 4 Madankollu, bagħtuli l-​istess kelma erbaʼ darbiet, u jien bqajt inwiġibhom l-​istess.

5 Fl-aħħar, Sanballat+ bagħat lill-​qaddej tiegħu għandi bl-​istess kelma l-​ħames darba, b’ittra miftuħa f’idu. 6 Fiha kien hemm miktub: “Fost il-​ġnus qed jingħad, u Gesem+ qed jgħidu dan, li int u l-​Lhud qed tfasslu pjan biex tirribellaw.+ Huwa għalhekk li qed tibnu s-​sur; u int se ssir sultan tagħhom,+ skond dan il-​kliem. 7 U saħansitra ħtart profeti biex jgħajtu dwarek maʼ Ġerusalemm kollha, u jgħidu, ‘Hemm sultan f’Ġuda!’ U issa affarijiet bħal dawn se jingħadu lis-​sultan. Għalhekk, issa ejja nikkonsultaw flimkien.”+

8 Madankollu, jien bgħatt ngħidlu: “Affarijiet bħal dawk li qed tgħid ma ġrawx,+ imma qed tivvintahom int skond qalbek.”+ 9 Għax ilkoll kemm huma kienu qed jipprovaw ibeżżgħuna, billi jgħidu: “Idejhom+ se jintelqu mix-​xogħol, u b’hekk ma jsirx.” Imma issa, nitolbok, saħħaħli idejja.+

10 U jien dħalt fid-​dar taʼ Semajja, bin Delaja, bin Meħetabel, waqt li hu kien magħluq hemmhekk.+ U hu qalli: “Ejja niftiehmu biex niltaqgħu+ fid-​dar taʼ l-​Alla l-​veru, ġewwa t-​tempju,+ u ħa nagħlqu l-​bibien tat-​tempju; għax ġejjin joqtluk, iva, bil-​lejl+ ġejjin joqtluk.” 11 Imma jien għedt: “Għandu bniedem bħali jaħrab?+ U min hemm bħali li jistaʼ jidħol fit-​tempju u jgħix?+ M’iniex se nidħol!” 12 Għalhekk, jien stħarriġt, u, ara, ma kienx Alla+ li bagħtu, imma kien tkellem+ din il-​profezija kontrija għax kienu krewh+ Tobija u Sanballat+ stess. 13 Għal din ir-​raġuni kien ġie mikri,+ sabiex nibda nibżaʼ+ u nagħmel hekk, u nidneb+ u r-​reputazzjoni ħażina+ tiġi f’idejhom, sabiex ikunu jistgħu jżebilħuni.+

14 Ftakar,+ O Alla tiegħi, f’Tobija+ u Sanballat, għal dawn l-​għemejjel tagħhom, kif ukoll f’Nogħadija l-​profetessa+ u fil-​bqija tal-​profeti li l-​ħin kollu qagħdu jipprovaw ibeżżgħuni.

15 Sa fl-​aħħar, is-​sur+ tlesta fil-​ħamsa u għoxrin jum t’Elul, fi tnejn u ħamsin jum.

16 U ġara li, malli l-​għedewwa kollha tagħna+ semgħu u l-​ġnus kollha taʼ madwarna raw dan, huma minnufih tbaxxew ferm f’għajnejhom stess, u saru jafu li kien minn Alla tagħna+ li sar dan ix-​xogħol. 17 U wkoll, f’dawk il-​jiem in-​nobbli+ taʼ Ġuda kienu qed jibagħtu ħafna ittri lil Tobija+ u kienu qed jaslulhom ħafna ittri mingħand Tobija. 18 Għax ħafna f’Ġuda kienu għamlulu ħalfa, billi kien ir-​raġel taʼ bint Sekanija bin Araħ;+ u ibnu Ġeħoħanan kien ħa t-​tifla taʼ Mesullam+ bin Berekija. 19 U wkoll, kienu l-​ħin kollu jgħidu quddiemi affarijiet tajbin dwaru.+ U lilu kienu l-​ħin kollu jwasslulu kliemi. U Tobija bagħatli ittri biex ibeżżagħni.+

7 U ġara li, malli s-​sur kien inbena mill-​ġdid,+ jien minnufih waħħalt il-​bibien.+ Imbagħad inħatru l-​għassiesa tal-​bibien+ u l-​għannejja+ u l-​Leviti.+ 2 U biex imexxu f’Ġerusalemm jien inkarigajt lil ħija Ħanani+ u lil Ħananija l-​prinċep tal-​Kastell,+ għax tassew kien bniedem li tistaʼ tafdah+ u kien jibżaʼ+ mill-​Alla l-​veru iktar minn ħafna oħrajn. 3 Għalhekk, jien għedtilhom: “Il-​bibien+ taʼ Ġerusalemm m’għandhomx jinfetħu qabel ix-​xemx tkun taħraq; u waqt li l-​għassiesa tal-​bibien ikunu weqfin fil-​qrib għandhom jagħlqu l-​bibien u jsakkruhom bil-​firrolli.+ U ħa jitqiegħdu għassiesa għall-​abitanti taʼ Ġerusalemm, kull wieħed fil-​post taʼ l-​għassa tiegħu u kull wieħed quddiem daru.”+ 4 Issa l-​belt kienet wiesgħa u kbira, u ftit kien hemm nies fiha,+ u ma kienx hemm djar mibnijin.

5 Imma Alla tiegħi qegħedli f’qalbi+ li niġbor flimkien lin-​nobbli u lill-​ħakkiema deputati u lin-​nies biex jirreġistraw ruħhom fil-​linja ġenealoġika.+ Imbagħad sibt il-​ktieb tar-​reġistrazzjoni+ tal-​linja ġenealoġika taʼ dawk li telgħu l-​ewwel darba, u sibt miktub fih:

6 Dawn huma wlied il-​provinċja+ li telgħu mill-​jasar tal-​poplu eżiljat,+ li Nebukadnessar,+ is-​sultan taʼ Babilonja, kien ħa fl-​eżilju+ u li iktar tard marru lura lejn Ġerusalemm u Ġuda, kull wieħed lejn beltu;+ 7 dawk li ġew maʼ Żerubbabel,+ Ġeswa,+ Neħemija, Għażarija,* Ragħmija,* Naħamani, Mordekaj,+ Bilsan, Misferet,* Bigwaj, Neħum,* Bagħnah.

L-għadd taʼ l-​irġiel tal-​poplu taʼ Israel: 8 Ulied Pargħos,+ elfejn, mija u tnejn u sebgħin; 9 ulied Sefatija,+ tliet mija u tnejn u sebgħin; 10 ulied Araħ,+ sitt mija u tnejn u ħamsin; 11 ulied Paħat-mowab,+ minn ulied Ġeswa u Ġowab,+ elfejn, tmien mija u tmintax; 12 ulied Għelam,+ elf, mitejn u erbgħa u ħamsin; 13 ulied Żattu,+ tmien mija u ħamsa u erbgħin; 14 ulied Żakkaj,+ sebaʼ mija u sittin; 15 ulied Binnuwi,+ sitt mija u tmienja u erbgħin; 16 ulied Bebaj,+ sitt mija u tmienja u għoxrin; 17 ulied Għażgad,+ elfejn, tliet mija u tnejn u għoxrin; 18 ulied Adonikam,+ sitt mija u sebgħa u sittin; 19 ulied Bigwaj,+ elfejn u sebgħa u sittin; 20 ulied Għadin,+ sitt mija u ħamsa u ħamsin; 21 ulied Ater,+ minn dar Ħeżekija, tmienja u disgħin; 22 ulied Ħasum,+ tliet mija u tmienja u għoxrin; 23 ulied Bezaj,+ tliet mija u erbgħa u għoxrin; 24 ulied Ħarif,+ mija u tnax; 25 ulied Gibegħon,+ ħamsa u disgħin; 26 l-irġiel taʼ Betlehem+ u Netofa,+ mija u tmienja u tmenin; 27 l-irġiel t’Għanatot,+ mija u tmienja u għoxrin; 28 l-irġiel taʼ Bet-għażmawet,+ tnejn u erbgħin; 29 l-irġiel taʼ Kirjat-ġegħarim,+ Kefira,+ u Birot,+ sebaʼ mija u tlieta u erbgħin; 30 l-irġiel taʼ Rama+ u Geba,+ sitt mija u wieħed u għoxrin; 31 l-irġiel taʼ Mikmas,+ mija u tnejn u għoxrin; 32 l-irġiel taʼ Betel+ u Għaj,+ mija u tlieta u għoxrin; 33 l-irġiel taʼ Nebo+ l-​oħra, tnejn u ħamsin; 34 ulied Għelam l-​ieħor,+ elf, mitejn u erbgħa u ħamsin; 35 ulied Ħarim,+ tliet mija u għoxrin; 36 ulied Ġeriko,+ tliet mija u ħamsa u erbgħin; 37 ulied Lod,+ Ħadid,+ u Ono,+ sebaʼ mija u wieħed u għoxrin; 38 ulied Senagħa,+ tlett elef, disaʼ mija u tletin.

39 Il-qassisin: Ulied Ġedaja+ minn dar Ġeswa, disaʼ mija u tlieta u sebgħin; 40 ulied Immer,+ elf u tnejn u ħamsin; 41 ulied Pasħur,+ elf, mitejn u sebgħa u erbgħin; 42 ulied Ħarim,+ elf u sbatax.

43 Il-Leviti: Ulied Ġeswa, minn dar Kadmijel,+ minn ulied Ħodewa,+ erbgħa u sebgħin. 44 L-għannejja,+ ulied Asaf,+ mija u tmienja u erbgħin. 45 L-għassiesa tal-​bibien,+ ulied Sallum,+ ulied Ater, ulied Talmon,+ ulied Għakkub,+ ulied Ħatita, ulied Sobaj,+ mija u tmienja u tletin.

46 In-Netinin:*+ Ulied Siħa, ulied Ħasufa, ulied Tabbagħot,+ 47 ulied Keros, ulied Sigħa,* ulied Padon,+ 48 ulied Lebana, ulied Ħagaba,+ ulied Salmaj, 49 ulied Ħanan,+ ulied Giddel, ulied Gaħar, 50 ulied Regħaja,+ ulied Resin,+ ulied Nekoda, 51 ulied Gażżam, ulied Użża, ulied Pasegħa, 52 ulied Besaj,+ ulied Megħunim, ulied Nefusesim,*+ 53 ulied Bakbuk, ulied Ħakufa, ulied Ħarħur,+ 54 ulied Baslit,* ulied Meħida, ulied Ħarsa,+ 55 ulied Barkos, ulied Sisera, ulied Tamaħ,+ 56 ulied Nesija, ulied Ħatifa.+

57 Ulied il-​qaddejja taʼ Salamun:+ Ulied Sotaj, ulied Soferet, ulied Perida,*+ 58 ulied Ġagħla, ulied Darkon, ulied Giddel,+ 59 ulied Sefatija, ulied Ħattil, ulied Pokeret-ħassebajim, ulied Amon.*+ 60 In-Netinin+ u wlied il-​qaddejja taʼ Salamun kollha kienu tliet mija u tnejn u disgħin.

61 U dawn kienu li telgħu minn Tel-melaħ, Tel-ħarsa, Kerub, Addon u Immer,+ u ma setgħux jgħidu liema kienet dar missirijiethom u l-​oriġini tagħhom, jekk kinux minn Israel: 62 ulied Delaja, ulied Tobija, ulied Nekoda,+ sitt mija u tnejn u erbgħin. 63 U mill-​qassisin:+ ulied Ħabaja, ulied Ħakkos,+ ulied Barżillaj,+ li ħa b’martu waħda mill-​bniet taʼ Barżillaj,+ il-​Gilegħadi, u beda jissejjaħ b’isimhom. 64 Dawn kienu li fittxew ir-​reġistru tagħhom, biex jistabbilixxu pubblikament il-​ġenealoġija tagħhom, imma ma nstabx,+ u għalhekk kienu meqjusin bħala mniġġsin u ma setgħux ikunu qassisin.+ 65 Għaldaqstant, it-​Tirsata*+ qalilhom li m’għandhomx jieklu+ mill-​affarijiet l-​iktar imqaddsin sakemm ikun hemm qassis bl-​Urim+ u t-​Tummim.+

66 Il-kongregazzjoni kollha bħala ġemgħa kienet tgħodd tnejn u erbgħin elf, tliet mija u sittin ruħ,+ 67 minbarra l-​ilsiera tagħhom+ irġiel u nisa, li kienu sebat elef, tliet mija u sebgħa u tletin ruħ;+ u kellhom mitejn u ħamsa u erbgħin għannej, irġiel+ u nisa.+ 68 Żwiemel kellhom sebaʼ mija u sitta u tletin, u bgħula mitejn u ħamsa u erbgħin.+ 69 Iġmla kellhom erbaʼ mija u ħamsa u tletin. Ħmir+ kellhom sitt elef, sebaʼ mija u għoxrin.+

70 U kien hemm xi wħud mill-​kapijiet+ tal-​familji min-​naħa tal-​missier+ li taw għotjiet għax-​xogħol.+ It-​Tirsata+ ta lit-​teżor elf drakma* tad-​deheb, ħamsin skutella, u ħames mija u tletin libsa twila tal-​qassisin.+ 71 U kien hemm xi wħud mill-​kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier li għax-​xogħol taw lit-​teżor għoxrin elf drakma tad-​deheb u elfejn u mitejn mina fidda.+ 72 U l-​bqija tan-​nies taw għoxrin elf drakma tad-​deheb u elfejn mina fidda u sebgħa u sittin libsa twila tal-​qassisin.

73 U l-​qassisin+ u l-​Leviti u l-​għassiesa tal-​bibien u l-​għannejja+ u xi wħud mill-​poplu u n-​Netinin+ u Israel kollu marru joqogħdu fi bliethom.+ Għalhekk, meta wasal is-​sebaʼ xahar,+ ulied Israel kienu fi bliethom.+

8 U l-​poplu kollu nġabar bħal bniedem wieħed+ fil-​pjazza+ taʼ quddiem Bieb l-​Ilma.+ U qalu lil Esdra+ l-​kopista biex iġib il-​ktieb+ tal-​liġi taʼ Mosè,+ li Ġeħova kien ta bi kmand lil Israel.+ 2 Għaldaqstant, Esdra l-​qassis+ ġab il-​liġi quddiem il-​kongregazzjoni+ taʼ rġiel kif ukoll nisa u dawk kollha intelliġenti biżżejjed biex jisimgħu,+ fl-​ewwel jum tas-​sebaʼ xahar.+ 3 U hu kompla jaqra+ minnha b’leħen għoli quddiem il-​pjazza taʼ quddiem Bieb l-​Ilma, minn kif sebaħ+ sa nofsinhar, quddiem l-​irġiel u n-​nisa u l-​uħud intelliġenti l-​oħrajn; u widnejn+ il-​poplu kollu kienu attenti+ għall-​ktieb tal-​liġi. 4 U Esdra l-​kopista baqaʼ bil-​wieqfa fuq palk taʼ l-​injam,+ li kienu għamlu għall-​okkażjoni; u bil-​wieqfa maġenbu fuq il-​leminija tiegħu kien hemm Mattitija, Sema, Għanaja, Urija, Ħilkija, u Magħseja, u fuq ix-​xellugija tiegħu Pedaja, Misael, Malkija,+ Ħasum,+ Ħas-baddana, Żakkarija, u Mesullam.

5 U Esdra fetaħ+ il-​ktieb quddiem għajnejn il-​poplu kollu, għax hu kien ’il fuq mill-​poplu kollu; u malli fetħu l-​poplu kollu qam bil-​wieqfa.+ 6 Imbagħad Esdra bierek lil Ġeħova,+ l-​Alla l-​veru u l-​kbir, u l-​poplu kollu wieġeb, “Amen! Amen!”+ u kulħadd għolla idejh.+ Imbagħad mielu+ u nxteħtu fl-​art quddiem Ġeħova wiċċhom maʼ l-​art.+ 7 U Ġeswa u Bani u Serebija,+ Ġamin, Għakkub, Sabbetaj, Ħodija, Magħseja, Kelita, Għażarija, Ġożabad,+ Ħanan, u Pelaja,+ il-​Leviti, kienu qed jispjegaw il-​liġi lill-​poplu,+ waqt li l-​poplu kien bil-​wieqfa.+ 8 U komplew jaqraw+ b’leħen għoli mill-​ktieb, mil-​liġi taʼ l-​Alla l-​veru, u din ġiet spjegata sew, u mfissra; u komplew ifiehmu l-​qari.+

9 U Neħemija,+ jiġifieri, it-​Tirsata,*+ u Esdra+ l-​qassis, il-​kopista, u l-​Leviti li kienu qed jistruwixxu lill-​poplu qalu lill-​poplu kollu: “Dan il-​jum hu qaddis għal Ġeħova Alla tagħkom.+ Tkunux imnikktin jew tibku.”+ Għax in-​nies kollha bdew jibku waqt li kienu qed jisimgħu l-​kliem tal-​liġi.+ 10 U qalilhom: “Morru, kulu ikel rikk u ixorbu affarijiet ħelwin, u ibagħtu porzjonijiet+ lil dak li m’għandu xejn imħejji; għax dan il-​jum hu qaddis għall-​Mulej tagħna, u tħossukomx imweġġgħin, għax il-​ferħ taʼ Ġeħova hu l-​fortizza tagħkom.” 11 U l-​Leviti kienu qed isikktu lill-​poplu kollu, u jgħidulhom: “Oqogħdu kwieti! Għax dan il-​jum hu qaddis; u tħossukomx imweġġgħin.” 12 Għalhekk, il-​poplu kollu telaq jiekol u jixrob u bagħat il-​porzjonijiet+ u baqaʼ jifraħ bil-​kbir,+ għax kien fehem il-​kliem li ġie mgħarraf lilu.+

13 U fit-​tieni jum il-​kapijiet taʼ missirijiet il-​poplu kollu, il-​qassisin u l-​Leviti, inġabru ħdejn Esdra l-​kopista, biex jiksbu d-​dehen fi kliem il-​liġi.+ 14 Imbagħad sabu miktub fil-​liġi li Ġeħova kien ikkmanda permezz taʼ Mosè+ illi wlied Israel għandhom jgħammru fl-​għerejjex+ matul il-​festa fis-​sebaʼ xahar,+ 15 u li għandhom jagħmlu proklamazzjoni+ u jxandru fil-​bliet kollha tagħhom u f’Ġerusalemm,+ billi jgħidu: “Oħorġu lejn ir-​reġjun muntanjuż+ u ġibu l-​weraq taż-​żebbuġ+ u l-​weraq tas-​siġar taż-​żejt u l-​weraq tar-​riħan u l-​weraq tal-​palm u l-​weraq taʼ siġar bil-​friegħi biex tagħmlu l-​għerejjex, skond ma hu miktub.”

16 U n-​nies ħarġu u ġabuhom u għamlu l-​għerejjex għalihom, kull wieħed fuq il-​bejt tiegħu+ u fil-​btieħi tagħhom u fil-​btieħi+ tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru u fil-​pjazza+ taʼ Bieb l-​Ilma+ u fil-​pjazza taʼ Bieb Efrajm.+ 17 B’hekk, il-​kongregazzjoni kollha taʼ dawk li kienu ġew lura mill-​jasar għamlet għerejjex u bdiet tgħammar fl-​għerejjex; għax ulied Israel ma kinux għamlu l-​festa b’dan il-​mod minn żmien Ġożwè bin Nun+ sa dakinhar, u għalhekk kien hemm ferħ kbir ħafna.+ 18 U kien hemm qari b’leħen għoli tal-​ktieb tal-​liġi taʼ l-​Alla l-​veru jum wara jum,+ mill-​ewwel jum sa l-​aħħar jum; u huma baqgħu jiċċelebraw il-​festa sebat ijiem, u fit-​tmien jum kien hemm assemblea solenni, skond ir-​regola.+

9 U fl-​erbgħa u għoxrin jum taʼ dan ix-​xahar+ ulied Israel inġabru flimkien biex isumu,+ lebsin ilbies taʼ l-​ixkora+ u bit-​trab+ fuq rashom. 2 U dawk taʼ nisel Israel infirdu+ minn mal-​barranin kollha,+ u qagħdu bil-​wieqfa u stqarrew+ dnubiethom+ u l-​iżbalji taʼ missirijiethom.+ 3 Imbagħad qagħdu weqfin+ fejn kienu u qraw b’leħen għoli mill-​ktieb tal-​liġi+ taʼ Ġeħova Alla tagħhom għal kwart tal-​ġurnata;+ u għal kwart minnha stqarrew+ u mielu quddiem Ġeħova Alla tagħhom.+

4 U Ġeswa u Bani, Kadmijel, Sebanija, Bunni, Serebija,+ Bani, u Kenani qamu fuq il-​pjattaforma+ tal-​Leviti u għajtu b’leħen għoli+ lil Ġeħova Alla tagħhom. 5 U l-​Leviti Ġeswa u Kadmijel, Bani, Ħasabneja, Serebija, Ħodija, Sebanija, u Petaħija qalu: “Qumu, bierku+ lil Ġeħova Alla tagħkom minn dejjem għal dejjem.+ U ħa jbierku l-​isem glorjuż tiegħek,+ li hu ogħla minn kull barka u tifħir.

6 “Int biss Ġeħova;+ int innifsek għamilt is-​smewwiet,+ iva, is-​sema tas-​smewwiet, u l-​armata kollha tagħhom,+ l-​art+ u kulma hemm fuqha,+ l-​ibħra+ u kulma fihom;+ u int qed iżżommhom kollha ħajjin; u l-​armata+ tas-​smewwiet qed tmil quddiemek. 7 Int Ġeħova l-​Alla l-​veru, li għażilt lil Abram+ u ħriġtu minn Ur tal-​Kaldin+ u semmejtu Abraham.+ 8 U f’qalbu int sibt il-​fedeltà lejk;+ u għalhekk intrabatt b’patt+ miegħu biex tagħtih l-​art tal-​Kangħanin, il-​Ħittin, l-​Amurrin u l-​Pereżin u l-​Ġebusin u l-​Girgasin, biex tagħtiha lil nislu;+ u wettaqt kliemek, għaliex int ġust.+

9 “U int rajt+ is-​sofferenza taʼ missirijietna fl-​Eġittu, u smajt l-​għajta tagħhom ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar.+ 10 Imbagħad tajt sinjali u mirakli kontra l-​Fargħun u l-​qaddejja kollha tiegħu u n-​nies kollha t’artu,+ għax int kont taf li huma aġixxew bil-​prużunzjoni+ kontrihom; u għamilt isem+ għalik bħalma hu llum. 11 U l-​baħar fraqtu+ quddiemhom, u b’hekk huma qasmu għan-​naħa l-​oħra minn nofs il-​baħar fuq art niexfa;+ u lil dawk li ġrew warajhom xħetthom fil-​fond+ bħal ġebla+ fl-​ilmijiet qawwijin.+ 12 U bi nhar mexxejthom permezz taʼ kolonna tas-​sħab,+ u bil-​lejl permezz taʼ kolonna tan-​nar,+ biex iddawlilhom+ it-​triq minfejn kellhom jgħaddu. 13 U nżilt fuq il-​Muntanja Sinaj+ u kellimthom mis-​sema+ u tajthom deċiżjonijiet ġudizzjarji retti+ u liġijiet taʼ verità,+ regolamenti+ u kmandamenti tajbin.+ 14 U għarrafthom is-​Sabat*+ qaddis tiegħek, u kkmandajthom kmandamenti u regolamenti u liġi permezz taʼ Mosè l-​qaddej tiegħek.+ 15 U tajthom ħobż mis-​sema biex ma jkunux bil-​ġuħ,+ u ħriġtilhom ilmijiet mill-​blat biex ma jkunux bil-​għatx,+ u għedtilhom jidħlu+ u jieħdu f’idejhom l-​art li int kont għollejt idek b’ħalfa li tagħtihielhom.+

16 “U huma, iva, missirijietna, aġixxew bil-​prużunzjoni+ u webbsu rashom,*+ u ma semgħux mill-​kmandamenti tiegħek. 17 Għalhekk, ma ridux jisimgħu,+ u ma ftakrux+ fl-​atti taʼ l-​għaġeb tiegħek li int wettaqt għalihom, imma webbsu rashom+ u ħatru kap+ biex imorru lura lejn il-​jasar tagħhom fl-​Eġittu. Imma int Alla t’atti taʼ maħfra,+ grazzjuż+ u mimli ħniena,+ bil-​mod biex tirrabja+ u għani+ fil-​qalb tajba bl-​imħabba, u ma tlaqthomx.+ 18 Iva, meta għamlu għalihom statwa t’għoġol+ minn metall imdewweb u bdew jgħidu, ‘Dan hu Alla tiegħek li tellgħek mill-​Eġittu,’+ u mbagħad wettqu atti kbar taʼ nuqqas taʼ rispett, 19 int, iva, int, fil-​ħniena abbundanti tiegħek ma rħejthomx+ fix-​xagħri. Il-​kolonna tas-​sħab ma telqitx minn fuqhom bi nhar biex tmexxihom fit-​triq,+ lanqas il-​kolonna tan-​nar bil-​lejl biex iddawlilhom it-​triq minfejn kellhom jgħaddu.+ 20 U tajthom l-​ispirtu tajjeb tiegħek+ biex tagħmilhom għaqlin, u l-​manna tiegħek ma żammejthiex lura minn ħalqhom,+ u tajthom l-​ilma biex ma jkunux bil-​għatx.+ 21 U għal erbgħin+ sena pprovdejtilhom l-​ikel fix-​xagħri. Ma kien jonqoshom xejn.+ Lanqas ilbieshom ma qdiem,+ u saqajhom ma ntefħulhomx.+

22 “U tajthom saltniet+ u popli, u qassamthomlhom biċċa biċċa;+ u b’hekk ħadu f’idejhom l-​art taʼ Siħon,+ iva, l-​art tas-​sultan taʼ Ħesbon,+ u l-​art t’Għog+ is-​sultan tal-​Basan.+ 23 U lil uliedhom għamilthom ħafna daqs il-​kwiekeb tas-​smewwiet.+ Imbagħad daħħalthom fl-​art+ li kont wegħedt lil missirijiethom+ sabiex jidħlu u jiħduha f’idejhom. 24 Għalhekk, uliedhom+ daħlu u ħadu f’idejhom l-​art,+ u int rażżant+ quddiemhom lill-​abitanti tal-​pajjiż, il-​Kangħanin,+ u tajthomlhom f’idejhom, saħansitra lis-​slaten tagħhom+ u lin-​nies tal-​pajjiż,+ biex jagħmlu bihom li jridu.+ 25 U huma rebħu bliet fortifikati+ u ħamrija għammiela+ u ħadu f’idejhom djar mimlijin b’kull tip t’affarijiet tajbin,+ ġwiebi mħaffrin,+ għelieqi tad-​dwieli u msaġar taż-​żebbuġ+ u siġar għall-​ikel bl-​abbundanza, u bdew jieklu u jixbgħu+ u jeħxienu+ u jkunu fil-​lussu bit-​tjubija kbira tiegħek.+

26 “Madankollu, saru diżubbidjenti+ u rribellaw kontrik+ u baqgħu jitfgħu l-​liġi tiegħek wara daharhom,+ u lill-​profeti tiegħek stess qatluhom,+ dawk li xehdu kontrihom biex ireġġgħuhom lura lejk;+ u huma baqgħu jwettqu atti taʼ nuqqas kbir taʼ rispett.+ 27 Għal dan, int tajthom f’id l-​avversarji tagħhom,+ li baqgħu jnikktuhom;+ imma fi żmien in-​niket tagħhom huma kienu jgħajtulek,+ u int kont tismaʼ mis-​smewwiet;+ u fi qbil mal-​ħniena abbundanti tiegħek+ kont tagħtihom salvaturi+ li kienu jsalvawhom minn id l-​avversarji tagħhom.+

28 “Imma malli jkunu straħu, kienu jerġgħu jagħmlu dak li hu ħażin quddiemek,+ u int kont titlaqhom f’idejn l-​għedewwa tagħhom, li kienu jgħaffġuhom taħt saqajhom.+ Imbagħad kienu jerġgħu lura u jgħajtulek għall-​għajnuna,+ u int kont tismaʼ mis-​smewwiet+ u teħlishom fi qbil mal-​ħniena abbundanti tiegħek, darba wara l-​oħra.+ 29 Għalkemm kont tixhed+ kontrihom biex treġġagħhom lura lejn il-​liġi tiegħek,+ huma aġixxew bil-​prużunzjoni+ u ma semgħux mill-​kmandamenti tiegħek; u dinbu+ kontra d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek,+ li jekk bniedem iħarishom jgħix permezz tagħhom.+ U huma baqgħu jagħtuk daharhom,*+ u webbsu rashom,+ u ma semgħux.+ 30 Imma int issaportejthom għal bosta snin+ u bqajt tixhed+ kontrihom bl-​ispirtu tiegħek permezz tal-​profeti tiegħek, u huma ma tawx widen.+ Fl-​aħħarnett, int tajthom f’idejn in-​nies tal-​pajjiżi.+ 31 U fil-​ħniena abbundanti tiegħek ma qridthomx għalkollox+ u ma tlaqthomx;+ għax int Alla grazzjuż+ u mimli ħniena.+

32 “U issa, O Alla tagħna, l-​Alla kbir,+ setgħan+ u li jqanqal il-​biżaʼ,+ li jħares il-​patt+ u l-​qalb tajba bl-​imħabba,+ tħallix li t-​tbatija kollha li ġiet fuqna,+ fuq is-​slaten tagħna,+ il-​prinċpijiet tagħna+ u l-​qassisin tagħna+ u l-​profeti tagħna+ u missirijietna+ u l-​poplu kollu tiegħek minn żmien is-​slaten taʼ l-​Assirja sa llum,+ tidher żgħira quddiemek.+ 33 U int ġust+ f’dak kollu li ġie fuqna, għax aġixxejt fedelment,+ imma aħna konna li għamilna affarijiet mill-​agħar.+ 34 Inkwantu għas-​slaten tagħna, il-​prinċpijiet tagħna, il-​qassisin tagħna u missirijietna,+ huma ma wettqux il-​liġi tiegħek,+ u ma qagħdux attenti għall-​kmandamenti+ u t-​testimonjanzi* tiegħek li permezz tagħhom xhedt+ kontrihom. 35 U huma—matul saltnathom+ u fost l-​affarijiet tajbin u abbundanti+ li tajthom u fl-​art wiesgħa u għammiela+ li għamilt disponibbli għalihom, ma qdewkx+ u ma darux lura mill-​għemejjel ħżiena tagħhom.+ 36 Ara! Illum aħna lsiera;+ u l-​art li int tajt lil missirijietna biex jieklu frottha u l-​affarijiet tajbin tagħha, ara, aħna lsiera fiha,+ 37 u l-​prodott tagħha huwa kotran+ għas-​slaten+ li int qegħedtilna fuqna minħabba dnubietna,+ u qed jaħkmu fuq ġisimna u fuq l-​annimali domestiċi tagħna, kif jogħġobhom, u aħna għandna niket kbir.+

38 “Għalhekk, wara dan kollu, aħna qed nintrabtu b’arranġament taʼ min jafdah,+ li hu kemm miktub kif ukoll affermat permezz tas-​siġill+ tal-​prinċpijiet tagħna, tal-​Leviti tagħna u tal-​qassisin tagħna.”+

10 Issa dawn kienu li affermawh bis-​siġill tagħhom:+

Neħemija+ t-​Tirsata,*+ bin Ħakalija,+

U Sedekija, 2 Seraja,+ Għażarija, Ġeremija, 3 Pasħur, Amarija, Malkija, 4 Ħattus, Sebanija, Malluk, 5 Ħarim,+ Meremot, Għobadija, 6 Danjel,+ Ginneton, Baruk, 7 Mesullam, Abija, Mijamin, 8 Magħżija, Bilgaj, u Semajja; dawn kienu l-​qassisin.

9 Ukoll il-​Leviti: Ġeswa+ bin Ażanija, Binnuwi minn ulied Ħenadad,+ Kadmijel 10 u ħuthom Sebanija,+ Ħodija, Kelita, Pelaja, Ħanan, 11 Mika, Reħob, Ħasabija, 12 Żakkur, Serebija,+ Sebanija, 13 Ħodija, Bani, u Beninu.

14 Il-kapijiet tal-​poplu: Pargħos, Paħat-mowab,+ Għelam, Żattu, Bani, 15 Bunni, Għażgad, Bebaj, 16 Adonija,* Bigwaj, Għadin, 17 Ater, Ħeżekija, Għażżur, 18 Ħodija, Ħasum, Bezaj, 19 Ħarif,* Għanatot, Nebaj, 20 Magfigħas, Mesullam, Ħeżir, 21 Meseżabel, Sadok, Ġaddugħa, 22 Pelatija, Ħanan, Għanaja, 23 Ħosegħa, Ħananija, Ħassub, 24 Ħalloħes, Pilħa, Sobek, 25 Reħum, Ħasabna, Magħseja, 26 u Aħija, Ħanan, Għanan, 27 Malluk, Ħarim, u Bagħnah.

28 U l-​bqija tal-​poplu, il-​qassisin,+ il-​Leviti,+ l-​għassiesa tal-​bibien,+ l-​għannejja,+ in-​Netinin+ u kulmin infired minn man-​nies tal-​pajjiżi+ biex iħares il-​liġi+ taʼ l-​Alla l-​veru, in-​nisa tagħhom, uliedhom subien u bniet, kulmin kien jaf u jifhem,+ 29 dawn kienu qed iżommu maʼ ħuthom,+ il-​kbarat tagħhom,+ u ħalfu ħalfa,+ li l-​piena tagħha kienet is-​saħta,+ li se jimxu mal-​liġi taʼ l-​Alla l-​veru li kienet ngħatat permezz taʼ id Mosè l-​qaddej taʼ l-​Alla l-​veru,+ u li se jħarsu+ u jwettqu l-​kmandamenti kollha taʼ Ġeħova l-​Mulej tagħna+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji u r-​regolamenti tiegħu;+ 30 u li ma nagħtux lil uliedna bniet lin-​nies tal-​pajjiż, u wliedhom bniet ma niħduhomx għal uliedna subien.+

31 U mingħand in-​nies tal-​pajjiż+ li kienu qed iġibu affarijiet għall-​bejgħ u kull xorta taʼ ċereali f’jum is-​Sabat biex ibigħuhom, m’għandna nieħdu xejn fis-​Sabat+ jew f’jum qaddis,+ u fis-​sebaʼ sena+ għandna nħallu l-​art tistrieħ u naħfru kull dejn.+

32 Barra minn hekk, qed nagħmlu kmandamenti għalina biex kull wieħed minna jagħti terz taʼ xekel kull sena għas-​servizz tad-​dar t’Alla tagħna,+ 33 għall-ħobż preżentat f’saffi+ u għall-​offerta tal-​qmuħ offruta regolarment+ u għall-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment f’kull Sabat,+ f’kull qamar ġdid,+ għall-​festi stabbiliti+ u għall-​affarijiet imqaddsin+ u għall-​offerti għad-​dnub+ biex issir tpattija għal Israel, u għax-​xogħol kollu tad-​dar t’Alla tagħna.+

34 Iktar minn hekk, tfajna x-​xorti+ għall-​provvista taʼ l-​injam+ li għandhom iġibu l-​qassisin, il-​Leviti, u l-​poplu lejn id-​dar t’Alla tagħna, skond dar missirijietna, fiż-​żminijiet stabbiliti, sena wara l-​oħra, biex jinħaraq fuq l-​artal taʼ Ġeħova Alla tagħna,+ skond kif hemm miktub fil-​liġi;+ 35 u ddeċidejna li nġibu l-​ewwel frott misjur taʼ l-​art tagħna+ u l-​ewwel frott misjur tal-​frott kollu minn kull xorta taʼ siġra,+ sena wara l-​oħra, lejn id-​dar taʼ Ġeħova; 36 u l-​ewwel imwieled+ minn uliedna u mill-​annimali domestiċi tagħna,+ skond kif hemm miktub fil-​liġi,+ u l-​ewwel imwieled mill-​baqar tagħna u min-​nagħaġ tagħna,+ li nġibuhom lejn id-​dar t’Alla tagħna, lill-​qassisin li kienu qed jaqdu fid-​dar t’Alla tagħna.+ 37 Barra minn hekk, l-​ewwel frott tad-​dqiq mhux irfinut tagħna+ u l-​kontribuzzjonijiet tagħna+ u l-​frott taʼ kull xorta taʼ siġra,+ l-​inbid ġdid+ u ż-​żejt+ għandna nġibuhom lill-​qassisin fis-​swali taʼ l-​ikel+ tad-​dar t’Alla tagħna, kif ukoll il-​wieħed minn kull għaxra minn dak li joħroġ mill-​ħamrija tagħna lil-​Leviti,+ billi huma, il-​Leviti, jirċievu wieħed minn kull għaxra fil-​bliet agrikoli kollha tagħna.

38 U l-​qassis, bin Aron, għandu jkun mal-​Leviti meta l-​Leviti jirċievu wieħed minn kull għaxra; u l-​Leviti għandhom joffru wieħed minn kull għaxra tal-​wieħed minn kull għaxra lid-​dar t’Alla tagħna+ għas-​swali taʼ l-​ikel+ fil-​bini fejn jinżammu l-​provvisti. 39 Għax ulied Israel u wlied il-​Leviti għandhom iġibu l-​kontribuzzjoni+ tal-​qmuħ, taʼ l-​inbid ġdid+ u taż-​żejt fis-​swali taʼ l-​ikel. Hemmhekk jinsabu l-​għodod tas-​santwarju u l-​qassisin li jaqdu,+ u l-​għassiesa tal-​bibien+ u l-​għannejja;+ u m’għandniex nittraskuraw id-​dar t’Alla tagħna.+

11 Issa l-​prinċpijiet+ tal-​poplu kienu jgħammru f’Ġerusalemm,+ imma għall-​bqija tal-​poplu tefgħu x-​xorti+ biex wieħed minn kull għaxra jġibuh jgħammar f’Ġerusalemm il-​belt qaddisa,+ u d-​disgħa l-​oħra jgħammru fil-​bliet l-​oħra. 2 Iżjed minn hekk, il-​poplu bierek+ lill-​irġiel kollha li offrew ruħhom b’mod volontarju+ biex jgħammru f’Ġerusalemm.

3 U dawn huma l-​kapijiet tal-​provinċja+ taʼ Ġuda li kienu jgħammru f’Ġerusalemm;+ imma fil-​bliet taʼ Ġuda kienu jgħammru, kull wieħed fil-​proprjetà tiegħu, fi bliethom,+ Israel,+ il-​qassisin+ u l-​Leviti,+ u n-​Netinin+ u wlied il-​qaddejja taʼ Salamun.+

4 Barra minn hekk, f’Ġerusalemm kienu jgħammru ftit minn ulied Ġuda u ftit minn ulied Benjamin.+ Minn ulied Ġuda kien hemm Għataja, bin Użżija, bin Żakkarija, bin Amarija, bin Sefatija, bin Maħalalel, minn ulied Pereż;+ 5 u Magħseja, bin Baruk, bin Kolħoże, bin Ħażaja, bin Għadaja, bin Ġojarib, bin Żakkarija, mill-​familja tas-​Selanin. 6 Ulied Pereż kollha li kienu jgħammru f’Ġerusalemm kienu erbaʼ mija u tmienja u sittin, irġiel kapaċi.

7 U dawn kienu wlied Benjamin:+ Sallu, bin Mesullam,+ bin Ġogħed, bin Pedaja, bin Kolaja, bin Magħseja, bin Itijel, bin Ġesagħija; 8 u warajh Gabbaj u Sallaj, disaʼ mija u tmienja u għoxrin; 9 u Ġoel bin Żikri, indokratur fuqhom, u Ġuda bin Ħassenugħa fuq il-​belt bħala t-​tieni wieħed.

10 Mill-qassisin: Ġedaja bin Ġojarib,+ Ġakin,+ 11 Seraja, bin Ħilkija, bin Mesullam,+ bin Sadok,+ bin Merajot, bin Aħitub,+ mexxej tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru; 12 u ħuthom dawk li jieħdu ħsieb ix-​xogħol tad-​dar,+ tmien mija u tnejn u għoxrin; u Għadaja, bin Ġeroħam,+ bin Pelalija, bin Amsi, bin Żakkarija, bin Pasħur,+ bin Malkija,+ 13 u ħutu, kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier,+ mitejn u tnejn u erbgħin, u Għamassaj, bin Għażarel, bin Aħżaj, bin Mesillemot, bin Immer, 14 u ħuthom, irġiel setgħanin taʼ ħila,+ mija u tmienja u għoxrin, u kien hemm indokratur+ fuqhom, Żabdijel mill-​familja tal-​kbarat.

15 U mil-​Leviti:+ Semajja, bin Ħassub, bin Għażrikam, bin Ħasabija,+ bin Bunni, 16 u Sabbetaj+ u Ġożabad,+ mill-​kapijiet tal-​Leviti, li kienu fuq ix-​xogħol taʼ barra tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru; 17 u Mattanija,+ bin Mikea, bin Żabdi, bin Asaf,+ id-​direttur tal-​kant taʼ tifħir,+ u kien joffri t-​tifħir f’ħin it-​talb,+ u Bakbukija kien it-​tieni fost ħutu, u Għabda, bin Sammugħa, bin Galal,+ bin Ġedutun.+ 18 Il-Leviti kollha fil-​belt qaddisa+ kienu mitejn u erbgħa u tmenin.

19 U l-​għassiesa tal-​bibien+ kienu Għakkub, Talmon+ u ħuthom li kienu jgħassu l-​bibien,+ mija u tnejn u sebgħin.

20 U l-​bqija taʼ Israel, u l-​bqija tal-​qassisin u l-​Leviti, kienu fil-​bliet l-​oħra kollha taʼ Ġuda, kull wieħed f’wirtu.+ 21 U n-​Netinin+ kienu jgħammru f’Għofel;+ u Siħa u Gisfa kienu fuq in-​Netinin.

22 U l-​indokratur+ tal-​Leviti f’Ġerusalemm, b’konnessjoni max-​xogħol tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru, kien Użżi, bin Bani, bin Ħasabija, bin Mattanija,+ bin Mika,+ minn ulied Asaf,+ l-​għannejja.+ 23 Għax kien hemm kmand tas-​sultan għan-​nom tagħhom,+ u kien hemm provvediment fiss għall-​għannejja skond il-​bżonn taʼ kuljum.+ 24 U Petaħija bin Meseżabel minn ulied Żeraħ bin Ġuda kien maġenb is-​sultan għal kull kwistjoni tal-​poplu.

25 U dawn huma l-​irħula+ bir-​rabaʼ tagħhom: Xi wħud minn ulied Ġuda kienu jgħammru f’Kirjat-arba+ u l-​bliet li jiddependu minnha u f’Dibon* u l-​bliet li jiddependu minnha u f’Ġekabsel+ u l-​irħula tagħha, 26 u f’Ġeswa u f’Molada+ u f’Bet-pelet+ 27 u f’Ħasar-sugħal+ u f’Bir-xeba+ u l-​bliet li jiddependu minnha 28 u f’Siklag+ u f’Mekona u l-​bliet li jiddependu minnha 29 u f’Għajn-rimmon+ u f’Sorgħa+ u f’Ġarmut,+ 30 Żanogħa,+ Għadullam+ u l-​irħula tagħhom, Lakis+ u r-​rabaʼ tagħha, Għażeka+ u l-​bliet li jiddependu minnha. U kienu joqogħdu minn Bir-​xeba sa wied Ħinnom.+

31 U wlied Benjamin kienu minn Geba,+ Mikmax+ u Għajja+ u Betel+ u l-​bliet li jiddependu minnha, 32 Għanatot,+ Nob,+ Għananija, 33 Ħasor, Rama,+ Gittajm,+ 34 Ħadid, Sebogħim, Neballat, 35 Lod+ u Ono,+ u l-​wied tan-​nies tas-​sengħa. 36 U mil-​Leviti kien hemm taqsimiet minn Ġuda li marru f’Benjamin.

12 U dawn kienu l-​qassisin u l-​Leviti li telgħu maʼ Żerubbabel+ bin Saltijel+ u Ġeswa:+ Seraja, Ġeremija, Esdra, 2 Amarija,+ Malluk, Ħattus, 3 Sekanija, Reħum, Meremot, 4 Iddo, Ginnetoj, Abija, 5 Mijamin, Magħdija, Bilga, 6 Semajja,+ u Ġojarib, Ġedaja,+ 7 Sallu,* Għamok,+ Ħilkija, u Ġedaja.+ Dawn kienu l-​kapijiet tal-​qassisin u ħuthom fi żmien Ġeswa.+

8 U l-​Leviti kienu Ġeswa,+ Binnuwi,+ Kadmijel,+ Serebija, Ġuda, u Mattanija,+ li flimkien maʼ ħutu, kien jieħu ħsieb ir-​radd il-​ħajr. 9 U ħuthom Bakbukija u Unni kienu faċċata tagħhom għad-​dmirijiet taʼ l-​għassa. 10 Ġeswa nissel lil Ġojakim,+ u Ġojakim nissel lil Eljasib,+ u Eljasib lil Ġojada.+ 11 U Ġojada nissel lil Ġonatan, u Ġonatan nissel lil Ġaddugħa.+

12 U fi żmien Ġojakim kien hemm qassisin, kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier:+ għal Seraja,+ Meraja; għal Ġeremija, Ħananija; 13 għal Esdra,+ Mesullam; għal Amarija, Ġeħoħanan; 14 għal Meliki, Ġonatan; għal Sebanija,+ Ġużeppi; 15 għal Ħarim,+ Għadna; għal Merajot, Ħelkaj; 16 għal Iddo, Żakkarija; għal Ginneton, Mesullam; 17 għal Abija,+ Żikri; għal Minjamin, ——;* għal Mogħadija, Piltaj; 18 għal Bilga,+ Sammugħa; għal Semajja, Ġeħonatan; 19 u għal Ġojarib, Mattenaj; għal Ġedaja,+ Użżi; 20 għal Sallaj, Kallaj; għal Għamok, Għeber; 21 għal Ħilkija, Ħasabija; għal Ġedaja,+ Netanel.

22 Il-Leviti fi żmien Eljasib,+ Ġojada+ u Ġoħanan u Ġaddugħa+ kienu reġistrati bħala kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier, u hekk ukoll il-​qassisin, sas-​saltna taʼ Darju l-​Persjan.

23 Ulied Levi bħala kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier+ kienu reġistrati fi ktieb il-​ġrajjiet taż-​żminijiet, iva, sa żmien Ġoħanan bin Eljasib. 24 U l-​kapijiet tal-​Leviti kienu Ħasabija, Serebija+ u Ġeswa bin Kadmijel+ u ħuthom faċċata tagħhom biex joffru tifħir u jroddu ħajr skond il-​kmand+ taʼ David il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru, iż-​żewġ gruppi t’għassiesa maġenb xulxin. 25 Mattanija+ u Bakbukija, Għobadija, Mesullam, Talmon, u Għakkub+ kienu joqogħdu għassa bħala għassiesa tal-​bibien,+ grupp t’għassiesa ħdejn l-​imħażen tal-​bibien. 26 Dawn kienu jgħixu fi żmien Ġojakim,+ bin Ġeswa,+ bin Ġosadak,+ u fi żmien Neħemija+ l-​gvernatur u Esdra+ l-​qassis, il-​kopista.+

27 U fl-​inawgurazzjoni+ tas-​sur taʼ Ġerusalemm fittxew lil-​Leviti, biex iġibuhom mill-​postijiet kollha tagħhom lejn Ġerusalemm ħalli jagħmlu inawgurazzjoni u jifirħu bir-​radd il-​ħajr+ u bil-​kant,+ b’ċimbali u strumenti tal-​korda+ u arpi.+ 28 U wlied l-​għannejja nġabru saħansitra mid-​Distrett,+ minn madwar Ġerusalemm kollha u mill-​irħula tan-​Netofatin,+ 29 u minn Bet-gilgal+ u mill-​kampanja taʼ Geba+ u Għażmawet,+ għax l-​għannejja kienu bnew irħula+ għalihom madwar Ġerusalemm kollha. 30 U l-​qassisin u l-​Leviti tnaddfu+ u naddfu lill-​poplu+ u l-​bibien+ u s-​sur.+

31 Imbagħad jien tellajt lill-​prinċpijiet+ taʼ Ġuda fuq is-​sur. U ħtart żewġ korijiet kbar għar-​radd il-​ħajr+ u żewġ gruppi biex jimxu warajhom, u wieħed kien jimxi fuq il-​lemin fuq is-​sur lejn Bieb l-​Irmied.+ 32 U Ħosajja u nofs il-​prinċpijiet taʼ Ġuda bdew mexjin warajhom, 33 kif ukoll Għażarija, Esdra u Mesullam, 34 Ġuda u Benjamin u Semajja u Ġeremija; 35 ukoll minn ulied il-​qassisin bit-​trumbetti+ kien hemm Żakkarija, bin Ġonatan, bin Semajja, bin Mattanija, bin Mikaja, bin Żakkur,+ bin Asaf,+ 36 u ħutu Semajja u Għażarel, Milalaj, Gilalaj, Magħaj, Netanel u Ġuda, Ħanani, bl-​istrumenti+ taʼ David, il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru, li jakkumpanjaw il-​kant; u Esdra+ l-​kopista quddiemhom. 37 U f’Bieb l-​Għajn+ u dritt quddiemhom telgħu fuq it-​Taraġ+ tal-​Belt taʼ David+ permezz tat-​telgħa tas-​sur fuq id-​Dar taʼ David u dritt sa Bieb l-​Ilma+ lejn il-​lvant.

38 U l-​kor l-​ieħor tar-​radd il-​ħajr+ kien miexi fuq quddiem, u jien warajh, u hekk ukoll nofs il-​poplu, fuq is-​sur minn fuq it-​Torri taʼ l-​Ifran+ u lejn is-​Sur il-​Wiesaʼ,+ 39 u minn fuq Bieb Efrajm+ u lejn Bieb il-​Belt il-​Qadima+ u lejn Bieb il-​Ħut+ u t-​Torri taʼ Ħananel+ u t-​Torri tal-​Mija+ u lejn Bieb in-​Nagħaġ;+ u waqfu f’Bieb l-​Għassa.

40 Fl-aħħar, iż-​żewġ korijiet tar-​radd il-​ħajr+ waqfu fid-​dar+ taʼ l-​Alla l-​veru, kif ukoll jien u nofs il-​ħakkiema deputati miegħi,+ 41 u l-​qassisin Eljakim, Magħseja, Minjamin, Mikaja, Eljogħenaj, Żakkarija, Ħananija, ilkoll bit-​trumbetti,+ 42 u Magħseja u Semajja, u Elegħażar u Użżi u Ġeħoħanan u Malkija u Għelam u Għeżer. U l-​għannejja, maʼ l-​indokratur Iżraħija, baqgħu jsemmgħu leħinhom.+

43 U dakinhar offrew sagrifiċċji kbar+ u ferħu,+ għax l-​Alla l-​veru nnifsu ġegħelhom jifirħu b’ferħ kbir.+ Anki n-​nisa+ u t-​tfal+ ferħu, u b’hekk il-​ferħ taʼ Ġerusalemm setaʼ jinstemaʼ mill-​bogħod.+

44 Iktar minn hekk, dakinhar xi rġiel inħatru fuq is-​swali+ għall-​provvisti,+ għall-​kontribuzzjonijiet,+ għall-​ewwel frott+ u għall-​għexur,+ biex jiġbru fihom mill-​għelieqi tal-​bliet il-​porzjonijiet mitlubin bil-​liġi+ għall-​qassisin u l-​Leviti;+ għax il-​ferħ taʼ Ġuda kien minħabba l-​qassisin u l-​Leviti+ li kienu jaqdu. 45 U bdew jieħdu ħsieb l-​obbligu+ lejn Alla tagħhom u l-​obbligu tal-​purifikazzjoni,+ kif ukoll l-​għannejja+ u l-​għassiesa tal-​bibien,+ skond il-​kmand taʼ David u ibnu Salamun. 46 Għax fi żmien David u Asaf, fi żmien l-​imgħoddi, kien hemm kapijiet taʼ l-​għannejja+ u kien isir kant taʼ tifħir u radd il-​ħajr lil Alla.+ 47 U Israel kollu fi żmien Żerubbabel+ u fi żmien Neħemija+ kien jagħti l-​porzjonijiet taʼ l-​għannejja+ u taʼ l-​għassiesa tal-​bibien+ skond il-​bżonn taʼ kuljum u kienu jwarrbu l-​porzjonijiet imqaddsin għal-​Leviti;+ u l-​Leviti kienu jwarrbu l-​porzjonijiet imqaddsin għal ulied Aron.

13 Dakinhar sar qari+ mill-​ktieb+ taʼ Mosè f’widnejn il-​poplu; u nstab miktub fih li l-​Għammoni+ u l-​Mowabi+ qatt* ma kellhom jidħlu fil-​kongregazzjoni taʼ l-​Alla l-​veru,+ 2 għax ma kinux iltaqgħu maʼ Israel bil-​ħobż+ u l-​ilma,+ imma qabbdu kontrihom lil Balgħam+ biex jisħithom.+ Madankollu, Alla tagħna bidel is-​saħta f’barka.+ 3 U ġara li, malli semgħu l-​liġi,+ bdew jifirdu+ l-​kotra mħallta kollha minn maʼ Israel.

4 Issa qabel dan, Eljasib,+ il-​qassis inkarigat mis-​sala taʼ l-​ikel+ tad-​dar t’Alla tagħna, kien qarib taʼ Tobija;+ 5 u lil dan għamillu sala taʼ l-​ikel kbira ħafna,+ fejn qabel kienu jqiegħdu regolarment l-​offerta tal-​qmuħ,+ l-​inċens abjad u l-​għodod u l-​wieħed minn kull għaxra tal-​qmuħ, taʼ l-​inbid ġdid+ u taż-​żejt,+ li hu sehem il-​Leviti+ u l-​għannejja u l-​għassiesa tal-​bibien, u l-​kontribuzzjonijiet għall-​qassisin.

6 U matul dan iż-​żmien kollu jien ma kontx Ġerusalemm, għax wasalt għand is-​sultan fis-​sena tnejn u tletin+ t’Artaserse,+ is-​sultan taʼ Babilonja, u xi żmien wara tlabt lis-​sultan iħallini nwarrab għal ftit.+ 7 Imbagħad wasalt Ġerusalemm u nnotajt il-​ħażen li wettaq Eljasib+ għal Tobija+ billi għamillu sala fil-​bitħa tad-​dar+ taʼ l-​Alla l-​veru. 8 U deherli li din kienet ħaġa ħażina ħafna.+ Għalhekk, irmejt+ l-​għamara kollha tad-​dar taʼ Tobija barra mis-​sala taʼ l-​ikel. 9 Imbagħad jien tajt l-​ordni u s-​swali taʼ l-​ikel+ ġew imnaddfin;+ u rġajt qegħedt fihom l-​għodod+ tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru, maʼ l-​offerta tal-​qmuħ u l-​inċens abjad.+

10 U skoprejt li l-​porzjonijiet+ tal-​Leviti ma kinux ngħatawlhom, u b’hekk il-​Leviti u l-​għannejja li kienu jagħmlu x-​xogħol kienu telqu, kull wieħed lejn l-​għalqa tiegħu.+ 11 U lill-​ħakkiema deputati+ bdejt ngħidilhom bi ħtijiethom+ u għedtilhom: “Għalfejn ġiet traskurata d-​dar taʼ l-​Alla l-​veru?”+ Għaldaqstant ġbart lil-​Leviti flimkien u qegħedthom f’posthom. 12 U Ġuda kollu ġab il-​wieħed minn kull għaxra+ tal-​qmuħ+ u taʼ l-​inbid ġdid+ u taż-​żejt+ lejn l-​imħażen.+ 13 Imbagħad inkarigajt lil Selemija l-​qassis u Sadok il-​kopista u Pedaja mil-​Leviti fuq l-​imħażen; u Ħanan, bin Żakkur, bin Mattanija,+ kien taħthom għax kienu meqjusin leali;+ u kien dmirhom li jqassmu+ lil ħuthom.

14 Ftakar fija,+ O Alla tiegħi, għal dan, u tħassarx+ l-​atti tiegħi taʼ qalb tajba bl-​imħabba li wettaqt għad-​dar+ t’Alla tiegħi u s-​servizz li jsir fiha.

15 F’dawk il-​jiem rajt f’Ġuda nies jgħaffġu fl-​imgħasar taʼ l-​inbid fis-​Sabat+ u jdaħħlu l-​munzelli tal-​qmuħ u jgħabbuhom+ fuq il-​ħmir,+ kif ukoll inbid, għeneb u tin+ u kull xorta taʼ tagħbija, u jdaħħluhom f’Ġerusalemm f’jum is-​Sabat;+ u jien xhedt kontrihom dakinhar li kienu qed ibigħu l-​provvisti. 16 U t-​Tirin+ kienu jgħammru fil-​belt, u jdaħħlu l-​ħut u kull xorta taʼ merkanzija+ u jbigħuhom fis-​Sabat lil ulied Ġuda f’Ġerusalemm. 17 Għalhekk, bdejt ngħid lin-​nobbli+ taʼ Ġuda bil-​ħtija tagħhom u għedtilhom: “X’inhi din il-​ħaġa ħażina li qed tagħmlu, iva, li qed tkasbru jum is-​Sabat? 18 Mhux hekk għamlu missirijietkom,+ u minħabba f’hekk Alla tagħna ġab dan il-​gwaj kollu fuqna,+ u fuq din il-​belt ukoll? Madankollu, intom qed iżżidu mar-​rabja taħraq kontra Israel billi tkasbru s-​Sabat.”+

19 U ġara li, malli d-​dell laqat il-​bibien taʼ Ġerusalemm qabel is-​Sabat, jien mill-​ewwel tajt l-​ordni u l-​bibien bdew jingħalqu.+ U għedt ukoll li m’għandhomx jiftħuhom sa wara s-​Sabat; u qegħedt lil xi wħud mill-​qaddejja tiegħi stess fil-​bibien sabiex ebda tagħbija ma tidħol f’jum is-​Sabat.+ 20 Għaldaqstant, in-​negozjanti u l-​bejjiegħa taʼ kull xorta taʼ merkanzija qattgħu l-​lejl barra Ġerusalemm għal darba tnejn. 21 Imbagħad wissejthom+ u għedtilhom: “Għalfejn qed tqattgħu l-​lejl quddiem is-​sur? Jekk terġgħu tagħmluha, immidd idi fuqkom.”+ Minn dakinhar ’l hemm ma ġewx fis-​Sabat.

22 U komplejt ngħid lil-​Leviti+ li għandhom regolarment jippurifikaw+ lilhom infushom u jidħlu, u jibqgħu jgħassu l-​bibien+ biex iqaddsu+ jum is-​Sabat. Dan, ukoll, ftakar+ għan-​nom tiegħi, O Alla tiegħi, u tħassarni skond l-​abbundanza tal-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+

23 U wkoll, f’dawk il-​jiem sirt naf li l-​Lhud kienu laqgħu għandhom+ nisa Asdodin,+ Għammonin, u Mowabin.+ 24 U nofs uliedhom kienu jitkellmu bl-​Asdodi, u ħadd minnhom ma kien jaf jitkellem bil-​Lhudi,+ imma bi lsien il-​popli differenti. 25 U bdejt ngħidilhom bi ħtijiethom u llissen is-​saħta kontrihom+ u nsawwat lil xi rġiel minnhom+ u naqlgħalhom xagħarhom u nġegħelhom jaħilfu b’Alla:+ “M’għandkomx tagħtu lil uliedkom bniet lil uliedhom subien, u m’għandkom taċċettaw lil ħadd minn uliedhom bniet għal uliedkom subien.+ 26 Mhux minħabba fihom dineb Salamun is-​sultan taʼ Israel?+ U fost il-​ħafna ġnus ma kienx hemm sultan bħalu;+ u kien maħbub minn Alla tiegħu,+ u għalhekk Alla għamlu sultan fuq Israel kollu. Imma anki lilu ġegħluh jidneb in-​nisa barranin li żżewweġ.+ 27 U m’hijiex din ħaġa offensiva, li tagħmlu dan il-​ħażen kbir kollu billi taġixxu b’nuqqas taʼ fedeltà kontra Alla tagħna meta tilqgħu għandkom nisa barranin?”+

28 U wieħed minn ulied Ġojada+ bin Eljasib+ il-​qassis il-​kbir kien ir-​raġel taʼ bint Sanballat+ il-​Ħoroni.+ Għalhekk, keċċejtu ’l bogħod minni.+

29 Ftakarhom, O Alla tiegħi, għat-​tinġis+ tas-​saċerdozju u l-​patt+ tas-​saċerdozju u tal-​Leviti.+

30 U jien ippurifikajthom+ minn kull ħaġa barranija u tajt dmirijiet lill-​qassisin u lil-​Leviti, kull wieħed f’xogħlu,+ 31 saħansitra għall-​provvista taʼ l-​injam+ fi żminijiet stabbiliti u għall-​ewwel frott misjur.

Ftakar fija,+ O Alla tiegħi, b’mod tajjeb.+

Ifisser “Jah Ifarraġ; Jah Hu Faraġ.”

Jiġifieri, l-​Ewfrat.

X’aktarx li din u Għajn-rogel huma xorta.

“Bieb id-​Demel,” Settanta, Vulgata Latina.

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “l-​ilsiera tat-​tempju.” Letteralment, “l-​uħud mogħtijin.” Qabbel Nu 3:9, in-​nota taʼ taħt.

“Seraja” f’Esd 2:2.

“Regħlaja” f’Esd 2:2.

“Mispar” f’Esd 2:2.

“Reħum” f’Esd 2:2.

Jew, “L-​ilsiera tat-​tempju.” Letteralment, “L-​uħud mogħtijin.” Qabbel Nu 3:9, in-​nota taʼ taħt.

“Sigħaħa” f’Esd 2:44.

“Nefusim” f’Esd 2:50.

“Baslut” f’Esd 2:52.

“Peruda” f’Esd 2:55.

“Ami” f’Esd 2:57.

Ara Esd 2:63, in-​nota taʼ taħt.

Ara Esd 2:69, in-​nota taʼ taħt.

Ara Esd 2:63, in-​nota taʼ taħt.

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “għonqhom.”

Letteralment, “jagħtu spalla stinata.”

Jew, “it-​tfakkiriet.”

Ara Esd 2:63, in-​nota taʼ taħt.

“Adonikam” f’Esd 2:13.

“Ġoraħ” f’Esd 2:18.

X’aktarx li din u “Dimona” f’Ġoż 15:22 huma xorta.

X’aktarx li dan u “Sallaj” f’vers 20 huma xorta.

Evidentement, it-​test Ebrajk iħalli isem barra hawnhekk.

Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja