Ġob
1 Kien hemm raġel fl-art t’Uż+ li kien jismu Ġob;*+ u dan ir-raġel kien bla ħtija+ u rett,+ jibżaʼ minn Alla+ u jitbiegħed mill-ħażen.+ 2 U twildulu sebaʼ subien u tlett ibniet.+ 3 U l-bhejjem tiegħu+ kienu jgħoddu sebat elef nagħġa, tlett elef ġemel, ħames mitt par baqar, u ħames mitt ħmara, flimkien maʼ ġemgħa kbira ferm taʼ qaddejja; u dan ir-raġel kien l-aqwa wieħed min-nies kollha taʼ l-Orjent.+
4 U kull wieħed minn uliedu s-subien, fil-jum li kien imissu, kien jagħmel ikla kbira+ f’daru stess; u kienu jibagħtu għat-tliet ħuthom il-bniet u jistidnuhom biex jieklu u jixorbu magħhom. 5 U kien jiġri li meta kienet tgħaddi dawra sħiħa tal-jiem taʼ l-ikliet, Ġob kien jibgħat għalihom u jqaddishom;+ u kien iqum kmieni fil-għodu u joffri sagrifiċċji tal-ħruq+ skond l-għadd tagħhom kollha; għax Ġob kien jgħid, “forsi wliedi dinbu u seħtu+ lil Alla f’qalbhom.”+ Hekk kien jagħmel Ġob dejjem.+
6 Issa wasal il-jum meta wlied* l-Alla l-veru+ daħlu biex jidhru quddiem Ġeħova,+ u anki Satana*+ daħal fosthom.+
7 Imbagħad Ġeħova qal lil Satana: “Minfejn ġej?” U Satana wieġeb lil Ġeħova u qallu: “Milli ndur ’l hemm u ’l hawn fuq l-art+ u milli nimxi ’l hemm u ’l hawn fiha.”+ 8 U Ġeħova ssokta jgħid lil Satana: “Qgħadt taħseb xejn fil-qaddej tiegħi Ġob, li m’hemm ħadd bħalu fuq l-art,+ raġel bla ħtija+ u rett,+ jibżaʼ minn Alla+ u jitbiegħed mill-ħażen?”+ 9 U Satana wieġeb lil Ġeħova u qallu: “Huwa għalxejn li Ġob jibżaʼ minn Alla?+ 10 Ma bnejtx int innifsek ħajt madwaru dawramejt+ u madwar daru u madwar kulma għandu? Beriktlu xogħol idejh,+ u l-bhejjem tiegħu xterdu fuq l-art. 11 Imma issa midd idek, jekk jogħġbok, u miss kulma għandu u ara jekk jisħtekx f’wiċċek.”+ 12 Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Satana: “Ara! Kulma għandu hu f’idek. Biss tmiddx idek fuqu!” Għalhekk, Satana ħareġ minn quddiem wiċċ Ġeħova.+
13 Issa wasal il-jum meta wliedu s-subien u l-bniet kienu qed jieklu u jixorbu l-inbid fid-dar taʼ ħuhom il-kbir.+ 14 U ġie messaġġier+ għand Ġob u qallu: “Il-baqar kienu qed jaħartu+ u l-ħmir nisa kienu qed jirgħu maġenbhom 15 meta ġew is-Sabegħanin+ jaħbtu għalihom u ħaduhom, u lill-qaddejja qatluhom b’xifer is-sejf; u jien irnexxieli naħrab, jien waħdi biss, biex ngħidlek.”+
16 Waqt li dan kien għadu qed jitkellem, ġie ieħor u qallu: “In-nar t’Alla niżel mis-smewwiet+ u beda jaqbad qalb in-nagħaġ u l-qaddejja u belagħhom; u jien irnexxieli naħrab, jien waħdi biss, biex ngħidlek.”
17 Waqt li dan kien għadu qed jitkellem, ġie ieħor u qallu: “Il-Kaldin+ ifformaw tliet qtajjaʼ u ntefgħu għal fuq l-iġmla u ħaduhom, u lill-qaddejja qatluhom b’xifer is-sejf; u jien irnexxieli naħrab, jien waħdi biss, biex ngħidlek.”
18 Waqt li dan kien għadu qed jitkellem, ġie jerġaʼ ieħor u qallu: “Uliedek is-subien u l-bniet kienu qed jieklu u jixorbu l-inbid+ fid-dar taʼ ħuhom il-kbir. 19 U, ara, ġie riħ qawwi+ mir-reġjun tax-xagħri, u laqat l-erbaʼ kantunieri tad-dar, u b’hekk din waqgħet fuq iż-żgħażagħ u mietu. U jien irnexxieli naħrab, jien waħdi biss, biex ngħidlek.”
20 U Ġob qam, ċarrat+ il-libsa bla kmiem tiegħu, qataʼ xagħar+ rasu, niżel fl-art+ u miel,+ 21 u qal:
“Għarwien ħriġt minn żaqq ommi,+
U għarwien immur lura lejn l-art.+
Ġeħova tani,+ u Ġeħova ħadli.+
Ħa jkompli jkun imbierek isem Ġeħova.”+
22 F’dan kollu Ġob ma dinibx u ma qalx li Alla għamel xi ħaġa mhix xierqa.+
2 Imbagħad wasal il-jum meta wlied* l-Alla l-veru daħlu biex jidhru quddiem Ġeħova, u Satana* wkoll daħal fosthom biex jidher quddiem Ġeħova.+
2 Imbagħad Ġeħova qal lil Satana: “Minfejn ġej?” U Satana wieġeb lil Ġeħova u qallu: “Milli ndur ’l hemm u ’l hawn fuq l-art u milli nimxi ’l hemm u ’l hawn fiha.”+ 3 U Ġeħova ssokta jgħid lil Satana: “Qgħadt taħseb xejn fil-qaddej tiegħi Ġob,+ li m’hemm ħadd bħalu fuq l-art, raġel bla ħtija u rett,+ jibżaʼ minn Alla+ u jitbiegħed mill-ħażen?+ Hu għadu saħansitra jżomm sod l-integrità tiegħu,+ għalkemm int tagħwini+ kontrih biex neqirdu għalxejn b’xejn.”+ 4 Imma Satana+ wieġeb lil Ġeħova u qallu: “Ġild għal ġild, u raġel jagħti kulma jkollu għal ruħu.+ 5 Imma issa midd idek, jekk jogħġbok, u misslu s’għadmu u laħmu u ara jekk jisħtekx f’wiċċek.”+
6 Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Satana: “Hemm hu f’idek! Biss oqgħod attent għal ruħu!” 7 Għalhekk, Satana ħareġ minn quddiem wiċċ Ġeħova+ u lil Ġob imlielu ġismu kollu msiemer li ma jfiqux+ minn qiegħ saqajh sal-qorriegħa taʼ rasu. 8 U dan qabad biċċa fuħħar biex iħokk biha; u qagħad bil-qiegħda qalb l-irmied.+
9 Fl-aħħar, martu qaltlu: “Għadek iżżomm sod l-integrità tiegħek?+ Isħet lil Alla u mut!” 10 Imma hu qalilha: “Bħalma titkellem waħda min-nisa bla sens,+ titkellem int ukoll. Se naċċettaw biss dak li hu tajjeb mingħand l-Alla l-veru u ma naċċettawx ukoll dak li hu ħażin?”+ F’dan kollu Ġob ma dinibx b’xofftejh.+
11 U tlett iħbieb taʼ Ġob semgħu b’dan il-gwaj kollu li kien ġie fuqu, u ġew, kull wieħed minn pajjiżu, Elifaż it-Temani,+ Bildad is-Suħi,+ u Sofar in-Nagħmati.+ Għalhekk, dawn iltaqgħu flimkien+ biex jiġu u juruh li jħossu għalih u jfarrġuh.+ 12 Meta refgħu għajnejhom mill-bogħod m’għarfuhx. U għollew leħinhom, bkew, u ċarrtu,+ kull wieħed il-libsa bla kmiem tiegħu, u xeħtu t-trab lejn is-smewwiet għal fuq rashom.+ 13 U qagħdu bil-qiegħda+ fl-art miegħu sebat ijiem u sebaʼ ljieli, u ma kien hemm ħadd li jgħidlu kelma, għax raw li l-uġigħ+ tiegħu kien kbir ferm.
3 Kien wara dan li Ġob fetaħ fommu u beda jisħet jum twelidu.+ 2 Ġob issa tkellem u qal:
3 “Ħa jgħib il-jum li twilidt fih,+
U l-lejl li fih xi ħadd qal, ‘Tnissel raġel b’saħħtu!’
5 Ħa jifduh id-dlam u s-swidija.
Ħa tgħammar fuqu sħaba tax-xita.
Ħa jwerwruh l-affarijiet li jdallmu l-jum.+
6 Dak il-lejl—ħa taħkmu s-swidija;+
Ħa ma jħossux kuntent fost il-jiem tas-sena;
Ħa ma jidħolx fost l-għadd tax-xhur qamrin.
9 Ħa jiddallmu l-kwiekeb taʼ l-għabex tiegħu;
Ħa jistenna d-dawl u ma jkunx hemm;
U ħa ma jarax id-dija taż-żerniq.
13 Għax kieku s’issa mteddejt biex inkun fil-kwiet;+
Kieku rqadt dakinhar; kieku striħajt+
14 Mas-slaten u l-kunsillieri taʼ l-art,+
Dawk li jibnu għalihom infushom postijiet abbandunati,+
15 Jew mal-prinċpijiet li għandhom id-deheb,
Dawk li jimlew djarhom bil-fidda;
16 Jew, bħal korriment moħbi,+ ma kontx inkun neżisti,
Bħat-trabi li qatt ma raw id-dawl.+
17 Hemmhekk il-ħżiena ma jibqgħux jinkwetaw lil ħaddieħor,+
U hemmhekk jistrieħu dawk li huma għajjenin.+
21 Għala hemm dawk li qed jistennew il-mewt, u ma tiġix,+
Għalkemm jibqgħu jħaffru għaliha iktar milli għal teżori moħbijin?
22 Dawk li qed jithennew u jimtlew bil-ferħ,
Itiru bil-ferħ għaliex isibu post fejn jindifnu.
24 Għax qabel l-ikel tiegħi jiġi t-tnehid tiegħi,+
U bħall-ilmijiet igelgel il-krib qawwi tiegħi;+
25 Għaliex xi ħaġa li tkexkixni tiġi fuqi;
U dak li nibżaʼ minnu jilħaqni.+
26 Ma kontx bla inkwiet taʼ xejn, lanqas kont bla tfixkil,
Lanqas kont mistrieħ, u madankollu l-inkwiet jibqaʼ ġej.”
4 U Elifaż+ it-Temani wieġeb u qal:
2 “Jekk wieħed jipprova jgħidlek kelma, tegħja int?
Imma l-kliem min għandu ħila jrażżnu?
5 Imma din id-darba jiġi fuqek, u tegħja;
Jolqot lilek, u titħawwad.
6 M’huwiex ir-rispett tiegħek lejn Alla l-fiduċja tiegħek?
M’hijiex it-tama tiegħek l-integrità+ taʼ mogħdijietek?
7 Ftakar, jekk jogħġbok: Min mill-innoċenti qatt għab?
U fejn kien li r-retti+ qatt tqaċċtu darba għal dejjem?
9 B’nifs Alla jgħibu,
U bl-ispirtu tar-rabja tiegħu jintemmu.
10 Hemm l-għajat taʼ ljun, u l-leħen taʼ ljun fl-aqwa tiegħu,
Imma anki snien l-iljuni b’saħħithom jinkisru.
11 Iljun qed jgħib għax m’hemm ebda priża,
U l-frieħ taʼ ljun jiġu mifrudin minn xulxin.
12 Issa waslitli kelma bis-serqa,
U widinti semgħet tfesfisa minnha,+
13 Fi ħsibijiet inkwetanti minħabba viżjonijiet bil-lejl,
Meta l-bnedmin jorqdu fil-fond.
14 Tkexkixa qabditni, u rogħda,
U mlietli għadmi kollu bit-tkexkix.
15 U spirtu għadda minn fuq wiċċi;
Xagħar ġismi beda jqum xewk xewk.
16 Waqaf u ma ċċaqlaqx,
Imma d-dehra tiegħu m’għarafthiex;
Forma dehret quddiem għajnejja;
Kien hemm il-kalma, u mbagħad smajt leħen:
17 ‘Jistaʼ bniedem mortali jkun iktar ġust minn Alla?
Jew jistaʼ bniedem b’saħħtu jkun iktar nadif minn Dak li għamlu?’
19 Kemm iktar lil dawk li jgħammru fi djar tat-tafal,
Li l-pedament tagħhom qiegħed fit-trab!+
Jitfarrku iktar malajr mill-kamla.
20 Minn fil-għodu sa fil-għaxija jiġu mfarrkin;
Bla ħadd ma jinkwieta għalihom jgħibu għal dejjem.
21 Ma nqatax il-ħabel tat-tinda taʼ ġo fihom?
Imutu għax m’għandhomx għerf.
5 “Sejjaħ, jekk jogħġbok! Hemm xi ħadd li qed iwieġbek?
U lejn liema wieħed mill-anġli qaddisin* se ddur?
2 Għax id-diqa toqtol lill-iblah,
U l-għira twassal għall-mewt lil dak li faċli jiġi mħajjar.
3 Jien stess rajt l-iblah irabbi l-għeruq,+
Imma f’daqqa waħda bdejt nisħet il-post fejn jgħammar.
4 Uliedu jibqgħu ’l bogħod mis-salvazzjoni,+
U jitgħaffġu f’bieb il-belt għax m’għandhomx min jeħlishom.
5 Il-ħsad tiegħu jieklu l-imġewwaħ;
U jieħdu saħansitra mill-ganċijiet tal-biċċier,*
U nassa tiblgħalhom il-mezz t’għajxien tagħhom.
6 Għax mhux mit-trab toħroġ il-ħsara,
U mhux mill-art jinbet l-inkwiet.
7 Għax il-bniedem jitwieled għall-inkwiet,
Bħalma x-xrar jittajjar ’il fuq.
8 Madankollu, kieku jien indur lejn Alla,
U f’idejn Alla nerħi l-kawża tiegħi,+
9 Dak li jagħmel affarijiet kbar li ħadd ma jifhimhom,
Għeġubijiet li ma jingħaddux;+
10 Dak li jibgħat ix-xita fuq wiċċ l-art+
U jibgħat l-ilmijiet fuq il-kampanja;+
11 Dak li jqiegħed fl-għoli lil dawk taʼ pożizzjoni baxxa,+
U b’hekk dawk taʼ qalbhom sewda jitgħollew f’post taʼ salvazzjoni;
12 Dak li jfixkel il-pjanijiet tal-makakki,+
U b’hekk idejhom ma jagħmlu xejn li jirnexxi;
13 Dak li jaqbad lill-għorrief fil-makakkerija tagħhom stess,+
U b’hekk il-parir tal-makakki jispiċċa f’konfużjoni;+
14 Huma jiltaqgħu mad-dlam saħansitra bi nhar,
U jteftfu ’l hemm u ’l hawn f’nofsinhar bħallikieku bil-lejl;+
15 U Dak li jsalva lil individwu mis-sejf li joħroġ minn fommhom,
U lill-fqir minn id il-wieħed b’saħħtu,+
16 U b’hekk għall-batut ikun hemm tama,+
Imma l-inġustizzja tagħlaq ħalqha.+
17 Ara! Hieni l-bniedem li jiġi mwiddeb minn Alla;+
U tirrifjutax id-dixxiplina taʼ Dak li Jistaʼ Kollox!
18 Għax hu nnifsu jikkaġuna l-uġigħ, imma jinfaxxa l-ferita;
Hu jfarrak, imma idejh stess ifejqu.
19 Sitt darbiet jeħilsek mill-inkwiet,+
U għal sebaʼ darbiet ma jmissek xejn li jistaʼ jagħmillek il-ħsara.+
22 It-tħarbit u l-ġuħ int tiddieħaq bihom,
U mill-bhima salvaġġa taʼ l-art m’għandekx għalfejn tibżaʼ.
23 Għax mal-ġebel tar-rabaʼ jkun il-patt tiegħek,
U l-bhima salvaġġa tar-rabaʼ tgħix fis-sliem miegħek.+
24 U tkun taf li hemm is-sliem fit-tinda tiegħek,
U tmur u tara l-mergħa tiegħek, u xejn ma jkun nieqes.
27 Ara! Dan tkixxifnieh u hu minnu.
Isimgħu, u int—tgħallmu sew.”
6 U Ġob wieġeb u qal:
2 “O li kieku d-diqa tiegħi+ tintiżen għalkollox,
U li fl-istess ħin l-għawġ tiegħi jpoġġuh fuq il-miżien!
3 Għax issa hu itqal saħansitra mir-ramel taʼ l-ibħra.
Huwa għalhekk li kliemi kien diskors bla ħsieb.+
4 Għax il-vleġeġ taʼ Dak li Jistaʼ Kollox huma fija,+
U l-ispirtu tiegħi qed jixrob il-velenu tagħhom;+
It-twerwir mingħand Alla jinġemaʼ kontrija.+
5 Se tgħajjat żebra+ meta jkollha l-ħaxix quddiemha,
Jew jgħajjat barri meta l-għalf ikun quddiemu?
6 Tistaʼ xi ħaġa bla togħma tittiekel bla melħ,
Jew hemm xi togħma fil-meraq tal-pjanta tal-ħobbejż?
7 Ruħi ma trid tmiss xejn minn dawn.
Huma bħal ikel li jagħmilli d-deni.
8 O li kieku tinstemaʼ t-talba tiegħi
U li Alla jwettaq it-tama tiegħi!
10 Xorta waħda dan ikun il-faraġ tiegħi;
U naqbeż bil-ferħ+ fl-uġigħ kbir tiegħi,
Għalkemm hu ma jkollu ebda mogħdrija, għax jien ma ħbejtx dak li jgħid+ il-Qaddis.+
11 X’inhi l-qawwa tiegħi, biex nibqaʼ nistenna?+
X’inhu t-tmiem tiegħi, biex nibqaʼ ntawwal ħajti?*
12 Jaqaw il-qawwa tiegħi l-qawwa tal-ġebel?
Jew laħmi huwa tar-ram aħmar?
13 M’hemmx abbiltà fija li ngħin ruħi,
U ma nistax jien naħdem b’mod effettiv?
14 Kulmin ma jurix qalb tajba bl-imħabba maʼ sieħbu,+
Iwarrab saħansitra l-biżaʼ taʼ Dak li Jistaʼ Kollox.+
15 Ħuti stess aġixxew bi tradiment,+ bħal wied fix-xitwa,
Bħal kanal tal-widien fix-xitwa li mbagħad jgħibu.
16 Dawn huma mdardrin minħabba s-silġ,
Fihom tinħeba l-borra.
17 Meta jasal iż-żmien jiżvojtaw mill-ilma,+ ma jkunx hemm ħosshom;
Meta tibda s-sħana jinxfu minn posthom.+
18 Il-passaġġi taʼ triqithom jiġu mdawrin;
Jitilgħu fid-deżert u jgħibu.
22 Jaqaw għedtilkom, ‘Agħtuni xi ħaġa,
Jew minn ġidkom agħtu rigal għan-nom tiegħi;
23 Jew eħilsuni minn id xi avversarju,+
Jew ifduni minn id it-tiranni’?+
26 Huwa biex iċċanfru kliemi li qed tippjanaw,
29 Erġgħu aħsbuha, jekk jogħġobkom—ħa ma ssir ebda inġustizzja—
Iva, erġgħu aħsbuha—il-ġustizzja tiegħi għadha hemm.+
30 Jaqaw hemm xi inġustizzja fi lsieni,
Jew m’għandix ħila nagħraf l-għawġ tiegħi?
7 “Mhux xogħol obbligatorju+ hemm fuq l-art għall-bniedem mortali,
U m’humiex jiemu bħall-jiem taʼ ħaddiem mikri?+
4 Meta mteddejt għedt, ‘Meta se nqum?’+
U meta l-lejl jgħaddi nkun xbajt nitqalleb ’l hemm u ’l hawn sat-tbexbix taʼ fil-għodu.
11 Jien, iva, jien, ma nżommx fommi sieket.
Nitkellem fin-niket taʼ l-ispirtu tiegħi;
Nitkellem dwar it-tħassib tiegħi bl-imrar taʼ ruħi!+
13 Meta għedt, ‘Taħt il-friex insib il-faraġ,
Is-sodda tiegħi ttaffili t-tħassib tiegħi,’
14 Int werwirtni bil-ħolm,
U bil-viżjonijiet iġġegħelni ninħasad bil-biżaʼ,
15 Għalhekk, jien* nippreferi mmut fgat,
Nippreferi nara l-mewt+ iktar milli nara għadmi.
16 Lil ħajti jien ċħadtha;+ ma rridx ngħix għal żmien indefinit.*
Ħallini waħdi, għax jiemi huma biss nifs.+
17 X’inhu l-bniedem mortali+ biex int trabbih,
U biex tixħet qalbek fuqu,
18 U biex titfaʼ l-attenzjoni tiegħek fuqu kull fil-għodu,
Biex kull mument tgħaddih minn prova?+
20 Jekk jien dnibt, x’nistaʼ nwettaq kontrik, Int li tosserva l-umanità?+
Għala għamiltni l-mira tiegħek, u b’hekk jien sirt taʼ piż għalik?
21 U għala ma taħfirx in-nuqqas tiegħi+
U tagħlaq għajnejk għall-iżball tiegħi?
Għax issa fit-trab+ se nimtedd;
U int tfittixni, u jien ma nkunx iżjed.”
8 U Bildad is-Suħi+ wieġeb u qal:
2 “Kemm se ddum tlissen dawn l-affarijiet,+
Meta kliem fommok mhux ħlief riħ qawwi?+
4 Jekk uliedek dinbu kontrih,
U b’hekk iħallihom isofru l-kastig għall-irvell tagħhom,
5 Jekk int stess tfittex lil Alla,+
U titlob il-ħniena mingħand Dak li Jistaʼ Kollox,
S’issa kien iqum minħabba fik
U jroddlok il-post fejn jgħammar is-sewwa tiegħek.
8 Tabilħaqq, staqsi, jekk jogħġbok, dwar il-ġenerazzjoni taʼ qabel,+
U dawwar l-attenzjoni tiegħek lejn l-affarijiet li fittxew dwarhom missirijiethom.+
10 Mhux huma stess jgħallmuk, jgħidulek,
U mhux minn qalbhom joħorġuh il-kliem?
11 Tistaʼ pjanta tal-papiru+ titwal jekk ma tkunx f’għadira bit-tajn?
Tistaʼ qasba tikber mingħajr ilma?
12 Waqt li tkun għadha toħroġ il-fjuri u ma tkunx maqtugħa,
Tinxef saħansitra qabel il-ħaxix l-ieħor kollu.+
13 Hekk huma l-mogħdijiet taʼ kulmin jinsa lil Alla,+
U tgħib it-tama taʼ bniedem apostata,+
14 Għax is-sigurtà tiegħu tinqered,
U l-fiduċja tiegħu hi għanqbuta taʼ brimba.+
15 Iserraħ fuq daru, imma ma tibqax wieqfa;
Jaqbad magħha, imma ma żżommx.
17 F’munzell ġebel għeruqu jiġu minsuġin,
Dar tal-ġebel jilmaħ.
20 Ara! Alla ma jiċħadx lil min hu bla ħtija,
Lanqas jaqbad id il-ħżiena.
21 Hu jimlielek ħalqek bid-daħq,
U xofftejk b’għajat taʼ ferħ.
9 U Ġob wieġeb u qal:
2 “Jien naf fiċ-ċert li hekk hu.
Imma kif jistaʼ bniedem mortali jieħu r-raġun f’xi kawża kontra Alla?+
5 Hu qed iċaqlaq il-muntanji minn posthom,+ u n-nies lanqas biss ikunu jafu bihom,
Hu li jaqlibhom fir-rabja tiegħu.+
7 Jgħid lix-xemx li m’għandhiex tiddi,
U jissiġilla d-dawl tal-kwiekeb,+
U jirfes fuq il-mewġ għoli tal-baħar;+
9 Jagħmel il-kostellazzjoni As,* il-kostellazzjoni Kesil,*
U l-kostellazzjoni Kima*+ u l-kmamar taʼ ġewwa tan-Nofsinhar;*
10 Jagħmel affarijiet kbar li ħadd ma jifhimhom,+
U affarijiet taʼ l-għaġeb bla għadd.+
13 Alla nnifsu mhux se jreġġaʼ lura r-rabja tiegħu;+
Taħtu jogħtru bil-biżaʼ dawk li jgħinu lil min hu vjolenti.+
14 Kemm iktar jekk inwieġbu jien stess!
Nagħżel kliemi miegħu,+
15 Lil dak li lilu mhux se nwieġeb, avolja jien tassew ikolli raġun.+
Lill-avversarju tiegħi fil-kawża jien nitolbu ħniena.+
16 Jekk insejjaħlu, iwiġibni?+
Ma nemminx li jagħti widen għal leħni;
17 Hu li b’maltempata jisħaqni
U jkattar il-feriti tiegħi għalxejn b’xejn.+
19 Jekk hemm xi ħadd b’saħħtu fil-qawwa, huwa hu;+
U jekk hemm xi ħadd b’saħħtu fil-ħaqq, jalla jsejjaħli!
20 Kieku kelli raġun, fommi stess kien jgħid li jien ħati;
Kieku kont bla ħtija, kien jiddikjara li jien korrott.
21 Kieku kont bla ħtija, ma kontx inkun naf lili nnifsi;
Kont niċħad lil ħajti.
23 Jekk dilluvju jikkaġuna l-mewt minnufih,
Hu jiżżuffjetta bid-disprament taʼ l-innoċenti.
24 L-art f’idejn il-wieħed mill-agħar ngħatat;+
Wiċċ l-imħallfin tagħha Hu jgħatti.
Jekk mhux Hu, allura, min hu?
30 Jekk ninħasel bl-ilma tal-borra,
U nnaddaf idejja bis-sapun,+
31 Imbagħad int f’ħofra tgħaddasni,
U ħwejġi jitqażżuni.
35 Ħa nitkellem u ma nibżax minnu,
Għax ma nibżax nitkellem miegħu.
10 “Ruħi tistkerrah lil ħajti.+
Irrid nisfoga t-tħassib tiegħi dwari nnifsi.
Nitkellem fl-imrar taʼ ruħi!
2 Ngħid lil Alla, ‘Tgħidx li jien ħati.
Ġegħelni nkun naf għala qed tħaqqaqha miegħi.
Li tiċħad ix-xogħol iebes taʼ idejk,+
U li ddawwal il-pariri tal-ħżiena?
5 Huma jiemek bħall-jiem taʼ bniedem mortali,+
Jew is-snin tiegħek bħall-jiem taʼ raġel b’saħħtu,
6 Biex l-iżball tiegħi tipprova ssib
U dnubi tibqaʼ tfittex?+
7 Dan minkejja li int stess taf li jien m’iniex ħati,+
U li m’hemm ħadd li jistaʼ jeħlisni minn idek?+
12 Ħajja tajtni, u qalb tajba bl-imħabba wrejt miegħi;+
U ħadt ħsieb+ li tgħasses l-ispirtu tiegħi.
13 U dawn l-affarijiet ħbejthom f’qalbek.
Jien naf tajjeb li int għandek dawn l-affarijiet.
14 Jekk jien dnibt u int bqajt għassa tiegħi+
U minħabba l-iżball tiegħi ma tqisnix innoċenti;+
15 Jekk jien ħati, ħażin għalija!+
U jekk għandi raġun, ma nerfax rasi,+
Imxebbaʼ bid-diżunur u mimli bis-sofferenza.+
16 U jekk bi kburija naġixxi,+ bħal iljun b’saħħtu tikkaċċjani int,+
U terġaʼ tagħmel xi ħaġa straordinarja għalija.
17 Int iġġib ix-xhieda ġodda tiegħek quddiemi,
U żżid ir-rabja tiegħek għalija;
Tbatija fuq tbatija għandi jien.
18 Mela għala ħriġtni mill-ġuf?+
Stajt mitt, u lanqas saħansitra għajn ma kienet tarani,
19 Hemmhekk messni sirt bħallikieku qatt ma kont;
Miż-żaqq għall-qabar messhom ħaduni.’
20 Mhux ftit huma jiemi?+ Ħa jitlaqni,
Ħa jdawwar il-ħarsa fissa tiegħu minn fuqi, sabiex nifraħ+ ftit
21 Qabel nitlaq—u ma niġix lura+—
Lejn art id-dlam u s-swidija,+
22 Lejn art l-oskurità bħad-dlam, is-swidija
U d-diżordni, fejn id-dija li hemm mhix ħlief dlam.”
11 U Sofar in-Nagħmati+ wieġeb u qal:
2 “Se jitħalla bla tweġiba dan il-ħafna kliem,
Jew min jiftaħar ikollu raġun?
3 Il-paroli fil-vojt tiegħek isikket in-nies,
U int se tibqaʼ tiddieħaq b’ħaddieħor mingħajr ma jkollok min iwiddbek?+
6 Kien jgħidlek is-sigrieti taʼ l-għerf,
Għax l-affarijiet taʼ l-għaqal* huma bosta.
Ukoll, int kont tkun taf li Alla se jippermetti li xi wħud mill-iżbalji tiegħek jintesewlek.+
7 Tistaʼ int tiskopri l-affarijiet profondi t’Alla,+
Jew tistaʼ tiskopri l-limitu tal-kobor taʼ Dak li Jistaʼ Kollox?
9 Itwal mill-art fil-qjies,
U iktar wiesaʼ mill-baħar.
10 Jekk hu jibqaʼ għaddej u jagħti lil xi ħadd f’idejn ħaddieħor
U jlaqqaʼ l-qorti, min jistaʼ għalih?
11 Għax hu nnifsu jaf tajjeb min huma n-nies qarriqin.+
Meta jara dak li hu taʼ ħsara, ma joqgħodx attent hu?
12 Raġel moħħu vojt jistaʼ jikseb motiv tajjeb
Daqskemm żebra tistaʼ titwieled bniedem.
13 Jekk int innifsek tassew tipprepara qalbek
U tiftaħ idejk lejh,+
14 Jekk dak li hu taʼ ħsara qiegħed f’idek, biegħdu minnek,
U ħa ma tgħammar ebda inġustizzja fit-tined tiegħek.
16 Għax int—int l-inkwiet tinsieh;
Bħall-ilmijiet li għaddew tiftakru.
19 U timtedd, u ma jkunx hemm min ibeżżgħek.
U ħafna nies iġegħluk tħossok kalm;+
20 U jiddgħajfu għajnejn il-ħżiena;+
U jgħib minn quddiemhom il-post fejn jistgħu jaħarbu,+
U t-tama tagħhom tkun li ruħhom tieħu l-aħħar nifs.”+
3 Jien ukoll għandi qalb+ bħalma għandkom intom.
M’iniex inqas minnkom,+
U min m’għandux affarijiet bħal dawn?
4 Xi ħadd tad-daħq għal sieħbu sirt jien,+
Xi ħadd li jsejjaħ lil Alla biex iwieġbu.+
Tad-daħq hu min hu ġust u bla ħtija.
5 Min hu bla inkwiet taʼ xejn jiddisprezza l-gwaj;+
Jaħseb li dan jiġri biss lil min jogħtru riġlejh.+
6 It-tined tal-ħallelin huma bla inkwiet,+
U dawk li jgħaddbu lil Alla għandhom is-sigurtà
Li jkollu min iġorr xi alla f’idu.+
7 Madankollu, staqsi, jekk jogħġbok, lill-annimali domestiċi, u jgħallmuk;+
Ukoll lill-ħlejjaq bil-ġwienaħ tas-smewwiet, u jgħidulek.+
9 Min fost dawn kollha ma jafx tajjeb
Li id Ġeħova għamlitu dan,+
10 Li f’idu qiegħda ruħ+ il-ħajjin kollha
U l-ispirtu tal-laħam kollu tal-bniedem?+
16 Fih hemm is-saħħa u l-għaqal;*+
Tiegħu huma min jagħmel xi żball u min jiżvija lil ħaddieħor;+
17 Hu jibgħat ħafjin lill-kunsillieri,+
U jġiegħel lill-imħallfin jiġġennu.
19 Iġiegħel lill-qassisin jimxu ħafjin,+
U jniżżel minn posthom lis-setgħanin;+
20 Jagħlaq ħalq il-persuni taʼ fiduċja,
U lix-xjuħ jiħdilhom l-abbiltà li jkunu sensibbli;
21 Isawwab id-disprezz fuq in-nobbli,+
U jdgħajjef il-ħżiem tas-setgħanin;
22 Jikxef minn ġod-dlam affarijiet profondi,+
U jitfaʼ d-dawl fuq postijiet mudlama;
23 Ikabbar il-ġnus, sabiex jeqridhom;+
Jifrex il-ġnus, sabiex ixejjinhom;
24 Ineħħi l-għaqal tal-kapijiet tan-nies tal-pajjiż,
Sabiex iġerrihom ’l hemm u ’l hawn f’post vojt,+ fejn m’hemmx toroq.
13 “Ara! Dan kollu raw għajnejja,
Semgħuh u fehmuh widnejja.
3 Madankollu, jien, min-naħa tiegħi, nixtieq inkellem lil Dak li Jistaʼ Kollox innifsu,+
U l-għaxqa tiegħi hi li nargumenta m’Alla.
6 Isimgħu, jekk jogħġobkom, it-tweġiba tiegħi għall-argumenti tagħkom,+
U oqogħdu attenti għat-talb bil-ħniena taʼ xofftejja.
Jekk bil-moħbi tipprovaw turu parzjalità;+
11 Ma ġġegħelkomx tinħasdu bil-biżaʼ d-dinjità tiegħu,
U ma jaqax fuqkom it-tkexkix minnu?+
12 Il-qwiel għorrief tagħkom huma proverbji bla siwi bħall-irmied;
It-tarki tagħkom huma tarki tat-tafal.+
13 Ibqgħu siekta quddiemi, biex nitkellem jien stess.
Imbagħad ħa jiġrili li jrid!
18 Ara! Jekk jogħġobkom, jien ippreżentajt kawża taʼ ġustizzja;+
Naf tajjeb li jien innifsi għandi raġun.
20 Biss żewġ affarijiet tagħmillix;
F’dak il-każ ma ninħebiex minn quddiemek;+
21 Biegħed idek minn fuqi,
U l-biżaʼ minnek—jalla ma jwerwirnix.+
22 Jew int issejjaħ, u jien inwieġbek;
Jew inkella jien nitkellem, u int twiġibni.
23 Jien b’liema mod għandi ħtijiet u dnubiet?
Ġegħelni nagħraf l-irvell tiegħi u d-dnub tiegħi.
25 Se ġġegħelha tirtogħod int werqa misjuqa ’l hemm u ’l hawn mir-riħ,
Jew se tibqaʼ int tiġri wara t-tiben* niexef?
26 Għax int tibqaʼ tikteb kontrija affarijiet taʼ mrar+
U ġġegħelni nbati l-konsegwenzi taʼ l-iżbalji taʼ żgħożiti.+
27 Int iżżommli saqajja fil-qjud,+
U tgħasses il-passaġġi kollha tiegħi;
Għal qiegħ saqajja int timmarkali linja.
L-għadd tax-xhur tiegħu qiegħed f’idejk;
Digriet għalih għamilt int sabiex hu ma jaqbżux.
6 Warrab ħarstek minn fuqu sabiex ikollu l-mistrieħ,+
Sakemm isib l-għaxqa fil-jum tiegħu bħalma jagħmel ħaddiem mikri.
8 Jekk l-għerq tagħha jixjieħ fl-art
U z-zokk tagħha jmut fit-trab,
U tnissel fergħa bħal xitla ġdida.+
10 Imma raġel b’saħħtu jmut u jimtedd mirbuħ;
U bniedem taʼ l-art jieħu l-aħħar nifs, u fejn ikun?+
12 Il-bniedem ukoll ikollu jimtedd u ma jqumx.+
Sakemm is-sema ma jkunx iktar ma jqumux,+
Lanqas ma jitqajmu mill-irqad tagħhom.+
13 O li fil-Qabar* kont taħbini,+
Li kont iżżommni fil-moħbi sakemm tibred ir-rabja tiegħek,
Li kont tistabbilixxi limitu taʼ żmien+ għalija u tiftakar fija!+
14 Jekk raġel b’saħħtu jmut jistaʼ jerġaʼ jgħix?+
Il-jiem kollha tal-jasar* tiegħi se nistenna,+
Sakemm jiġi s-serħan tiegħi.+
18 Madankollu, muntanja, jekk taqaʼ, tiġi fix-xejn,
U saħansitra blata se tiġi mċaqalqa minn postha.
19 L-ilma jiekol saħansitra l-ġebel;
Il-gliegel tiegħu jġorru t-trab taʼ l-art.
Hekk qridtha int it-tama taʼ bniedem mortali.
20 Int tegħlbu għal dejjem, u b’hekk hu jitlaq ’l hemm;+
Int qed tisfiguralu wiċċu sabiex tibagħtu lil hinn.
22 Huwa biss waqt li għad għandu ġisem tal-laħam li se jibqaʼ muġugħ,
U ruħu stess, waqt li għadu ħaj, tibqaʼ titnikket.”
15 U Elifaż it-Temani wieġeb u qal:
2 “Iwieġeb l-għaref b’għarfien fieragħ,+
Jew jimla żaqqu bir-riħ mil-lvant?+
3 Li sempliċement twiddeb b’kelma ma jkun jiswa xejn,
U sempliċi kliem biss ma jkun t’ebda benefiċċju.
4 Madankollu, int innifsek iġġiegħel li l-biżaʼ minn Alla ma jkollu ebda forza,
U tnaqqas il-meditazzjoni sinċiera dwar Alla.
5 Għax l-iżball tiegħek iħarreġ lil fommok,
U int tagħżel ilsien in-nies li jilħqilhom.
10 Fostna hemm kemm dak taʼ xagħru griż u kemm dak imdaħħal fiż-żmien,+
Huma akbar minn missierek fiż-żmien.
11 M’hijiex biżżejjed għalik il-konsolazzjoni t’Alla,
Jew kelma li tingħadlek b’mod ġentili?
12 Għala tħalli lil qalbek tiġri bik,
U għala tberraq għajnejk?
13 Għax int iddawwar l-ispirtu tiegħek kontra Alla nnifsu,
U int ġegħelt li l-kliem joħroġ minn fommok stess.
15 Ara! Fil-qaddisin tiegħu m’għandu ebda fidi,+
U s-smewwiet infushom, fil-fatt, m’humiex nodfa f’għajnejh.+
16 Kemm inqas ikun hekk meta xi ħadd ikun mistkerrah u korrott,+
Raġel li jixrob l-inġustizzja bħall-ilma!
17 Dan se niddikjarah lilek. Agħtini widen!+
Rajt saħansitra dan, u għalhekk ħa nirrakkonta,
U li ma ħbewhx, peress li ġie mingħand missirijiethom.
19 Lilhom biss ngħatat l-art,
U ebda stranġier m’għadda minn ġo nofshom.
20 Bniedem mill-agħar isofri t-torturi tul jiemu kollha,
Saħansitra s-snin magħdudin li ġew merfugħin għat-tirann.
25 Peress li jmidd idu kontra Alla nnifsu,
U jipprova juri li hu superjuri għal Dak li Jistaʼ Kollox;+
26 Peress li b’ras iebsa jiġri kontrih,
Bit-tarki ħoxnin tiegħu;
27 Peress li jiksi wiċċu bis-simna tiegħu
U jqiegħed ix-xaħam fuq ġenbejh,+
28 Hu jgħammar fi bliet li jridu jitqaċċtu darba għal dejjem;
Fi djar li n-nies ma jibqgħux jgħammru fihom,
Li żgur se jispiċċaw li jsiru gzuz taʼ ġebel.
31 Ħa ma jpoġġix il-fidi tiegħu fil-frugħa, u jiġi żvijat,
Għax sempliċi frugħa se jieħu bi tpartit;
32 Qabel żmienu se titwettaq din.
U r-rimja tiegħu ma tħaddarx.+
33 Bħal dielja jarmi l-għeneb mhux misjur tiegħu,
U bħal siġra taż-żebbuġ iwaqqaʼ l-inwar tiegħu.
16 U Ġob wieġeb u qal:
2 “Smajt ħafna affarijiet bħal dawn.
Intom ilkoll farraġa li taqilgħu l-inkwiet!+
4 Jien stess ukoll kont naf nitkellem bħalkom.
Kieku ruħkom kienet flok ruħi,
Kont nibbrilla fil-kliem kontrikom,+
U kont inxengel rasi kontrikom?+
6 Jekk nitkellem, l-uġigħ tiegħi ma jittaffiex,+
U jekk nieqaf nagħmel hekk, kemm se jonqos l-uġigħ?
9 Ir-rabja t’Alla tbiċċirni, u hu jobgħodni.+
Hu jgħażżaż snienu għalija.+
L-avversarju tiegħi jberraq għajnejh kontrija.+
12 Kont qed ngħix komdu, imma hu heżżiżni;+
U ħatafni mill-kozz t’għonqi u farrakni,
U jagħmilni l-mira tiegħu.
13 L-arċieri tiegħu+ jdawruni;
Hu jiftaħ beraħ il-kliewi tiegħi+ u ma jħoss ebda mogħdrija;
Isawwab fl-art il-marrara tiegħi.
U fuq xfar għajnejja hemm dlam ċappa,+
17 Għalkemm m’hemm ebda vjolenza f’idejja,
U t-talba tiegħi hi safja.+
19 Issa wkoll, ara, fis-smewwiet hemm wieħed li qed jixhed dwari,
U x-xhud tiegħi qiegħed fl-għoli.+
21 U d-deċiżjoni trid tittieħed bejn raġel b’saħħtu u Alla,
L-istess bħal dik bejn bin il-bniedem u sieħbu.+
3 Jekk jogħġbok, aġixxi b’mod li jiggarantixxi l-ġid tiegħi.+
Min hemm iktar li jiħodli b’idejja+ b’garanzija?
8 Ir-retti jistagħġbu u jiċċassaw b’dan,
U saħansitra l-innoċenti jħossu mbaqbaq minħabba l-bniedem apostata.
10 Madankollu, erġgħu ibdew ilkoll kemm intom. Għalhekk, ejjew, jekk jogħġobkom,
Għax lil ħadd ma nsib għaref fostkom.+
18 U Bildad is-Suħi wieġeb u qal:
2 “Kemm se ddumu* ma tieqfu titkellmu?
Għandkom tifhmu, sabiex imbagħad nitkellmu aħna.
4 Hu qed iqattaʼ biċċiet lil ruħu fir-rabja tiegħu.
Se tiġi l-art abbandunata minħabba fik,
Jew blata se tiċċaqlaq minn postha?
10 Hemm ħabel moħbi fl-art għalih,
U trabokk fil-mogħdija tiegħu.
13 L-iben il-kbir tal-mewt jikollu l-bċejjeċ taʼ ġildu;
Jikollu riġlejh u dirgħajh.
15 Fit-tinda tiegħu tgħammar xi ħaġa li mhix tiegħu;
Fuq il-post tiegħu fejn jgħammar jitferrex il-kubrit.+
18 Jimbottawh ’il barra mid-dawl għal ġod-dlam,
U jkeċċuh mill-art produttiva.
19 Ma jkollu ebda dixxendent u ebda nisel fost il-poplu tiegħu,+
U ma jkun hemm ħadd li jibqaʼ ħaj fil-post tiegħu fejn jgħix bħala barrani.
20 Fi żmienu n-nies tal-Punent jistagħġbu u jiċċassaw,
U n-nies tal-Lvant jaqbadhom it-tkexkix.
21 Hekk jiġrilha d-dar taʼ min jagħmel il-ħażin,
U dan hu l-post taʼ min ma jagħrafx lil Alla.”
5 Jekk, fil-fatt, titkabbru kontrija,+
U turu li jistħoqqli l-għajb tiegħi,+
6 Kunu afu, mela, li hu Alla li żvijani,
U x-xibka tal-kaċċa tiegħu għalaqha fuqi.+
7 Ara! Nibqaʼ ngħajjat, ‘Vjolenza!’ imma ħadd ma jwieġeb;+
Nibqaʼ ngħajjat għall-għajnuna, imma m’hemmx ġustizzja.+
8 Il-passaġġ tiegħi għalqu b’ħajt tal-ġebel,+ u ma nistax ngħaddi;
U fuq triqati jqiegħed id-dlam.+
10 Iġarrafni minn kull naħa, u ngħosfor;
U jaqlagħli bħal siġra t-tama tiegħi.
12 Ngħaqdu flimkien it-truppi tiegħu biex jiġu u jibnu triqithom kontrija,+
U jikkampjaw madwar it-tinda tiegħi.
14 Il-ħbieb intimi tiegħi m’għadhomx jeżistu,+
U dawk li nafhom sew insewni,
15 Dawk li qed jgħixu bħala barranin f’dari;+ u l-ilsiera nisa tiegħi jgħodduni bħala stranġier;
Barrani sirt f’għajnejhom.
16 Insejjaħ lill-qaddej tiegħi, imma ma jwiġibx.
B’fommi nibqaʼ nitolbu bil-ħniena biex jagħdirni.
23 O li kieku kellu jinkiteb issa kliemi!
O li kieku kellu jitniżżel fi ktieb!
26 U wara li qaxxruli ġildi,—dan!
Għalkemm laħmi ġie fix-xejn, jien se narah lil Alla,
27 Li lilu jien se nara personalment.+
Għajnejja, u mhux għajnejn xi stranġier, se jaraw lil Alla.
Il-kliewi tiegħi ddgħajfu ġo fija.
Għax is-sejf ifisser korla kontra l-iżbalji,
Sabiex tkunu tafu li hemm imħallef.”+
20 U Sofar in-Nagħmati wieġeb u qal:
2 “Għalhekk, iwiġbuni ħsibijieti li jinkwetawni,
Saħansitra minħabba l-ansjetà taʼ ġo fija.
3 Twiddiba insolenti nismaʼ;
U jwiġibni bi spirtu mingħajr l-abbiltà li nifhem li għandi jien.
4 Minn dejjem kont tafha int din il-ħaġa,
Mindu tqiegħed il-bniedem fuq l-art,+
5 Li l-għajta ferriħija tan-nies mill-agħar hi qasira+
U li l-hena taʼ bniedem apostata hu għal mument?
6 Għalkemm l-eċċellenza tiegħu titlaʼ fis-sema+
U rasu tmiss is-sħab,
7 Bħall-ħmieġ tiegħu hu jgħib għal dejjem;+
Dawk li jarawh jgħidu, ‘Fejn hu?’+
10 Uliedu stess ifittxu l-ħniena mingħand il-batuti,
U idejh stess iroddu l-affarijiet taʼ valur tiegħu.+
12 Jekk dak li hu ħażin itiegħem ħelu f’ħalqu,
Jekk hu jġiegħlu jinħall taħt ilsienu,
13 Jekk jieħu gost bih u ma jitilqux,
U jekk jibqaʼ jżommu f’nofs ħalqu,
14 L-ikel tiegħu jinbidel ġo msarnu;
Velenu tal-kobri jkun ġo fih.
15 Jiblaʼ l-għana, imma jaqilgħu;
Alla joħroġhulu minn ġo żaqqu.
18 Hu jagħti lura l-proprjetà tiegħu li jkun kiseb u ma jiblagħhiex;
Bħall-għana min-negozju tiegħu, imma ma jgawdihx.+
21 Ma baqagħlu xejn x’jiblaʼ;
Huwa għalhekk li l-kundizzjoni tajba tiegħu ma tibqax.
22 Waqt li l-abbundanza tiegħu tkun fl-aqwa tagħha hu jħossu ansjuż;+
Bil-qawwa kollha l-għawġ jiġi fuqu.
23 Ħa jseħħ li, biex jimlielu żaqqu,
Alla jibgħat ir-rabja taħraq tiegħu fuqu+
U jibgħatha bħal xita fuqu, għal ġo msarnu.
25 Vleġġa tibqaʼ ħierġa minn ġo dahru,
U arma tleqq tibqaʼ ħierġa minn ġol-marrara tiegħu;+
Oġġetti tal-biżaʼ jiġu kontrih.+
26 Id-dlam kollu jkun merfugħ għall-affarijiet prezzjużi tiegħu;
Nar li ħadd ma rewwaħlu jibilgħu;+
Jaħbatlu ħażin min jibqaʼ fit-tinda tiegħu.
29 Dan hu sehem il-bniedem mill-agħar mingħand Alla,+
Saħansitra l-wirt mistqarr tiegħu mingħand Alla.”
21 U Ġob wieġeb u qal:
2 “Agħtuni widen u oqogħdu attenti għal kelmti,
U ħa tkun din il-konsolazzjoni tagħkom.
4 U jien lil xi bniedem nesprimih l-inkwiet tiegħi?
Jew l-ispirtu tiegħi għala ma jsirx bla paċenzja?
6 Jekk niftakar, nitħawwad,
Taqbadni rogħda maʼ ġismi kollu.
8 Nisilhom hu stabbilit fis-sod magħhom u quddiemhom,
U d-dixxendenti tagħhom quddiem għajnejhom.
11 Iħallu lit-tfal tagħhom joħorġu barra bħal merħla,
U wliedhom imorru jaqbżu ’l hemm u ’l hawn.
16 Ara! Il-kundizzjoni tajba tagħhom m’hijiex f’idejhom.+
Il-parir tal-ħżiena żammejtu ’l bogħod minni.+
17 Kemm-il darba jintefa l-musbieħ tan-nies mill-agħar,+
U jiġi fuqhom id-diżastru tagħhom?
Kemm-il darba fir-rabja tiegħu Alla jibgħat il-qerda?+
19 Alla jaħżen il-ħsara taʼ bniedem għal uliedu stess;+
Hu jagħtih ħlasu sabiex ikun konxju taʼ dan.+
23 Bniedem imut meta ma jkun jonqsu assolutament xejn,+
Meta ma jkollu inkwiet taʼ xejn u jkun komdu;
24 Meta koxxtejh ikunu mimlijin xaħam
U l-mudullun t’għadmu jkun tari.
28 Għax intom tgħidu, ‘Fejn hi dar in-nobbli,
U fejn hi t-tinda, il-post fejn jgħammru l-ħżiena?’+
29 Ma staqsejtuhomx lil dawk li jkunu fit-toroq qed jivvjaġġaw?
Ma tifluhomx sew is-sinjali tagħhom,
30 Li f’jum id-diżastru bniedem mill-agħar jiġi skansat,+
F’jum il-qilla jiġi meħlus?
33 Għalih ikunu pjaċevoli ċ-ċapep tal-ħamrija tal-wied,+
U warajh ikaxkar il-bnedmin kollha,+
U dawk taʼ qablu kienu bla għadd.
34 Għalhekk, kemm hu għalxejn li qed tipprovaw tfarrġuni!+
Fit-tweġibiet tagħkom ma baqax ħlief nuqqas taʼ fedeltà.”
22 U Elifaż it-Temani wieġeb u qal:
2 “Jistaʼ raġel b’saħħtu jkun utli għal Alla,+
Li xi ħadd li għandu d-dehen ikun utli għalih?
3 Se jitgħaxxaq Dak li Jistaʼ Kollox għax int ġust,+
Jew jikseb xi ħaġa għax int tagħmel triqtek bla ħtija?+
6 Għax int tieħu rahan mingħand ħutek għalxejn b’xejn,+
U tneżżaʼ saħansitra lill-għarwenin minn ilbieshom.
8 Inkwantu għal bniedem taʼ saħħa, l-art hi tiegħu,+
U dak li miegħu tintwera l-parzjalità jgħammar fiha.
10 Huwa għalhekk li madwarek hemm l-imnasab taʼ l-għasafar,+
U l-biżaʼ li jiġi f’daqqa waħda jħawdek;
11 Jew id-dlam, u b’hekk ma tkunx tistaʼ tara,
U għargħar taʼ ilma jiksik.
13 U madankollu int għedt: ‘X’jaf Alla?
Jistaʼ jiġġudika minn ġod-dlam ċappa?
14 Is-sħab jgħattih, u b’hekk ma jarax,
U fuq il-ħnejja tas-sema jippassiġġa.’
15 Trid int tibqaʼ fl-istess triq taʼ żmien twil ilu
Li minnha għaddew in-nies ħżiena,
16 Nies li nħatfu qabel żmienhom,+
Li s-sisien tagħhom+ jinġarru lil hinn bħal xmara,
17 U li qed jgħidu lill-Alla l-veru: ‘Tbiegħed minna!+
X’jistaʼ jwettaq kontrina Dak li Jistaʼ Kollox?’
19 In-nies sewwa jaraw il-qerda tagħhom u jithennew,+
U l-innoċenti jiddieħaq bihom:
20 ‘Verament, l-avversarji tagħna tqaċċtu darba għal dejjem;
U dak li jibqaʼ minnhom jieklu n-nar.’
21 Sir af lil Alla, jekk jogħġbok, u żomm il-paċi miegħu;
B’hekk affarijiet tajbin ikollok.
23 Jekk terġaʼ lura lejn Dak li Jistaʼ Kollox,+ int tinbena;
Jekk iżżomm l-inġustizzja ’l bogħod mit-tinda tiegħek,
24 U jekk fit-trab tqiegħed il-metall prezzjuż mhux maħdum
U d-deheb t’Ofir+ fil-blat tal-widien,
25 Dak li Jistaʼ Kollox tabilħaqq isir għalik bħall-metalli prezzjużi mhux maħdumin,
U bħall-ifjen fidda għalik.+
23 U Ġob wieġeb u qal:
2 “Saħansitra llum it-tħassib tiegħi+ hu ribelljoni;
Idi tqalet minħabba t-tnehid tiegħi.
4 Kont nippreżenta quddiemu kawża taʼ ġustizzja,
U fommi kont nimlieh bi tweġibiet għall-argumenti tiegħu;
5 Kont nifhem il-kliem li jwiġibni bih,
U kont inqis dak li jgħidli.+
7 Hemmhekk ir-rett jirranġa l-kwistjonijiet miegħu,
U kont ninħeles għal dejjem mill-imħallef tiegħi.
8 Ara! Immur lejn il-lvant, u ma jkunx hemm;
U nerġaʼ lura, u ma nkunx nistaʼ nagħrfu;+
9 Immur lejn ix-xellug fejn ikun qed jaħdem, imma ma nistax nilmħu;
Idur lejn il-lemin, imma ma narahx.
12 Mill-kmandament taʼ xofftejh ma nitbigħedx.+
Għożżejt dak li qal fommu+ iktar minn dak li hu jeħtieġ minni.
17 Għax jien ma ġejtx imsikket minħabba d-dlam,
Lanqas għaliex is-swidija għattietli wiċċi.
24 “Għala ż-żminijiet ma ġewx stabbiliti minn Dak li Jistaʼ Kollox,+
U dawk li jafuh ma rawhomx jiemu?+
5 Ara! Bħaż-żebri+ fix-xagħri
Joħorġu fuq xogħolhom, ifittxu l-ikel.
Il-pjanura tad-deżert tagħti lil kull wieħed ħobż għal uliedu.
6 Fl-għalqa jaħsdu l-għalf tagħha,
U l-qasam tad-dwieli tal-ħażin iħarbtuh malajr.
8 Maltempata tax-xita mill-muntanji xxarrabhom għasra,
U għaliex m’hemmx kenn+ ikollhom jitgeddsu maʼ blata.
9 Il-ħżiena jaħtfu tifel bla missier saħansitra minn sider ommu,+
U jieħdu bħala rahan dak li jkollu fuqu l-magħkus.+
10 Il-magħkusin għarwenin ikollhom jiġġerrew mingħajr ħwejjeġ,
U, bil-ġuħ, ikollhom iġorru s-sbul maħsud.+
11 Bejn il-ħitan t’għelieqi mtarrġin jgħaddu l-ħin taʼ nofsinhar;
Ikollhom jagħsru l-għeneb fl-imgħasar taʼ l-inbid, u madankollu jkunu bil-għatx.+
12 Minn ġol-belt ħiereġ il-krib taʼ dawk li qed imutu,
U ruħ dawk feruti għall-mewt tgħajjat għall-għajnuna;+
U Alla dan ma jqisux bħala xi ħaġa mhix xierqa.+
13 Inkwantu għall-ħżiena, dawn kienu fost ir-ribelli kontra d-dawl;+
M’għarfux il-mogħdijiet tiegħu,
U m’għammrux fi triqatu.
15 Għajn l-adulteru+ tgħasses għad-dlam taʼ fil-għaxija,+
U tgħid, ‘Ebda għajn ma tarani!’+
U jqiegħed għata fuq wiċċu.
16 Fid-dlam il-ħallelin iħaffru toqba fil-ħitan tad-djar;
Bi nhar jibqgħu maqfulin ġewwa.
Ma jafux x’inhu d-dawl tal-jum.+
17 Għax għalihom fil-għodu hu l-istess bħad-dlam ċappa,+
Għax jafu x’inhu t-twerwir għal għarrieda tad-dlam ċappa.
18 Huma ħfief fuq wiċċ l-ilmijiet.
Il-medda art tagħhom tkun misħuta fuq l-art.+
Ma jdurux lejn l-oqsma tad-dwieli.
19 In-nixfa kif ukoll is-sħana jixorbu l-ilmijiet tal-borra;
20 Il-ġuf jinsiehom, id-dud jikolhom ħelu ħelu,+
Ma jiftakrux fihom iżjed.+
L-inġustizzja titkisser bħal siġra.+
22 Alla jkaxkar lin-nies b’saħħithom bil-qawwa tiegħu;
Il-midinbin iqumu u ma jkunux żguri minn ħajjithom.
24 Jogħlew għal ftit, imbagħad ma jkunux iktar,+
U jiġu mbaxxijin;+ bħal kulħadd jitqaċċtu,
U bħar-ras taʼ sbula jinqatgħu.
25 Għalhekk, issa, min jistaʼ joħroġni taʼ giddieb
Jew iġib kelmti fix-xejn?”
25 U Bildad+ is-Suħi wieġeb u qal:
2 “Il-ħakma u l-biżaʼ huma għand Alla;+
Hu jżomm is-sliem fil-postijiet għoljin tiegħu.
3 Jistgħu jingħaddu t-truppi tiegħu?
U fuq min ma jitlax id-dawl tiegħu?
4 Mela, kif jistaʼ bniedem mortali jkun fis-sewwa quddiem Alla,+
Jew kif jistaʼ wieħed imwieled minn mara jkun nadif?+
5 Ara! Hemm saħansitra l-qamar, u ma jiddix;
U l-kwiekeb m’humiex nodfa f’għajnejh.
26 U Ġob wieġeb u qal:
2 “O x’għajnuna kont int għal min m’għandux qawwa!
O kif salvajt driegħ li m’għandux saħħa!+
4 Lil min għedtu l-kliem,
U n-nifs taʼ min ħareġ minnek?
7 Hu qed jifrex it-tramuntana fuq il-vojt,+
Idendel l-art fuq ix-xejn;
8 Igeżwer l-ilmijiet fis-sħab tiegħu,+
U b’hekk is-sħab oħxon ma jinfaqax bihom;
9 Jiksi wiċċ it-tron,
Jifrex fuqu s-sħaba tiegħu.+
11 Il-kolonni tas-sema jitheżżu,
U jibqgħu mgħaġġbin minħabba ċ-ċanfira tiegħu.
12 Bil-qawwa tiegħu jqanqal il-baħar,+
U bl-abbiltà tiegħu li jifhem ifarrak+ lil bniedem vjolenti.+
14 Ara! Dawn m’humiex ħlief it-trufijiet taʼ triqatu,+
U kemm hu ftit dak li nisimgħu dwaru!
Imma r-ragħad setgħan tiegħu min jistaʼ jifhmu?”+
27 U Ġob reġaʼ lissen il-kliem t’għerf tiegħu+ u ssokta jgħid:
2 “Daqskemm hu ħaj Alla,+ li ċaħħadni mill-ħaqq,+
U daqskemm hu ħaj Dak li Jistaʼ Kollox, li mlieli ruħi bl-imrar,+
3 Waqt li nifsi għadu kollu ġo fija,
U l-ispirtu t’Alla qiegħed fi mnifsejja,+
4 Xofftejja ma jlissnu ebda inġustizzja
U minn ilsieni ma joħroġ ebda qerq!
5 Lanqas biss jgħaddili minn moħħi li niddikjara li intom nies sewwa!+
Sakemm nieħu l-aħħar nifs ma nwarrabx minni l-integrità tiegħi!+
10 Jew isib hu l-għaxqa kbira tiegħu f’Dak li Jistaʼ Kollox?
Isejjaħ hu lil Alla f’kull żmien?
13 Dan hu sehem il-bniedem mill-agħar mingħand Alla;+
U l-wirt tat-tiranni jirċievi mingħand Dak li Jistaʼ Kollox.
16 Jekk igeddes il-fidda bħat-trab,
U jħejji l-ilbiesi daqs it-tafal,
17 Iħejji, iva, hu, imma l-ġust ikun dak li jilbishom,+
U l-innoċenti jkun dak li jkollu sehem mill-fidda.
28 “Tabilħaqq, jeżisti post fejn tinstab il-fidda
U post għad-deheb li jsaffu;+
2 Il-ħadid jittieħed mit-trab+
U r-ram aħmar mill-ġebel jitferraʼ.
3 Il-bniedem stabbilixxa tmiem għad-dlam;
U sa kull limitu jfittex+
Ġebel fis-swidija u fid-dlam ċappa.
4 Iħaffer mina ’l bogħod minfejn in-nies jgħammru bħala barranin,+
Postijiet minsijin ’il bogħod minn sieq il-bniedem;
Xi wħud mill-bnedmin mortali jiddendlu, jitbandlu.
5 Inkwantu għall-art, minnha joħroġ l-ikel;+
Imma minn taħt tiġi maqluba taʼ taħt fuq bħallikieku bin-nar.
8 Il-bhejjem salvaġġi ma jirfsux fuqha;
L-iljun b’saħħtu ma jgħaddix minnha.
9 Fuq iż-żnied joħroġ idu;
Jaqleb sa mill-qiegħ il-muntanji;
10 Fil-blat iħaffer mini li minnhom jgħaddi l-ilma,+
U jaraw għajnejh l-affarijiet prezzjużi kollha.
11 Il-postijiet li minnhom inixxu x-xmajjar itellgħalhom ilqugħ,+
U l-ħaġa moħbija joħroġha għad-dawl.
17 Id-deheb u l-ħġieġ ma jistgħux jitqabblu miegħu,
Lanqas kwalunkwe reċipjent taʼ deheb imsoffi ma jinbidel miegħu.
18 Il-qroll+ u l-kristall ma jistgħux jitqabblu miegħu,
Imma xkora mimlija għerf tiswa iktar minn waħda mimlija perli.+
19 It-topazju+ taʼ Kus ma jistax jitqabbel miegħu;
Ma jistax jitħallas saħansitra b’deheb mill-iktar safi.
21 Ġie moħbi saħansitra minn għajnejn il-ħajjin kollha,+
U hu mistur għall-ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet.
22 Il-qerda u l-mewt qalu,
‘B’widnejna stess smajna aħbar dwaru.’
23 Alla hu li jifhem triq l-għerf,+
U hu jagħraf post l-għerf,
24 Għax hu jħares lejn truf l-art;+
Jara taħt is-smewwiet kollha,
25 Biex jagħti l-qawwa lir-riħ,+
Waqt li hu jqassam l-ilmijiet bil-qjies;+
26 Meta għamel regolament għax-xita,+
U triq għas-sħaba li ġġib maltempata bir-ragħad,
27 Imbagħad ra l-għerf u tkellem dwaru;
Ħejjieh u għarblu bir-reqqa wkoll.
28 U ssokta jgħid lill-bniedem,
‘Ara! Il-biżaʼ taʼ Ġeħova—dak hu l-għerf,+
U li titbiegħed mill-ħażen hi l-abbiltà li tifhem.’”+
29 U Ġob reġaʼ lissen il-kliem t’għerf tiegħu u ssokta jgħid:
2 “Mhux li kont bħal fix-xhur qamrin taʼ żmien twil ilu,+
Bħal fil-jiem meta Alla kien iħarisni;+
3 Meta ġiegħel il-musbieħ tiegħu jiddi fuq rasi,
Meta kont nimxi fid-dlam bid-dawl tiegħu;+
4 Bħalma kont inkun f’jiem żgħożiti,+
Meta Alla kien ħabib intimu tiegħi u kien fit-tinda tiegħi;+
5 Meta Dak li Jistaʼ Kollox kien għadu miegħi,
Meta kont imdawwar bil-qaddejja kollha tiegħi!
6 Meta kont naħsel saqajja fil-baqta,
U l-blata kienet issawwabli gliegel taʼ żejt;+
7 Meta kont noħroġ lejn bieb il-belt,+
Fil-pjazza kont nipprepara fejn noqgħod bil-qiegħda!+
8 Is-subien kienu jarawni u jinħbew,
U saħansitra dawk imdaħħlin fiż-żmien kienu jqumu, joqogħdu bil-wieqfa.+
11 Għax il-widna kienet tismagħni u kienet tgħid li jien hieni,
U l-għajn kienet tarani u tixhed għalija.
12 Għax kont neħles lill-magħkus li kien jgħajjat għall-għajnuna,+
U lit-tifel bla missier u lil kulmin ma kellux min jgħinu.+
14 Is-sewwa kont nilbes, u dan kien ilibbisni.+
Il-ġustizzja tiegħi kienet bħal libsa bla kmiem—u turbant.
17 Lil min jagħmel il-ħażin kont inkissirlu l-għadam tax-xedaq,+
U minn bejn snienu naħtaflu l-priża.
20 Il-glorja tiegħi tiġġedded miegħi,
U l-qaws tiegħi f’idi nisparah darba wara l-oħra.’
23 Kienu jistennewni bħalma jistennew ix-xita,+
U ħalqhom kienu jiftħuh beraħ għax-xita tar-rebbiegħa.+
25 Kont nagħżlilhom it-triq u noqgħod bil-qiegħda bħala kap;
U għammart bħala sultan fost it-truppi tiegħu,+
Bħal wieħed li jfarraġ lill-imnikktin.+
30 “Imma issa jiddieħqu bija,+
Dawk li huma iżgħar minni fil-jiem,+
Li lil missirijiethom ma kontx inħallihom
Joqogħdu mal-klieb tal-merħla tiegħi.
3 Minħabba l-għaks u l-ġuħ huma bla ħajja,
Igerrmu reġjun bla ilma,+
Fejn il-bieraħ kien hemm maltempata u ħerba.
4 Kienu qed jaqtgħu l-ħaxixa mielħa minn qalb is-siġar,
U għerq is-siġar tal-ġummar kien l-ikel tagħhom.
7 Qalb is-siġar kienu jgħajtu;
Taħt il-ħurrieq kienu jitgeddsu flimkien.
8 Ulied il-bniedem bla sens,+ kif ukoll ulied il-bniedem bla isem,
Dawn tkeċċew bis-swat mill-pajjiż.
11 Għax Hu ħall il-korda tal-qaws tiegħi u umiljani,
U huma kienu bla rażan fil-mod kif ittrattawni.
12 F’leminti jqumu qishom nisel mill-agħar;
Ħallewni mmur,
Imma waqqfu kontrija l-ostakli diżastrużi tagħhom.+
14 Qishom minn ġo fetħa wiesgħa fil-ħajt ġew;
F’maltempata baqgħu mexjin ’il quddiem.
15 Twerwir għal għarrieda ddawwar għal fuqi;
L-imġiba nobbli tiegħi titkeċċa bħallikieku mir-riħ,
U s-salvazzjoni tiegħi għaddiet bħalma tgħaddi sħaba.
18 Bl-abbundanza tal-qawwa l-libsa tiegħi tinbidel;
Bħall-għonq tal-libsa twila tiegħi tħażżimni.
19 Hu jniżżilni fit-tafal,
U b’hekk nidher bħat-trab u l-irmied.
22 Tgħollini mar-riħ, iġġegħelni nirkeb fuqu;
Imbagħad iġġibni fix-xejn b’tisbita.
23 Għax jien naf tajjeb li lejn il-mewt iġġegħelni ndur lura,+
U lejn id-dar fejn jiltaqgħu l-ħajjin kollha.
24 Biss ħadd ma jagħti d-daqqa tal-mewt lil sempliċi gozz ħerba,+
Lanqas matul is-sofferenza tiegħu ma jkun hemm min jgħajjat għall-għajnuna għan-nom tiegħu.
27 Imsarni bdew ibaqbqu u ma qagħdux kwieti;
Jiem mimlijin sofferenza ġew quddiem wiċċi.
28 B’qalbi sewda+ mxejt ’l hemm u ’l hawn meta ma kienx hemm dawl tax-xemx;
Qomt fil-ġemgħa; bqajt ngħajjat għall-għajnuna.
31 L-arpa tiegħi kienet biss għan-niket,
U l-fifra tiegħi għal-leħen tal-bekkejja.
5 Jekk nimxi maʼ dawk li ma jgħidux il-verità,+
U sieqi tħaffef lejn il-qerq,+
6 Alla jiżinni f’miżien eżatt+
U jagħraf l-integrità tiegħi.+
7 Jekk il-passi tiegħi jiżvijaw mit-triq,+
Jew qalbi timxi sempliċement wara għajnejja,+
Jew xi difett jeħel mal-pali taʼ idejja,+
8 Ħa niżraʼ jien u ħaddieħor jiekol,+
U ħa jitqaċċtu mill-għeruq id-dixxendenti tiegħi.
9 Jekk qalbi nġibdet lejn xi mara,+
U qgħadt nistenna+ wara bieb sieħbi,
10 Ħa titħan marti għal raġel ieħor,
U ħa jmilu fuqha rġiel oħrajn.+
12 Għax dan hu nar li jibqaʼ jiblaʼ sakemm jeqred kollox,+
U l-prodott kollu tiegħi jinqered sa l-għeruq.
13 Jekk irrifjutajt li nimxi bil-ħaqq maʼ l-ilsir tiegħi
Jew maʼ l-ilsira tiegħi fil-kawża legali tagħhom miegħi,
14 X’nistaʼ nagħmel meta jqum Alla?
U meta jitlob kont minni, x’nistaʼ nwieġbu?+
16 Jekk żammejt lura lill-foqra milli jitgħaxxqu,+
U għajnejn l-armla kont inġegħelhom jiddgħajfu,+
17 U kilt il-loqma tiegħi waħdi,
Waqt li t-tifel bla missier ma kielx minnha+
18 (Għax minn żgħożiti hu kiber miegħi bħallikieku maʼ missier,
U lill-armla sa minn ġuf ommi kont immexxiha);
19 Jekk rajt lil xi ħadd magħkus għax ma kellux x’jilbes,+
Jew li l-fqir ma kellux għata;
U ma ssaħħanx bis-suf imġiżż+ taʼ l-imtaten żgħar tiegħi;
21 Jekk xejjirt idi ’l hemm u ’l hawn kontra t-tifel bla missier,+
Meta kont nara li hemm bżonn l-għajnuna tiegħi fil-bieb,+
22 Ħa tinqalaʼ l-għadma taʼ spallti minn postha,
U ħa jinkiser driegħi mill-għadma taʼ fuq.
23 Għax id-diżastru minn Alla kien taʼ tkexkix għalija,
U kontra d-dinjità tiegħu+ ma stajtx nieqaf.
25 Jekk thennejt għax kelli ħafna proprjetà,+
U għax idi sabet ħafna affarijiet;+
26 Jekk rajt ix-xemx meta tiddi,
Jew il-qamar miexi fid-dija tiegħu,+
27 U qalbi bil-moħbi bdiet tinġibed+
U b’idi tfajtilhom il-bewsa taʼ fommi,
28 Dan ukoll ikun żball li għandhom jiġġudikawh l-imħallfin,
Għax inkun ċħadt lill-Alla l-veru li hu fl-għoli.
29 Jekk fraħt bil-mewt taʼ dak li tant kien jobgħodni,+
Jew ħadt gost bid-deni li ġie fuqu—
30 U jien ma ħallejtx lil fommi jidneb
Billi tlabt għal saħta kontra ruħu.+
31 Jekk in-nies tat-tinda tiegħi ma qalux,
‘Min jistaʼ jġib lil xi ħadd li ma xebax bl-ikel tiegħu?’+—
32 Ħadd mir-residenti barranin ma kien iqattaʼ l-lejl barra;+
Il-bibien taʼ dari żammejthom miftuħin għall-vjaġġatur.
33 Jekk, bħal kwalunkwe bniedem, għattejt in-nuqqasijiet tiegħi+
Billi ħbejt l-iżball tiegħi f’ħobbi—
34 Għaliex folla kbira kienet taħsadni,
Id-disprezz tal-familji kien iwerwirni
U kont nibqaʼ sieket, ma kontx noħroġ mill-bieb ’il barra.
35 Mhux li kelli lil xi ħadd jagħtini widen,+
Li skond il-firma* tiegħi Dak li Jistaʼ Kollox iwiġibni!+
Jew mhux li l-individwu fil-kawża legali miegħi kien kiteb dokument!
36 Żgur li fuq spallti kont inġorru;
Kont indawru miegħi bħal kuruna grandjuża.
38 Jekk kontrija r-rabaʼ tiegħi kellu jgħajjat għall-għajnuna,
U flimkien kellhom jibku r-raddi tiegħu;
39 Jekk il-frott tiegħu kiltu mingħajr flus,+
U ruħ is-sidien tiegħu ġegħeltha tilheġ,+
40 Minflok il-qamħ ħa jinbet ix-xewk,+
U minflok ix-xgħir il-ħaxix ħażin li jinten.”
Hawn jintemm kliem Ġob.
32 Għalhekk, dawn it-tlett irġiel ma wiġbuhx iżjed lil Ġob, għax kien ġust f’għajnejh stess.+ 2 Imma saħnet ir-rabja t’Eliħu, bin Barakel il-Bużi,+ mill-familja taʼ Ram. Kontra Ġob xegħlet ir-rabja tiegħu minħabba li ddikjara lil ruħu ġusta minflok lil Alla.+ 3 Ukoll, ir-rabja tiegħu xegħlet kontra t-tliet sħabu minħabba l-fatt li ma kinux sabu tweġiba imma bdew jgħidu li Alla kien ħati.+ 4 U Eliħu kien stenna lil Ġob jispiċċa, u mbagħad tkellem hu, għaliex huma kienu akbar minnu fl-età.+ 5 U Eliħu ra li ma kien hemm ebda tweġiba minn fomm+ it-tlett irġiel, u r-rabja tiegħu saħnet iktar u iktar. 6 U Eliħu, bin Barakel il-Bużi, wieġeb u qal:
“Żgħir jien fl-età
U intom imdaħħlin fiż-żmien.+
Huwa għalhekk li nġbidt lura u bżajt
Niddikjaralkom l-għarfien tiegħi.
8 Żgur li hu l-ispirtu fil-bnedmin mortali,
In-nifs taʼ Dak li Jistaʼ Kollox li jagħtihom l-abbiltà li jifhmu.+
9 M’humiex dawk li sempliċement għandhom ħafna żmien li huma għorrief,+
Lanqas dawk li sempliċement huma xjuħ li jifhmu fil-ħaqq.+
10 Għalhekk, jien għedt, ‘Ismagħni.
Jien, iva, jien, niddikjara l-għarfien tiegħi.’
11 Ara! Jien qgħadt nistenniekom titkellmu,
Bqajt nagħti widen għall-irraġunar tagħkom,+
Sakemm kontu qed taħsbu x’se tgħidu.
12 U bqajt attent għalikom,
U, ara, m’hemm ħadd li jċanfar lil Ġob,
Ħadd minnkom ma jwieġeb għal dak li qal,
13 Sabiex ma tgħidux, ‘Sibna l-għerf;+
Hu Alla li jċanfru, mhux xi bniedem.’
14 Peress li ma qalx kliem kontrija,
M’iniex se nwieġbu b’dak li għedtu intom.
15 Twerwru, u ma wiġbux iktar;
Naqashom il-kliem.
16 U jien nistenna, għax ma jkomplux jitkellmu;
Għax waqfu, u ma wiġbux iktar.
17 Jien, iva, jien, nagħti t-tweġiba tiegħi;
Jien, iva, jien, niddikjara l-għarfien tiegħi;
18 Għax jien mimli kliem;
L-ispirtu għamel pressjoni+ fuqi f’żaqqi.
19 Ara! Żaqqi hi bħal inbid li m’għandux minfejn joħroġ;
Bħal fliexken ġodda tal-ġild trid tinfaqaʼ.+
21 Jekk jogħġobkom, ħa ma nurix parzjalità maʼ xi bniedem;+
U ma nagħtix xi titlu lil bniedem taʼ l-art;+
22 Għax ma nafx kif nistaʼ nagħti titlu;
Dak li għamilni+ jġorrni malajr.
33 “Issa, madankollu, O Ġob, jekk jogħġbok, ismaʼ kliemi,
U agħti widen għal kulma ngħidlek.
5 Jekk għandek il-ħila, wiġibni,
Agħżel x’se tgħid quddiemi; ħu l-waqfa tiegħek.
8 Biss int għedt u wasal f’widnejja,
U l-ħoss taʼ kliemek għadni nisimgħu,
9 ‘Jien safi mingħajr nuqqas;+
Nadif jien, u m’għamilt ebda żball.+
14 Għax Alla jitkellem darba,
U darbtejn+—għalkemm ħadd ma jqisu dan—
15 F’ħolma,+ f’viżjoni+ bil-lejl,
Meta l-bnedmin jorqdu fil-fond,
Waqt li jkunu reqdin fuq is-sodda.+
16 Dak il-ħin jiftħilhom widnejhom il-bnedmin,+
U jqiegħed is-siġill tiegħu fuq it-twiddiba li jagħtihom,
17 Biex ibiegħed lill-bniedem minn għemilu,+
U biex jeħles lir-raġel b’saħħtu mill-kburija.+
19 Hu jkun imwiddeb bl-uġigħ fuq soddtu,
U l-uġigħ f’għadmu hu kontinwu.
21 Laħmu jispiċċa u ma jibqax jidher,
U għadmu li ma kienx jidher jinkixef.
23 Jekk jeżisti messaġġier* għalih,
Kelliemi, wieħed minn elf,
Biex jgħid lill-bniedem kemm hu rett,
24 Imbagħad jurih ħniena u jgħid,
‘Eħilsu biex ma jinżilx fil-ħofra!+
Jien sibt fidwa!+
25 Ħa jsir laħmu iktar frisk milli fiż-żgħożija;+
Ħa jmur lura lejn il-jiem mimlijin enerġija taż-żgħożija.’+
26 Hu jitlob bil-ħrara lil Alla biex jieħu gost bih,+
U jara lil wiċċu b’għajat ferrieħi,
U Hu jrodd is-sewwa Tiegħu lill-bniedem mortali.
27 Dan jgħanni lill-bnedmin u jgħid,
‘Jien dnibt;+ u dak li hu dritt għawwiġtu,
U dan żgur li ma kienx xieraq għalija.
29 Ara! Alla dan kollu jwettaq,
Darbtejn, tliet darbiet, fil-każ taʼ raġel b’saħħtu,
30 Biex ireġġagħlu ruħu lura mill-ħofra,+
Sabiex ikun imdawwal bid-dawl tal-ħajjin.+
31 Oqgħod attent, O Ġob! Agħtini widen!
Ibqaʼ sieket, u jien inkompli nitkellem.
32 Jekk għandek xi kliem x’tgħid, wiġibni;
Tkellem, għax nitgħaxxaq bis-sewwa tiegħek.
34 U Eliħu kompla jwieġeb u jgħid:
2 “Isimgħu kliemi, intom l-għorrief;
U agħtuni widen, intom li tafu.
4 Ħa nagħżlu għalina dak li hu ġust;
Ħa nkunu nafu bejnietna x’inhu tajjeb.
6 Nigdeb jien dwar id-dritt tiegħi li jkolli ħaqq ġust?
Il-ġerħa kbira tiegħi ma titfejjaqx għalkemm m’hemm ebda nuqqas.’+
8 Hu qiegħed fi triqtu biex jissieħeb maʼ dawk li jipprattikaw il-ħsara
U biex jimxi maʼ nies mill-agħar.+
10 Għalhekk, intom li għandkom qalb għaqlija,+ isimgħuni.
Ma jistax ikun li l-Alla l-veru jaġixxi bil-ħażen,+
U li Dak li Jistaʼ Kollox jaġixxi b’mod inġust!+
11 Għax skond kif jaġixxi l-bniedem hu jippremjah,+
U jġiegħel jiġi fuq il-bniedem dak li ħaqqha triqtu.
12 Iva, naf fiċ-ċert li Alla ma jaġixxix bil-ħażen,+
U Dak li Jistaʼ Kollox ma jgħawwiġx il-ħaqq.+
13 Min inkarigah mill-art,
U min ħatru fuq l-art produttiva, saħansitra fuqha kollha?
14 Jekk jixħet ħsiebu fuq xi ħadd,
Jekk jiġbor għandu l-ispirtu u n-nifs taʼ dan il-wieħed,+
15 Il-ħlejjaq ħajjin kollha jmutu flimkien,
U l-bniedem taʼ l-art imur lura lejn it-trab.+
16 Għalhekk, jekk għandek l-abbiltà li tifhem, ismaʼ dan;
Agħti widen għall-ħoss taʼ kliemi.
17 Tassew, jistaʼ xi ħadd li jobgħod il-ġustizzja jkollu l-kontroll,+
U jekk wieħed setgħan ikun ġust se tgħid li hu ħati?+
19 Hemm Wieħed li ma weriex parzjalità mal-prinċpijiet
U li ma qiesx lin-nobbli iktar milli qies lill-batut,+
Għax ilkoll huma xogħol idejh.+
20 F’mument wieħed imutu,+ saħansitra f’nofs taʼ lejl;+
In-nies jirtogħdu bil-biżaʼ u jmutu,
U s-setgħanin jitilqu bla ma tmisshom ebda id tal-bniedem.+
23 Għax Alla ma jistabbilixxi ebda żmien għal kwalunkwe bniedem
Biex imur għandu għall-ħaqq.
26 Bħala wħud mill-agħar jolqothom
Fil-post taʼ dawk li jarawhom;+
27 Għar-raġuni li tbiegħdu minnu u ma baqgħux isegwuh,+
U ebda waħda minn triqatu ma qiesu,+
28 Sabiex l-għajta tal-batut iġegħluha tasal għandu;
U b’hekk jismaʼ l-għajta tal-magħkusin.+
29 Meta hu nnifsu jikkaġuna l-kwiet, min, mela, jistaʼ jikkundannah?
U meta jaħbi wiċċu,+ min jistaʼ jarah,
Sew jekk ikun lejn ġens+ u sew jekk ikun lejn bniedem, li hi l-istess ħaġa?
31 Għax hemm xi ħadd li, fil-fatt, jgħid lil Alla,
‘Jien issaportejt, għalkemm ma naġixxix b’mod korrott;+
32 Għalkemm ma nara xejn, għallimni int stess;
Jekk għamilt xi inġustizzja,
Jien ma nerġax nagħmilha’?+
33 Jagħmel tajjeb hu għal dan kif jidhirlek int ladarba qed tirrifjuta l-ġudizzju,
Għax tagħżel int stess, u mhux jien?
Saħansitra dak li taf tajjeb, għidu.
34 Nies li għandhom qalb għaqlija+ jgħiduli—
Saħansitra raġel b’saħħtu u għaref li qed jismagħni,
35 ‘Ġob jitkellem mingħajr għarfien,+
U kliemu hu mingħajr dehen.’
36 Missier, ħa jgħaddi Ġob minn prova sal-limitu
Minħabba t-tweġibiet tiegħu fost l-irġiel li jagħmlu l-ħsara.+
35 U Eliħu kompla jitkellem u jgħid:
2 “Huwa dan li int qist bħala ġustizzja?
Int għedt, ‘Is-sewwa tiegħi hu iktar minn dak t’Alla.’+
8 Il-ħażen tiegħek kontra raġel bħalek ikun,+
U s-sewwa tiegħek lil bin il-bniedem taʼ l-art jeffettwa.+
9 Minħabba l-kotra taʼ moħqrijiet jibqgħu jgħajtu għall-għajnuna;+
Jibqgħu jitolbu l-għajnuna minħabba driegħ il-kbarat.+
10 U madankollu ħadd ma jgħid, ‘Fejn hu Alla, il-Wieħed Grandjuż li għamilni,+
Dak li jagħti l-melodiji bil-lejl?’+
11 Dak li jgħallimna+ iktar milli jgħallem lill-bhejjem taʼ l-art,+
U jagħmilna iktar għorrief mill-ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet.
14 Kemm inqas, mela, meta tgħid li ma tarahx!+
Il-kawża legali qiegħda quddiemu, u għalhekk int għandek tistennieh bl-ansjetà.+
15 U issa, peress li r-rabja tiegħu ma titlobx kont,+
Hu ma jagħtix kas in-nuqqas estrem taʼ ħsieb.+
36 U Eliħu kompla jgħid:
2 “Ħu ftit paċenzja bija, u niddikjaralek
Li għad hemm xi kliem x’jingħad għal Alla.
5 Ara! Alla hu setgħan+ u ma jiċħadx lill-bniedem;
Setgħan fil-qawwa taʼ qalb għaqlija;
6 Hu ma jħallix ħaj lil xi ħadd mill-agħar,+
Imma jagħmel ħaqq ġust lill-magħkusin.+
7 Ma jwarrabx għajnejh minn fuq kulmin hu sewwa;+
Saħansitra s-slaten fuq it-tron+—
Ipoġġihom għal dejjem, u jiġu eżaltati.
9 Imbagħad jgħidilhom dwar il-mod kif qed jaġixxu
U n-nuqqasijiet tagħhom, għaliex huma jitkabbru.
13 U dawk li huma apostati f’qalbhom jiġimgħu rrabja.+
Ma jitolbux għall-għajnuna għaliex hu jorbothom.
15 Jeħles lill-magħkus fit-tgħakkis tiegħu,
U jikxiflu widintu fil-moħqrija biex jgħallmu.
16 U hu jeħilsek minn ħalq l-hemm!+
Spazju iktar wiesaʼ,+ mhux djuq, ikun hemm f’postu,
U l-konsolazzjoni mal-mejda tiegħek tkun abbundanti u bnina.+
17 Sentenza ġudizzjarja fuq il-ħati+ żgur li taraha;
Is-sentenza ġudizzjarja u l-ħaqq joħorġu rebbiħin.
19 Ikollha effett l-għajta tiegħek għall-għajnuna?+ Le, lanqas fl-hemm
Saħansitra l-isforzi qawwijin kollha tiegħek.+
20 Tixxennaqx għal-lejl,
Biex in-nies jitilqu minfejn qegħdin.
21 Oqgħod attent li ma ddurx lejn dak li hu taʼ ħsara,+
Għax dan għażilt int minflok is-sofferenza.+
22 Ara! Alla jaġixxi b’mod sublimi bil-qawwa tiegħu;
Liema għalliem iħabbatha miegħu?
27 Għax hu jtellaʼ l-qtar taʼ l-ilma;+
Dan jissaffa u jsir xita għaċ-ċpar tiegħu,
28 U b’hekk is-sħab iqattar,+
Iraxxax fuq il-bnedmin bil-kotra.
4 Warajha ħoss jirbombja;
Hu jriegħed+ bil-ħoss tas-superjorità tiegħu,+
U ma jżommhiex lura meta jinstemaʼ leħnu.+
5 Alla jriegħed b’leħnu+ b’mod taʼ l-għaġeb,
Jagħmel affarijiet kbar li ma nistgħux inkunu nafuhom.+
6 Għax lill-borra jgħidilha, ‘Inżel fuq l-art,’+
U wkoll lill-ħalba tax-xita, saħansitra lill-ħalba tax-xita bil-qliel.+
7 Fuq id kull bniedem taʼ l-art iqiegħed siġill
Biex il-bnedmin mortali kollha jagħrfu għemilu.
11 Iva, bl-ilma jtaqqal is-sħab,
Id-dawl tiegħu+ jtajjar is-sħab oħxon,
12 U dan idur dawramejt, skond kif imexxih hu, biex iwettaq xogħlu
Kulfejn jordnalu+ fuq wiċċ l-art produttiva tad-dinja.
13 Hu juża s-sħab sew biex jikkastiga,+ sew biex isaqqi l-art tiegħu,+
U sew biex juri l-qalb tajba bl-imħabba tiegħu.+
16 Taf int kif iżomm fl-ajru s-sħab,+
L-għemejjel taʼ l-għaġeb taʼ Dak li l-għarfien tiegħu hu perfett?+
19 Ħa nkunu nafu x’għandna ngħidulu;
Ma nistgħux insibu kliem minħabba d-dlam.
20 Għandu jingħadlu lil Alla li jien nixtieq nitkellem?
Jew kien hemm xi ħadd li qal li se jgħidulu b’dan?+
24 Għalhekk, ħa jibżgħu minnu l-bnedmin.+
Hu ma jikkalkulahomx lil dawk li jaħsbu li huma għorrief f’qalbhom.”+
38 U Ġeħova wieġeb lil Ġob minn ġor-riefnu+ u qallu:
2 “Min hu dan li qed joskura l-pariri
Bi kliem mingħajr għarfien?+
5 Min stabbilixxa l-qisien tagħha, jekk taf,
Jew min medd fuqha l-ħabel tal-kejl?
6 Fiex ġew imdeffsin il-pedestalli tagħha,+
Jew min qiegħed il-ġebla tax-xewka tagħha,
7 Meta l-kwiekeb taʼ fil-għodu+ għajtu bil-ferħ flimkien,
8 U min għalaq il-baħar bil-bibien,+
Li beda jfawwar bħal meta ħareġ b’qawwa mill-ġuf;
9 Meta jien qegħedt is-sħab bħala l-libsa tiegħu
U d-dlam ċappa bħala l-fisqija tiegħu,
10 U stabbilejt ir-regolament tiegħi fuqu
U qegħedt stanga u bibien,+
11 U ssoktajt ngħidlu, ‘S’hawnhekk tasal, u mhux iżjed;+
U s’hawnhekk hu l-limitu tal-mewġ għoli tiegħek’?+
12 Qatt kemm ilek ħaj ikkmandajt lill-għodwa?+
Ġegħeltu int liż-żerniq ikun jaf postu,
13 Biex jaqbad l-art mit-truf tagħha,
U jfarfar minnha l-ħżiena?+
16 Wasalt int sa l-għejun tal-baħar,
Jew imxejt+ ’l hemm u ’l hawn biex tfittex l-ilmijiet fondi?+
19 Fejn hi, issa, it-triq li tagħti għal fejn jgħammar id-dawl?+
U d-dlam, fejn hu, issa, postu,
20 Biex tieħdu sal-fruntiera tiegħu
U tifhem it-toroq li jagħtu għal daru?
22 Dħalt int fl-imħażen tal-borra,+
Jew tarahom l-imħażen tas-silġ,+
23 Li rfajthom għal żmien l-hemm,
Għal jum il-ġlieda u l-gwerra?+
24 Fejn hi, issa, it-triq li biha jitqassam id-dawl,
U r-riħ mil-lvant+ jinxtered ’l hemm u ’l hawn fuq l-art?
25 Min fetaħ kanal għall-għargħar
U triq għas-sħaba tal-maltempata bir-ragħad,+
26 Biex tinżel ix-xita fuq l-art, fejn m’hemm ebda bniedem,+
Fuq ix-xagħri, li fih m’hemm ebda bniedem taʼ l-art,
27 Biex ixebbaʼ postijiet milqutin bil-maltemp u magħmulin ħerba
U biex inibbet il-ħaxix ħalli jikber?+
32 Tistaʼ int toħroġ il-kostellazzjoni Mazzarot* fiż-żmien stabbilit tagħha?
U tistaʼ tmexxi l-kostellazzjoni As* flimkien maʼ wliedha?
35 Tistaʼ int tibgħat is-sajjetti u jmorru
U jgħidulek, ‘Hawn aħna!’?
36 Min qiegħed l-għerf+ fis-saffi tas-sħab,
Jew min ta l-abbiltà li jifhem+ lill-fenomenu tas-sema?
37 Min jistaʼ bl-għerf jgħodd eżatt is-sħab,
Jew il-ġarar taʼ l-ilma tas-sema—min jistaʼ jaqlibhom,+
38 Meta t-trab jagħqad ħaġa waħda,
U t-tub taʼ l-art jeħel flimkien?
39 Tistaʼ int tikkaċċja l-priża għall-iljun
U tistaʼ xxebbaʼ l-aptit bla tarf taʼ l-iljuni b’saħħithom,+
40 Meta jkunu mixħutin fil-postijiet moħbijin,+
Jew jibqgħu għassa fil-moħba lesti biex jattakkaw?
41 Min iħejji l-ikel għaċ-ċawlun+
Meta l-frieħ tiegħu jgħajtu lil Alla għall-għajnuna,
Meta jibqgħu jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn għaliex m’hemm xejn x’jieklu?
39 “Sirt taf meta hu ż-żmien stabbilit biex jildu l-mogħoż tal-muntanja li jkunu fuq il-blat għoli?+
Tosserva preċiż meta ċ-ċriev jildu+ bl-uġigħ tal-ħlas?
2 Tgħoddhom int ix-xhur qamrin li jgħaddu minn fuqhom,
Jew sirt taf meta hu ż-żmien stabbilit sabiex jildu?
3 Jinżlu kokka meta jferrgħu ż-żgħar tagħhom,
Meta jeħilsu mill-uġigħ tagħhom.
4 Uliedhom jissaħħu, jikbru fil-kampanja;
Fil-fatt, jitilqu u ma jerġgħux lura għandhom.
5 Min telaq ħielsa liż-żebra,+
U min ħall l-irbit tal-ħmar salvaġġ,
6 Li jien tajtu daru fil-pjanura tad-deżert
U l-art mielħa bħala l-postijiet fejn jgħammar?+
10 Torbtu sew barri salvaġġ bil-ħbula tiegħu fir-radda,
Jew iwitti l-ħamrija+ tal-pjanuri l-baxxi warajk?
11 Tafda fih int għaliex il-qawwa tiegħu hi kotrana,
U terħi fuqu t-taħbit tiegħek?
12 Tistrieħ fuqu biex iġib lura ż-żerriegħa tiegħek
U biex jiġmagħlek il-qmuħ fil-qiegħa tad-dris tiegħek?
13 Tferfer in-nagħma l-ġewnaħ tagħha b’mod ferrieħi,
Jew għandha hi l-pinen u r-rix taċ-ċikonja?+
14 Għax hi titlaq il-bajd tagħha fl-art
U fit-trab iżżommhom sħan,
15 U tinsa li xi sieq tistaʼ tfarrakhom
Jew tistaʼ saħansitra tirfishom xi bhima salvaġġa tal-kampanja.
16 Tittratta lil uliedha bil-goff, bħallikieku ma kinux tagħha+—
Għalxejn it-taħbit tagħha għaliex ma tinkeddx.
18 X’ħin tferfer ġwinħajha fl-għoli,
Tidħaq biż-żiemel u bir-rikkieb tiegħu.
23 Meta tolqot mal-ġenb tiegħu, barżakka tal-vleġeġ iċċekċek,
Ix-xafra taʼ lanza u ġavellott.
24 Bid-damdim u l-ansjetà jiblaʼ l-art,
U ma jemminx li hu l-ħoss taʼ qarn.
25 Malli jindaqq il-qarn jgħid Aħa!
U mill-bogħod ixomm il-battalja,
L-għagħa tal-kapijiet u l-għajta tal-gwerra.+
26 Huwa minħabba l-abbiltà tiegħek li tifhem li l-falkun jibqaʼ tielaʼ ’l fuq,
Li jifrex ġwinħajh lejn ir-riħ min-nofsinhar?
27 Jew hu bl-ordni tiegħek li ajkla+ ttir ’il fuq
U tibni l-bejta tagħha fl-għoli,+
28 Li fuq il-blat għoli tgħammar u toqgħod matul il-lejl
Fuq is-sinna taʼ blata għolja u post li ħadd ma jilħqu?
40 U Ġeħova wieġeb lil Ġob u qallu:
2 “Għandu xi ħadd isib ħtija f’Dak li Jistaʼ Kollox u jħaqqaqha miegħu?+
Ħa jwieġeb għal dan dak li jċanfar lil Alla.”+
5 Darba tkellimt, u ma nwiġibx;
Darbtejn, u ma nżid xejn.”
6 U Ġeħova ssokta jwieġeb lil Ġob minn ġor-riefnu+ u jgħidlu:
7 “Ħażżem ġenbejk, jekk jogħġbok, bħal raġel b’saħħtu;+
Jien nistaqsik, u int għarrafni.+
8 Tabilħaqq, iġġibha int fix-xejn il-ġustizzja tiegħi?
Tgħid li jien ħati sabiex int ikollok raġun?+
9 Jew għandek int driegħ bħal dak taʼ l-Alla l-veru,+
U b’leħen bħal tiegħu tistaʼ int tagħmel ir-ragħad?+
13 Aħbihom flimkien fit-trab,+
Orbothom fil-post moħbi,
14 U jien, iva, jien, infaħħrek,
Għaliex idek il-leminija tistaʼ ssalvak.
15 Ara, issa, jien għamilt kemm lil Beħemot* u kemm lilek.
Ħaxix aħdar jiekol+ sewwasew bħalma jagħmel barri.
17 Jilwi denbu ’l isfel bħal ċedru;
In-nervituri taʼ koxxtejh huma minsuġin.
18 L-għadam tiegħu tubi tar-ram aħmar;
L-għadam b’saħħtu tiegħu bħal virgi tal-ħadid maħdum.
20 Għax dak li jipproduċu l-muntanji jkun għalih,+
U l-bhejjem salvaġġi kollha tar-rabaʼ jilagħbu hemmhekk.
21 Taħt is-siġar tal-lotus mimlijin xewk jimtedd,
22 Is-siġar tal-lotus mimlijin xewk jgħattuh b’dellhom;
Bis-siġar tal-luq tal-wied hu mdawwar.
23 Jekk ix-xmara tfur, ma jitlaqx jiġri bil-paniku.
Iħossu kunfidenti, imqar jekk il-Ġordan+ jitlaʼ sa ħalqu.
24 Jistaʼ xi ħadd imur quddiem għajnejh u jaqbdu?
Jistaʼ xi ħadd itaqqablu mnieħru bil-ganċijiet?
3 Joqgħod hu jitolbok bil-ħrara,
Jew jgħidlek xi kliem ħelu?
4 Jagħmel patt miegħek,
Sabiex tieħdu bħala lsir għal żmien indefinit?
5 Tilgħab bih bħalma tilgħab b’għasfur,
Jew torbtu biex jilagħbu bih it-tfajliet tiegħek?
6 L-imseħbin fin-negozju jpartuh maʼ xi ħaġa oħra?
Jaqsmuh bejniethom in-negozjanti?
8 Midd idek fuqu.
Ftakar fit-taqbida. Terġax tagħmel dan.
9 Ara! Tiġi fix-xejn l-istennija taʼ dak li jkun.
Wieħed lanqas jilħaq jarah li ma jinstabatx.
12 Ma nibqax sieket dwar il-partijiet tiegħu
Jew dwar is-saħħa u l-forma sabiħa taʼ ġismu.
13 Min ineżżagħlu lbiesu?
Min jidħol fix-xedaq doppju tiegħu?
14 Min jiftaħ il-bibien taʼ ħalqu?
Snienu dawramejt huma tal-biżaʼ.
15 Ringieli taʼ qxur huma l-kburija tiegħu,
Magħluqin bħallikieku b’siġill marsus.
16 Waħda marbuta sew maʼ l-oħra,
U lanqas saħansitra l-arja ma tgħaddi minn bejniethom.
17 Kull waħda maʼ l-oħra mwaħħlin flimkien;
Imqabbdin maʼ xulxin u ma jistgħux jiġu mifrudin.
18 Mill-għatis tiegħu joħroġ id-dawl,
U għajnejh huma bħad-dija taż-żerniq.
19 Minn ħalqu joħorġu leħħiet taʼ beraq,
U joħroġ ukoll xrar tan-nar.
20 Minn imnifsejh joħroġ id-duħħan,
Bħal forn imqabbad bil-ħaxix.
21 Ruħu tqabbad il-faħam,
U saħansitra fjamma toħroġ minn ħalqu.
22 F’għonqu tinsab is-saħħa,
U quddiemu jaqbeż id-disprament.
23 Is-saffi taʼ laħmu mqabbdin flimkien;
Huma bħal xi ħaġa iebsa fuqu, ma jitħarrkux.
24 Qalbu iebsa daqs ġebla,
Iva, iebsa daqs ġebla taʼ taħt tal-mitħna.
30 Il-partijiet taʼ taħt tiegħu huma bħal biċċiet tal-fuħħar bil-ponta;
Jifrex bħallikieku għodda tad-dris+ fuq it-tajn.
31 Jġiegħel il-qiegħ jagħli bħalma tagħli borma;
Jagħmel il-baħar qisu borma li fiha jħalltu l-ingwent.
32 Warajh iħalli mogħdija tleqq;
L-ilmijiet fondi jkunu qishom xagħar griż.
33 Fuq it-trab m’hemmx bħalu,
Dak li hu magħmul biex ma jitwerwirx.
34 Kulma hu għoli jarah.
Hu sultan fuq il-bhejjem salvaġġi u maestużi kollha.”
42 U Ġob wieġeb lil Ġeħova u qallu:
2 “Sirt naf li int għandek il-ħila tagħmel kollox,+
U m’hemm ebda idea li ma tistax twettaqha.+
3 Int għedt, ‘Min hu dan li qed joskura l-pariri mingħajr għarfien?’+
Għalhekk, jien tkellimt, imma ma kontx qed nifhem
Affarijiet taʼ l-għaġeb wisq għalija, li ma nafhomx.+
5 B’widnejja smajt dwarek,
Imma issa narak b’għajnejja.
7 U ġara li, wara li Ġeħova kien qal dan il-kliem lil Ġob, Ġeħova qal lil Elifaż it-Temani:
“Ir-rabja tiegħi xegħlet kontrik u kontra ż-żewġ sħabek,+ għax intom m’għedtux il-verità dwari,+ bħalma għamel il-qaddej tiegħi Ġob. 8 U issa ħudu sebaʼ barrin u sebaʼ mtaten+ u morru għand il-qaddej tiegħi Ġob,+ u offru sagrifiċċju tal-ħruq għalikom; u Ġob il-qaddej tiegħi jitlob għalikom.+ Lilu biss naċċetta sabiex ma nagħmlilkomx kif ħaqqha l-bluha t’għajb tagħkom, għax intom m’għedtux il-verità dwari, bħalma għamel il-qaddej tiegħi Ġob.”+
9 Għaldaqstant, Elifaż it-Temani, Bildad is-Suħi, u Sofar in-Nagħmati, marru u għamlu sewwasew bħalma kien qalilhom Ġeħova; u għalhekk Ġeħova aċċetta t-talba taʼ Ġob.
10 U Ġeħova temm it-tribulazzjoni taʼ Ġob+ meta dan talab għal sħabu,+ u Ġeħova beda jagħti lil Ġob id-doppju taʼ kulma kellu qabel.+ 11 U bdew ġejjin għandu ħutu s-subien kollha u ħutu l-bniet kollha u dawk kollha li kienu jafuh qabel,+ u bdew jieklu l-ħobż miegħu+ f’daru u jissimpatizzaw miegħu u jfarrġuh minħabba l-gwaj kollu li Ġeħova kien ippermetta li jiġi fuqu; u tawh biċċa flus kull wieħed u ċurkett tad-deheb kull wieħed.
12 U wara, Ġeħova bierek+ it-tmiem taʼ Ġob iktar mill-bidu tiegħu,+ u b’hekk kellu erbatax-il elf nagħġa, sitt elef ġemel, elf par baqar, u elf ħmara. 13 Kellu wkoll sebaʼ subien u tlett ibniet.+ 14 U l-ewwel waħda semmieha Ġemima, lit-tieni waħda semmieha Kesigħa, u lit-tielet waħda semmieha Keren-ħappuk. 15 U fil-pajjiż kollu ma kienx hemm nisa sbieħ daqs il-bniet taʼ Ġob, u missierhom tahom wirt fost ħuthom is-subien.+
16 U wara dan, Ġob għex mija u erbgħin sena+ u ra lil uliedu u lil ulied uliedu+—erbaʼ ġenerazzjonijiet. 17 U Ġob miet, xiħ u mimli bl-għomor.+
Ifisser “Wieħed li Jiħduha Kontrih.”
Jew, “l-anġli.”
Jew, “Dak li jopponi.” Bl-Ebrajk, ħas·Satan. L-artiklu definit fl-Ebrajk juri li Satana hu individwu partikulari.
Jew, “l-anġli.”
Ara Ġob 1:6, in-nota taʼ taħt.
Possibbilment “kukkudrill” jew “mostru tal-baħar.”
Jew, “anġli.”
Letteralment, “mill-uħud qaddisin.”
Jew, “saħansitra minn qalb ix-xewk.”
Letteralment, “ruħi.”
Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.
Letteralment, “ruħi.”
Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt.
“Il-kostellazzjoni As.” Bl-Ebrajk, As. Xi wħud jaħsbu li din hi l-kostellazzjoni l-Ors il-Kbir.
“Il-kostellazzjoni Kesil.” Bl-Ebrajk, Kesil. Xi wħud jaħsbu li din hi l-kostellazzjoni Orjun.
“Il-kostellazzjoni Kima.” Bl-Ebrajk, weKima. Xi wħud jaħsbu li dawn huma l-kwiekeb Pleadi fil-kostellazzjoni Tawru.
“Il-kmamar taʼ ġewwa tan-Nofsinhar” jaħsbu li huma l-kostellazzjonijiet ’l isfel mill-ekwatur, fl-emisferu tan-nofsinhar.
Jew, “l-għerf prattiku.”
Bl-Ebrajk, “Xeol.”
Jew, “l-għerf prattiku.”
Letteralment, “Għala nġorr laħmi fi snieni u nqiegħed ruħi fil-pala taʼ idi?”
Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-nota taʼ taħt.
Jew, “dan ir-raġel.” Bl-Ebrajk, “hu,” jiġifieri, Ġob.
Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.
Din hi referenza simbolika għall-jasar fil-mewt.
Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’vers 16 ukoll.
X’aktarx li jirreferi għal Ġob u għal dawk li huma bħalu jew li jissimpatizzaw miegħu.
Bl-Ebrajk, “Xeol.”
Bl-Ebrajk, “Xeol.”
Jew, “l-għerf prattiku.”
Bl-Ebrajk, “Xeol.”
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “marka,” evidentement bil-kitba, li tikkonferma dokument legali.
Jew, “anġlu.”
Jew, “hi friżata.”
Jew, “l-anġli.”
Ara Ġob 9:9, in-nota taʼ taħt, “Il-kostellazzjoni Kima.”
Ara Ġob 9:9, in-nota taʼ taħt, “Il-kostellazzjoni Kesil.”
Milli jidher l-isem “Mazzarot” jirreferi għal kostellazzjoni partikulari, imma fil-preżent m’hemm ebda identifikazzjoni pożittiva.
Ara Ġob 9:9, in-nota taʼ taħt, “Il-kostellazzjoni As.”
Jew, “l-ippopotamu.”
Possibbilment “kukkudrill” jew “mostru tal-baħar.”
Letteralment, “simar.” F’vers 20 ukoll.
Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “ġavellott.”