LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Salm 1:1-150:6
  • Salmi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Salmi
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Salmi

Salmi*

L-​EWWEL KTIEB

(Salmi 1 – 41)

1 Hieni+ l-​bniedem li ma mexiex fuq il-​parir tal-​ħżiena,+

U li ma waqafx fi triq il-​midinbin,+

U li ma qagħadx bil-​qiegħda maż-​żeblieħa.+

 2 Imma li l-​għaxqa tiegħu hi fil-​liġi taʼ Ġeħova,+

U lejl u nhar jaqra u jimmedita* fuq il-​liġi tiegħu.+

 3 Hu jsir bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat taʼ l-​ilma,+

Li tagħti l-​frott fl-​istaġun tagħha+

U li l-​weraq tagħha ma jidbielx,+

U jirnexxi f’kulma jagħmel.+

 4 Il-ħżiena m’humiex hekk,

Imma huma bħall-​karfa li jtajjarha r-​riħ.+

 5 Għalhekk, il-​ħżiena ma jiqfux fil-​ġudizzju,+

Lanqas il-​midinbin fil-​ġemgħa tal-​ġusti.+

 6 Għax Ġeħova jafha triq il-​ġusti,+

Imma triq il-​ħżiena se tinqered.+

2 Għala qamu f’rewwixta l-​ġnus+

U l-​popli qagħdu jreddnu dwar ħaġa fiergħa?+

 2 Is-slaten taʼ l-​art qed jieħdu l-​pożizzjoni tagħhom+

U l-​uffiċjali għoljin inġemgħu flimkien ħaġa waħda+

Kontra Ġeħova+ u kontra l-​midluk tiegħu,+

 3 U jgħidu: “Ejja nkissru l-​irbit tagħhom+

U narmu l-​ħbula tagħhom ’il bogħod minna!”+

 4 Dak li qiegħed bil-​qiegħda fis-​smewwiet+ se jidħaq;

Ġeħova se jiħodhom biċ-​ċajt.+

 5 Dakinhar se jkellimhom fir-​rabja tiegħu+

U minħabba r-​rabja taħraq tiegħu se jitħawdu,+

 6 U jgħidilhom: “Jien, iva, jien, qegħedt is-​sultan tiegħi+

Fuq Sijon,+ il-​muntanja qaddisa tiegħi.”+

 7 Ħalli nirreferi għad-​digriet taʼ Ġeħova;

Hu qalli: “Int ibni;+

Jien, illum, sirt missierek.+

 8 Itlobni,+ u jien nagħtik il-​ġnus bħala wirtek+

U truf l-​art biex ikunu tiegħek.+

 9 Tkissirhom b’xettru tal-​ħadid,+

Tfarrakhom bħallikieku kienu reċipjent tal-​fuħħar.”+

10 U issa, O slaten, użaw id-​dehen;

Ħallu ’l min jikkoreġikom, O mħallfin taʼ l-​art.+

11 Aqdu lil Ġeħova bil-​biżaʼ+

U ifirħu bit-​tregħid.+

12 Busu lill-​iben,+ sabiex Hu ma jagħdabx

U ma tgħibux mit-​triq,+

Għax ir-​rabja tiegħu tixgħel f’daqqa.+

Henjin dawk kollha li jistkennu fih.+

Melodija taʼ David meta kien qed jaħrab minħabba Absalom, ibnu.+

3 O Ġeħova, għalfejn kotru daqshekk l-​avversarji tiegħi?+

Għala hemm ħafna li qed iqumu kontrija?+

 2 Bosta qed jgħidu dwari:

“M’hemmx salvazzjoni għalih minn Alla.”+ Sela.*

 3 U madankollu, O Ġeħova, int tarka madwari,+

Int il-​glorja tiegħi+ u Dak li tgħollili rasi.+

 4 B’leħen għoli nsejjaħ lil Ġeħova,

U hu jwiġibni mill-​muntanja qaddisa tiegħu.+ Sela.

 5 Jien immur nimtedd biex norqod;

U nqum, għax Ġeħova jibqaʼ jwiżinni.+

 6 Ma nibżax minn għaxriet t’eluf taʼ nies

Li jinġemgħu kontrija minn kull naħa.+

 7 Qum,+ O Ġeħova! Salvani,+ O Alla tiegħi!+

Idrob lill-​għedewwa kollha tiegħi fuq ix-​xedaq.+

Kisser snien il-​ħżiena.+

 8 Is-salvazzjoni hi taʼ Ġeħova.+

Il-​barka tiegħek qiegħda fuq il-​poplu tiegħek.+ Sela.

Lid-​direttur. Fuq l-​istrumenti tal-​korda.+ Melodija taʼ David.

4 Meta nsejjaħ wiġibni, O Alla ġust tiegħi.+

Fi żmien id-​dwejjaq, oħroġni fil-​wisaʼ.

Ħenn għalija+ u ismaʼ t-​talba tiegħi.

 2 O wlied il-​bnedmin, kemm se ddumu tinsultaw il-​glorja tiegħi,+

Waqt li tibqgħu tħobbu l-​frugħat,

Waqt li tibqgħu tipprovaw issibu gidba? Sela.

 3 Kunu afu li Ġeħova jittrattah b’mod speċjali lil dak li hu leali lejh;+

Ġeħova jismaʼ meta nsejjaħlu.+

 4 Jekk tibdew tħossukom aġitati, tidinbux.+

Tkellmu f’qalbkom, fis-​sodda tagħkom,+ u ibqgħu siekta. Sela.

 5 Offru s-​sagrifiċċji tas-​sewwa,+

U afdaw f’Ġeħova.+

 6 Hemm ħafna li qed jgħidu: “Min se jurina affarijiet tajbin?”

Itfaʼ d-​dawl taʼ wiċċek fuqna,+ O Ġeħova.

 7 Int tferraħli qalbi+

Iktar milli ferħu huma meta kellhom ħafna qmuħ u nbid ġdid.+

 8 Nimtedd u norqod fil-​paċi,+

Għax int waħdek, O Ġeħova, tħallini ngħammar fis-​sigurtà.+

Lid-​direttur, għal Neħilot.* Melodija taʼ David.

5 Ismaʼ kliemi,+ O Ġeħova;

Ifhem it-​tnehid tiegħi.

 2 Agħti kas l-​għajat tiegħi għall-​għajnuna,+

O Sultan+ u Alla tiegħi, għax lilek nitlob jien.+

 3 O Ġeħova, fil-​għodu int tismaʼ leħni;+

Fil-​għodu nkellmek u nistenna.+

 4 Għax int m’intix Alla li titgħaxxaq bil-​ħażen;+

Ħadd ħażin ma jistaʼ jgħammar miegħek għal xi żmien.+

 5 L-ebda faħħari ma jistaʼ jieqaf quddiem għajnejk.+

Int tobgħod lil kulmin jipprattika l-​ħsara;+

 6 Int se teqred lil dawk li jigdbu.+

Bniedem li jxerred id-​demm+ u jqarraq,+ Ġeħova jistmerru.

 7 Min-naħa tiegħi, minħabba l-​qalb tajba bl-​imħabba kbira+ li għandek

Nidħol f’darek,+

Immil lejn it-​tempju qaddis tiegħek għax għandi l-​biżaʼ tiegħek.+

 8 O Ġeħova, mexxini fis-​sewwa tiegħek+ għax jien imdawwar bl-​għedewwa;+

Għinni nimxi fi triqtek mingħajr ma nitfixkel.+

 9 Għax f’fommhom m’hemm xejn taʼ min jafdah;+

Il-​ġewwieni tagħhom huwa sors t’għawġ.+

Gerżumithom qabar miftuħ;+

Ilsien melliesi jużaw.+

10 Alla żgur iqishom ħatjin;+

Il-​pjanijiet tagħhom stess se jirrovinawhom.+

Talli kisru l-​liġi kemm felħu ħa jispiċċaw fix-​xejn,+

Għax irribellaw kontrik.+

11 Imma dawk kollha li jistkennu fik se jifirħu;+

Għal dejjem* jgħajtu bil-​ferħ.+

Ma tħallix lil min imisshom,

U dawk li jħobbu lil ismek se jithennew.+

12 Għax int tbierek lil kulmin hu ġust,+ O Ġeħova;

Bħal b’tarka kbira,+ int tgħattih bl-​approvazzjoni tiegħek.+

Lid-​direttur. Għall-​istrumenti tal-​korda, fuq l-​ottava taʼ taħt.+ Melodija taʼ David.

6 O Ġeħova, twiddibnix fir-​rabja tiegħek,+

U tikkoreġinix fil-​korla tiegħek.+

 2 Ħenn għalija, O Ġeħova, għax jien ma niflaħx iktar.+

Fejjaqni,+ O Ġeħova, għax għadmi mriegħed.

 3 Iva, jien inħossni mħawwad ħafna;+

U int, O Ġeħova—kemm se ddum?+

 4 Ejja lura,+ O Ġeħova, u eħlisni;+

Salvani minħabba l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+

 5 Għax fil-​mewt ħadd ma jistaʼ jsemmik;+

Fil-​Qabar* min jistaʼ jfaħħrek?+

 6 Għejejt nitniehed;+

Friexi mxarrab għasra l-​lejl kollu;+

Soddti tegħreq fid-​dmugħ.+

 7 Bid-dwejjaq għajnejja ddgħajfu,+

Marru lura minħabba l-​għedewwa kollha tiegħi.+

 8 Itilqu minn quddiemi, intom ilkoll li tipprattikaw il-​ħsara,+

Għax Ġeħova se jismaʼ l-​biki tiegħi.+

 9 Ġeħova se jismaʼ s-​supplika* tiegħi għall-​ħniena;+

Ġeħova se jaċċetta t-​talba tiegħi.+

10 L-għedewwa kollha tiegħi se jistħu+ u jitħawdu għall-​aħħar;

Minnufih iduru lura bil-​mistħija.+

Għanja taʼ niket li David kanta lil Ġeħova minħabba kliem Kus il-​Benjamini.

7 O Ġeħova Alla tiegħi,+ jien fik stkennejt.+

Salvani minn dawk kollha li jippersegwitawni u eħlisni,+

 2 Sabiex ħadd ma jqattagħli ruħi biċċiet bħalma jagħmel iljun,+

Jaħtafni meta ma jkun hemm ħadd biex jeħlisni.+

 3 O Ġeħova Alla tiegħi, jekk għamilt xi ħaġa ħażina,+

Jekk hemm xi inġustizzja f’idejja,+

 4 Jekk raddejt il-​ħażin lil min ippremjani,+

Jew jekk irrovinajt lil xi ħadd li ħadha kontrija imma ma rnexxiex,+

 5 Ħa jiġri warajja+ l-​għadu

U ħa jaqbadni u jgħaffiġni* maʼ l-​art

U jitfaʼ l-​glorja tiegħi fit-​trab. Sela.

 6 Qum, O Ġeħova, fir-​rabja tiegħek;+

Qum kontra l-​għedewwa tiegħi li jisfogaw il-​korla tagħhom kontrija,+

U ieqaf għalija,+ ladarba int ordnajt li ssir il-​ġustizzja.+

 7 Ħa ddur madwarek il-​ġemgħa tal-​ġnus,

U int erġaʼ lura fl-​għoli u ħudha kontriha.

 8 Ġeħova se jaqtaʼ s-​sentenza fuq il-​popli.+

Iġġudikani, O Ġeħova, skond is-​sewwa tiegħi+

U skond l-​integrità+ li għandi fija.

 9 Jekk jogħġbok, ħa jintemm il-​ħażen tal-​ħżiena,+

U waqqaf fis-​sod lill-​ġust;+

Alla li hu ġust+ qed jeżamina l-​qalb+ u l-​kliewi.+

10 It-tarka tiegħi qiegħda f’idejn Alla,+ Salvatur taʼ dawk li huma retti f’qalbhom.+

11 Alla huwa Mħallef ġust,+

U Alla jlissen b’qawwa kundanni kuljum.

12 Jekk bniedem ma jdurx lura mill-​ħażen tiegħu,+ Hu jsinn sejfu,+

Jilwi l-​qaws tiegħu, u jħejjih biex jispara.+

13 U jħejji l-​armi tal-​mewt;+

Il-​vleġeġ tiegħu jagħmilhom tan-​nar.+

14 Ara! Hemm wieħed li tqal bil-​ħsara,+

U nissel l-​inkwiet u se jiled il-​qerq.+

15 Għamel ħofra, u qagħad iħaffirha;+

Imma hu stess se jaqaʼ fit-​toqba li għamel.+

16 L-inkwiet tiegħu se jerġaʼ lura fuq rasu,+

U fuq il-​qorriegħa taʼ rasu se tinżel il-​vjolenza tiegħu.+

17 Se nfaħħar lil Ġeħova għas-​sewwa tiegħu,+

U ngħanni lil isem+ Ġeħova l-​Iktar Għoli.+

Lid-​direttur. Fuq il-​Gittit.*+ Melodija taʼ David.

8 O Ġeħova Mulej tagħna, kemm hu maestuż ismek fl-​art kollha,+

Int li d-​dinjità tiegħek imsemmija ’l fuq mis-​smewwiet!+

 2 Minn fomm it-​tfal u t-​trabi tal-​ħalib int urejt saħħtek,+

Minħabba dawk li qed jiħduha kontrik,+

Sabiex twaqqaf lill-​għadu u ’l dak li qed jivvendika ruħu.+

 3 Meta nara s-​smewwiet tiegħek, għemil subgħajk,+

Il-​qamar u l-​kwiekeb li int ħejjejt,+

 4 X’inhu l-​bniedem mortali+ biex iżżommu f’moħħok,+

U bin il-​bniedem biex tieħu ħsiebu?+

 5 Int għamiltu ftit inqas minn dawk li qishom allat,+

U bi glorja+ u ġmiel inkurunajtu.+

 6 Għamiltu jiddomina fuq għemil idejk;+

Kollox qegħedtlu taħt saqajh:+

 7 Nagħaġ u mogħoż u gniedes, ilkoll kemm huma,+

Kif ukoll il-​bhejjem tar-​rabaʼ,+

 8 L-għasafar tas-​sema u l-​ħut tal-​baħar,+

Kulma jgħaddi mill-​passaġġi taʼ l-​ibħra.+

 9 O Ġeħova Mulej tagħna, kemm hu maestuż ismek fl-​art kollha!+

Lid-​direttur. Fuq Mut-labben.* Melodija taʼ David.

א [Alef]

9 Infaħħrek, O Ġeħova, b’qalbi kollha;+

Se niddikjara l-​għemejjel taʼ l-​għaġeb kollha tiegħek.+

 2 Se nifraħ u nithenna minħabba fik,+

U ngħanni lil ismek, O l-​Iktar Għoli.+

ב [Bet]

 3 Meta l-​għedewwa tiegħi jduru lura,+

Huma jitfixklu u jgħibu minn quddiemek.+

 4 Għax int wettaqt il-​ġudizzju u l-​kawża tiegħi;+

Poġġejt fuq it-​tron biex tiġġudika bis-​sewwa.+

ג [Gimel]

 5 Int ċanfart il-​ġnus,+ qridt lill-​ħażin.+

Isimhom ħassartu għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+

 6 L-għadu jsir ħerba għal dejjem.+

Hekk ukoll il-​bliet li qaċċatt.+

L-​għadu tiegħek lanqas biss jissemma iktar.+

ה [Ħe]

 7 Inkwantu għal Ġeħova, hu joqgħod fuq it-​tron tiegħu għal dejjem,+

Jistabbilixxi fis-​sod it-​tron tiegħu għall-​ġudizzju.+

 8 U jiġġudika bis-​sewwa l-​art abitata;+

Jiġġudika l-​ġnus b’mod rett.+

ו [Waw]

 9 U Ġeħova jsir post fl-​għoli taʼ sigurtà għal kulmin hu mfarrak,+

Post fl-​għoli taʼ sigurtà fi żminijiet taʼ niket.+

10 U dawk li jafu ismek jafdaw fik,+

Għax int żgur ma titlaqx lil dawk li jfittxuk, O Ġeħova.+

ז [Żajin]

11 Għannu lil Ġeħova, li qed jgħammar f’Sijon;+

Xandru fost il-​popli l-​għemejjel tiegħu.+

12 Għax, waqt li jfittex lil min ixerred id-​demm,+ hu jiftakar f’dawk li qed isofru;+

Żgur ma jinsiex l-​għajta tagħhom.+

ח [Ħet]

13 Ħenn għalija, O Ġeħova; ara s-​sofferenza li qed iġibu fuqi dawk li jobogħduni,+

O int li qed terfagħni minn bibien il-​mewt,+

14 Sabiex niddikjara l-​għemejjel kollha tiegħek li jistħoqqilhom tifħir+

Fil-​bibien+ taʼ bint Sijon,+

Biex nifraħ bis-​salvazzjoni tiegħek.+

ט [Tet]

15 Il-ġnus waqgħu ’l isfel fil-​ħofra li għamlu huma stess;+

Fix-​xibka+ li ħbew huma, inqabdet sieqhom.+

16 Ġeħova jintgħaraf mill-​ġudizzji li jwettaq.+

Il-​ħażin inqabad f’nassa b’għemil idejh stess.+

Ħiggajon.* Sela.

י [Jod]

17 Il-ħżiena+ jitilqu lejn il-​Qabar,*+

Kif ukoll il-​ġnus kollha li jinsew lil Alla.+

18 Għax il-​fqir ma jibqax minsi għal dejjem,+

U t-​tama tal-​ġwejdin qatt ma tgħib.+

כ [Kaf]

19 Qum, O Ġeħova! Ħa ma jidhirx iktar b’saħħtu minnek il-​bniedem mortali.+

Ħalli l-​ġnus jiġu ġudikati quddiem wiċċek.+

20 Itfaʼ l-​biżaʼ fihom, O Ġeħova,+

Sabiex il-​ġnus ikunu jafu li m’huma xejn ħlief bnedmin mortali.+ Sela.

ל [Lamed]

10 Għala, O Ġeħova, tibqaʼ wieqaf ’il bogħod?+

Għala tibqaʼ moħbi fi żminijiet taʼ niket?+

 2 Billi hu supperv, il-​bniedem mill-​agħar jiġri b’determinazzjoni wara l-​magħkus;+

Huma jinqabdu bl-​ideat li ħasbu fihom.+

 3 Għax il-​bniedem mill-​agħar ftaħar bix-​xewqa egoistika taʼ ruħu,+

U dak li għamel qligħ b’regħba,+ bierek lilu nnifsu;

נ [Nun]

Ma weriex rispett lejn Ġeħova.+

 4 Fl-arroganza tiegħu, il-​bniedem mill-​agħar ma jagħtix kas;+

L-​ideat kollha tiegħu huma: “M’hemmx Alla.”+

 5 Triqatu jirnexxu dejjem.+

Il-​ġudizzji tiegħek huma fl-​għoli wisq għalih;+

U dawk kollha li jiħduha kontrih, jiddieħaq bihom.+

 6 Qal f’qalbu: “M’iniex se nitħarrek;+

Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni ebda gwaj ma se jiġi fuqi.”+

פ [Pe]

 7 Fommu mimli ħalf u qerq u moħqrija.+

Taħt ilsienu hemm l-​inkwiet u l-​ħsara.+

 8 Joqgħod għassa ħdejn l-​irħula;

Fil-​moħbi joqtol lil xi ħadd innoċenti.+

ע [Għajn]

Għajnejh jgħarrxu għal xi ħadd sfortunat.+

 9 Joqgħod jistenna fejn ma jidhirx bħal iljun fil-​moħba tiegħu.+

Joqgħod jistenna+ biex ikaxkar bil-​forza lil xi ħadd magħkus.

Ikaxkar bil-​forza lill-​magħkus meta jagħlaq ix-​xibka tiegħu.+

10 Minħabba fih il-​magħkus jitfarrak, jitbaxxa,

U l-​kotra taʼ msejknin taqaʼ taħt difrejh b’saħħithom.+

11 Qal f’qalbu:+ “Alla nesa.+

Ħeba wiċċu.+

Qatt m’hu se jara.”+

ק [Kof]

12 Qum,+ O Ġeħova. O Alla, erfaʼ idek.+

Tinsiex lill-​magħkusin.+

13 Il-bniedem mill-​agħar għala ma weriex rispett lejn Alla?+

Qal f’qalbu: “M’intix se titlob kont.”+

ר [Rex]

14 Għax int rajt l-​inkwiet u d-​dwejjaq.

Tibqaʼ tħares, biex tiħodhom f’idejk.+

L-​isfortunat,+ it-​tifel bla missier, jafda ruħu f’idejk.

Int sirt l-​għajnuna tiegħu.+

ש [Xin]

15 Ikser driegħ il-​bniedem mill-​agħar u ħażin.+

Ikkastigah għall-​ħażen tiegħu sakemm ma ssiblux iktar.+

16 Ġeħova hu Sultan għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+

Il-​ġnus għabu mill-​art tiegħu.+

ת [Taw]

17 Ix-xewqa tal-​ġwejdin int tismagħha żgur,+ O Ġeħova.

Se tħejjilhom qalbhom.+

Se tagħti kashom billi tiftaħ widnejk,+

18 Biex twettaq ġustizzja mat-​tifel bla missier u maʼ l-​imfarrak,+

Sabiex il-​bniedem mortali taʼ l-​art ma jkunx jistaʼ jbeżżaʼ iktar.+

Lid-​direttur. Taʼ David.

11 F’Ġeħova stkennejt.+

Kif tażżardaw tgħiduli:

“Aħrab bħal għasfur lejn il-​muntanja tiegħek!+

 2 Għax, ara! In-​nies mill-​agħar qed jilwu l-​qaws,+

Qed jippreparaw il-​vleġġa tagħhom mal-​korda tal-​qaws,

Biex fid-​dlam jisparaw għal dawk li huma retti f’qalbhom.+

 3 Meta jiġġarrfu l-​pedamenti tal-​ġustizzja,+

X’jagħmel il-​ġust?”

 4 Ġeħova qiegħed fit-​tempju qaddis tiegħu.+

Ġeħova—fis-​smewwiet għandu t-​tron tiegħu.+

Għajnejh jaraw; għajnejh ileqqu jeżaminaw+ lil ulied il-​bnedmin.

 5 Ġeħova jeżamina kemm lill-​ġust kif ukoll lil dak li hu mill-​agħar,+

U lil kulmin iħobb il-​vjolenza Ruħu tobogħdu.+

 6 Iniżżel fuq il-​ħżiena xita taʼ nases, nar u kubrit+

U riħ jaħraq, bħala l-​kies li jridu jixorbu minnu.+

 7 Għax Ġeħova huwa ġust;+ hu jħobb atti ġusti.+

Huma r-​retti li se jaraw wiċċu.+

Lid-​direttur. Fuq l-​ottava taʼ taħt.+ Melodija taʼ David.

12 Salvani,+ O Ġeħova, għax il-​leali ntemmew;+

Għax in-​nies taʼ fedeltà għabu minn fost ulied il-​bnedmin.

 2 Dak li m’huwiex verità jitkellmu bejniethom;+

B’xofftejn mellisin+ jitkellmu, iva, b’żewġt iqlub.+

 3 Ġeħova se jeqred ix-​xofftejn mellisin kollha,

L-​ilsien li jitkellem ħwejjeġ taʼ kburija,+

 4 Dawk li qalu: “Bi lsienna nirnexxu.+

Nużaw xofftejna kif irridu. Min hu sidna?”

 5 “Talli lill-​magħkusin ħarbtuhom, talli l-​foqra jitniehdu,+

F’dan iż-​żmien inqum,” jgħid Ġeħova.+

“Inqegħedhom fis-​sigurtà, ’il bogħod minn kulmin jiddieħaq bihom.”+

 6 Kliem Ġeħova hu kliem pur,+

Bħal fidda rfinuta ġo forn* fl-​art, imsoffija sebaʼ darbiet.

 7 Int innifsek, O Ġeħova, se tħarishom;+

Għal żmien indefinit, se tipproteġi lil kull wieħed minnhom minn din il-​ġenerazzjoni.

 8 In-nies mill-​agħar jimxu kullimkien,

Għax il-​viltà hi glorifikata fost ulied il-​bnedmin.+

Lid-​direttur. Melodija taʼ David.

13 Kemm se ddum tinsieni,+ O Ġeħova? Għal dejjem?+

Kemm se ddum taħbi wiċċek minni?+

 2 Kemm se ndum nirreżisti waħdi,

Bi swied taʼ qalb il-​jum kollu?

Kemm se jdum l-​għadu tiegħi jkun minn fuq?+

 3 Ħares lejja; wiġibni, O Ġeħova Alla tiegħi.

Dawwalli għajnejja,+ sabiex ma norqodx fil-​mewt,+

 4 Sabiex l-​għadu tiegħi ma jgħidx: “Irbaħtlu!”

Sabiex l-​avversarji tiegħi ma jifirħux li jien inkun għotort.+

 5 Min-naħa tiegħi, fil-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek fdajt;+

Ħa tifraħ qalbi bis-​salvazzjoni tiegħek.+

 6 Se nkanta lil Ġeħova, għax hu ppremjani.+

Lid-​direttur. Taʼ David.

14 Min hu bla sens qal f’qalbu:

“M’hemmx Ġeħova.”+

Huma aġixxew b’mod mill-​agħar,+ għamlu affarijiet mistkerrhin.

M’hemm ħadd li qed jagħmel it-​tajjeb.+

 2 Ġeħova ħares ’l isfel mis-​sema lejn ulied il-​bnedmin,+

Biex jara jekk hemmx xi ħadd li għandu d-​dehen, xi ħadd li qed ifittex lil Ġeħova.+

 3 Ilkoll żvijaw,+ ilkoll kemm huma mħassrin;+

M’hemm ħadd li qed jagħmel it-​tajjeb,+

Lanqas wieħed li hu wieħed.+

 4 Fost dawk li jipprattikaw il-​ħsara, m’hemm ħadd li għandu l-​għarfien?+

Għax jieklu lill-​poplu tiegħi qishom qed jieklu l-​ħobż.+

Ma sejħux lil Ġeħova.+

 5 Imbagħad imtlew b’biżaʼ kbir,+

Għax Ġeħova qiegħed fost il-​ġenerazzjoni tal-​ġust.+

 6 Lill-magħkus ġegħeltuh jistħi minħabba l-​pjan tiegħu,

Għax Ġeħova hu l-​kenn tiegħu.+

 7 O li kieku minn Sijon tiġi s-​salvazzjoni taʼ Israel!+

Meta Ġeħova jiġbor lura lill-​imjassrin tal-​poplu tiegħu,+

Ħa jifraħ Ġakobb, ħa jithenna Israel.+

Melodija taʼ David.

15 O Ġeħova, min se jkun mistieden fit-​tinda tiegħek?+

Min se jgħammar fuq il-​muntanja qaddisa tiegħek?+

 2 Dak li jimxi bla nuqqas+ u jipprattika s-​sewwa+

U jitkellem il-​verità f’qalbu.+

 3 Ma mmalafamax bi lsienu.+

Lil sieħbu m’għamillu xejn ħażin,+

U ma xerred l-​ebda tmaqdir kontra l-​ħabib tiegħu.+

 4 F’għajnejh, kulmin hu taʼ min jistmerru għandu jitwarrab,+

Imma jonora lil dawk li jibżgħu minn Ġeħova.+

Għalkemm dak li ħalef jistaʼ jkun taʼ ħsara għalih, xorta ma jbiddlux.+

 5 Flusu ma tahomx bl-​imgħax,+

U tixħim kontra l-​innoċenti m’aċċettax.+

Min jagħmel dawn l-​affarijiet ma jogħtor qatt.+

Miktam* taʼ David.

16 Ħarisni, O Alla, għax jien stkennejt fik.+

 2 Jien għedt lil Ġeħova: “Int Ġeħova; mhux int li tibbenefika mit-​tjubija tiegħi,+

 3 Imma l-​qaddisin li huma fl-​art.

B’dawn, iva, bil-​maestużi, nitgħaxxaq.”+

 4 Joktor l-​uġigħ taʼ dawk li, meta jiġi ħaddieħor, jgħaġġlu għal warajh.+

M’iniex se nferraʼ magħhom l-​offerti tax-​xorb li fihom id-​demm,+

U m’iniex se nsemmi isimhom b’xofftejja.+

 5 Ġeħova huwa s-​sehem tiegħi,+ u l-​kies tiegħi jimlihuli sew.+

Sehmi fil-​ħajja int iżżommu tajjeb f’idejk.

 6 Jien kuntent bil-​postijiet li messni bil-​ħbula tal-​kejl.+

Iva, dak li ħadt jogħġobni.

 7 Se nbierek lil Ġeħova, li tani l-​pariri.+

Iva, bil-​lejl il-​kliewi tiegħi kkoreġewni.+

 8 Qegħedt lil Ġeħova quddiemi l-​ħin kollu.+

Bih fuq leminti, m’iniex se nitħarrek.+

 9 Għalhekk, qalbi tifraħ, u kulma hu glorjuż fija jithenna.+

U ġismi* jgħammar fis-​sigurtà.+

10 Għax int ma tħallix lil ruħi fil-​Qabar.*+

Ma tħallix lil-​leali tiegħek jara l-​ħofra.+

11 Int tgħarrafni t-​triq tal-​ħajja.+

B’wiċċek timlieni bil-​ferħ;+

Fuq lemintek nitgħaxxaq għal dejjem.+

Talba taʼ David.

17 Ismaʼ l-​kawża ġusta tiegħi, O Ġeħova; agħti kas l-​għajat tiegħi bil-​ħrara;+

Agħti widen għat-​talba tiegħi li mhix ġejja minn xofftejn qarriqin.+

 2 Ħa joħroġ minn quddiemek il-​ġudizzju għalija;+

Ħa jaraw għajnejk dak li hu rett.+

 3 Int eżaminajtli qalbi, flejtni bil-​lejl,+

Irfinajtni; se ssib li jien ma nfassal xejn ħażin.+

Fommi ma jonqosx.+

 4 Għax fejn jidħlu l-​attivitajiet tal-​bniedem,

Jien qgħadt għassa, b’kelmet xofftejk, li ma nimxix fil-​mogħdijiet tal-​ħalliel.+

 5 Ħa jibqgħu l-​passi tiegħi f’mogħdijietek,+

Sabiex riġlejja ma jogħtrux.+

 6 Jien insejjaħlek, għax int twiġibni, O Alla.+

Mejjel widintek lejja. Ismaʼ x’qed ngħid.+

 7 Agħmel atti meraviljużi taʼ qalb tajba bl-​imħabba,+ O Salvatur taʼ dawk li jfittxu l-​kenn

Minn dawk li jirvellaw kontra idek il-​leminija.+

 8 Ħarisni bħall-​mimmi taʼ l-​għajn,+

F’dell ġwinħajk aħbini,+

 9 Minħabba n-​nies mill-​agħar li ħarbtuni.

L-​għedewwa tiegħi għalquni minn kull naħa.+

10 Dawru qalbhom bix-​xaħam;+

Fommhom tkellem bis-​suppervja;+

11 Issa mxew wara l-​passi tagħna u dawruna minn kullimkien;+

Xeħtu għajnejhom fuqna biex jitfgħuna maʼ l-​art.+

12 Kull wieħed minnhom hu bħal iljun imlebleb biex iqattaʼ biċċiet il-​priża tiegħu+

U bħal iljun b’saħħtu li qed jistenna fil-​moħbi.

13 Qum, O Ġeħova; iffaċċjah wiċċ imbwiċċ;+

Ġiegħlu jmil; eħlisni mill-​ħażin bis-​sejf tiegħek,+

14 Mill-bnedmin, permezz taʼ idek, O Ġeħova,+

Mill-​bnedmin taʼ din is-​sistema,+ li sehemhom hu f’din il-​ħajja,+

U li żaqqhom timlihielhom bit-​teżor moħbi tiegħek,+

U li huma mimlijin bl-​ulied+

U jħallu għal uliedhom dak li jkunu ħażnu.+

15 Imma jien, fis-​sewwa għad nara ’l wiċċek;+

Kuntent se nkun meta nqum u nara s-​sura tiegħek.+

Lid-​direttur. Tal-​qaddej taʼ Ġeħova, taʼ David, li qal lil Ġeħova l-​kliem taʼ din l-​għanja dakinhar li Ġeħova ħelsu minn id l-​għedewwa kollha tiegħu u minn id Sawl.+ U qal:

18 Se nurik l-​affezzjoni tiegħi, O Ġeħova s-​saħħa tiegħi.+

 2 Ġeħova hu l-​blat għoli u l-​fortizza tiegħi u Dak li jħarrabni.+

Alla tiegħi hu l-​blata tiegħi. Fih se nistkenn,+

It-​tarka tiegħi u l-​qarn* tiegħi taʼ salvazzjoni, il-​post fl-​għoli tiegħi taʼ sigurtà.+

 3 Se nsejjaħ lil Dak li jistħoqqlu tifħir, lil Ġeħova.+

U mill-​għedewwa tiegħi jsalvani.+

 4 Il-ħbula tal-​mewt dawruni;+

Dilluvju taʼ nies li m’huma tajbin għal xejn qagħdu jwerwruni.+

 5 Il-ħbula tal-​Qabar* daru miegħi;+

Ġejt wiċċ imbwiċċ man-​nases tal-​mewt.+

 6 Fin-niket tiegħi bqajt insejjaħ lil Ġeħova,

U lil Alla tiegħi bqajt ngħajjat għall-​għajnuna.+

Minn ġot-​tempju tiegħu hu semaʼ leħni,+

U l-​għajta għall-​għajnuna li għajjatt quddiemu issa waslet f’widnejh.+

 7 U l-​art bdiet titħarrek u titriegħed,+

U s-​sisien tal-​muntanji theżżu,+

U tħarrku ’l quddiem u lura għax kien irrabjat.+

 8 Telaʼ duħħan minn imnifsejh, u nar minn fommu baqaʼ jiblaʼ;+

Il-​ġamar beda jaqbad minnu.

 9 Hu baxxa s-​smewwiet ’l isfel u niżel.+

Taħt saqajh kien hemm sħab iswed.

10 U ġie jtir riekeb fuq kerubin,+

Ġie sparat fuq il-​ġwinħajn taʼ spirtu.+

11 Imbagħad għamel id-​dlam il-​moħba tiegħu;+

Imdawwar bihom bħal għarix kien hemm

Ilmijiet mudlama, sħab oħxon.+

12 Fid-dija taʼ quddiemu kien għaddej is-​sħab tiegħu,+

Silġ u ġamar tan-​nar.+

13 U fis-​smewwiet Ġeħova beda jriegħed,+

L-​Iktar Għoli beda jsemmaʼ leħnu,+

U niżlu silġ u ġamar tan-​nar.

14 U baqaʼ jitfgħalhom il-​vleġeġ tiegħu, biex ixerridhom;+

U spara s-​sajjetti, biex jitfagħhom f’konfużjoni.+

15 U qiegħ l-​ilmijiet beda jidher,+

U s-​sisien taʼ l-​art produttiva nkixfu+

Biċ-​ċanfira tiegħek, O Ġeħova, bin-​nefħa tan-​nifs minn imnifsejk.+

16 Tani idejh mill-​għoli, laqagħni,+

Tellagħni minn ilmijiet fondi.+

17 Ħelisni mill-​għadu b’saħħtu tiegħi,+

U minn dawk li jobogħduni; għax kienu iktar b’saħħithom minni.+

18 Huma baqgħu jisfidawni f’jum l-​hemm tiegħi,+

Imma Ġeħova ġie biex ikun t’appoġġ għalija.+

19 U ħariġni f’post spazjuż;+

Ħelisni, għax fija sab l-​għaxqa tiegħu.+

20 Ġeħova jippremjani skond is-​sewwa tiegħi;+

Skond l-​indafa taʼ idejja jħallasni lura.+

21 Għax jien żammejt it-​triqat taʼ Ġeħova,+

U ma tlaqtx lil Alla tiegħi, li hi azzjoni mill-​agħar.+

22 Għax id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha tiegħu qegħdin quddiemi,+

U l-​istatuti tiegħu ma nitlaqhomx.+

23 Se nkun bla nuqqas f’għajnejh,+

U min-​naħa tiegħi se nitbiegħed mill-​iżball.+

24 Ħa jħallasni lura Ġeħova skond is-​sewwa tiegħi,+

Skond l-​indafa taʼ idejja quddiem għajnejh.+

25  Maʼ xi ħadd leali int se taġixxi b’lealtà;+

Mar-​raġel b’saħħtu u bla nuqqas se timxi bla nuqqas;+

26  Maʼ dak li qed iżomm nadif int se tkun nadif;+

U mal-​qarrieq se tkun makakk;+

27 Għax lill-​magħkusin se ssalvahom;+

Imma lill-​għajnejn suppervi se tbaxxihom.+

28 Int se ddawwalli l-​musbieħ tiegħi, O Ġeħova;+

Alla tiegħi se jagħmel id-​dlam tiegħi jiddi.+

29 Għax permezz tiegħek nistaʼ niħodha kontra qatgħa ħallelin;+

U permezz t’Alla tiegħi nistaʼ nixxabbat maʼ sur.+

30 L-Alla l-​veru, triqtu perfetta;+

Dak li jgħid Ġeħova hu rfinut.+

Tarka hu għal dawk kollha li jistkennu fih.+

31 Għax min hu Alla ħlief Ġeħova?+

U min hu blata ħlief Alla tagħna?+

32 Hu l-​Alla l-​veru li jħażżimni sew b’enerġija kbira,+

U jagħmilli triqti perfetta.+

33 Jagħmilli saqajja bħal taċ-​ċriev,+

U jżommni wieqaf fuq postijiet li huma għoljin għalija.+

34 Qed iħarriġli idejja għall-​gwerra,+

U dirgħajja jagħfsu ’l isfel qaws tar-​ram aħmar.+

35 Int se tagħtini t-​tarka tiegħek taʼ salvazzjoni,+

U idek il-​leminija se twiżinni,+

U l-​umiltà tiegħek se tagħmilni kbir.+

36 Int se tagħmilli biżżejjed wisaʼ fejn nimxi,+

U l-​għekiesi taʼ saqajja m’humiex se jċedu.+

37 Jien se niġri wara l-​għedewwa tiegħi u nilħaqhom;

U ma niġix lura qabel ma jinqerdu għalkollox.+

38 Infarrakhom sabiex ma jkollhomx il-​ħila jqumu;+

Se jaqgħu taħt saqajja.+

39 U int se tħażżimni b’enerġija kbira għall-​gwerra;

Tixħet taħti lil dawk li jqumu kontrija.+

40 U se ġġiegħel lill-​għedewwa tiegħi jagħtuni daharhom u jaħarbu;*+

U lil dawk mimlijin mibegħda għalija, jien se nsikkithom.+

41 Huma jgħajtu għall-​għajnuna, imma m’għandhomx salvatur,+

Isejħu lil Ġeħova, imma hu ma jwiġibhomx.+

42 U jien se nitħanhom bħal trab fin fir-​riħ;+

Bħat-​tajn tat-​toroq inwaddabhom.+

43 Int se teħlisni min-​nies li moħħhom biex isibu xi ħtija fija.+

Se taħtarni l-​kap tal-​ġnus.+

Poplu li ma kontx naf, issa se jaqdini.+

44 Malli jisimgħu bija jibdew jobduni;+

Il-​barranin stess se jiġu għandi b’rashom baxxuta.+

45 Il-barranin se jidbielu bil-​mod il-​mod,

U joħorġu jitriegħdu mis-​swar tagħhom.+

46 Ġeħova hu ħaj,+ u ħa jkun imbierek il-​Blata tiegħi.+

Ħa jkun eżaltat l-​Alla tas-​salvazzjoni tiegħi.+

47 L-Alla l-​veru hu Dak li jagħmel vendetta għalija;+

U jrażżan lill-​popli taħti.+

48 Hu jħarrabni mill-​għedewwa rrabjati tiegħi;+

Fuq dawk li jqumu kontrija se terfagħni,+

Mir-​raġel vjolenti teħlisni.+

49 Huwa għalhekk li se nfaħħrek fost il-​ġnus, O Ġeħova,+

U lil ismek ngħanni.+

50 Hu qed jagħmel atti kbar taʼ salvazzjoni għas-​sultan tiegħu+

U qed juri qalb tajba bl-​imħabba mal-​midluk tiegħu,+

Maʼ David u maʼ nislu għal dejjem.+

Lid-​direttur. Melodija taʼ David.

19 Is-smewwiet jiddikjaraw il-​glorja t’Alla;+

U dwar xogħol idejh titkellem il-​firxa tas-​sema.+

 2 Jum wara jum jitkellem,+

U lejl wara lejl iwassal l-​għarfien.+

 3 M’hemmx diskors, u m’hemmx kliem;

Leħinhom ma jinstemax.+

 4 Imma l-​ħabel tagħhom tal-​kejl infirex maʼ l-​art kollha,+

U kliemhom wasal sa tarf l-​art abitata.+

Fihom hu waqqaf għarix għax-​xemx,+

 5 Li qisha għarus meta jkun ħiereġ mill-​kamra tiegħu;+

Qisha raġel setgħan li jieħu pjaċir jiġri f’mogħdija.+

 6 Toħroġ minn tarf wieħed tas-​smewwiet,

U tispiċċa d-​dawra tagħha fit-​trufijiet l-​oħrajn tagħhom;+

U xejn m’hu moħbi mis-​sħana tagħha.+

 7 Il-liġi+ taʼ Ġeħova perfetta,+ u sserraħ* ir-​ruħ.+

It-​tfakkira+ taʼ Ġeħova taʼ min jafdaha,+ u tagħti l-​għerf lil min hu bla esperjenza.+

 8 L-ordnijiet+ mingħand Ġeħova retti,+ u jferrħu l-​qalb;+

Il-​kmandament+ taʼ Ġeħova nadif,+ u jdawwal l-​għajnejn.+

 9 Il-biżaʼ+ taʼ Ġeħova pur, u jibqaʼ għal dejjem.

Id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ taʼ Ġeħova veri;+ huma kollha ġusti.+

10 Huma iktar taʼ min jixtieqhom mid-​deheb, iva, minn ħafna deheb irfinut;+

U iktar ħelu mill-​għasel,+ mill-​għasel li jnixxi mix-​xehda.+

11 Il-qaddej tiegħek ġie mwissi bihom;+

Min iħarishom jiġi premjat bil-​kbir.+

12 Min jistaʼ jagħraf l-​iżbalji tiegħu?+

Aħfirli għad-​dnubiet li għamilt bla ma naf.*+

13 Żomm ukoll lura lill-​qaddej tiegħek minn atti prużuntużi;+

Tħallihomx jiddominawni.+

F’dak il-​każ inkun bla ħtija,*+

U nkun bqajt innoċenti minn ħafna nuqqasijiet.

14 Ħa jkunu kliem fommi u l-​meditazzjoni taʼ qalbi+

Pjaċevoli quddiemek, O Ġeħova, il-​Blata tiegħi+ u l-​Feddej tiegħi.+

Lid-​direttur. Melodija taʼ David.

20 Jalla Ġeħova jwieġbek f’jum in-​niket.+

Ħa jipproteġik+ isem l-​Alla taʼ Ġakobb.

 2 Jalla jibgħatlek l-​għajnuna mill-​post qaddis,+

U jwieżnek minn Sijon.+

 3 Jalla jiftakar kull offerta li għamilt bħala għotja,+

U jalla jaċċetta x-​xaħam taʼ l-​offerta tiegħek tal-​ħruq.+ Sela.

 4 Ħa jagħtik skond ma tixtieq qalbek,+

U jwettaq kull pjan li tagħmel.+

 5 Aħna se ngħajtu bil-​ferħ minħabba s-​salvazzjoni tiegħek,+

U f’isem Alla tagħna ngħollu l-​bnadar tagħna.+

Jalla Ġeħova jwettaqlek dak kollu li titolbu.+

 6 Issa tassew naf li Ġeħova jsalva lill-​midluk tiegħu.+

Iwieġbu mis-​smewwiet qaddisin tiegħu+

Bl-​atti setgħanin taʼ salvazzjoni tal-​leminija tiegħu.+

 7 Xi wħud isemmu l-​karrijiet u oħrajn iż-​żwiemel,+

Imma aħna se nsemmu isem Ġeħova Alla tagħna.+

 8 Dawk iġġarrfu u waqgħu;+

Imma aħna qomna u rġajna waqafna dritti.+

 9 O Ġeħova, salva lis-​sultan!+

Hu se jwiġibna dakinhar li nsejħulu.+

Lid-​direttur. Melodija taʼ David.

21 O Ġeħova, is-​sultan jithenna bis-​saħħa tiegħek;+

U kemm jixtieq jibqaʼ ferħan ferm bis-​salvazzjoni tiegħek!+

 2 Ix-xewqa taʼ qalbu int qtajthielu,+

U x-​xewqa taʼ xofftejh ma żammejthiex lura minnu.+ Sela.

 3 Għax int beriktu u ppreżentajtlu affarijiet tajbin,+

U poġġejt fuq rasu kuruna tad-​deheb irfinut.+

 4 Ħajja talab mingħandek. U int tajthielu;+

Għomor twil għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+

 5 Il-glorja tiegħu kbira minħabba s-​salvazzjoni tiegħek.+

Dinjità u ġmiel tqiegħed fuqu.+

 6 Għax int tbierku bil-​bosta għal dejjem;+

Int tferrħu bil-​ferħ li jagħti wiċċek.+

 7 Għax is-​sultan qed jafda f’Ġeħova,+

Fil-​qalb tajba bl-​imħabba taʼ l-​Iktar Għoli. Mhux se jitħarrek.+

 8 Idek se ssib lill-​għedewwa kollha tiegħek;+

Idek il-​leminija se ssib lil dawk li jobogħduk.

 9 Int se tagħmilhom bħal forn tan-​nar meta jasal iż-​żmien stabbilit li titfaʼ l-​attenzjoni tiegħek fuqhom.+

Fir-​rabja tiegħu Ġeħova se jiblagħhom, u n-​nar se jeqridhom.+

10 Lil frotthom se teqirdu mill-​art,+

U lin-​nisel tagħhom minn fost ulied il-​bnedmin.+

11 Għax huma mmiraw li jagħmlulek id-​deni;+

Kellhom f’moħħhom ideat li m’għandhomx il-​ħila jwettqu.+

12 Għax int se ġġegħelhom iduru lura u jaħarbu+

Permezz tal-​kordi tal-​qaws tiegħek li tlesti għal wiċċhom.+

13 O kun eżaltat bis-​saħħa tiegħek, O Ġeħova.+

Aħna se nkantaw u ngħannu lis-​setgħa tiegħek.+

Lid-​direttur. Fuq iċ-​Ċerva taż-​Żerniq. Melodija taʼ David.

22 Alla tiegħi, Alla tiegħi, għala tlaqtni?+

Għala qiegħed ’il bogħod milli ssalvani,+

Milli tismaʼ kliem il-​krib tiegħi?+

 2 O Alla tiegħi, bi nhar il-​ħin kollu nsejjaħlek, u int ma twiġibx;+

Bil-​lejl ukoll, u ma niskotx min-​naħa tiegħi.+

 3 Imma int qaddis,+

Int tgħammar qalb it-​tifħir taʼ Israel.+

 4 Fik fdaw missirijietna;+

Fdaw, u int bqajt teħlishom.+

 5 Lilek għajtu,+ u ħarbu salvati;+

Fik fdaw, u ma kellhomx għalxiex jistħu.+

 6 Imma jien dudu,+ mhux raġel,

Għajb f’għajnejn il-​bnedmin u disprezzat min-​nies.+

 7 Dawk kollha li qed jarawni jiddieħqu bija;+

Huma jibqgħu jiftħu ħalqhom beraħ, jibqgħu jxenglu rashom+ u jgħidu:

 8 “Intreħa f’idejn Ġeħova.+ Ħa jsalvah Hu!+

Ħa jeħilsu hu, ladarba tgħaxxaq bih!”+

 9 Għax kont int li ħriġtni miż-​żaqq,+

Li nissilt fija l-​fiduċja meta kont maʼ sider ommi.+

10 F’idejk kont merħi sa mill-​ġuf;+

Sa minn żaqq ommi int kont Alla tiegħi.+

11 Iżżommx ’il bogħod minni, għax in-​niket qiegħed qrib,+

Għax m’għandi lil ħadd ħliefek biex jgħinni.+

12 Dawruni ħafna barrin żgħar;+

Il-​barrin setgħanin tal-​Basan daru miegħi.+

13 Kixfu snienhom għalija,+

Bħal iljun jgħajjat li jqattaʼ biċċiet il-​priża tiegħu.+

14 Jien ġejt imsawwab bħall-​ilma,+

U kull għadma li għandi nqalgħet minn maʼ l-​oħra.+

Qalbi saret bħax-​xamaʼ;+

Qed iddub fil-​fond tal-​ġewwieni tiegħi.+

15 Saħħti nixfitli bħal biċċa fuħħar,+

U lsieni weħilli mas-​saqaf taʼ ħalqi;+

Fit-​trab tal-​mewt qegħedtni.+

16 Għax il-​klieb dawruni;+

Il-​ġemgħa taʼ dawk li jagħmlu l-​ħażen rassitni.+

Qed jigdmuli idejja u saqajja+ bħal iljun.

17 Nistaʼ ngħodd għadmi kollu.+

Huma jħarsu u jiċċassaw lejja.+

18 Iqassmu ħwejġi bejniethom,+

U l-​ilbies tiegħi jtellgħuh bix-​xorti.+

19 Imma int, O Ġeħova, toqgħodx ’il bogħod.+

O saħħa tiegħi,+ fittex għinni.+

20 Eħlisli ruħi mis-​sejf,+

L-​unika waħda li għandi eħlisli minn id il-​kelb;+

21 Salvani minn ħalq l-​iljun;+

Wiġibni u salvani mill-​qrun tal-​barrin salvaġġi.+

22 Se nxandar ismek+ lil ħuti;+

F’nofs il-​kongregazzjoni se nfaħħrek.+

23 Intom li għandkom il-​biżaʼ taʼ Ġeħova, faħħruh!+

Intom ilkoll minn nisel Ġakobb, igglorifikawh!+

U ibżgħu minnu, intom ilkoll minn nisel Israel.+

24 Għax hu la ddisprezza+

U lanqas stmerr is-​sofferenza taʼ min qed isofri;+

U ma ħebiex wiċċu minnu,+

U meta dan sejjaħlu għall-​għajnuna semgħu.+

25 Għal dak li għamilt se nfaħħrek fil-​kongregazzjoni l-​kbira;+

Il-​wegħdi tiegħi se rroddhom quddiem dawk li jibżgħu minnu.+

26 Il-ġwejdin se jieklu u jixbgħu;+

Dawk li qed ifittxuh se jfaħħru lil Ġeħova.+

Jalla qlubkom jgħixu għal dejjem.+

27 It-truf kollha taʼ l-​art se jiftakru f’Ġeħova u jduru lejh.+

U l-​familji kollha tal-​ġnus se jmilu quddiemek.+

28 Għax is-​saltna hi taʼ Ġeħova,+

U hu qed jiddomina lill-​ġnus.+

29 L-għonja* kollha taʼ l-​art se jieklu u jmilu;+

Quddiemu dawk kollha li neżlin fit-​trab se jitbaxxew,+

U ħadd qatt ma se jżomm lil ruħu stess ħajja.+

30 Se jkun hemm nisel li jaqdih;+

Se tintgħamel dikjarazzjoni dwar Ġeħova lill-​ġenerazzjoni li jmiss.+

31 Huma se jiġu u jgħidu dwar is-​sewwa tiegħu+

Lill-​poplu li għad irid jitwieled, u jgħidu li hu għamel dan.+

Melodija taʼ David.

23 Ġeħova r-​Ragħaj tiegħi.+

Ma se jonqosni xejn.+

 2 F’mergħat iħaddru jmiddni;+

Ħdejn postijiet taʼ mistrieħ imsoqqijin tajjeb jiħodni.+

 3 Lil ruħi jserraħha.+

Imexxini fil-​mogħdijiet tas-​sewwa minħabba ismu.+

 4 Għalkemm nimxi fil-​wied taʼ dlam ċappa,+

Ma nibżaʼ mill-​ebda deni,+

Għax int miegħi;+

Il-​ħatar tiegħek u l-​għasluġ tiegħek ifarrġuni.+

 5 Int tifrixli mejda quddiem l-​għedewwa tiegħi.+

Biż-​żejt dliktli rasi;+

Il-​kies tiegħi mimli sew.+

 6 Żgur li t-​tjubija u l-​qalb tajba bl-​imħabba se jiġru warajja l-​jiem kollha taʼ ħajti;+

U jien se ngħammar fid-​dar taʼ Ġeħova għomri kollu.+

Taʼ David. Melodija.

24 Taʼ Ġeħova l-​art u kulma fiha,+

L-​art produttiva u dawk li jgħammru fiha.+

 2 Għax fuq l-​ibħra sejjisha,+

U fuq ix-​xmajjar iżommha stabbilita fis-​sod.+

 3 Min jistaʼ jitlaʼ fuq il-​muntanja taʼ Ġeħova?+

U min jistaʼ jitlaʼ fil-​post qaddis tiegħu?+

 4 Kulmin għandu idejh innoċenti u qalbu nadifa,+

Li ma qiesx lil Ruħi* bla siwi,+

Lanqas ma ħalef bil-​qerq.+

 5 Hu se jieħu l-​barka mingħand Ġeħova+

U s-​sewwa mingħand Alla tas-​salvazzjoni tiegħu.+

 6 Din hi l-​ġenerazzjoni taʼ dawk li qed ifittxuh,

Taʼ dawk li qed ifittxu lil wiċċek, O Alla taʼ Ġakobb.+ Sela.

 7 “Għollu raskom, O bibien,+

U għolew ’il fuq, O daħliet minn żmien twil ilu,+

Sabiex is-​Sultan glorjuż ikun jistaʼ jidħol!”+

 8 “Mela min hu dan is-​Sultan glorjuż?”+

“Ġeħova b’saħħtu u setgħan,+

Ġeħova setgħan fil-​battalja.”+

 9 “Għollu raskom, O bibien;+

Iva, għolluhom ’il fuq, O daħliet minn żmien twil ilu,

Sabiex is-​Sultan glorjuż ikun jistaʼ jidħol!”+

10 “Mela min hu dan is-​Sultan glorjuż?”

“Ġeħova taʼ l-​armati—hu s-​Sultan glorjuż.”+ Sela.

Taʼ David.

א [Alef]

25 Lilek, O Ġeħova, nitlob u noffri ruħi.+

ב [Bet]

 2 O Alla tiegħi, fik poġġejt il-​fiduċja tiegħi;+

Jalla ma jkollix għalxiex nistħi.

Jalla l-​għedewwa tiegħi ma jifirħux minħabba fija.+

ג [Gimel]

 3 Iva, ħadd minn dawk li jittamaw fik ma jistħi.+

Se jistħu dawk li qed jaġixxu bi tradiment imma mingħajr suċċess.+

ד [Dalet]

 4 Għarrafni triqatek, O Ġeħova;+

Għallimni mogħdijietek.+

ה [Ħe]

 5 Mexxini fil-​verità tiegħek u għallimni,+

Għax int Alla tas-​salvazzjoni tiegħi.+

ו [Waw]

Fik ittamajt il-​jum kollu.+

ז [Żajin]

 6 Ftakar fil-​ħniniet tiegħek,+ O Ġeħova, u fl-​atti tiegħek taʼ qalb tajba bl-​imħabba,+

Għax ilek turihom minn dejjem.*+

ח [Ħet]

 7 Id-dnubiet taʼ żgħożiti u l-​irvellijiet tiegħi tiftakarhomx.+

Ftakarni skond il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+

Minħabba tjubitek, O Ġeħova.+

ט [Tet]

 8 Tajjeb u rett hu Ġeħova.+

Għalhekk lill-​midinbin jistruwihom fit-​triq it-​tajba.+

י [Jod]

 9 Hu se jmexxi lill-​ġwejdin fid-​deċiżjoni ġudizzjarja tiegħu,+

U se jgħallem lill-​ġwejdin dwar triqtu.+

כ [Kaf]

10 Il-mogħdijiet kollha taʼ Ġeħova huma qalb tajba bl-​imħabba u verità

Għal dawk li josservaw il-​patt+ u t-​tfakkiriet tiegħu.+

ל [Lamed]

11 Minħabba ismek, O Ġeħova,+

Aħfirli wkoll l-​iżball tiegħi, għalkemm hu kbir.+

מ [Mem]

12 Issa, min hu l-​bniedem li jibżaʼ minn Ġeħova?+

Hu jistruwih fit-​triq li jagħżel.+

נ [Nun]

13 Hu jgħammar fit-​tjubija,+

U wliedu jieħdu l-​art.+

ס [Samek]

14 L-intimità maʼ Ġeħova hi taʼ dawk li jibżgħu minnu.+

Tagħhom ukoll hu l-​patt tiegħu sabiex jgħarrafhulhom.+

ע [Għajn]

15 Għajnejja mitfugħin fuq Ġeħova l-​ħin kollu,+

Għax hu joħroġli saqajja mix-​xibka.+

פ [Pe]

16 Dawwar wiċċek lejja, u ħenn għalija;+

Għax jien ninsab waħdi u qed insofri.+

צ [Sade]

17 In-niket taʼ qalbi żdied bil-​bosta;+

O eħlisni mill-​pressjonijiet tiegħi.+

ר [Rex]

18 Ara s-​sofferenza u l-​inkwiet tiegħi,+

U aħfirli dnubieti kollha.+

19 Ara kemm kotru l-​għedewwa tiegħi;+

Huma bagħduni b’mibegħda vjolenti.+

ש [Xin]

20 Ħarisli ruħi u eħlisni.+

Jalla ma jkollix għalxiex nistħi, għax stkennejt fik.+

ת [Taw]

21 Ħa jħarsuni l-​integrità u l-​onestà,+

Għax jien ittamajt fik.+

22 O Alla, ifdi lil Israel min-​niket kollu tiegħu.+

Taʼ David.

26 Iġġudikani,+ O Ġeħova, għax jien imxejt bl-​integrità tiegħi,+

U f’Ġeħova fdajt, biex ma naqax.+

 2 Eżaminani, O Ġeħova, u għaddini minn prova;+

Irfinali l-​kliewi u lil qalbi.+

 3 Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek qiegħda quddiem għajnejja,

U jien imxejt fil-​verità tiegħek.+

 4 Jien ma poġġejtx maʼ nies li ma jgħidux il-​verità;+

U ma nimxix maʼ dawk li jaħbu x’inhuma.+

 5 Jien bgħadt lill-​ġemgħa tal-​ħżiena,+

U ma npoġġix maʼ nies mill-​agħar.+

 6 Jien se naħsel idejja fl-​innoċenza,+

U nimxi madwar artalek, O Ġeħova,+

 7 Biex insemmaʼ r-​radd il-​ħajr b’leħen qawwi,+

U biex niddikjara l-​għemejjel taʼ l-​għaġeb kollha tiegħek.+

 8 Ġeħova, jien ħabbejtha d-​dar fejn tgħammar int+

U l-​post fejn toqgħod il-​glorja tiegħek.+

 9 Tiħodlix ruħi flimkien mal-​midinbin,+

Lanqas ħajti flimkien maʼ bnedmin ħatjin tad-​demm,+

10 Li f’idejhom għandhom kondotta laxka,+

U li idhom il-​leminija mimlija tixħim.+

11 Min-naħa tiegħi, jien se nimxi bl-​integrità tiegħi.+

O ifdini+ u ħenn għalija.+

12 Sieqi se tieqaf fuq art wâtja;+

Fost il-​qtajjaʼ miġburin jien se nbierek lil Ġeħova.+

Taʼ David.

27 Ġeħova hu d-​dawl tiegħi+ u s-​salvazzjoni tiegħi.+

Minn min se nibżaʼ?+

Ġeħova hu l-​fortizza taʼ ħajti.+

Minn min se nitkexkex?+

 2 Meta dawk li jagħmlu l-​ħażen resqu kontrija biex jikluli laħmi,+

Billi kienu l-​avversarji u l-​għedewwa tiegħi,+

Huma tfixklu u waqgħu.+

 3 Għalkemm armata tistaʼ tikkampja kontrija,+

Qalbi ma tibżax.+

Anki jekk tqum gwerra kontrija,+

Xorta se nafda fih.+

 4 Ħaġa waħda tlabt mingħand Ġeħova+—

Lilha se nfittex,+

Li ngħammar fid-​dar taʼ Ġeħova l-​jiem kollha taʼ ħajti,+

Biex nara s-​sbuħija taʼ Ġeħova+

U biex inħares b’apprezzament lejn it-​tempju tiegħu.+

 5 Għax hu se jaħbini fil-​moħba tiegħu f’jum il-​gwaj;+

Se jostorni fil-​post sigriet tat-​tinda tiegħu;+

Fl-​għoli fuq blata se jqegħedni.+

 6 U issa rasi se tintrefaʼ fuq l-​għedewwa kollha tiegħi li hemm madwari;+

U fit-​tinda tiegħu se nissagrifika sagrifiċċji t’għajat mimli ferħ;+

Se nkanta u ngħanni lil Ġeħova.+

 7 Ismaʼ leħni, O Ġeħova, meta nsejjaħlek,+

Ħenn għalija u wiġibni.+

 8 Qalbi qalet, “Int ikkmandajtna: ‘Fittxu lil wiċċi.’”+

Lil wiċċek, O Ġeħova, se nfittex.+

 9 Taħbix wiċċek minni.+

Fir-​rabja twarrabx lill-​qaddej tiegħek.+

Kun l-​għajnuna tiegħi.+

Tabbandunanix u titlaqnix, O Alla tas-​salvazzjoni tiegħi.+

10 Kieku missieri u ommi stess jitilquni,+

Ġeħova jilqagħni għandu.+

11 Istruwini, O Ġeħova, dwar triqtek,+

U mexxini fil-​mogħdija retta minħabba l-​għedewwa tiegħi.

12 Titlaqnix għax-​xewqa taʼ l-​avversarji tiegħi;+

Għax qamu kontrija xhieda foloz,+

U min ifajjar kliem vjolenti.+

13 Kieku ma kellix fidi li nara t-​tjubija taʼ Ġeħova fl-​art tal-​ħajjin+—!

14 Ittama f’Ġeħova;+ kun kuraġġuż u qawwi qalbek.+

Iva, ittama f’Ġeħova.+

Taʼ David.

28 Lilek, O Ġeħova, insejjaħ il-​ħin kollu.+

O Blata tiegħi, tkunx trux għalija,+

Biex ma tibqax sieket miegħi+

U jien ma jkollix għalfejn insir bħal dawk li neżlin fil-​ħofra.+

 2 Ismaʼ leħni meta b’talb bil-​ħrara ngħajjatlek għall-​għajnuna,

Meta ngħolli idejja+ lejn l-​iktar kamra ġewwinija tal-​post qaddis tiegħek.+

 3 Tkaxkarnix man-​nies mill-​agħar u maʼ dawk li jipprattikaw il-​ħsara,+

Dawk li qed jitkellmu bil-​paċi maʼ sħabhom+ imma li f’qalbhom hemm il-​ħażen.+

 4 Agħtihom skond kif jaġixxu+

U skond il-​ħżunija taʼ dak li jipprattikaw.+

Skond għemil idejhom agħtihom.+

Roddilhom lura dak li jagħmlu huma stess.+

 5 Għax ma jagħtux kas l-​attivitajiet taʼ Ġeħova,+

Lanqas xogħol idejh.+

Hu jġarrafhom u ma jibnihomx.

 6 Ikun imbierek Ġeħova, għax hu semaʼ leħni meta tlabt bil-​ħrara.+

 7 Ġeħova hu s-​saħħa+ u t-​tarka tiegħi.+

Fih fdat qalbi.+

Qalbi tifraħ+ bl-​għajnuna li ksibt,

U bl-​għanja tiegħi se nfaħħru.+

 8 Ġeħova hu saħħa għall-​poplu tiegħu,+

U fortizza li ġġib salvazzjoni grandjuża lill-​midluk tiegħu.+

 9 Salva lill-​poplu tiegħek, u bierek lil wirtek;+

Irgħahom u ġorrhom għal dejjem.+

Melodija taʼ David.

29 Irrikonoxxu lil Ġeħova, O intom ulied is-​setgħanin,

Irrikonoxxu l-​glorja u s-​saħħa taʼ Ġeħova.+

 2 Irrikonoxxu l-​glorja taʼ isem Ġeħova.+

Milu quddiem Ġeħova mżejnin bi lbies qaddis.+

 3 Leħen Ġeħova qiegħed fuq l-​ilmijiet;*+

L-​Alla glorjuż+ riegħed.+

Ġeħova qiegħed fuq ħafna ilmijiet.+

 4 Leħen Ġeħova qawwi;+

Leħen Ġeħova impressjonanti.+

 5 Leħen Ġeħova qed ikisser iċ-​ċedri;

Iva, Ġeħova jkisser f’biċċiet iċ-​ċedri tal-​Libanu,+

 6 U jġegħelhom jaqbżu bħal għoġol,+

Il-​Libanu u s-​Sirjon+ bħal ulied il-​barrin salvaġġi.

 7 Leħen Ġeħova qed itajjar il-​fjammi tan-​nar;+

 8 Leħen Ġeħova jġiegħel ix-​xagħri jitkagħweġ,+

Ġeħova jġiegħel ix-​xagħri taʼ Kades+ jitkagħweġ.

 9 Leħen Ġeħova jġiegħel iċ-​ċriev jitkagħwġu bl-​uġigħ tal-​ħlas+

U jneżżaʼ l-​foresti.+

U fit-​tempju tiegħu kulħadd qed jgħid: “Glorja!”+

10 Ġeħova qagħad bil-​qiegħda fuq id-​dilluvju;+

U Ġeħova joqgħod bil-​qiegħda bħala sultan għal dejjem.+

11 Ġeħova se jagħti s-​saħħa lill-​poplu tiegħu.+

Ġeħova se jbierek lill-​poplu tiegħu bil-​paċi.+

Melodija. Għanja taʼ l-​inawgurazzjoni tad-​dar.+ Taʼ David.

30 Jien se neżaltak, O Ġeħova, għax int erfajtni+

U ma ħallejtx lill-​għedewwa tiegħi jifirħu minħabba fija.+

 2 O Ġeħova Alla tiegħi, jien għajjatlek għall-​għajnuna, u int fejjaqtni.+

 3 O Ġeħova, int tellajtli ruħi mill-​Qabar;*+

Żammejtni ħaj, biex ma ninżilx fil-​ħofra.+

 4 Għannu lil Ġeħova, O intom il-​leali tiegħu,+

Roddu ħajr lit-​tifkira qaddisa tiegħu;+

 5 Għax ir-​rabja tiegħu hi għal mument,+

Imma l-​approvazzjoni tiegħu għal għomor sħiħ.+

Fil-​għaxija għandu mnejn ikun hemm il-​biki,+ imma fil-​għodu għajta taʼ ferħ.+

 6 Min-naħa tiegħi, jien għedt meta kelli moħħi mistrieħ:+

“Qatt ma se nitħarrek.”+

 7 O Ġeħova, peress li tapprovani int waqqaft il-​muntanja tiegħi fis-​saħħa.+

Int ħbejt wiċċek; jien tħawwadt.+

 8 Lilek, O Ġeħova, bqajt insejjaħ;+

U lil Ġeħova bqajt nitolbu bil-​ħrara biex iħenn għalija.+

 9 Xi qligħ hemm f’demmi meta ninżel fil-​ħofra?+

Jaqaw it-​trab se jfaħħrek?+ Se jitkellem dwar il-​verità tiegħek?+

10 Ismaʼ, O Ġeħova, u ħenn għalija.+

O Ġeħova, kun l-​għajnuna tiegħi.+

11 Int biddiltli n-​niket tiegħi fi żfin;+

Int neħħejtli l-​ilbies taʼ l-​ixkora, u żżommni mħażżem bil-​ferħ,+

12 Sabiex kulma hu glorjuż fija jkun jistaʼ jgħannilek u ma jibqax sieket.+

O Ġeħova Alla tiegħi se nfaħħrek għal dejjem.+

Lid-​direttur. Melodija taʼ David.

31 Fik, O Ġeħova, stkennejt.+

Jalla qatt ma jkolli għalxiex nistħi.+

Bis-​sewwa tiegħek ħarrabni.+

 2 Mejjel widintek lejja.+

Eħlisni malajr.+

Sir għalija fortizza tal-​blat,+

Dar fortifikata biex issalvani.+

 3 Għax int il-​blat għoli u l-​fortizza tiegħi;+

U minħabba ismek+ se tmexxini u tiggwidani.+

 4 Se toħroġni mix-​xibka li ħbew għalija,+

Għax int il-​fortizza tiegħi.+

 5 F’idek nafda l-​ispirtu tiegħi.+

Int fdejtni+ O Ġeħova, l-​Alla tal-​verità.+

 6 Jien nobgħodhom lil dawk li jagħtu kas l-​idoli fiergħa u bla siwi;+

Imma ngħid għalija, jien nafda f’Ġeħova.+

 7 Se nifraħ u nithenna bil-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+

Għax int rajt is-​sofferenza tiegħi;+

Kont taf bin-​niket taʼ ruħi,+

 8 U ma rħejtnix f’idejn l-​għadu.+

Int qegħedtli saqajja f’post spazjuż.+

 9 Ħenn għalija, O Ġeħova, għax ninsab f’sitwazzjoni mwiegħra.+

Bid-​dwejjaq għajnejja ddgħajfu,+ ruħi u l-​ġewwieni tiegħi wkoll.+

10 Għax bis-​swied taʼ qalb ħajti ntemmet,+

U s-​snin tiegħi bit-​tnehid.+

Minħabba l-​iżball tiegħi l-​qawwa tiegħi qed tbatti,+

U għadmi ddgħajjef.+

11 Mill-ħarsa taʼ l-​għedewwa+ kollha tiegħi sirt xi ħaġa taʼ tmaqdir,+

L-​iktar għall-​ġirien tiegħi.+

Dawk li jafuni jibżgħu minni.+

Meta rawni barra ħarbu minni.+

12 Jien intesejt, bħal xi ħadd mejjet li m’għadux f’qalb l-​oħrajn;+

Sirt bħal reċipjent maqsum;+

13 Għax jien smajt it-​tpaċpiċ taʼ ħsara mingħand ħafna,+

U hemm twerwir fuq kull naħa.+

Meta jinġemgħu flimkien ħaġa waħda kontrija,+

Ifasslu kif se jiħduli ħajti.+

14 Imma jien—jien fik poġġejt il-​fiduċja tiegħi, O Ġeħova.+

Għedt: “Int Alla tiegħi.”+

15 Jiemi f’idejk.+

Eħlisni minn id l-​għedewwa tiegħi u minn dawk li jiġru warajja.+

16 Ħalli lil wiċċek jiddi fuq il-​qaddej tiegħek.+

Salvani bil-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+

17 O Ġeħova, jalla ma jkollix għalxiex nistħi, għax jien lilek sejjaħt.+

Jalla jistħu dawk mill-​agħar;+

Jalla jibqgħu siekta fil-​Qabar.*+

18 Jalla jitbikkmu x-​xofftejn foloz,+

Li qed jitkellmu bla rażan, b’suppervja, u b’disprezz kontra l-​ġust.+

19 Kemm hi abbundanti tjubitek,+ li int erfajt għal dawk li jibżgħu minnek!+

Li tajt lil dawk li jistkennu fik,

Quddiem ulied il-​bnedmin.+

20 Int se tostorhom fil-​post sigriet tal-​preżenza tiegħek+

Minn dawk li jinġabru flimkien.+

Se taħbihom fl-​għarix tiegħek mit-​tilwim taʼ l-​ilsna.+

21 Ikun imbierek Ġeħova,+

Għax hu wrieni qalb tajba bl-​imħabba meraviljuża+ f’belt assedjata.+

22 Min-naħa tiegħi, meta ħakimni l-​paniku għedt:+

“Se ngħib minn quddiem għajnejk.”+

Żgur li smajt leħni meta b’talb bil-​ħrara għajjattlek għall-​għajnuna.+

23 O ħobbu lil Ġeħova, intom il-​leali kollha tiegħu.+

Lil dawk li juru fedeltà Ġeħova jħarishom,+

Imma jħallas bil-​kbir lil kulmin juri suppervja.+

24 Kunu kuraġġużi, u qawwu qalbkom,+

Intom ilkoll li qed tistennew lil Ġeħova.+

Taʼ David. Maskil.*

32 Hieni hu dak li l-​irvell tiegħu nħafirlu, li dnubu ġie mgħotti.+

 2 Hieni l-​bniedem li Ġeħova ma jżommx kont taʼ l-​iżball tiegħu,+

U li m’għandux spirtu taʼ qerq.+

 3 Meta bqajt sieket, għadmi ttiekel minħabba l-​krib tiegħi l-​jum kollu.+

 4 Għax lejl u nhar idek kienet tqila fuqi.+

Saħħti nixfet bħall-​ilma fin-​nixfa tas-​sħana tas-​sajf.+ Sela.

 5 Sa fl-​aħħar, dnubi stqarrejtu miegħek, u l-​iżball tiegħi ma bqajtx ngħattih.+

Jien għedt: “Se nistqarr nuqqasijieti lil Ġeħova.”+

U int ħfirt l-​iżball taʼ dnubieti.+ Sela.

 6 Minħabba f’hekk, kulmin hu leali se jitolbok+

Waqt li tistaʼ tinstab.+

U l-​għargħar taʼ ħafna ilmijiet ma jmissux.+

 7 Int il-​post fejn ninħeba; int tħarisni min-​niket.+

Iddawwarni b’għajat mimli ferħ għax teħlisni.+ Sela.

 8 “Se nagħtik id-​dehen u nistruwik dwar it-​triq li għandek taqbad.+

Se nagħtik pariri u nżomm għajnejja fuqek.+

 9 Tkunux bħal żiemel jew bagħal li ma jifhimx,+

Li l-​enerġija tiegħu trid titrażżan bi lġiem jew kappestru+

Qabel jiġi ħdejk.”+

10 Bosta huma l-​weġgħat tal-​bniedem mill-​agħar;+

Imma min jafda f’Ġeħova hu mdawwar bil-​qalb tajba bl-​imħabba.+

11 Thennew b’Ġeħova u ifirħu, intom il-​ġusti;+

U għajtu bil-​ferħ, intom ilkoll li retti f’qalbkom.+

33 Għajtu bil-​ferħ, O intom il-​ġusti, minħabba Ġeħova.+

Jixraq li r-​retti jagħtu tifħir.+

 2 Roddu ħajr lil Ġeħova bl-​arpa;+

Fuq strument b’għaxar kordi+ għannulu.

 3 Kantawlu għanja ġdida;+

Doqqu l-​istrumenti tal-​korda bl-​aħjar mod li tistgħu u għajtu bil-​ferħ.+

 4 Għax il-​kelma taʼ Ġeħova hi retta,+

U kulma jagħmel jagħmlu bil-​fedeltà.+

 5 Hu jħobb is-​sewwa u l-​ġustizzja.+

Bil-​qalb tajba bl-​imħabba taʼ Ġeħova mimlija l-​art.+

 6 Bil-kelma taʼ Ġeħova ntgħamlu s-​smewwiet,+

U bl-​ispirtu taʼ fommu l-​armata kollha tagħhom.+

 7 Hu jagħlaq l-​ilmijiet tal-​baħar bħallikieku b’ħitan,+

Iqiegħed fi mħażen l-​ilmijiet għoljin.

 8 Ħa jibżgħu minn Ġeħova n-​nies kollha taʼ l-​art.+

Ħa jkunu mbeżżgħin minnu l-​abitanti kollha taʼ l-​art.+

 9 Għax hu nnifsu tkellem, u dan seħħ;+

Hu kkmanda, u dan sar.+

10 Ġeħova ġab fix-​xejn l-​intenzjoni tal-​ġnus;+

Tellef il-​ħsibijiet tal-​popli.+

11 L-iskop taʼ Ġeħova se jibqaʼ għal dejjem;+

Il-​ħsibijiet taʼ qalbu ma jinbidlux minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+

12 Hieni l-​ġens li Alla tiegħu hu Ġeħova,+

Il-​poplu li għażel bħala wirtu.+

13 Ġeħova ħares mis-​smewwiet+

U ra lil ulied il-​bnedmin kollha.+

14 Mill-post stabbilit fejn jgħammar+

Ħares fiss lejn dawk kollha li jgħammru fuq l-​art.

15 Qed jifformalhom qalbhom ilkoll;+

Qed jikkunsidra l-​għemejjel kollha tagħhom.+

16 L-ebda sultan ma jsalva b’ħafna qawwiet militari;+

Bniedem setgħan ma jinħelisx b’qawwa kbira.+

17 Iż-żiemel ma jiswiex għas-​salvazzjoni,+

U bl-​enerġija kbira li għandu ma jgħinx għall-​ħarba.+

18 Ara! Għajnejn Ġeħova huma fuq dawk li jibżgħu minnu,+

Fuq dawk li jistennew il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu,+

19 Biex jeħilsilhom ruħhom mill-​mewt,+

U biex iżommhom ħajjin fi żmien il-​ġuħ.+

20 Ruħna tistenna lil Ġeħova.+

Hu l-​għajnuna u t-​tarka tagħna.+

21 Bih qalbna tifraħ;+

Għax fl-​isem qaddis tiegħu fdajna.+

22 Ħa tkun fuqna l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+ O Ġeħova,

Ladarba lilek bqajna nistennew.+

Taʼ David, meta għamilha taʼ bir-​ruħu li tilef moħħu+ quddiem Abimelek, u dan keċċieh u hu telaq.

א [Alef]

34 Jien se nbierek lil Ġeħova dejjem;+

Fommi se jfaħħru l-​ħin kollu.+

ב [Bet]

 2 Ruħi se tiftaħar b’Ġeħova;+

Il-​ġwejdin se jisimgħu u jifirħu.+

ג [Gimel]

 3 Faħħru bil-​kbir lil Ġeħova miegħi,+

U ejjew ngħollu ismu flimkien.+

ד [Dalet]

 4 Jien staqsejt lil Ġeħova, u hu wiġibni,+

U mill-​biżaʼ kollu tiegħi ħelisni.+

ה [Ħe]

 5 Xegħel wiċċ dawk li ttamaw fih,+

U xejn ma setaʼ jġegħelhom jistħu.+

ז [Żajin]

 6 Dan il-​magħkus sejjaħ, u Ġeħova semaʼ.+

U min-​niket kollu tiegħu Hu salvah.+

ח [Ħet]

 7 L-anġlu taʼ Ġeħova qed jikkampja madwar dawk li jibżgħu minnu,+

U hu jeħlishom.+

ט [Tet]

 8 Duqu u araw li Ġeħova hu tajjeb;+

Hieni r-​raġel b’saħħtu li jistkenn fih.+

י [Jod]

 9 Ibżgħu minn Ġeħova, intom il-​qaddisin tiegħu,+

Għax dawk li jibżgħu minnu ma jkun jonqoshom xejn.+

כ [Kaf]

10 L-iljuni b’saħħithom kellhom ftit u sfaw bil-​ġuħ;+

Imma dawk li jfittxu lil Ġeħova ma jonqoshom xejn li hu tajjeb.+

ל [Lamed]

11 Ejjew, uliedi, isimgħuni;+

Il-​biżaʼ taʼ Ġeħova se ngħallimkom.+

מ [Mem]

12 Min hu l-​bniedem li qed jitgħaxxaq bil-​ħajja,+

Li jixtieq jara ħafna jiem tajbin?+

נ [Nun]

13 Ħares ilsienek mill-​ħażen,+

U xofftejk milli jitkellmu l-​qerq.+

ס [Samek]

14 Tbiegħed mill-​ħażen, u agħmel it-​tajjeb;+

Fittex il-​paċi, u iġri warajha.+

ע [Għajn]

15 Għajnejn Ġeħova huma fuq in-​nies sewwa,+

U widnejh miftuħin għall-​għajta tagħhom għall-​għajnuna.+

פ [Pe]

16 Ġeħova jdawwar wiċċu lil hinn minn dawk li qed jagħmlu l-​ħażen,+

Biex ma jissemmewx iktar fuq l-​art.+

צ [Sade]

17 Il-ġusti għajtu, u Ġeħova semaʼ,+

U min-​niket kollu tagħhom ħelishom.+

ק [Kof]

18 Ġeħova hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma;+

U lil dawk bi spirtu miksur isalvahom.+

ר [Rex]

19 Bosta huma l-​gwajijiet tal-​ġust,+

Imma Ġeħova jeħilsu minnhom kollha.+

ש [Xin]

20 Hu qed jgħasses l-​għadam kollu taʼ dak il-​wieħed;

Lanqas waħda minnhom ma ġiet miksura.+

ת [Taw]

21 Il-gwaj se joqtol lill-​bniedem mill-​agħar;+

U dawk li jobogħdu lill-​ġust se jinstabu ħatjin.+

22 Ġeħova qed jifdi ruħ il-​qaddejja tiegħu;+

U ħadd minn dawk li jistkennu fih ma se jinstab ħati.+

Taʼ David.

35 Ħu f’idejk il-​kawża tiegħi, O Ġeħova, kontra l-​avversarji tiegħi;+

Iggwerra kontra dawk li qed jagħmluli gwerra.+

 2 Aqbad it-​tarka ż-​żgħira u l-​kbira,+

U qum biex tgħinni.+

 3 Oħroġ il-​lanza u l-​mannara* tal-​gwerra biex tiġi għal dawk li qed jiġru warajja.+

Għidli: “Jien is-​salvazzjoni tiegħek.”+

 4 Jalla jistħu u jkunu umiljati dawk li qed jonsbu għal ruħi.+

Jalla jintbagħtu lura u jiġu avviliti dawk li qed ifasslu gwaj kontrija.+

 5 Ħa jsiru bħal karfa fir-​riħ,+

U jkeċċihom l-​anġlu taʼ Ġeħova.+

 6 Ħa ssir triqithom dlam u żliq,+

U jiġri warajhom l-​anġlu taʼ Ġeħova.

 7 Għax għalxejn b’xejn ħbewli ħofra mgħottija b’xibka;+

Ħaffruha għal ruħi għalxejn b’xejn.+

 8 Ħa tiġi fuqhom ir-​rovina mingħajr ma jkunu jafu,+

U taqbadhom ix-​xibka li ħbew huma stess;+

Ħa tiġi fuqhom ir-​rovina u jaqgħu fiha.+

 9 Imma ħa tifraħ ruħi b’Ġeħova;+

Ħa tithenna bis-​salvazzjoni tiegħu.+

10 Għadmi kollu ħa jgħid:+

“O Ġeħova, min hemm bħalek,+

Li teħles lill-​magħkus minn wieħed iktar b’saħħtu minnu,+

U teħles lill-​magħkus u l-​fqir minn dak li qed jisirqu?”+

11 Iqumu xhieda vjolenti;+

Jistaqsuni dak li ma nafx.+

12 Għat-tajjeb iħallsuni bil-​ħażin,+

U b’hekk ruħi ġġarrab telfa.+

13 Min-naħa tiegħi, meta mardu, ilbist ilbies taʼ l-​ixkora,+

Bis-​sawm għakkist lil ruħi,+

U talbi kien jerġaʼ lura fi ħdani.+

14 Għal sieħbi, għal ħija,+

Jien imxejt bħal wieħed imnikket għal ommu.+

B’qalbi sewda, jien tbaxxejt maʼ l-​art.

15 Imma meta bdejt inzappap ferħu u nġabru flimkien;+

Inġabru kontrija,+

Ħabtu għalija qabel intbaħt;+

Tertquni u ma qagħdux siekta.+

16 Fost l-​apostati li jżebilħu għal ħobża+

Għażżew snienhom kontrija.+

17 O Ġeħova, kemm se ddum tarah dan?+

Eħlisli ruħi mit-​tħarbit tagħhom,+

L-​unika waħda+ li għandi mill-​iljuni b’saħħithom.

18 Jien se nfaħħrek fil-​kongregazzjoni l-​kbira;+

Fost poplu kbir se nagħtik tifħir.+

19 Jalla ma jifirħux minħabba fija dawk li huma l-​għedewwa tiegħi mingħajr ebda raġuni;+

U dawk li jobogħduni għalxejn, ħa ma jegħmżux b’għajnejhom lil xulxin.+

20 Għax ma jitkellmux kliem taʼ paċi.+

Imma kontra l-​kwieti taʼ l-​art

Joqogħdu jfasslu affarijiet qarriqin.+

21 U jiftħu ħalqhom beraħ kontrija.+

Qalu: “Ħaħ! Ħaħ! Qed narawh b’għajnejna.”+

22 Int rajt, O Ġeħova.+ Tibqax sieket.+

O Ġeħova, toqgħodx ’il bogħod minni.+

23 Qum u stenbaħ għall-​ġudizzju tiegħi,+

O Alla tiegħi, iva, Ġeħova, għall-​kawża legali tiegħi.+

24 Iġġudikani skond is-​sewwa tiegħek, O Ġeħova Alla tiegħi,+

U jalla ma jifirħux minħabba fija.+

25 Jalla ma jgħidux f’qalbhom: “Ħaħ! Hekk ridna!”+

Jalla ma jgħidux: “Blajnieh.”+

26 Ħa jistħu u jħossuhom avviliti lkoll flimkien+

Dawk li jifirħu bil-​gwaj tiegħi.+

Ħa jilbsu l-​mistħija+ u l-​umiljazzjoni dawk li qed jitkabbru ħafna kontrija.+

27 Ħa jgħajtu bil-​ferħ u jithennew dawk li qed jitgħaxxqu bis-​sewwa tiegħi,+

U jgħidu l-​ħin kollu:+

“Ħa jiġi mfaħħar bil-​kbir Ġeħova, li jitgħaxxaq bil-​paċi tal-​qaddej tiegħu.”+

28 U ħa jgħid ilsieni s-​sewwa tiegħek minn taħt l-​ilsien,+

U t-​tifħir tiegħek il-​jum kollu.+

Lid-​direttur. Taʼ David, il-​qaddej taʼ Ġeħova.

36 Id-dnub ikellem lill-​bniedem mill-​agħar f’qalbu;+

Dan m’għandux il-​biżaʼ t’Alla quddiem għajnejh.+

 2 Għax l-​opinjoni li għandu tiegħu nnifsu hi mqarrqa+

U ma jistax jinduna bl-​iżball tiegħu sabiex jobogħdu.+

 3 Kliem fommu mimli ħsara u qerq;+

M’għadx għandu d-​dehen biex jagħmel it-​tajjeb.+

 4 Fuq soddtu dejjem jippjana kif jagħmel il-​ħsara.+

Imur fi triq li mhix tajba.+

Dak li huwa ħażin ma jwarrbux.+

 5 O Ġeħova, il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hi fis-​smewwiet;+

Il-​fedeltà tiegħek m’ogħla s-​sħab.+

 6 Is-sewwa tiegħek hu bħall-​muntanji tiegħek, O Alla;+

Id-​deċiżjoni ġudizzjarja tiegħek hija bħal ilma fond ħafna.+

Int issalva lill-​bniedem u l-​bhima, O Ġeħova.+

 7 Kemm hi prezzjuża l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek, O Alla!+

U fid-​dell taʼ ġwinħajk jistkennu wlied il-​bnedmin.+

 8 Huma jixorbu sa ma jixbgħu mill-​abbundanza taʼ darek;+

U mill-​gliegel tal-​pjaċiri tiegħek tagħtihom jixorbu.+

 9 Għax għandek hemm is-​sors tal-​ħajja;+

Bid-​dawl mingħandek nistgħu naraw id-​dawl.+

10 Kompli uri l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek lil dawk li jafuk,+

U s-​sewwa tiegħek lil dawk li huma retti f’qalbhom.+

11 Tħallix sieq is-​supperv tiġi għalija;+

U tħallix id in-​nies mill-​agħar iġġegħelni niġġerra ’l hemm u ’l hawn.+

12 Ara fejn waqgħu dawk li jipprattikaw il-​ħsara;+

Ġew mgħaddsin ’l isfel u ma kellhomx il-​ħila jqumu.+

Taʼ David.

א [Alef]

37 Titbaqbaqx minħabba dawk li jagħmlu l-​ħażen.+

Tgħirx għal dawk li jagħmlu l-​inġustizzja.+

 2 Għax bħall-​ħaxix jidbielu bil-​ħeffa,+

U bħall-​ħaxix ġdid u aħdar se jinxfu.+

ב [Bet]

 3 Afda f’Ġeħova u agħmel it-​tajjeb;+

Għammar fl-​art, u aġixxi bil-​fedeltà.+

 4 Barra minn hekk, tgħaxxaq b’Ġeħova bil-​kbir,+

U hu jagħtik dak li tixtieq qalbek.+

ג [Gimel]

 5 Erħi triqtek f’idejn Ġeħova,+

Strieħ fuqu,+ u hu jaġixxi.+

 6 Hu se joħroġ is-​sewwa tiegħek bħad-​dawl,+

U l-​ġustizzja tiegħek bħal nofsinhar.+

ד [Dalet]

 7 Ibqaʼ sieket quddiem Ġeħova+

U stennieh bil-​ħerqa.+

Titbaqbaqx għal xi ħadd li jirnexxi fi triqtu,+

Għall-​bniedem li qed iwettaq l-​ideat tiegħu.+

ה [Ħe]

 8 Itlaq ir-​rabja u ħalli d-​dagħdigħa;+

Titbaqbaqx, u b’hekk tagħmel il-​ħażen.+

 9 Għax dawk li jagħmlu l-​ħażen se jitqaċċtu ’l barra,+

Imma dawk li jittamaw f’Ġeħova se jirtu l-​art.+

ו [Waw]

10 Ftit ieħor biss, u l-​ħażin ma jkunx iktar;+

U int tħares bir-​reqqa fejn kien, u ma jkunx hemm.+

11 Imma l-​ġwejdin se jirtu l-​art,+

U bi sliem kotran jitgħaxxqu ferm.+

ז [Żajin]

12 Il-ħażin qed jikkonfoffa kontra l-​ġust,+

U qed jgħażżaż snienu għalih.+

13 Imma Ġeħova nnifsu jidħaq bih,+

U jara li jasal il-​jum tiegħu.+

ח [Ħet]

14 Il-ħżiena siltu s-​sejf u lwew il-​qaws tagħhom,+

Biex iwaqqgħu lill-​magħkus u lill-​fqir,+

Biex ibiċċru lil dawk li huma retti fi triqithom.+

15 Sejfhom jidħol f’qalbhom stess,+

U l-​qaws tagħhom jitkisser.+

ט [Tet]

16 Aħjar il-​ftit tal-​ġust+

Mill-​abbundanza tal-​ħżiena li huma kotrana.+

17 Għax dirgħajn il-​ħżiena se jiġu miksurin,+

Imma Ġeħova jwieżen lill-​ġusti.+

י [Jod]

18 Ġeħova attent għal dawk li ħajjithom hi bla nuqqas,+

U wirthom se jibqaʼ għal dejjem.+

19 M’humiex se jistħu fi żmien il-​gwaj,+

U fi żmien il-​ġuħ se jkunu mxebbgħin.+

כ [Kaf]

20 Għax il-​ħżiena se jgħibu,+

U l-​għedewwa taʼ Ġeħova se jkunu bħall-​aħjar partijiet tal-​mergħat;

Iridu jiġu fi tmiemhom.+ Se jispiċċaw duħħan.+

ל [Lamed]

21 Il-ħażin jissellef u ma jħallasx lura,+

Imma l-​ġust juri ħniena u jagħti għotjiet.+

22 Għax dawk li jitbierku minnu se jirtu l-​art,+

Imma dawk li fuqhom ilissen is-​saħta se jitqaċċtu ’l barra.+

מ [Mem]

23 Ġeħova jissoda l-​passi taʼ raġel b’saħħtu,+

U Hu jitgħaxxaq bi triqtu.+

24 Għalkemm forsi jaqaʼ, ma jispiċċax mixħut maʼ l-​art,+

Għax Ġeħova qed iżommlu idu.+

נ [Nun]

25 Kont żagħżugħ, u issa xjaħt,+

U madankollu qatt ma rajt lil xi ħadd ġust abbandunat għalkollox,+

Lanqas lil uliedu jfittxu l-​ħobż.+

26 Il-jum kollu juri ħniena u jislef,+

U għalhekk hemm barka tistenna lil uliedu.+

ס [Samek]

27 Tbiegħed mill-​ħażen u agħmel it-​tajjeb+

Biex tibqaʼ tgħammar għal dejjem.+

28 Għax Ġeħova jħobb il-​ġustizzja,+

U lil-​leali tiegħu ma jitlaqhomx.+

ע [Għajn]

Għal dejjem se jkunu mħarsin;+

Imma wlied il-​ħżiena jitqaċċtu ’l barra.+

29 Il-ġusti se jirtu l-​art,+

U jgħammru fiha għal dejjem.+

פ [Pe]

30 Fomm il-​ġust ilissen l-​għerf minn taħt l-​ilsien,+

U lsienu jitkellem b’mod xieraq.+

31 Il-liġi t’Alla tiegħu qiegħda f’qalbu;+

Saqajh m’humiex se jċedu.+

צ [Sade]

32 Il-ħażin qiegħed għassa għall-​ġust+

U qed jipprova joqtlu.+

33 Imma Ġeħova ma jitilqux f’idejh,+

U ma jqisux ħati meta jkun qed jiġi ġudikat.+

ק [Kof]

34 Ittama f’Ġeħova u żomm triqtu,+

U hu jeżaltak biex tieħu l-​art.+

Meta l-​ħżiena jitqaċċtu, int se tarah dan.+

ר [Rex]

35 Jien rajt lill-​ħażin jimxi b’tirannija+

U jinfirex bħal siġra tħaddar li qatt ma nqalgħet mill-​ħamrija tagħha.+

36 U madankollu hu għadda, u ma baqax hemm;+

U jien bqajt infittxu, u ma sibtux.+

ש [Xin]

37 Osserva lil dak li hu bla ħtija u żomm lir-​rett quddiem għajnejk,+

Għax il-​futur taʼ dak il-​bniedem se jkun mimli paċi.+

38 Imma dawk li jiksru l-​liġi se jinqerdu lkoll;+

Il-​futur tan-​nies mill-​agħar se jispiċċa.+

ת [Taw]

39 Is-salvazzjoni tal-​ġusti tiġi minn Ġeħova;+

Hu l-​fortizza tagħhom fi żmien taʼ niket.+

40 U Ġeħova se jgħinhom u jħarrabhom.+

Iħarrabhom mill-​ħżiena u jsalvahom,+

Għax huma stkennew fih.+

Melodija taʼ David, bħala tfakkira.

38 O Ġeħova, twiddibnix f’għadbek,+

U tikkoreġinix fil-​korla tiegħek.+

 2 Għax il-​vleġeġ tiegħek daħlu fil-​fond ġewwa fija,+

U idek qed tagħfas fuqi.+

 3 M’hemmx parti waħda f’saħħitha f’ġismi minħabba l-​kundanna tiegħek.+

M’hemmx paċi f’għadmi minħabba d-​dnub tiegħi.+

 4 Għax l-​iżbalji tiegħi għolew ’il fuq minn rasi;+

Bħal tagħbija tqila huma tqal wisq għalija.+

 5 Il-feriti tiegħi nitnu, iddennew,

Minħabba l-​bluha tiegħi.+

 6 Inħossni konfuż, in-​niket tiegħi ġegħelni nitbaxxa sa l-​art;+

Il-​jum kollu nippassiġġa mdejjaq.+

 7 Għax għandi ħafna ħruq fuq ġenbejja,

U m’hemmx parti waħda f’saħħitha f’ġismi.+

 8 Inħoss ġismi mtarrax u mfarrak għall-​aħħar;

Għajjatt minħabba l-​krib taʼ qalbi.+

 9 O Ġeħova, ix-​xewqa kollha tiegħi qiegħda quddiemek,

U t-​tnehid tiegħi m’huwiex moħbi minnek.+

10 Qalbi ħabbtet ħafna, il-​qawwa tiegħi telqitni,

U anki d-​dawl t’għajnejja naqasni.+

11 Sħabi u dawk li kienu jħobbuni jitbiegħdu mill-​feriti tiegħi,+

U dawk li jafuni sew joqogħdu ’l bogħod minni.+

12 Imma dawk li qed jipprovaw jiħduli ħajti jifirxuli n-​nases,+

U dawk li qed jipprovaw jagħmluli d-​deni tkellmu kontrija;+

Il-​jum kollu jlissnu l-​qerq minn taħt l-​ilsien.+

13 Bħal xi ħadd trux, jien ma smajtx;+

U bħal xi ħadd imbikkem, jien ma ftaħtx ħalqi.+

14 Sirt bħal raġel li ma kienx qed jismaʼ,

U fommi ma kellux tweġiba għall-​argumenti tagħhom.

15 Għax lilek, O Ġeħova, stennejt;+

Int wiġibt, O Ġeħova Alla tiegħi.+

16 Għax jien għedt: “Inkella huma jifirħu minħabba fija;+

Meta sieqi ma timxix fis-​sod,+ huma jitkabbru ħafna kontrija.”+

17 Għax kont għoddni bdejt inzappap,+

U l-​uġigħ tiegħi kien quddiemi l-​ħin kollu.+

18 Għax tkellimt dwar l-​iżball tiegħi;+

Bdejt inħossni ansjuż minħabba dnubi.+

19 U l-​għedewwa tiegħi saru b’saħħithom u setgħanin,+

U kotru dawk li jobogħduni għalxejn.+

20 U għat-​tajjeb iħallsuni bil-​ħażin;+

Baqgħu jopponuni talli ġrejt wara dak li hu tajjeb.+

21 Titlaqnix, O Ġeħova.

O Alla tiegħi, iżżommx ’il bogħod minni.+

22 Fittex għinni,+

O Ġeħova, int is-​salvazzjoni tiegħi.+

Lid-​direttur taʼ Ġedutun.*+ Melodija taʼ David.

39 Jien għedt: “Se ngħasses triqati+

Biex ma nidnibx bi lsieni.+

Se nagħmel sarima biex ngħasses fommi,+

Sakemm ikun hemm quddiemi xi ħadd mill-​agħar.”+

 2 Jien tbikkimt u qgħadt sieket;+

Bqajt kwiet dwar dak li hu tajjeb ukoll,+

U rażżant l-​uġigħ tiegħi.

 3 Qalbi saħnet ġewwa fija;+

Matul it-​tnehid tiegħi n-​nar baqaʼ jaqbad.

Għedt bi lsieni:

 4 “O Ġeħova, għarrafni tmiemi,+

X’inhu t-​tul taʼ jiemi,+

Biex inkun naf kemm hi qasira ħajti.+

 5 Ara! Jiemi int għamilthom ftit biss;+

U quddiemek it-​tul taʼ ħajti qisu m’hu xejn.+

Żgur li kull bniedem taʼ l-​art, għalkemm hu wieqaf fis-​sod, m’hu xejn ħlief nifs.+ Sela.

 6 Tassew li l-​bniedem jimxi ’l hemm u ’l hawn bħal dell.+

Tassew li n-​nies jagħmlu storbju għalxejn.+

Wieħed igeddes l-​affarijiet u ma jafx min se jiġborhom.+

 7 U issa għalxiex ittamajt jien, O Ġeħova?

Lilek qed nistenna.+

 8 Eħlisni min-​nuqqasijiet kollha tiegħi.+

Tħallinix niġi mżeblaħ mill-​bniedem bla sens.+

 9 Bqajt imbikkem;+ ma stajtx niftaħ fommi,+

Għax int aġixxejt.+

10 Warrab minn fuqi l-​kastig tiegħek.+

Minħabba li idek hi kontrija jien intemmejt.+

11 Int ikkoreġejt lill-​bniedem billi widdibtu għall-​iżball tiegħu,+

U tikollu l-​affarijiet mixtiqin bħalma tagħmel il-​kamla.+

Tassew li kull bniedem taʼ l-​art hu nifs.+ Sela.

12 Ismaʼ talbi, O Ġeħova,

U agħti widen għall-​għajta tiegħi għall-​għajnuna.+

Tibqax sieket għad-​dmugħ tiegħi.+

Għax ma jien xejn ħlief resident barrani miegħek,+

Immigrant bħal missirijieti kollha.+

13 Tħarisx lejja fir-​rabja tiegħek, biex inkun nistaʼ nifraħ mill-​ġdid+

Qabel ma nitlaq u ma nkunx iktar.”+

Lid-​direttur. Taʼ David, melodija.

40 Jien ittamajt f’Ġeħova bis-​serjetà,+

U għalhekk hu mejjel widintu lejja u semaʼ l-​għajta tiegħi għall-​għajnuna.+

 2 Ħariġni wkoll minn ħofra b’ilmijiet iħabbtu,+

Mit-​tajn fond tal-​qiegħ.+

Imbagħad tellagħli saqajja fuq blata;+

Waqqaf il-​passi tiegħi fis-​sod.+

 3 Iktar minn hekk, qegħedli għanja ġdida fuq fommi,

Tifħir lil Alla tagħna.+

Ħafna se jaraw dan u jibżgħu,+

U jafdaw f’Ġeħova.+

 4 Hieni r-​raġel b’saħħtu li għamel lil Ġeħova l-​fiduċja tiegħu+

U li ma tax wiċċ lil nies li jisfidaw,

U lanqas lil dawk li jaqgħu għall-​gideb.+

 5 Int għamilt ħafna affarijiet,+

Iva, għemejjel taʼ l-​għaġeb, O Ġeħova Alla tiegħi, u ħsibijietek huma dwarna;+

Ħadd ma jistaʼ jitqabbel miegħek.+

Kieku kelli ngħid u nitkellem dwarhom,

Kienu jkunu ferm iżjed milli nistaʼ nsemmi.+

 6 Sagrifiċċju u offerta int ma tgħaxxaqtx bihom;+

Int ftaħtli widnejja.+

Offerta tal-​ħruq u offerta għad-​dnub int ma tlabtx.+

 7 Għalhekk, jien għedt: “Hawn jien, ġejt,+

Kif hemm miktub dwari fir-​romblu tal-​ktieb.+

 8 Jien tgħaxxaqt nagħmel ir-​rieda tiegħek, O Alla tiegħi,+

U l-​liġi tiegħek qiegħda fil-​ġewwieni tiegħi.+

 9 Jien għedt l-​aħbar tajba tas-​sewwa fil-​kongregazzjoni l-​kbira.+

Ara! Xofftejja ma rrażżanhomx.+

O Ġeħova, int tafu tajjeb dan.+

10 Is-sewwa tiegħek jien ma ħbejtux ġo qalbi.+

Il-​fedeltà tiegħek u s-​salvazzjoni tiegħek xandarthom.+

Ma ħbejtx il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek u l-​verità tiegħek quddiem il-​kongregazzjoni l-​kbira.”+

11 Int, O Ġeħova, toqgħodx lura milli titħassarni.+

Ħa jħarsuni l-​ħin kollu l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek u l-​verità tiegħek.+

12 Għax il-​gwajijiet dawruni sakemm ma kinux jingħaddu iktar.+

Ħakmuni iktar żbalji milli stajt ninduna bihom;+

Kotru iktar mix-​xagħar taʼ rasi,+

U qtajt qalbi.+

13 Ħa jogħġbok, O Ġeħova, li teħlisni.+

O Ġeħova, fittex għinni.+

14 Jalla jistħu u jħossuhom avviliti dawk kollha+

Li qed jipprovaw jeqirduli ħajti.+

Ħa jduru lura u jiġu umiljati dawk li qed jitgħaxxqu bil-​gwaj tiegħi.+

15 Ħa jistagħġbu u jiċċassaw minħabba l-​mistħija tagħhom+

Dawk li qed jgħiduli: “Ħaħ! Ħaħ!”+

16 Ħa jifirħu u jithennew bik,+

Dawk kollha li qed ifittxuk.+

Ħa jgħidu l-​ħin kollu: “Jalla Ġeħova jkun imfaħħar bil-​kbir,”+

Dawk li jħobbu s-​salvazzjoni li tiġi mingħandek.+

17 Imma jien qed insofri u fqir.+

Ġeħova jagħti kasi.+

Int l-​għajnuna tiegħi u Dak li jħarrabni.+

O Alla tiegħi, iddumx.+

Lid-​direttur. Melodija taʼ David.

41 Hieni min jaġixxi b’konsiderazzjoni mal-​batut;+

Fi żmien il-​gwaj Ġeħova jeħilsu.+

 2 Ġeħova nnifsu se jħarsu u jżommu ħaj.+

Se jiġi dikjarat hieni fl-​art;+

U ma jistax ikun li titilqu għax-​xewqa taʼ l-​għedewwa tiegħu.+

 3 Ġeħova se jwieżnu fuq is-​sodda tal-​mard;+

Int tibdillu friexu kollu matul il-​marda tiegħu.+

 4 Min-naħa tiegħi, jien għedt: “O Ġeħova, ħenn għalija.+

Fejjaqli ruħi, għax jien dnibt kontrik.”+

 5 L-għedewwa tiegħi jgħidu affarijiet ħżiena dwari:+

“Meta se jmut u ismu jgħib?”

 6 U jekk xi ħadd jiġi jarani, f’qalbu ma jkunx qed jgħid il-​verità.+

Hu jiġbor xi ħaġa taʼ ħsara

U mbagħad joħroġ; u meta jkun barra jitkellem dwarha.+

 7 Dawk kollha li jobogħduni jingħaqdu flimkien kontrija u jfesfsu bejniethom;+

Il-​ħin kollu jippjanaw li jagħmluli xi ħaġa ħażina:+

 8 “Inħakem minn gwaj;*+

Issa li nxteħet, mhux se jerġaʼ jqum.”+

 9 Anki l-​bniedem li kien fil-​paċi miegħi, li jien fdajt fih,+

U li kien jiekol mill-​ħobż tiegħi,+ għolla għarqubu kontrija.+

10 Imma int, O Ġeħova, ħenn għalija u qajjimni,+

Sabiex inħallashom lura.+

11 B’dan tassew naf li int tgħaxxaqt bija,

Għax l-​għadu tiegħi ma jgħajjatx bil-​ferħ għajat taʼ rebħa fuqi.+

12 Minħabba l-​integrità tiegħi int appoġġajtni,+

U tqegħedni quddiem wiċċek għal dejjem.+

13 Ikun imbierek Ġeħova l-​Alla taʼ Israel+

Minn dejjem għal dejjem.+

Amen u Amen.+

IT-​TIENI KTIEB

(Salmi 42 – 72)

Lid-​direttur. Maskil* għal ulied Koraħ.+

42 Bħalma ċ-​ċerva tixxennaq għan-​nixxigħat taʼ l-​ilma,

Hekk ruħi tixxennaq għalik, O Alla.+

 2 Ruħi tabilħaqq hija għatxana għal Alla,+ għall-​Alla l-​ħaj.+

Meta se niġi u nidher quddiem Alla?*+

 3 Id-dmugħ tiegħi sar ikel għalija lejl u nhar,+

Waqt li l-​jum kollu jgħiduli: “Fejn hu Alla tiegħek?”+

 4 Niftakar l-​affarijiet taʼ l-​imgħoddi, u nħoss ruħi ddub ġewwa fija.+

Għax jien kont ngħaddi mal-​ġemgħa;

Kont nimxi bil-​mod quddiemhom lejn id-​dar t’Alla,+

Bil-​ħoss t’għajta ferriħija u radd il-​ħajr,+

Taʼ folla li tiċċelebra festa.+

 5 Għala int iddisprata, O ruħi,+

U għala tagħmel storbju ġewwa fija?+

Stenna lil Alla,+

Għax jien għad irrid infaħħru bħala s-​salvazzjoni grandjuża tiegħi.+

 6 O Alla tiegħi, ruħi ddisprata ġewwa fija.+

Għalhekk niftakar fik,+

Mill-​art tal-​Ġordan u l-​qċaċet tal-​Ħermon,+

Mill-​muntanja ċ-​ċkejkna.+

 7 Ilma fond isejjaħ lil ilma fond

Mal-​ħoss tal-​gliegel tiegħek taʼ l-​ilma.

Il-​ħalel u l-​imwieġ kollha tiegħek+—

Minn fuqi għaddew.+

 8 Bi nhar Ġeħova se jibgħat il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu,+

U bil-​lejl inkanta dwaru;+

Se nitlob lill-​Alla taʼ ħajti.+

 9 Se ngħid lil Alla, il-​blat għoli tiegħi:+

“Għala nsejtni?+

Għala nimxi qalbi sewda minħabba l-​moħqrija taʼ l-​għadu?”+

10 L-għedewwa tiegħi tant maqdruni li bħallikieku kissruli għadmi,+

Waqt li l-​jum kollu jgħiduli: “Fejn hu Alla tiegħek?”+

11 Għala int iddisprata, O ruħi,+

U għala tagħmel storbju ġewwa fija?+

Stenna lil Alla,+

Għax jien għad irrid infaħħru bħala s-​salvazzjoni grandjuża tiegħi u bħala Alla tiegħi.+

43 Iġġudikani,+ O Alla,

U mexxi l-​kawża legali tiegħi+ kontra ġens mhux leali.

Eħlisni mill-​bniedem taʼ qerq u inġustizzja.+

 2 Għax int l-​Alla tiegħi, il-​fortizza tiegħi.+

Għala warrabtni?

Għala nimxi ’l hemm u ’l hawn qalbi sewda minħabba l-​moħqrija mill-​għadu?+

 3 Ibgħat id-​dawl tiegħek u l-​verità tiegħek.+

Ħa jmexxuni huma.+

Ħa jġibuni lejn il-​muntanja qaddisa tiegħek u lejn it-​tabernaklu grandjuż tiegħek.+

 4 U jien niġi lejn l-​artal t’Alla,+

Lejn Alla, il-​ferħ kbir tiegħi.+

U nfaħħrek bl-​arpa, O Alla, Alla tiegħi.+

 5 Għala int iddisprata, O ruħi,+

Għala tagħmel storbju ġewwa fija?

Stenna lil Alla,+

Għax jien għad irrid infaħħru bħala s-​salvazzjoni grandjuża tiegħi u bħala Alla tiegħi.+

Lid-​direttur. Taʼ wlied Koraħ.+ Maskil.*

44 O Alla, smajna b’widnejna,

Missirijietna rrakkontawlna+

Dak li għamilt fi żmienhom,+

Fi żmien il-​qedem.+

 2 B’idek keċċejt lill-​ġnus l-​oħrajn,+

U minflokhom ħawwilt lilhom.+

Int kissirt lill-​popli u bgħatthom ’l hemm.+

 3 Għax ma kienx permezz taʼ sejfhom li ħadu f’idejhom l-​art,+

U ma kienx driegħhom li salvahom.+

Kienu idek il-​leminija u driegħek+ u d-​dawl taʼ wiċċek,

Għax int ħadt gost bihom.+

 4 Int is-​Sultan tiegħi, O Alla.+

Ordna li Ġakobb ikollu salvazzjoni grandjuża.+

 5 Permezz tiegħek aħna se rrossu lill-​avversarji tagħna;+

F’ismek se nisħqu lil dawk li qed iqumu kontrina.+

 6 Għax ma kienx fil-​qaws tiegħi li fdajt+

U ma kienx sejfi li salvani.+

 7 Għax int salvajtna mill-​avversarji tagħna,+

U lil dawk mimlijin mibegħda għalina ġegħelthom jistħu.+

 8 Lil Alla se nfaħħruh il-​jum kollu,+

U lil ismek se ngħolluh għal dejjem.+ Sela.

 9 Imma issa int qed twarrabna u tumiljana,+

U m’għadekx toħroġ maʼ l-​armati tagħna.+

10 Int tibqaʼ ġġegħelna nerġgħu lura minn quddiem l-​avversarju,+

U dawk mimlijin mibegħda għalina ħarbtuna kif qablilhom.+

11 Ċedejtna bħal nagħaġ, bħal ikel,+

U fost il-​ġnus xerridtna.+

12 Begħt lill-​poplu tiegħek kważi b’xejn,+

U ma stagħnejtx bil-​prezz li tlabt għalih.

13 Għamiltna oġġett taʼ żebliħ għall-​ġirien tagħna,+

Taċ-​ċajt u tad-​daħq għal dawk kollha taʼ madwarna.+

14 Int għamiltna bħal qawl fost il-​ġnus,+

Tixjir tar-​ras fost il-​popli.+

15 L-umiljazzjoni tiegħi quddiemi l-​jum kollu,

U wiċċi nkesa bil-​mistħija,+

16 Minħabba leħen dak li qed imaqdar u jgħajjar,

Minħabba l-​għadu u dak li qed jivvendika ruħu.+

17 Ġie dan kollu fuqna, u aħna ma nsejniekx,+

U ma ttradejniex il-​patt tiegħek.+

18 Qalbna ma warrbitx minnek bi żlealtà,+

Lanqas il-​passi tagħna ma jiżvijaw mill-​mogħdija tiegħek.+

19 Int farraktna f’post ix-​xakalli,+

U tgħattina bi dlam ċappa.+

20 Jekk insejna isem Alla tagħna,

Jew ftaħna idejna biex nitolbu lil xi alla barrani,+

21 Ma jeżaminahiex Alla din il-​ħaġa?+

Għax hu jaf is-​sigrieti tal-​qalb.+

22 Imma minħabba fik ġejna maqtulin il-​jum kollu;

Ġejna meqjusin bħala nagħaġ għall-​qatla.+

23 Qum. Għala tibqaʼ rieqed, O Ġeħova?+

Stenbaħ. Tibqax twarrabna għal dejjem.+

24 Għala tibqaʼ taħbi wiċċek?

Għala tinsa s-​sofferenza u l-​moħqrija tagħna?+

25 Sat-trab tbaxxiet ruħna;+

Żaqqna maʼ l-​art.

26 Qum għinna+

U ifdina f’ġieħ il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+

Lid-​direttur. Fuq Il-​Ġilji. Taʼ wlied Koraħ. Maskil.*

Għanja tan-​nisa maħbubin.

45 Qalbi tqanqlet b’ħaġa tajba.+

Qed ngħid: “Xogħlijieti huma dwar sultan.”+

Jalla lsieni jkun bħall-​pinna+ taʼ kopista tas-​sengħa.+

 2 Int tassew isbaħ minn ulied il-​bnedmin.+

Il-​ġmiel tferraʼ fuq xofftejk.+

Għalhekk bierkek Alla għal dejjem.+

 3 Ħażżem sejfek+ fuq ġenbek, O setgħan,+

Flimkien mad-​dinjità u l-​glorja tiegħek.+

 4 U fil-​glorja tiegħek mur u rnexxi;+

Irkeb għall-​kawża tal-​verità, l-​umiltà, u s-​sewwa,+

U idek il-​leminija tistruwik dwar affarijiet li jqanqlu l-​biżaʼ.+

 5 Il-vleġeġ misnunin tiegħek se jidħlu f’qalb l-​għedewwa tas-​sultan;+

Taħtek jaqgħu l-​popli.+

 6 Alla hu t-​tron tiegħek għal żmien indefinit, iva, għal dejjem;+

Ix-​xettru taʼ saltnatek hu xettru rett.+

 7 Int tħobb il-​ġustizzja+ u tobgħod il-​ħażen.+

Huwa għalhekk li Alla, Alla tiegħek,+ dilkek+ biż-​żejt tal-​ferħ+ iktar minn sħabek.+

 8 Ħwejġek kollha mirra u sabbara u kassja;+

Mill-​palazz grandjuż taʼ l-​avorju,+ l-​istrumenti tal-​korda jferrħuk.

 9 Il-bniet+ tas-​slaten huma fost in-​nisa prezzjużi tiegħek.

Mart is-​sultan+ qagħdet fuq lemintek liebsa d-​deheb t’Ofir.+

10 Ismaʼ, O bint, u ara, u mejjel widintek;

U insa lil niesek u ’l dar missierek.+

11 Is-sultan jixxennaq għal sbuħitek,+

Għax hu sidek,+

Mela mil quddiemu.+

12 Bint Tir ukoll ġiet b’għotja;+

L-​għonja tal-​poplu se jfittxu l-​approvazzjoni tiegħek.+

13 Bint is-​sultan glorjuża ferm fid-​dar;+

Ħwejjiġha rrakkmati bid-​deheb.

14 Bi lbies minsuġ se tinġieb għand is-​sultan.+

It-​tfajliet verġni, sħabha, li qed jakkumpanjawha, jiddaħħlu għandek.+

15 Se jinġiebu bl-​hena u bil-​ferħ;

Jidħlu fil-​palazz tas-​sultan.

16 Flok missirijietek+ se jkun hemm uliedek,+

Li int se taħtarhom bħala prinċpijiet fl-​art kollha.+

17 Se nsemmi ismek tul il-​ġenerazzjonijiet kollha li ġejjin.+

Għalhekk ifaħħruk il-​popli għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.

Lid-​direttur. Taʼ wlied Koraħ.+ Fuq Ix-​Xebbiet. Għanja.

46 Alla hu għalina kenn u saħħa,+

Għajnuna li tistaʼ tinstab malajr matul l-​inkwiet.+

 2 Għalhekk ma nibżgħux, għalkemm l-​art tinbidel+

U għalkemm il-​muntanji jaqgħu f’nofs taʼ baħar vast;+

 3 Għalkemm l-​ilmijiet tiegħu jitqallbu u jagħmlu r-​ragħwa,+

Għalkemm il-​muntanji jitriegħdu malli jgħajjat.+ Sela.

 4 Hemm xmara li n-​nixxigħat tagħha jferrħu l-​belt t’Alla,+

It-​tabernaklu grandjuż, l-​iżjed wieħed qaddis, taʼ l-​Iktar Għoli.+

 5 Alla qiegħed f’nofs il-​belt;+ din mhix se titħarrek.+

Alla jgħinha malli tfiġġ l-​għodwa.+

 6 Il-ġnus saru storbjużi,+ is-​saltniet tħarrku;

Hu semmaʼ leħnu, l-​art dabet.+

 7 Ġeħova taʼ l-​armati qiegħed magħna;+

L-​Alla taʼ Ġakobb hu post fl-​għoli taʼ sigurtà għalina.+ Sela.

 8 Ejjew, araw l-​attivitajiet taʼ Ġeħova,+

Kif għamel affarijiet taʼ l-​istagħġib fuq l-​art.+

 9 Qed iwaqqaf il-​gwerer sa tarf l-​art.+

Il-​qaws jaqsmu fi tnejn u l-​lanza jkissirha biċċiet;+

Il-​karrijiet jaħraqhom fin-​nar.+

10 “Ċedu, u kunu afu li jien Alla.+

Se nitgħolla fost il-​ġnus,+

Se nitgħolla fl-​art.”+

11 Ġeħova taʼ l-​armati qiegħed magħna;+

L-​Alla taʼ Ġakobb hu post fl-​għoli taʼ sigurtà għalina.+ Sela.

Lid-​direttur. Taʼ wlied Koraħ. Melodija.

47 Intom il-​popli kollha, ċapċpu idejkom.+

Għajtu lil Alla għajat ferrieħi taʼ rebħa.+

 2 Għax Ġeħova, l-​Iktar Għoli, iqanqal il-​biżaʼ;+

Hu Sultan kbir fuq l-​art kollha.+

 3 Se jrażżan lill-​popli taħtna+

U lill-​ġnus taħt saqajna.+

 4 Se jagħżlilna wirtna,+

Li Ġakobb, li hu tant ħabb, hu kburi bih.+ Sela.

 5 Alla telaʼ f’postu b’għajat mimli ferħ,+

Ġeħova wasal bil-​ħoss tal-​qarn.+

 6 Għannu lil Alla, għannu.+

Għannu lis-​Sultan tagħna, għannu.

 7 Għax Alla hu s-​Sultan taʼ l-​art kollha;+

Għannu, u aġixxu bil-​għaqal.+

 8 Alla sar sultan fuq il-​ġnus.+

Alla poġġa fuq it-​tron qaddis tiegħu.+

 9 In-nobbli tal-​popli nġabru flimkien,+

Man-​nies taʼ l-​Alla t’Abraham.+

Għax t’Alla huma dawk li qishom it-​tarki* taʼ l-​art.+

Hu telaʼ f’post għoli ferm.+

Għanja. Melodija taʼ wlied Koraħ.+

48 Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir+

Fil-​belt t’Alla tagħna,+ fuq il-​muntanja qaddisa tiegħu.+

 2 Sabiħa għall-​għoli tagħha, il-​ferħ taʼ l-​art kollha,+

Hi l-​Muntanja Sijon fl-​iktar naħat imbegħdin tat-​tramuntana,+

Il-​belt tas-​Sultan Grandjuż.+

 3 Fit-torrijiet mgħammrin tagħha Alla sar magħruf bħala post fl-​għoli taʼ sigurtà.+

 4 Għax, ara, is-​slaten ftiehmu u ltaqgħu,+

Baqgħu għaddejjin minn hawn flimkien.+

 5 Huma raw, u għalhekk baqgħu mgħaġġbin.

Tħawdu, ħakimhom il-​paniku u telqu jiġru.+

 6 Hemmhekk qabadhom it-​tregħid,+

L-​uġigħ tal-​ħlas bħal taʼ mara li qed tiled.+

 7 B’riħ mil-​lvant int tfarrak il-​bastimenti taʼ Tarsis.+

 8 Bħalma smajna, hekk rajna+

Fil-​belt taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, fil-​belt t’Alla tagħna.+

Alla se jistabbiliha fis-​sod għal dejjem.+ Sela.

 9 Aħna qgħadna nirriflettu, O Alla, fuq il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek+

F’nofs it-​tempju tiegħek.+

10 Bħal ismek,+ O Alla, hekk hu t-​tifħir tiegħek

Sa xfar l-​art.

Idek il-​leminija mimlija bis-​sewwa.+

11 Jalla tithenna l-​Muntanja Sijon,+

Jalla jifirħu l-​bliet żgħar taʼ* Ġuda,+ minħabba d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek.+

12 Immarċjaw madwar Sijon, u duru magħha,+

Għoddu t-​torrijiet tagħha.+

13 Ħarsu sew lejn il-​ħitan b’saħħithom tagħha.+

Iflulha t-​torrijiet mgħammrin tagħha,

Sabiex tkunu tistgħu tirrakkontaw dan lill-​ġenerazzjoni tal-​futur.+

14 Għax dan Alla hu Alla tagħna għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+

Hu se jiggwidana sakemm immutu.+

Lid-​direttur. Taʼ wlied Koraħ.+ Melodija.

49 Isimgħu dan, popli kollha.

Agħtu widen, abitanti kollha tas-​sistema dinjija,+

 2 Intom ulied l-​umanità, u intom ulied il-​bniedem,

Is-​sinjur u l-​fqir flimkien.+

 3 Fommi se jitkellem affarijiet t’għerf,+

U l-​meditazzjoni taʼ qalbi se tkun dwar affarijiet li jeħtieġu l-​abbiltà li nifhem.+

 4 Se mmejjel widinti għal kliem t’għerf;+

Se nispjega l-​ħaġa moħġaġa tiegħi bl-​arpa.+

 5 Għala għandi nibżaʼ f’jiem il-​ħażen,+

Meta nkun imdawwar bl-​iżball taʼ dawk li jridu jirrovinawni?+

 6 Dawk li qed jafdaw fil-​mezzi t’għajxien tagħhom,+

U li dejjem jiftaħru dwar l-​abbundanza taʼ rikkezzi li għandhom,+

 7 Ħadd minnhom ma jistaʼ jifdi b’xi mod lil ħuh,+

U lanqas jagħti lil Alla fidwa għalih;

 8 (U l-​prezz tal-​ħelsien taʼ ruħhom tant hu għoli+

Li qatt* ma tħallas)

 9 Biex jibqaʼ jgħix għal dejjem u ma jarax il-​ħofra.+

10 Għax hu jara li saħansitra l-​għorrief imutu,+

L-​istupidu u dak li ma jirraġunax jgħibu flimkien,+

U jkollhom iħallu l-​mezzi t’għajxien tagħhom lil oħrajn.+

11 Ix-xewqa taʼ qalbhom hi li djarhom jibqgħu għal dejjem,+

Ir-​residenzi tagħhom minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+

L-​artijiet tagħhom semmewhom għal isimhom.+

12 U madankollu l-​bniedem, għalkemm ikun onorat, ma jistax jibqaʼ ħaj;+

Tabilħaqq se jkun bħall-​bhejjem li ntemmew.+

13 Din hi t-​triq taʼ l-​istupidi,+

U taʼ dawk li jmorru warajhom u jieħdu gost b’dak li jgħidu. Sela.

14 Bħal nagħaġ inħatru għall-​Qabar;*+

Il-​mewt se tirgħahom;+

Fil-​għodu jiġu mġegħlin ikunu sottomessi lejn ir-​retti,+

U ġisimhom jitmermer;+

Minflok dar eżaltata kull wieħed minnhom se jkollu l-​Qabar.+

15 Madankollu, Alla se jifdini* minn taħt idejn il-​Qabar,+

Għax hu se jilqagħni għandu. Sela.

16 Tibżax jekk xi ħadd isir sinjur,+

Jekk tiżdiedlu l-​glorja taʼ daru,+

17 Għax meta jmut ma jistaʼ jieħu assolutament xejn miegħu;+

Il-​glorja tiegħu ma tinżilx miegħu.+

18 Għax f’ħajtu hu jkun bierek lilu nnifsu;+

(U n-​nies ifaħħruk għax tikseb ħafna ġid)+

19 Fl-aħħar mill-​aħħar jasal biss safejn waslet il-​ġenerazzjoni taʼ missirijietu.+

Qatt iktar ma jaraw id-​dawl.+

20 Il-bniedem li ma jifhimx, għalkemm ikun onorat,+

Tabilħaqq se jkun bħall-​bhejjem li ntemmew.+

Melodija t’Asaf.+

50 Id-Divin,+ Alla, Ġeħova,+ tkellem;+

U jsejjaħ l-​art,+

Minn tlugħ ix-​xemx sa nżulha.+

 2 Minn ġo Sijon, il-​perfezzjoni tas-​sbuħija,+ Alla wera d-​dija tiegħu.+

 3 Alla tagħna ġej u ma jistax ikun jibqaʼ sieket.+

Qablu hemm nar jiblaʼ kollox,+

U madwaru qamet tempesta qalila.+

 4 Isejjaħ is-​smewwiet t’hemm fuq u l-​art+

Sabiex jagħmel ġudizzju mill-​poplu tiegħu:+

 5 “Iġbruli lil-​leali tiegħi,+

Dawk li għamlu patt miegħi b’sagrifiċċju.”+

 6 Ħa jxandru s-​smewwiet dwar is-​sewwa tiegħu,+

Għax Alla hu Mħallef.+ Sela.

 7 “Ismagħni, O poplu tiegħi, u jien inkellmek,+

O Israel, u nixhed kontrik.+

Jien Alla, Alla tiegħek.+

 8 Mhux dwar is-​sagrifiċċji tiegħek inwiddbek,+

Lanqas dwar l-​offerti sħaħ tal-​ħruq tiegħek li huma quddiemi l-​ħin kollu.+

 9 M’iniex se nieħu barri minn darek,+

Bdabad mill-​imqawel tiegħek.

10 Għax kull annimal salvaġġ tal-​foresta huwa tiegħi,+

Il-​bhejjem fuq elf muntanja.+

11 Jien naf sew kull ħliqa bil-​ġwienaħ li hemm fil-​muntanji,+

U l-​qtajjaʼ taʼ l-​annimali tar-​rabaʼ huma tiegħi.+

12 Kieku kont bil-​ġuħ, ma kontx ngħid lilek;

Għax tiegħi hi l-​art produttiva+ u kulma fiha.+

13 Jaqaw jien se niekol il-​laħam tal-​barrin b’saħħithom+

U nixrob id-​demm tal-​bdabad?+

14 Offri radd il-​ħajr bħala sagrifiċċju lil Alla,+

U rodd il-​wegħdi tiegħek lill-​Iktar Għoli;+

15 U sejjaħli f’jum in-​niket.+

Jien insalvak, u int tigglorifikani.”+

16 Imma lill-​bniedem mill-​agħar Alla se jkollu jgħidlu:+

“Xi dritt għandek issemmi r-​regolamenti tiegħi+

U titkellem fuq il-​patt tiegħi?+

17 Int—int bgħadt id-​dixxiplina,+

U tibqaʼ titfaʼ kliemi warajk.+

18 Kulmeta kont tara ħalliel, kont saħansitra titgħaxxaq bih;+

U sehmek kien maʼ l-​adulteri.+

19 Fommok tlaqtu għall-​ħażen,+

U lsienek iżżommu mwaħħal mal-​qerq.+

20 Int toqgħod bil-​qiegħda u titkellem kontra ħuk stess,+

Tikxef in-​nuqqas taʼ bin ommok.+

21 Int għamilt dawn l-​affarijiet, u jien bqajt sieket.+

Int immaġinajt li jien kont se nsir bħalek.+

Se nwiddbek,+ u nurik kollox ċar quddiem għajnejk.+

22 Ifhmu dan, jekk jogħġobkom, intom li tinsew lil Alla,+

Li ma ntertaqkomx u ma jkun hemm ħadd li jeħliskom.+

23 Dak li joffrili radd il-​ħajr bħala sagrifiċċju hu dak li jigglorifikani;+

U lil dak li jibqaʼ miexi fit-​triq b’determinazzjoni,

Jien se nurih is-​salvazzjoni minn Alla.”+

Lid-​direttur. Melodija taʼ David. Meta l-​profeta Natan daħal għandu wara li kellu x’jaqsam maʼ Bat-seba.+

51 Ħenn għalija, O Alla, skond il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+

Skond l-​abbundanza tal-​ħniniet tiegħek ħassar għalkollox in-​nuqqasijiet tiegħi.+

 2 Aħsilni sew mill-​iżball tiegħi,+

U naddafni minn dnubi.+

 3 Għax jien naf in-​nuqqasijiet tiegħi,+

U dnubi quddiemi l-​ħin kollu.+

 4 Kontrik u kontrik biss dnibt jien,+

U dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt;+

B’hekk jintwera li int ġust meta titkellem,+

U bla tebgħa meta tiġġudika.+

 5 Ara! Fl-​iżball jien twilidt bl-​uġigħ tal-​ħlas,+

U ommi nisslitni bid-​dnub.+

 6 Ara! Int tgħaxxaqt bil-​verità fil-​qalb;+

Għinni biex fil-​bniedem li jien minn ġewwa nkun naf x’inhu l-​għerf.+

 7 Ippurifikani mid-​dnub biż-​żuf, biex inkun nadif;+

Aħsilni, biex nibjad iktar mis-​silġ.*+

 8 Ħallini nismaʼ ferħ kbir u hena,+

Biex l-​għadam li farraktli jkun jistaʼ jifraħ.+

 9 Aħbi wiċċek minn dnubieti,+

U ħassarli l-​iżbalji kollha tiegħi.+

10 Oħloq fija qalb pura, O Alla,+

U poġġi ġewwa fija spirtu ġdid, wieħed sod.+

11 Twarrabnix minn quddiem wiċċek;+

U l-​ispirtu qaddis tiegħek tneħħihx minn fuqi.+

12 Erġaʼ agħtini l-​ferħ tas-​salvazzjoni tiegħek,+

Qajjem fija x-​xewqa li nobdik.+

13 Lil dawk li jiksru l-​liġi se ngħallimhom triqatek,+

Biex il-​midinbin ikunu jistgħu jduru lura lejk.+

14 Eħlisni mill-​ħtija tad-​demm,+ O Alla, l-​Alla tas-​salvazzjoni tiegħi,+

Biex ilsieni jkun jistaʼ jgħid bil-​ferħ dwar is-​sewwa tiegħek.+

15 O Ġeħova, jalla tiftaħli xofftejja,+

Biex fommi jkun jistaʼ jxandar tifħirek.+

16 Għax int ma titgħaxxaqx bis-​sagrifiċċju—kieku kont nagħtih;+

Offerta sħiħa tal-​ħruq ma tiħux gost biha.+

17 Is-sagrifiċċji li jaċċetta Alla huma spirtu miksur;+

Qalb maqsuma u mgħaffġa, O Alla, int ma tistmerrhiex.+

18 Bir-rieda tajba tiegħek imxi tajjeb maʼ Sijon;+

Ibni l-​ħitan taʼ Ġerusalemm.+

19 Imbagħad int titgħaxxaq b’sagrifiċċji tas-​sewwa,+

B’sagrifiċċji tal-​ħruq u offerti sħaħ;+

Imbagħad il-​barrin se jiġu offruti fuq l-​artal tiegħek.+

Lid-​direttur. Maskil.* Taʼ David. Meta Duweg l-​Edomi ġie u kellem lil Sawl u qallu li David kien mar id-​dar t’Aħimelek.+

52 Għala tiftaħar b’dak li hu ħażin, O setgħan?+

Il-​qalb tajba bl-​imħabba t’Alla tintwera l-​jum kollu.+

 2 Ilsienek ifassal l-​għawġ, jaqtaʼ daqs mus,+

U jaħdem bil-​qerq.+

 3 Int ħabbejt il-​ħażin iktar mit-​tajjeb,+

Il-​gideb iktar mis-​sewwa.+ Sela.

 4 Int ħabbejt il-​kliem kollu taʼ ħsara,+

O lsien qarrieq.+

 5 Imma Alla se jġarrfek għal dejjem;+

Se jitfgħek maʼ l-​art u jaħtfek mit-​tinda tiegħek,+

U jaqilgħek mill-​art tal-​ħajjin.+ Sela.

 6 U n-​nies sewwa se jaraw dan u jibżgħu,+

U minħabba fih se jidħqu.+

 7 Raġel b’saħħtu bħal dan ma jagħmilx lil Alla l-​fortizza tiegħu,+

Imma jafda fl-​abbundanza tar-​rikkezzi tiegħu,+

U jistkenn fl-​għawġ li jikkaġuna hu stess.+

 8 Imma jien se nkun bħal siġra taż-​żebbuġ+ li tħaddar fid-​dar t’Alla;

Jien nafda fil-​qalb tajba bl-​imħabba t’Alla għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+

 9 Jien se nfaħħrek għal dejjem, għax int ħadt azzjoni;+

U f’ismek nittama quddiem dawk leali lejk, għax dan hu tajjeb.+

Lid-​direttur. Fuq Maħalat.*+ Maskil.* Taʼ David.

53 Min hu bla sens qal f’qalbu:

“M’hemmx Ġeħova.”+

Huma aġixxew b’mod mill-​agħar u għamlu affarijiet mhux sewwa u mistkerrhin;+

M’hemm ħadd li qed jagħmel it-​tajjeb.+

 2 Alla ħares ’l isfel mis-​sema lejn ulied il-​bnedmin,+

Biex jara jekk hemmx xi ħadd li għandu d-​dehen, xi ħadd li qed ifittex lil Ġeħova.+

 3 Ilkoll daru lura, ilkoll kemm huma mħassrin;+

M’hemm ħadd li qed jagħmel it-​tajjeb,+

Lanqas wieħed li hu wieħed.

 4 Fost dawk li jipprattikaw il-​ħsara, m’hemm ħadd li għandu l-​għarfien?+

Għax jieklu lill-​poplu tiegħi qishom qed jieklu l-​ħobż.+

Ma sejħux lil Ġeħova.+

 5 Imbagħad imtlew b’biżaʼ kbir,+

Fejn qabel ma kien hemm ebda biżaʼ;+

Għax Alla żgur se jxerred l-​għadam taʼ kulmin jattakkak.+

Int iġġegħelhom jistħu, għax Ġeħova rrifjutahom.+

 6 O li kieku minn Sijon tiġi s-​salvazzjoni grandjuża taʼ Israel!+

Meta Ġeħova jiġbor lura lill-​imjassrin tal-​poplu tiegħu,+

Ħa jifraħ Ġakobb, ħa jithenna Israel.+

Lid-​direttur. Fuq l-​istrumenti tal-​korda. Maskil.* Taʼ David. Meta ż-​Żifin daħlu u qalu lil Sawl: “Ma tafx li David qed jinħeba fostna?”+

54 O Alla, b’ismek salvani,+

U bis-​setgħa tiegħek idħol għalija.+

 2 O Alla, ismaʼ t-​talba tiegħi;+

Agħti widen lil kliem fommi.+

 3 Għax hemm xi stranġieri li qamu kontrija,

U nies tiranni li qed jipprovaw jiħduli ħajti.+

Ma qegħdux lil Alla quddiemhom.+ Sela.

 4 Ara! Alla hu dak li jgħinni;+

Ġeħova hu maʼ dawk li qed jappoġġawni.

 5 Hu se jrodd il-​ħażin lill-​għedewwa tiegħi.+

Sikkithom bil-​verità tiegħek.+

 6 Minn qalbi se nagħmillek sagrifiċċji.+

Se nfaħħar lil ismek, O Ġeħova, għax dan hu tajjeb.+

 7 Għax ħelisni minn kull niket,+

U għajnejja ħarsu rebbiħin lejn l-​għedewwa tiegħi.+

Lid-​direttur. Fuq l-​istrumenti tal-​korda. Maskil.* Taʼ David.

55 Agħti widen, O Alla, għat-​talba tiegħi;+

U tinħebiex mis-​supplika* tiegħi għall-​ħniena.+

 2 Agħti kasi u wiġibni.+

M’għandix kwiet minħabba t-​tħassib tiegħi,+

U ma nistax ma ninkwetax,

 3 Minħabba dak li qed jgħid l-​għadu, minħabba l-​pressjoni mill-​ħażin.+

Għax huma l-​ħin kollu jagħmluli l-​ħsara,+

U bir-​rabja jżommu f’qalbhom il-​mibegħda għalija.+

 4 Qalbi muġugħa għall-​aħħar ġo fija,+

U waqaʼ fuqi l-​biżaʼ tal-​mewt.+

 5 Biżaʼ, iva, tregħid għandi fuqi,+

U t-​tkexkix jgħattini.

 6 U l-​ħin kollu ngħid: “O li kelli l-​ġwienaħ bħal ħamiema!+

Kieku kont intir xi mkien ieħor u ngħammar hemm.+

 7 Ara! Kont intir ’il bogħod;+

Kont immur noqgħod fix-​xagħri.+—Sela—

 8 Kont ngħaġġel lejn post fejn naħrab

Mir-​riħ qawwi, mit-​tempesta.”+

 9 Ħawwadhom, O Ġeħova, ħawdilhom kliemhom,+

Għax vjolenza u argumenti rajt fil-​belt.+

10 Lejl u nhar iduru magħha fuq is-​swar tagħha;+

U ħsara u inkwiet hemm ġewwa fiha.+

11 Għawġ hemm f’nofsha;

U l-​moħqrija u l-​qerq ma ċċaqalqux mill-​pjazza tagħha.+

12 Għax mhux l-​għadu kien li maqdarni;+

Kieku kont nissaportih.

Mhux xi ħadd li kien mimli mibegħda għalija tkabbar ħafna kontrija;+

Kieku kont inkun nistaʼ ninħeba minnu.+

13 Imma kont int, bniedem mortali li jien stmajtu daqsi,+

Xi ħadd li naf u li jien midħla tiegħu,+

14 Għax konna ngawdu ħbiberija ħelwa flimkien;+

Lejn id-​dar t’Alla konna nimxu mal-​ġemgħa.+

15 Ħa tiġi ħerba fuqhom!+

Ħa jinżlu ħajjin fil-​Qabar;*+

Għax il-​ħażen jgħammar fejn jgħammru huma.+

16 Min-naħa tiegħi, se nsejjaħ lil Alla;+

U Ġeħova jsalvani.+

17 Fil-għaxija, fil-​għodu, u f’nofsinhar ma nistax ma ninkwetax, u għalhekk nokrob,+

U hu jismaʼ leħni.+

18 Hu se jifdili ruħi mill-​attakki kontrija u jagħtiha l-​paċi,+

Għax ġew kotriet kontrija.+

19 Alla, li qiegħed fuq it-​tron bħal fil-​passat,+

Se jismagħhom u jwiġibhom+—Sela—

Lil dawk li ma nbidlux+

U li ma beżgħux minn Alla.+

20 Hu* medd idejh kontra dawk fil-​paċi miegħu;+

Kasbar il-​patt tiegħu.+

21 Artab iktar mill-​butir kliem fommu,+

Imma qalbu lesta għall-​ġlied.+

Kliemu jiżloq iktar miż-​żejt,+

Imma fil-​fatt hu bħal sejf mislut.+

22 Ixħet toqlok fuq Ġeħova,+

U jsostnik.+

Hu qatt ma jħalli lill-​ġust jogħtor.+

23 Imma int, O Alla, se tniżżilhom fl-​iktar ħofra fonda.+

Il-​bnedmin ħatjin tad-​demm u qarriqin mhux se jgħixu nofs il-​jiem tagħhom.+

Imma jien, jien se nafda fik.+

Lid-​direttur. Fuq il-​Ħamiema Silenzjuża fost dawk ’il bogħod. Taʼ David. Miktam.* Meta l-​Filistin qabduh ġo Gat.+

56 Ħenn għalija, O Alla, għax il-​bniedem mortali pprova jaħtafni f’ħalqu.+

Il-​jum kollu jiġġilidli u jaħqarni.+

 2 L-għedewwa tiegħi pprovaw jaħtfuni f’ħalqhom il-​jum kollu.+

Hemm ħafna li qed jiġġilduli għax iħossuhom superjuri.+

 3 Min-naħa tiegħi, dakinhar li nkun beżgħan, se nafda fik.+

 4 Billi jien f’unjoni m’Alla, se nfaħħar kelmtu.+

F’Alla fdajt jien; m’iniex se nibżaʼ.+

X’jistaʼ jagħmilli l-​bniedem tal-​laħam?+

 5 Il-jum kollu jagħmluli l-​ħsara;

Ħsibijiethom kollha huma kontrija biex jagħmluli d-​deni.+

 6 Jattakkaw, jinħbew,+

Joqogħdu jqisu l-​passi tiegħi,+

Waqt li jistennew biex jiħduli ħajti.+

 7 Warrabhom minħabba l-​uġigħ li jikkaġunaw.+

Fir-​rabja tiegħek waqqaʼ lill-​popli, O Alla.+

 8 Int niżżilt bil-​miktub li jien maħrub.+

Poġġi fi flixkun tal-​ġild id-​dmugħ tiegħi.+

M’huwiex dan fil-​ktieb tiegħek?+

 9 F’dak iż-​żmien, l-​għedewwa tiegħi jerġgħu lura, dakinhar li nsejjaħlek;+

Dan naf sew, li Alla hu favur tiegħi.+

10 Billi jien f’unjoni m’Alla,+ se nfaħħar kelmtu;

Billi jien f’unjoni maʼ Ġeħova, se nfaħħar kelmtu.+

11 F’Alla fdajt jien. M’iniex se nibżaʼ.+

X’jistaʼ jagħmilli l-​bniedem?+

12 Jien, O Alla, marbut bil-​wegħdi li għamiltlek.+

Jien se noffrilek espressjonijiet taʼ radd il-​ħajr.+

13 Għax int ħlistli ruħi mill-​mewt+—

Ma ħlistlix int saqajja mit-​tfixkil?+—

Sabiex inkun nistaʼ nimxi quddiem Alla fid-​dawl tal-​ħajjin.+

Lid-​direttur. “Tagħmilx ħerba.” Taʼ David. Miktam.* Meta ħarab minħabba Sawl, għal ġo l-​għar.+

57 Ħenn għalija, O Alla, ħenn għalija,+

Għax fik stkennet ruħi;+

U fid-​dell taʼ ġwinħajk nistkenn sakemm jgħaddi l-​għawġ.+

 2 Jien insejjaħ lil Alla l-​Iktar Għoli, lill-​Alla l-​veru li jtemm l-​għawġ tiegħi minħabba fija.+

 3 Se jibgħat l-​għajnuna mis-​sema u jsalvani.+

Se jħawwad lil dak li qed jipprova jaħtafni f’ħalqu.+ Sela.

Alla se jibgħat il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu u l-​verità tiegħu.+

 4 Ruħi qiegħda qalb l-​iljuni;+

Ikolli nimtedd fost dawk li jridu jibilgħuni, iva, ulied il-​bnedmin,

Li snienhom huma lanez u vleġeġ,+

U lsienhom sejf jaqtaʼ.+

 5 Ħa titgħolla ’l fuq mis-​smewwiet, O Alla;+

Ħa tkun il-​glorja tiegħek ’il fuq mill-​art kollha.+

 6 Huma ħejjew xibka għal saqajja;+

Ruħi mtaqqla bin-​niket.+

Ħaffruli ħofra quddiemi;

U waqgħu fiha huma stess.+ Sela.

 7 Qalbi soda, O Alla,+

Qalbi soda.

Se nkanta u ngħanni.+

 8 Stenbaħ, O kulma hu glorjuż fija;+

Stenbaħ, O strument tal-​korda; int ukoll, O arpa.+

Jien se nqajjem iż-​żerniq.

 9 Se nfaħħrek fost il-​popli, O Ġeħova;+

Ngħannilek fost il-​ġnus.+

10 Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hija kbira sas-​smewwiet,+

U l-​verità tiegħek sas-​sema.+

11 Ħa titgħolla ’l fuq mis-​smewwiet, O Alla;+

Ħa tkun il-​glorja tiegħek ’il fuq mill-​art kollha.

Lid-​direttur. “Tagħmilx ħerba.” Taʼ David. Miktam.*

58 Jekk tibqgħu siktin, kif tistgħu titkellmu dwar is-​sewwa?+

Tistgħu intom tiġġudikaw b’mod rett, O wlied il-​bnedmin?+

 2 Le, imma minn qalbkom tipprattikaw inġustizzja sħiħa fl-​art,+

U tħejju t-​triq għall-​vjolenza taʼ idejkom!+

 3 In-nies mill-​agħar kienu mħassrin sa mill-​ġuf;+

Żvijaw minn mindu kienu fiż-​żaqq;

Gideb jgħidu.+

 4 Il-velenu tagħhom bħall-​velenu tas-​serp,+

Torox bħall-​kobra li ssodd widnejha+

 5 Biex ma tismax minn leħen is-​sħaħar,+

Għalkemm xi ħadd tas-​sengħa jagħmlilha magħmul.+

 6 O Alla, tajrilhom snienhom minn ħalqhom.+

Kisser l-​għadam tax-​xedaq taʼ l-​iljuni b’saħħithom, O Ġeħova.

 7 Ħa jinħallu fl-​ilmijiet li jgħaddu jiġru;+

Ħa jħejji l-​qaws u l-​vleġeġ tiegħu u huma jintelqu.+

 8 Jimxu bħal bebbuxu li jdub;

Bħat-​tarbija taʼ mara li tkorri m’humiex se jaraw ix-​xemx.+

 9 Qabel ma l-​borom tagħkom iħossu s-​sħana taʼ l-​għollieqa taqbad,+

Hu se jtajjar kemm l-​għollieqa ħadra u ħajja kif ukoll dik li qed tinħaraq, bħallikieku b’riħ taʼ tempesta.+

10 Il-ġust se jifraħ għax ikun ra l-​vendetta.+

Saqajh se jaħsilhom f’demm il-​bniedem mill-​agħar.+

11 U l-​bnedmin jgħidu:+ “Żgur li l-​ġust se jieħu l-​frott.+

Żgur li jeżisti Alla li qed jiġġudika l-​art.”+

Lid-​direttur. “Tagħmilx ħerba.” Taʼ David. Miktam.* Meta Sawl bagħat lil xi wħud jgħassulu daru, biex jagħtuh il-​mewt.+

59 Eħlisni mill-​għedewwa tiegħi, O Alla tiegħi;+

Ipproteġini minn dawk li qed iqumu kontrija.+

 2 Eħlisni minn dawk li jipprattikaw il-​ħsara,+

U salvani minn irġiel ħatjin tad-​demm.

 3 Għax, ara, huma qagħdu lesti għal ruħi;+

Dawk b’saħħithom jattakkawni,+

Minkejja li ma kien hemm ebda rvell u ebda dnub min-​naħa tiegħi, O Ġeħova.+

 4 Għalkemm m’għandix ħtija, huma jiġru u jlestu ruħhom.+

Qum għas-​sejħa tiegħi u ara.+

 5 Int, O Alla Ġeħova taʼ l-​armati, int l-​Alla taʼ Israel.+

Qum u itfaʼ l-​attenzjoni tiegħek fuq il-​ġnus kollha.+

Tħennx għat-​tradituri li jikkaġunaw l-​uġigħ.+ Sela.

 6 Huma jibqgħu jiġu lura fil-​għaxija;+

Joqogħdu jinbħu bħall-​klieb+ u jduru mal-​belt kollha.+

 7 Ara! Kliem mill-​agħar igelgel minn fommhom;+

Sjuf hemm fuq xofftejhom,+

Għax huma jgħidu: “Min qed jismaʼ?”+

 8 Imma int, O Ġeħova, se tidħaq bihom;+

Int se tiddieħaq bil-​ġnus kollha.+

 9 O Saħħa tiegħi, lejk se nibqaʼ nħares;+

Għax għalija Alla hu post fl-​għoli taʼ sigurtà.+

10 L-Alla li wrieni qalb tajba bl-​imħabba se jiltaqaʼ miegħi;+

Alla nnifsu se jġegħelni nħares rebbieħ lejn l-​għedewwa tiegħi.+

11 Toqtolhomx, ħalli l-​poplu tiegħi ma jinsiex.+

Permezz taʼ l-​enerġija kbira tiegħek ġerrihom ’l hemm u ’l hawn,+

U waqqagħhom, O Ġeħova, it-​tarka tagħna,+

12 Għad-dnub taʼ fommhom, il-​kelma taʼ xofftejhom;+

U ħa jinqabdu fil-​kburija tagħhom,+

Kif ukoll għas-​saħta u l-​qerq li jirripetu.

13 Temmhom fil-​korla;+

Temmhom, biex ma jkunux iktar.

Ħa jkunu jafu li Alla qed jaħkem fuq Ġakobb sa truf l-​art.+ Sela.

14 U ħallihom jiġu lura fil-​għaxija;

Ħa jinbħu bħall-​klieb u jduru mal-​belt kollha.+

15 Ħa jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn għal xi ħaġa x’jieklu;+

Tħallihomx jixbgħu jew ikollhom fejn jgħaddu l-​lejl.+

16 Imma min-​naħa tiegħi, jien se nkanta dwar is-​saħħa tiegħek,+

U fil-​għodu se nitkellem bil-​ferħ dwar il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+

Għax int urejt li int post fl-​għoli taʼ sigurtà għalija+

U post fejn għandi naħrab f’jum in-​niket tiegħi.+

17 O Saħħa tiegħi, lilek se ngħanni,+

Għax Alla hu post fl-​għoli taʼ sigurtà għalija, l-​Alla li jurini qalb tajba bl-​imħabba.+

Lid-​direttur. Fuq Il-​Ġilju tat-​Tfakkira. Miktam.* Taʼ David. Biex jgħallem.+ Meta ssielet mal-​qawwiet t’Aram-naħarajm u t’Aram-Soba, u Ġowab ġie lura u ħabat għall-​Edomin f’Wied il-​Melħ, u qatel tnax-il elf.+

60 O Alla, int warrabtna, u nfidt il-​qawwiet tagħna;+

Int għadabt. Aċċettana lura.+

 2 Int regħedt l-​art, u fraqtha.+

Fejjaqha mill-​qsim tagħha, għax theżżet.+

 3 Int ġegħelt lill-​poplu tiegħek jara t-​tbatija.+

Tajtna nixorbu l-​inbid u aħna stordejna.+

 4 Int għollejt arblu bħala sinjal għal dawk li jibżgħu minnek+

Biex jiġru żigużajg ħalli jaħarbu mill-​qaws. Sela.

 5 Sabiex il-​maħbubin tiegħek jinħelsu,+

Salvana bil-​leminija tiegħek u wiġibna.+

 6 Alla tkellem fil-​qdusija tiegħu:+

“Jien se nifraħ, lil Sikem nagħti bħala sehem;+

U l-​pjanura l-​baxxa taʼ Sukkot se nkejjilha u nagħtiha.+

 7 Tiegħi Gilegħad u tiegħi wkoll Manasse,+

U Efrajm hu l-​fortizza tal-​wieħed ewlieni tiegħi;

Ġuda hu l-​ħatar tiegħi taʼ kmandant.+

 8 Mowab il-​friskatur tiegħi tal-​ħasil.+

Għal fuq Edom se nitfaʼ s-​sandlija tiegħi.+

Fuq il-​Filistja se ngħajjat bil-​ferħ għajat taʼ rebħa.”+

 9 Min se jiħodni lejn il-​belt assedjata?+

Min se jmexxini s’Edom?+

10 Mhux int, O Alla, li warrabtna+

U li ma toħroġx maʼ l-​armati tagħna bħala Alla tagħna?+

11 Agħtina l-​għajnuna fl-​inkwiet,+

Għax għalxejn nittamaw għas-​salvazzjoni mill-​bniedem.+

12 Permezz t’Alla se niksbu enerġija kbira,+

U hu jisħaq lill-​avversarji tagħna.+

Lid-​direttur. Fuq l-​istrumenti tal-​korda. Taʼ David.

61 Ismaʼ, O Alla, l-​għajat tiegħi bil-​ħrara.+

Agħti kas it-​talba tiegħi.+

 2 Minn tarf l-​art jien ngħajjat, iva, ngħajjat lilek, meta qalbi tintelaq.+

Mexxini għal fuq blata għolja.+

 3 Għax int kont kenn għalija,+

Torri b’saħħtu meta ffaċċjajt l-​għadu.+

 4 Jien se nkun il-​mistieden fit-​tinda tiegħek għal dejjem;+

Se nistkenn u ninħeba taħt ġwinħajk.+ Sela.

 5 Għax int, O Alla, smajt il-​wegħdi tiegħi.+

Tajtni l-​wirt taʼ dawk li jibżgħu minn ismek.+

 6 Lis-sultan se żżidlu l-​jiem maʼ jiemu;+

Is-​snin taʼ ħajtu jkunu bħallikieku minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+

 7 Hu jgħammar għal dejjem quddiem Alla;+

Ibgħat il-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità, sabiex iħarsuh.+

 8 Għalhekk, ngħanni lil ismek għal dejjem,+

Biex inkun nistaʼ rrodd il-​wegħdi tiegħi jum wara l-​ieħor.+

Lid-​direttur taʼ Ġedutun.* Melodija taʼ David.

62 Ruħi tistenna fis-​skiet lil Alla.+

Mingħandu ġejja s-​salvazzjoni tiegħi.+

 2 Iva, hu l-​blata u s-​salvazzjoni tiegħi, il-​post fl-​għoli tiegħi taʼ sigurtà;+

M’iniex se nogħtor għalkollox.+

 3 Kemm se ddumu tipprovaw toqtlu lil dak li tobogħdu?+

Ilkoll kemm intom bħal ħajt immejjel, ħajt tal-​ġebel li qed jiżżaqqaq.+

 4 Huma jagħtu pariri li jħajru lil dak li jkun u mbagħad iwaqqgħulu d-​dinjità tiegħu;+

Dawn jieħdu gost b’gidba.+

B’fommhom ibierku, imma fihom infushom jgħidu affarijiet ħżiena.+ Sela.

 5 Iva, stenna lil Alla fis-​skiet, O ruħi,+

Għax minnu ġejja t-​tama tiegħi.+

 6 Iva, hu l-​blata u s-​salvazzjoni tiegħi, il-​post fl-​għoli tiegħi taʼ sigurtà;+

M’iniex se nogħtor.+

 7 Fuq Alla nistrieħ għas-​salvazzjoni u l-​glorja tiegħi.+

Il-​blata b’saħħitha tiegħi, il-​kenn tiegħi f’Alla.+

 8 Afda fih dejjem, O poplu.+

Ferrgħu qalbkom quddiemu.+

Alla hu kenn għalina.+ Sela.

 9 Iva, ulied il-​bniedem huma bħal nifs,+

Ulied il-​bnedmin huma gidba.+

Meta jitqiegħdu fil-​miżien, kollha flimkien huma eħfef minn nifs.+

10 Tafdawx fil-​frodi,+

U tkunux fiergħa u tafdaw fis-​serq.+

Jekk il-​mezzi t’għajxien tagħkom jiżdidulkom, torbtux qalbkom magħhom.+

11 Darba tkellem Alla, u darbtejn smajtu dan,+

Li l-​qawwa hi t’Alla.+

12 U tiegħek ukoll hi l-​qalb tajba bl-​imħabba, O Ġeħova,+

Għax int tħallas lura lil kull wieħed skond għemilu.+

Melodija taʼ David, meta kien fix-​xagħri taʼ Ġuda.+

63 O Alla, int Alla tiegħi; jien nibqaʼ nfittxek.+

Ruħi għatxana għalik.+

Laħmi ddgħajjef tant kemm jixxennaq għalik

F’art niexfa u mifnija, fejn m’hemmx ilma.+

 2 Hekk kont jien meta rajtek fil-​post qaddis,+

Meta rajt is-​saħħa u l-​glorja tiegħek.+

 3 Billi l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hija aħjar mill-​ħajja,+

Xofftejja se jfaħħruk.+

 4 Għalhekk, se nbierkek matul ħajti;+

Ngħolli idejja u nsejjaħ ismek.+

 5 Ruħi tixbaʼ bħallikieku bl-​aħjar parti, iva, bl-​abbundanza,+

U b’xofftejn mimlijin għajat ferrieħi fommi jagħti tifħir.+

 6 Meta niftakar fik fuq soddti,+

Matul l-​għases tal-​lejl* nimmedita fuqek.+

 7 Għax int kont t’għajnuna għalija,+

U fid-​dell taʼ ġwinħajk ngħajjat bil-​ferħ.+

 8 Jien imxejt warajk mill-​qrib;+

Idek il-​leminija żżommni sew.+

 9 Imma dawk li jibqgħu jipprovaw jeqirduli ħajti,+

Se jispiċċaw fil-​qiegħnett taʼ l-​art.+

10 Se jingħataw f’idejn il-​qawwa tas-​sejf,+

U jsiru ikel għall-​volpijiet.+

11 U s-​sultan se jifraħ b’Alla.+

Kulmin qed jaħlef bih se jiftaħar,+

Għax dawk li qed jgħidu l-​gideb se jkollhom jagħlqu ħalqhom.+

Lid-​direttur. Melodija taʼ David.

64 O Alla, ismaʼ leħni fl-​inkwiet tiegħi.+

Mit-​twerwir taʼ l-​għadu ħarisli ħajti.+

 2 Aħbini mid-​diskors kunfidenzjali tal-​ħżiena,+

Mill-​istorbju taʼ dawk li jipprattikaw il-​ħsara,+

 3 Li sinnew ilsienhom bħal sejf,+

Li mmiraw il-​vleġġa tagħhom, kliem taʼ mrar,+

 4 Biex jisparaw minfejn ikunu moħbijin lejn bniedem bla ħtija.+

Jisparawlu f’daqqa waħda u ma jibżgħux.+

 5 Jibqgħu jgħidu kliem mill-​agħar;+

Jitkellmu dwar kif se jaħbu n-​nases.+

Qalu: “Min se jarahom?”+

 6 Jibqgħu jfittxu affarijiet mhux sewwa;+

Fasslu bil-​moħbi pjan makakk u maħsub tajjeb,+

U fil-​fond wisq hu l-​ġewwieni taʼ kull wieħed minnhom, iva, qalbu.+

 7 Imma f’daqqa waħda Alla se jisparalhom vleġġa,+

U jimtlew bil-​feriti.+

 8 Huma jfixklu lil dak li jkun.+

Imma lsienhom idur kontrihom stess.+

Kulmin iħares lejhom se jxejjer rasu,+

 9 U l-​bnedmin kollha jibżgħu;+

U jitkellmu dwar l-​attività t’Alla,+

U jifhmu għemilu.+

10 Il-ġust se jithenna b’Ġeħova u jistkenn fih;+

U dawk kollha retti f’qalbhom se jiftaħru.+

Lid-​direttur. Melodija taʼ David. Għanja.

65 O Alla, int jistħoqqlok tifħir u silenzju, f’Sijon;+

U lilek tintradd il-​wegħda.+

 2 O Semmiegħ it-​talb, għandek jiġu n-​nies taʼ kull xorta.+

 3 L-iżbalji tiegħi għelbuni.+

In-​nuqqasijiet tagħna, int se tgħattihom.+

 4 Hieni hu l-​bniedem li tagħżel u tħallih jersaq lejk,+

Biex ikun jistaʼ jgħammar fil-​btieħi tiegħek.+

Aħna se nimtlew bl-​affarijiet tajbin taʼ darek,+

Il-​post qaddis tat-​tempju tiegħek.+

 5 Int twiġibna b’affarijiet li jqanqlu l-​biżaʼ magħmulin bis-​sewwa,+

O Alla tas-​salvazzjoni tagħna,+

Il-​Fiduċja taʼ dawk fix-​xfar kollha taʼ l-​art u taʼ dawk ’il bogħod fuq il-​baħar.+

 6 Bil-qawwa tiegħu jwaqqaf il-​muntanji fis-​sod;+

Huwa mħażżem bis-​setgħa.+

 7 Jikkwieta l-​ħoss taʼ l-​ibħra,+

Il-​ħoss tal-​mewġ tagħhom u l-​istorbju tal-​ġnus.+

 8 U l-​abitanti fl-​ibgħad inħawi se jibżgħu mis-​sinjali tiegħek;+

Tlugħ u nżul ix-​xemx jgħajtu bil-​ferħ.+

 9 Int ħadt ħsieb l-​art, biex tkun tistaʼ tagħtiha l-​abbundanza;+

Timlieha b’ħafna ġid.

In-​nixxiegħa mingħand Alla mimlija ilma.+

Int tipprovdilhom il-​qmuħ,+

Għax hekk tħejjiha l-​art.+

10 Ir-raddi tagħha xxarrabhom sew, u twittilha l-​ħamrija;+

Trattabha b’ħalbiet spissi taʼ xita; tbierek dak li jinbet minnha.+

11 Int inkurunajt is-​sena bi tjubitek,+

U mogħdijietek iqattru bl-​abbundanza.+

12 Il-mergħat tax-​xagħri jibqgħu joqtru,+

U l-​għoljiet jitħażżmu bil-​ferħ.+

13 Il-mergħat tlibbsu bl-​imrieħel,+

U l-​pjanuri l-​baxxi tgħattew bil-​qmuħ.+

Dawn jgħajtu bil-​ferħ għajat taʼ rebħa, iva, ikantaw.+

Lid-​direttur. Għanja, melodija.

66 Għajtu lil Alla bil-​ferħ għajat taʼ rebħa, intom in-​nies kollha taʼ l-​art.+

 2 Għannu għall-​glorja taʼ ismu.+

Faħħruh u gglorifikawh.+

 3 Għidu lil Alla: “Kemm iqanqlu biżaʼ l-​għemejjel tiegħek!+

Minħabba l-​kobor taʼ saħħtek l-​għedewwa tiegħek se jiġu jitkaxkru quddiemek.+

 4 In-nies kollha taʼ l-​art se jmilu quddiemek,+

U jgħannulek, jgħannu lil ismek.”+ Sela.

 5 Ejjew u araw l-​attivitajiet t’Alla.+

Il-​mod kif jaġixxi maʼ wlied il-​bnedmin iqanqal il-​biżaʼ.+

 6 Bidel il-​baħar f’art niexfa;+

Bil-​mixi qasmu minn ġox-​xmara.+

Hemm bdejna nifirħu bih.+

 7 Hu jaħkem bis-​setgħa tiegħu għal dejjem.+

Għajnejh jibqgħu għassa tal-​ġnus.+

Ħa ma jitgħollewx dawk taʼ rashom iebsa.+ Sela.

 8 Bierku lil Alla tagħna, O popli,+

U semmgħu leħinkom b’tifħir għalih.+

 9 Hu jżommilna ruħna ħajja,+

U ma jħallix saqajna jogħtru.+

10 Għax int eżaminajtna, O Alla;+

Irfinajtna qisek qed tirfina l-​fidda.+

11 Daħħaltna f’xibka tal-​kaċċa;+

Qegħedtilna tagħbija fuq ġenbejna.

12 Lill-bniedem mortali ħallejtu jirkeb fuq rasna;+

Għaddejna min-​nar u mill-​ilma,+

U mbagħad ġibtilna serħan.+

13 Jien dieħel f’darek b’offerti sħaħ tal-​ħruq;+

Se rroddlok il-​wegħdi li għamiltlek+

14 Li ħarġu minn xofftejja+

U li għedt b’fommi meta kont f’sitwazzjoni mwiegħra.+

15 Se noffrilek offerti sħaħ tal-​ħruq t’annimali msemmnin,+

Mad-​duħħan tas-​sagrifiċċji taʼ l-​imtaten.

Se noffri barri flimkien maʼ bdabad.+ Sela.

16 Ejjew, isimgħu, intom ilkoll li tibżgħu minn Alla, u nirrakkontalkom+

X’għamel għalija.+

17 Lilu sejjaħt b’fommi,+

U t-​tifħir għalih kien fuq ilsieni.+

18 Kieku f’qalbi kkunsidrajt xi ħaġa taʼ ħsara,

Ġeħova ma jismagħnix.+

19 Fil-fatt Alla semagħni;+

Ta kas leħni meta tlabtu.+

20 Ikun imbierek Alla, li ma warrabx it-​talba tiegħi,

Lanqas il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu minn fuqi.+

Lid-​direttur. Fuq l-​istrumenti tal-​korda. Melodija, għanja.

67 Alla se jħenn għalina u jberikna;+

Se jħalli wiċċu jiddi fuqna+—Sela—

 2 Sabiex triqtek issir magħrufa fuq l-​art,+

Is-​salvazzjoni tiegħek fost il-​ġnus kollha.+

 3 Ħa jfaħħruk il-​popli, O Alla;+

Ħa jfaħħruk il-​popli, ilkoll kemm huma.+

 4 Ħa jithennew il-​ġnus u jgħajtu bil-​ferħ,+

Għax int se tiġġudika l-​popli b’mod rett;+

U lill-​ġnus, fuq l-​art se tmexxihom. Sela.

 5 Ħa jfaħħruk il-​popli, O Alla;+

Ħa jfaħħruk il-​popli, ilkoll kemm huma.+

 6 L-art infisha se tagħti l-​prodott tagħha;+

Alla, Alla tagħna, se jberikna.+

 7 Alla se jberikna,+

U t-​trufijiet kollha taʼ l-​art se jibżgħu minnu.+

Lid-​direttur. Taʼ David. Melodija, għanja.

68 Ħa jqum Alla,+ ħa jixterdu l-​għedewwa tiegħu,+

U dawk li tant jobogħduh jaħarbu minħabba fih.+

 2 Bħalma jittajjar id-​duħħan, hekk tajjarhom;+

Bħalma x-​xamaʼ ddub minħabba n-​nar,+

Hekk ħa jgħibu l-​ħżiena minn quddiem Alla.+

 3 Imma ħa jithennew il-​ġusti,+

Ħa jifirħu quddiem Alla,+

U jtiru bil-​ferħ.+

 4 Kantaw lil Alla, għannu lil ismu;+

Kantaw lil Dak li għaddej riekeb minn ġol-​pjanuri tad-​deżert+

Bħala Jah,* li hu ismu;+ u għajtu bil-​ferħ quddiemu.

 5 Missier għat-​tifel bla missier u mħallef għall-​armla+

Hu Alla fil-​post qaddis fejn jgħammar.+

 6 Lil dawk mitluqin għalihom waħedhom, Alla tahom dar fejn jgħammru;+

Qed joħroġ lill-​priġunieri u jgħinhom jirnexxu.+

Madankollu, dawk taʼ rashom iebsa jkollhom jgħammru f’art niexfa.+

 7 O Alla, meta mexxejt lill-​poplu tiegħek,+

Meta mxejt fid-​deżert+—Sela—

 8 L-art triegħdet,+

Is-​sema wkoll qattar minħabba Alla;+

Is-​Sinaj triegħdet minħabba Alla,+ l-​Alla taʼ Israel.+

 9 Int niżżilt ħalba xita qawwija, O Alla;+

Meta wirtek għeja—int saħħaħtu mill-​ġdid.+

10 Huma għammru fil-​kamp tiegħek+ tat-​tined+

Li bi tjubitek int ħejjejtu għall-​magħkus, O Alla.+

11 Ġeħova joħroġ il-​kelma;+

In-​nisa li qed ixandru l-​aħbar tajba huma armata kbira.+

12 Anki s-​slaten taʼ l-​armati jaħarbu, iva, jaħarbu.+

U dik li toqgħod id-​dar tieħu sehem mill-​priża.+

13 Għalkemm kellkom timteddu bejn il-​gzuz taʼ l-​irmied,

Se jkollkom il-​ġwienaħ taʼ ħamiema miksijin bil-​fidda

U rixha miksi b’deheb aħdar safrani.+

14 Meta Dak li Jistaʼ Kollox xerred lis-​slaten barra l-​pajjiż,+

Bdiet nieżla l-​borra fiż-​Żalmon.+

15 Ir-reġjun muntanjuż tal-​Basan+ hu l-​muntanja t’Alla;+

Ir-​reġjun muntanjuż tal-​Basan hu muntanja b’ħafna qċaċet.+

16 O muntanji b’ħafna qċaċet, għala tibqgħu tħarsu b’għira

Lejn il-​muntanja li Alla xtaq jgħammar fiha?+

Iva, Ġeħova nnifsu se jgħammar hemm għal dejjem.+

17 Il-karrijiet tal-​gwerra t’Alla huma bl-​għaxriet t’eluf, eluf fuq eluf.+

Ġeħova ġie mis-​Sinaj fil-​post qaddis.+

18 Int tlajt fl-​għoli;+

Ħadt miegħek lill-​imjassrin;+

Ħadt irġiel bħala għotjiet,+

Iva, anki lil dawk taʼ rashom iebsa,+ biex tgħammar fosthom,+ O Alla Jah.

19 Ikun imbierek Ġeħova, li kuljum iġorr it-​tagħbija għalina,+

L-​Alla l-​veru tas-​salvazzjoni tagħna.+ Sela.

20 L-Alla l-​veru hu Alla li jsalvana;+

U minn Ġeħova l-​Mulej Sovran+ hu l-​ħruġ mill-​mewt.+

21 Iva, Alla se jfarrak ras l-​għedewwa tiegħu,+

Il-​qorriegħa bix-​xagħar taʼ kulmin qed jimxi fi ħtijietu.+

22 Ġeħova qal: “Mill-​Basan se nġibhom lura,+

Se nġibhom lura minn qiegħ il-​baħar,+

23 Sabiex taħsel saqajk fid-​demm,+

Biex ilsien il-​klieb tiegħek jieħu sehmu mill-​għedewwa.”+

24 Huma raw il-​parata tiegħek, O Alla,+

Il-​parati taʼ l-​Alla tiegħi, is-​Sultan tiegħi, għal ġol-​post qaddis.+

25 L-għannejja mxew fuq quddiem, u warajhom id-​daqqaqa taʼ l-​istrumenti tal-​korda;+

Bejniethom kien hemm it-​tfajliet idoqqu t-​tanburlini.+

26 Fi qtajjaʼ miġburin bierku lil Alla,+

Lil Ġeħova, O intom li ġejjin mis-​Sors taʼ Israel.+

27 Hemm iċ-​ċkejken Benjamin li qed irażżanhom,+

Il-​prinċpijiet taʼ Ġuda bil-​folla tgħajjat tagħhom,

Il-​prinċpijiet taʼ Żebulun, il-​prinċpijiet taʼ Naftali.+

28 Alla tiegħek ikkmanda li tingħata s-​saħħa.+

Uri s-​saħħa, O Alla, int li aġixxejt għalina.+

29 Minħabba t-​tempju tiegħek f’Ġerusalemm,+

Is-​slaten se jġibulek l-​għotjiet.+

30 Ċanfar lill-​bhima salvaġġa li tgħix qalb il-​qasab,+ il-​merħla tal-​barrin,+

Flimkien maʼ l-​għoġiela tal-​popli, li kull wieħed minnhom jgħaffeġ fuq il-​biċċiet tal-​fidda.+

Hu xerred lill-​popli li jitgħaxxqu bil-​ġlied.+

31 Affarijiet tal-​bronż se joħorġu mill-​Eġittu;+

Kus malajr se jiftaħ idejh b’għotjiet lil Alla.+

32 O intom saltniet taʼ l-​art, kantaw lil Alla,+

Għannu lil Ġeħova—Sela—

33 Lil Dak li riekeb fuq is-​sema tas-​smewwiet tal-​qedem.+

Ara! Hu jsemmaʼ leħnu, leħen qawwi.+

34 Irrikonoxxu s-​saħħa t’Alla.+

Fuq Israel qiegħda l-​ħakma tiegħu, u s-​saħħa tiegħu qiegħda fis-​sħab.+

35 Alla jqanqal il-​biżaʼ mis-​santwarju grandjuż tiegħu.+

Hu l-​Alla taʼ Israel, li jagħti s-​saħħa, iva, is-​setgħa lill-​poplu.+

Ikun imbierek Alla.+

Lid-​direttur. Fuq Il-​Ġilji.+ Taʼ David.

69 Salvani, O Alla, għax l-​ilmijiet tant għolew li ruħi kważi għerqet.+

 2 Għeriqt f’ħama fond, fejn m’hemm ebda art soda.+

Sibt ruħi f’ilmijiet fondi,

U nixxiegħa għaddejja tiġri ġarritni magħha.+

 3 Jien għejejt ngħajjat;+

Griżmejja nħanqu.

Għajnejja ddgħajfu huma u jistennew lil Alla tiegħi.+

 4 Dawk li jobogħduni għalxejn żdiedu iktar mix-​xagħar taʼ rasi.+

Kotru ħafna dawk li jridu jsikktuni fil-​mewt, li huma l-​għedewwa tiegħi mingħajr ebda raġuni.+

Kelli rrodd dak li ma kontx ħadt b’serq.

 5 O Alla, int sirt taf il-​bluha tiegħi,

U l-​ħtija tiegħi mhix moħbija minnek.+

 6 Jalla dawk li jittamaw fik ma jkollhomx għalfejn jistħu minħabba fija,+

O Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati.+

Jalla dawk li jfittxuk ma jiġux umiljati minħabba fija,+

O Alla taʼ Israel.+

 7 Għax minħabba fik jien issaportejt it-​tmaqdir,+

Wiċċi nkesa bl-​umiljazzjoni.+

 8 Sirt stranġier għal ħuti,+

U barrani għal ulied ommi.+

 9 Għax iż-​żelu għal darek kielni,+

U t-​tmaqdir taʼ dawk li jmaqdruk waqaʼ fuqi.+

10 U bkejt u somt,+

Imma dan kien taʼ tmaqdir għalija.+

11 Meta lbist l-​ilbies taʼ l-​ixkora,

Imbagħad sirt bħal qawl għalihom.+

12 Dawk li joqogħdu bil-​qiegħda f’bieb il-​belt kienu moħħhom fija,+

U jien kont is-​suġġett taʼ l-​għanjiet taʼ dawk li jixorbu xorb li jsakkar.+

13 Imma min-​naħa tiegħi, jien lilek tlabt, O Ġeħova,+

Fi żmien aċċettabbli, O Alla.+

Fl-​abbundanza tal-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek wiġibni u uri li int is-​salvatur il-​veru.+

14 Eħlisni mill-​ħama, biex ma negħriqx.+

Jalla ninħeles minn dawk li jobogħduni+ u mill-​ilmijiet fondi.+

15 Jalla n-​nixxiegħa għaddejja tiġri ma ġġorrnix magħha,+

Il-​fond ma jiblagħnix,

U l-​bir ma jagħlaqx fommu fuqi.+

16 Wiġibni, O Ġeħova, għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hi kbira.+

Skond il-​kotra tal-​ħniniet tiegħek dur lejja,+

17 U taħbix wiċċek mill-​qaddej tiegħek.+

Wiġibni malajr għax qiegħed f’sitwazzjoni mwiegħra.+

18 Ersaq qrib ruħi, u salvaha;+

Ifdini mill-​għedewwa tiegħi.+

19 Int sirt taf bit-​tmaqdir, l-​għajb, u l-​umiljazzjoni tiegħi.+

Dawk kollha li qed jiħduha kontrija qegħdin quddiemek.+

20 It-tmaqdir qasamli qalbi, u l-​ferita ma titfejjaqx.+

U bqajt nittama li xi ħadd jissimpatizza miegħi, imma ma kien hemm ħadd;+

U li jkun hemm min ifarraġni, imma ma sibt lil ħadd.+

21 Iżda bħala ikel tawni pjanta velenuża,+

U għall-​għatx tiegħi pprovaw jagħtuni nixrob il-​ħall.+

22 Ħa ssirilhom nasba l-​mejda li għandhom quddiemhom,+

U kulma kellu jkun għall-​ġid tagħhom isir nassa.+

23 Ħa jiddallmu għajnejhom sabiex ma jarawx;+

U ġiegħel lil ġenbejhom jitriegħdu l-​ħin kollu.+

24 Sawwab fuqhom il-​kundanna tiegħek,+

U ħa tilħaqhom ir-​rabja taħraq tiegħek.+

25 Ħa jsir ħerba l-​kamp tagħhom imdawwar bil-​ħitan;+

U ħalli ħadd ma jgħammar fit-​tined tagħhom.+

26 Għax huma ġrew wara dak li int sawwatt,+

U jibqgħu jitkellmu dwar il-​weġgħat taʼ dawk minfudin minnek.

27 Żid l-​iżball maʼ l-​iżball tagħhom,+

U ħa ma jidħlux fis-​sewwa tiegħek.+

28 Ħa jitħassru mill-​ktieb tal-​ħajjin+

U ma jinkitbux man-​nies sewwa.+

29 Imma jien qed insofri u nħossni muġugħ.+

Jalla tipproteġini s-​salvazzjoni tiegħek, O Alla.+

30 Jien se nfaħħar l-​isem t’Alla bil-​kant+

U nkabbru b’radd il-​ħajr.+

31 Lil Ġeħova, dan se jogħġbu iktar minn barri,+

Minn barri żgħir bil-​qrun u b’difru maqsum.+

32 Il-ġwejdin żgur jaraw dan u jifirħu.+

Intom li qed tfittxu lil Alla, ħa tibqaʼ ħajja qalbkom ukoll.+

33 Għax Ġeħova qed jismaʼ lill-​foqra,+

U mhux se jistmerr lill-​priġunieri tiegħu stess.+

34 Ħa jfaħħruh is-​sema u l-​art,+

L-​ibħra u kulma jitħarrek fihom.+

35 Għax Alla nnifsu se jsalva lil Sijon+

U jibni l-​bliet taʼ Ġuda;+

U huma jgħammru hemm u jieħdu din l-​art f’idejhom.+

36 U jirtuha wlied il-​qaddejja tiegħu,+

U dawk li jħobbu lil ismu se jgħammru fiha.+

Lid-​direttur. Taʼ David, bħala tfakkira.+

70 O Alla, fittex eħlisni,+

O Ġeħova, fittex għinni.+

 2 Jalla jistħu u jħossuhom avviliti dawk li qed jipprovaw jiħduli ħajti.+

Ħa jduru lura u jiġu umiljati dawk li qed jitgħaxxqu bil-​gwaj tiegħi.+

 3 Ħa jerġgħu lura minħabba l-​mistħija tagħhom dawk li qed jgħidu: “Ħaħ, ħaħ!”+

 4 Ħa jifirħu u jithennew bik dawk kollha li qed ifittxuk+

U jgħidu l-​ħin kollu: “Ħa jkun Alla mfaħħar bil-​kbir!”—dawk li jħobbu s-​salvazzjoni tiegħek.+

 5 Imma jien qed insofri u fqir.+

O Alla, aġixxi malajr għalija.+

Int l-​għajnuna tiegħi u Dak li jħarrabni.+

O Ġeħova, iddumx.+

71 Fik, O Ġeħova, stkennejt.+

Jalla qatt ma jkolli għalxiex nistħi.+

 2 Fis-sewwa tiegħek jalla teħlisni u tħarrabni.+

Mejjel widintek lejja u salvani.+

 3 Sir għalija fortizza tal-​blat li nistaʼ nidħol fiha l-​ħin kollu.+

Agħti kmand biex issalvani,+

Għax int il-​blat għoli tiegħi u l-​fortizza tiegħi.+

 4 O Alla tiegħi, ħarrabni minn taħt idejn il-​ħażin,+

Mill-​pala taʼ idejn dak li qed jaġixxi b’inġustizzja u moħqrija.+

 5 Għax int it-​tama tiegħi,+ O Mulej Sovran Ġeħova, il-​fiduċja tiegħi sa minn żgħożiti.+

 6 Fuqek serraħt minn mindu kont fiż-​żaqq;+

Int Dak li ħriġtni mill-​ġewwieni t’ommi.+

Għalik hu t-​tifħir tiegħi l-​ħin kollu.+

 7 Jien sirt qisni miraklu għal ħafna nies;+

Imma int il-​kenn b’saħħtu tiegħi.+

 8 Fommi mimli bit-​tifħir tiegħek,+

Il-​jum kollu nitkellem dwar sbuħitek.+

 9 Tarminix fi żmien ix-​xjuħija;+

Meta l-​qawwa tiegħi tkun qed tonqos, titlaqnix.+

10 Għax l-​għedewwa tiegħi tkellmu dwari,+

U dawk li qegħdin għassa għal ruħi kkonsultaw flimkien,+

11 U qalu: “Alla telqu.+

Iġru warajh u aqbduh, għax m’hemmx min jeħilsu.”+

12 O Alla, iżżommx ’il bogħod minni.+

O Alla tiegħi, fittex għinni.+

13 Jalla jistħu, jalla jintemmu dawk li qed jopponuni.+

Ħa jinksew bit-​tmaqdir u bl-​umiljazzjoni dawk li jipprovaw jagħmluli l-​ħsara.+

14 Imma min-​naħa tiegħi, jien se nibqaʼ nistenna,+

U nkompli nżid mat-​tifħir kollu tiegħek.

15 Fommi stess se jitkellem dwar is-​sewwa tiegħek,+

Il-​jum kollu nitkellem dwar is-​salvazzjoni tiegħek,+

Għax lanqas naf kemm hu l-​għadd tagħhom.+

16 Jien ġej bis-​setgħa grandjuża tiegħek,+ O Mulej Sovran+ Ġeħova;

Se nsemmi s-​sewwa tiegħek, tiegħek biss.+

17 O Alla, int għallimtni minn żgħożiti ’l quddiem,+

U s’issa għadni nitkellem dwar l-​għemejjel tiegħek taʼ l-​għaġeb.+

18 Sakemm nixjieħ u xagħri jsir griż, O Alla, titlaqnix,+

Sakemm inkun nistaʼ ngħid dwar driegħek lill-​ġenerazzjoni,+

Lil dawk kollha li għad iridu jiġu, dwar is-​setgħa tiegħek.+

19 Is-sewwa tiegħek, O Alla, jilħaq fl-​għoli.+

Fl-​affarijiet kbar li għamilt,+

O Alla, min hu bħalek?+

20 Talli wrejtni ħafna niket u inkwiet,+

Agħtini l-​ħajja mill-​ġdid;+

U erġaʼ tellagħni mill-​ilmijiet fondi taʼ l-​art.+

21 Jalla żżid il-​kobor tiegħi,+

U ddawwarni u tfarraġni.+

22 Jien ukoll se nfaħħrek fuq strument tal-​korda,+

Infaħħrek għall-​verità tiegħek, O Alla tiegħi.+

Jien se ngħannilek bl-​arpa, O Qaddis taʼ Israel.+

23 Xofftejja se jgħajtu bil-​ferħ meta nħoss li rrid ngħannilek,+

U tifraħ ruħi li int fdejt.+

24 Ukoll, ilsieni se jgħid is-​sewwa tiegħek minn taħt l-​ilsien il-​jum kollu,+

Għax dawk li jipprovaw jagħmluli l-​ħsara ġew imġegħlin jistħu u jħossuhom avviliti.+

Dwar Salamun.

72 O Alla, għallem lis-​sultan id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek,+

U lil bin is-​sultan is-​sewwa tiegħek.+

 2 Jalla jiddefendi l-​kawża tal-​poplu tiegħek bis-​sewwa+

U tal-​magħkusin tiegħek b’ġudizzju ġust.+

 3 Ħalli l-​muntanji jġorru l-​paċi lill-​poplu,+

Kif ukoll l-​għoljiet, permezz tas-​sewwa.

 4 Ħa jiġġudika lill-​magħkusin tal-​poplu,+

U jsalva lil ulied il-​fqir.

Ħa jfarrak lill-​imbroljun.

 5 Huma jibqgħu jibżgħu minnek sakemm iddum ix-​xemx,+

U sakemm ikun hemm qamar, minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+

 6 Hu se jinżel bħax-​xita fuq il-​ħaxix maħsud,+

Bħal ħalbiet spissi li jxarrbu l-​art.+

 7 Fi żmienu l-​ġust jinbet,+

U jkun hemm sliem kotran sa ma jintemm il-​qamar.+

 8 Ikollu sudditi minn baħar sa baħar+

U mix-​Xmara*+ sa truf l-​art.+

 9 Quddiemu jmilu l-​abitanti tar-​reġjuni bla ilma,+

U l-​għedewwa tiegħu jilagħqu t-​trab.+

10 Is-slaten taʼ Tarsis u tal-​gżejjer+—

Se jġibu r-​rigali.+

Is-​slaten taʼ Xeba u taʼ Seba—

Se jġibu għotja.+

11 Is-slaten kollha se jinxteħtu fl-​art quddiemu;+

U l-​ġnus kollha, min-​naħa tagħhom, jaqduh.+

12 Għax hu se jeħles lill-​fqir li jgħajjatlu għall-​għajnuna,+

U lill-​magħkus u lil kulmin m’għandux min jgħinu.+

13 Se jiddispjaċih għall-​batut u għall-​fqir,+

U jsalva ħajjet il-​foqra.+

14 Mill-moħqrija u mill-​vjolenza se jifdilhom ruħhom,

U demmhom ikun prezzjuż f’għajnejh.+

15 Ħa jgħix,+ u ħa jingħatalu ftit mid-​deheb taʼ Xeba.+

U ħa jitolbu għalih bla heda;

Ħa jkun imbierek il-​jum kollu.+

16 Se jkun hemm ħafna qmuħ fuq l-​art;+

Fuq il-​qċaċet tal-​muntanji jkun hemm iżżejjed.+

Il-​ħsad tas-​sultan ikun kbir daqs il-​foresta tal-​Libanu,+

U fil-​bliet in-​nies joktru bħall-​ħaxix taʼ l-​art.+

17 Ħa jibqaʼ ismu għal dejjem;+

Ħa jdum ismu sakemm iddum ix-​xemx,

U permezz tas-​sultan ħa jbierku lilhom infushom;+

Ħa jiddikjarawh hieni l-​ġnus kollha.+

18 Ikun imbierek Alla Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel,+

Li hu waħdu qed jagħmel għemejjel taʼ l-​għaġeb.+

19 Ikun imbierek l-​isem glorjuż tiegħu għal dejjem,+

U ħa timtela l-​art kollha bil-​glorja tiegħu.+

Amen u Amen.

20 It-talb taʼ David, bin Ġesse,+ wasal fi tmiemu.

IT-​TIELET KTIEB

(Salmi 73 – 89)

Melodija t’Asaf.+

73 Alla hu tassew tajjeb maʼ Israel, maʼ dawk li għandhom qalbhom nadifa.+

 2 Min-naħa tiegħi, saqajja kienu kważi żvijaw,+

Għal naqra ma żlaqtx fil-​mixi tiegħi.+

 3 Għax ġietni l-​għira għall-​faħħarin,+

Meta rajt il-​paċi tal-​ħżiena.+

 4 Għax huma m’għandhomx weġgħat tal-​mewt;+

U żaqqhom kbira.+

 5 M’għandhomx it-​taħbit bħall-​bnedmin mortali,+

U m’humiex imsawtin bħal bnedmin oħrajn.+

 6 Għalhekk, is-​suppervja hi għalihom bħal ġiżirana;+

Il-​vjolenza tgeżwirhom bħal libsa.+

 7 Għajnejhom imqabbżin ’il barra bil-​ħxuna;+

Huma jisbqu l-​immaġinazzjoni tal-​qalb.+

 8 Iwaqqgħu għaċ-​ċajt u jitkellmu fuq affarijiet ħżiena;+

Jitkellmu b’arroganza dwar kif jimbroljaw.+

 9 Il-ftaħir tagħhom laħaq sas-​smewwiet,+

U jiġġerrew maʼ l-​art u jgħidu li jridu bi lsienhom.+

10 Għalhekk, hu jġib lin-​nies tiegħu lura hawnhekk,

U l-​ilmijiet mimlijin jitbattlu għalihom.

11 U qalu: “Induna Alla?+

L-​Iktar Għoli jaf b’xi ħaġa?”+

12 Ara! Dawn huma n-​nies mill-​agħar, li dejjem moħħhom mistrieħ.+

Huma żiedu l-​mezz t’għajxien tagħhom.+

13 Żgur li għalxejn naddaft qalbi+

U li naħsel idejja fl-​innoċenza.+

14 Ġejt imsawwat il-​jum kollu+

U koreġut kull fil-​għodu.+

15 Kieku għedt: “Se nitkellem dwar dawn l-​affarijiet,”

Ara, kieku maʼ wliedek kollha

Kont inkun qed naġixxi bi tradiment.+

16 U jien bqajt nikkunsidra din il-​ħaġa sabiex nifhimha;+

Imma kien diffiċli għalija,

17 Sakemm imbagħad dħalt fis-​santwarju grandjuż t’Alla.+

Ridt nagħraf il-​futur tagħhom.+

18 Żgur tqegħedhom fuq art tiżloq.+

Int twaqqagħhom f’rovina.+

19 O kif saru oġġett taʼ stagħġib f’daqqa waħda!+

Kif waslu fi tmiemhom, intemmew bi gwaj għal għarrieda!

20 Bħal ħolma malli wieħed jistenbaħ, O Ġeħova,+

Hekk int, meta tqum, se twarrab bi stmerrija x-​xbieha tagħhom.+

21 Għax qalbi kienet imtliet bl-​imrar+

U l-​kliewi tgħidx kemm weġġgħuni;+

22 Ma bdejtx nirraġuna u ma kont naf xejn;+

Sirt bħall-​bhejjem mill-​ħarsa tiegħek.+

23 Imma jien miegħek il-​ħin kollu;+

Int qbadtli idi l-​leminija.+

24 Bil-parir tiegħek tmexxini,+

U mbagħad tiħodni lejn il-​glorja.+

25 Lil min għandi fis-​smewwiet?+

U ħliefek m’għandi ebda għaxqa oħra fuq l-​art.+

26 Ġismi u qalbi ġew fix-​xejn.+

Alla hu l-​blata taʼ qalbi u s-​sehem tiegħi għal dejjem.+

27 Għax, ara, dawk li jżommu ’l bogħod minnek se jgħibu.+

Int se ssikket lil kulmin jaġixxi b’mod immorali billi jitilqek.+

28 Imma min-​naħa tiegħi, li nersaq qrib Alla huwa tajjeb għalija.+

Fil-​Mulej Sovran Ġeħova stkennejt,+

Biex niddikjara l-​għemejjel kollha tiegħek.+

Maskil.* T’Asaf.+

74 Għala, O Alla, warrabtna għal dejjem?+

Ir-​rabja tiegħek għala tibqaʼ tixgħel kontra l-​merħla tal-​mergħa tiegħek?+

 2 Ftakar fil-​ġemgħa li int ksibt żmien twil ilu,+

It-​tribù li fdejt bħala wirtek,+

Din il-​Muntanja Sijon li int għammart fiha.+

 3 Mur sal-​post li se jibqaʼ meqrud għal żmien twil.+

L-​għadu ħarbat kollox fil-​post qaddis.+

 4 L-għedewwa tiegħek għajtu f’nofs il-​post tal-​laqgħa tiegħek.+

Għollew l-​istendardi tagħhom stess.+

 5 Huma għandhom l-​istess fama taʼ dawk li jxejru l-​imnanar tagħhom fl-​għoli biex iqaċċtu s-​siġar tal-​masġar.

 6 U issa, b’mannara żgħira u b’għodod tal-​ħadid jagħtu fuq il-​ħitan minquxin tas-​santwarju, ilkoll kemm huma.+

 7 Huma xeħtu s-​santwarju tiegħek fin-​nar.+

Ipprofanaw it-​tabernaklu* li jġorr ismek u tefgħuh maʼ l-​art.+

 8 Huma, kif ukoll uliedhom, qalu f’qalbhom ilkoll flimkien:

“Il-​postijiet tal-​laqgħa t’Alla kollha se jinħarqu fil-​pajjiż.”+

 9 Ma nistgħux naraw l-​istendardi li għamilna bħala sinjali; m’għadx baqaʼ profeti,+

U m’hemm ħadd fostna li jaf għal kemm żmien.

10 Kemm se jdum imaqdrek l-​avversarju, O Alla?+

Se jibqaʼ l-​għadu jittratta lil ismek b’nuqqas taʼ rispett għal dejjem?+

11 Għala qed iżżomm idek lura, idek il-​leminija+

Li ħriġt minn ħobbok, biex issa se nintemmu?

12 U madankollu, Alla hu s-​Sultan tiegħi minn żmien twil ilu,+

Dak li qed iwettaq salvazzjoni grandjuża fuq l-​art.+

13 Int qanqalt il-​baħar bis-​saħħa tiegħek;+

Kissirt l-​irjus tal-​mostri tal-​baħar fl-​ilmijiet.+

14 Farrakt l-​irjus taʼ Levjatan.*+

Tajtu bħala ikel lin-​nies, lil dawk li joqogħdu fir-​reġjuni bla ilma.+

15 Kont int li fraqt l-​art għan-​nixxiegħa u l-​wied;+

Nixxift ix-​xmajjar li dejjem għaddejjin.+

16 Tiegħek in-​nhar u tiegħek il-​lejl.+

Int ħejjejt id-​dawwala, iva, ix-​xemx.+

17 Kont int li stabbilejt il-​limiti kollha taʼ l-​art;+

Is-​sajf u x-​xitwa—int sawwarthom.+

18 Dan ftakar: L-​għadu maqdrek, O Ġeħova,+

U ismek ġie trattat b’nuqqas taʼ rispett minn poplu bla sens.+

19 Ruħ il-​gamiema tiegħek tagħtihiex lill-​bhima salvaġġa.+

Tinsihiex għal dejjem il-​ħajja tal-​magħkusin tiegħek.+

20 Ħares lejn il-​patt,+

Għax il-​postijiet imdallmin taʼ l-​art imtlew bid-​djar tal-​vjolenza.+

21 Ħa ma jiġix umiljat l-​imfarrak.+

Ħa jfaħħru ismek il-​magħkus u l-​fqir.+

22 Qum, O Alla, u mexxi l-​kawża legali tiegħek.+

Ftakar kif il-​wieħed bla sens qed imaqdrek il-​jum kollu.+

23 Tinsiex leħen l-​għedewwa tiegħek.+

L-​istorbju taʼ dawk li qed iqumu kontrik tielaʼ ’l fuq bla heda.+

Lid-​direttur. “Tagħmilx ħerba.” Melodija. T’Asaf.+ Għanja.

75 Irroddulek ħajr, O Alla; irroddulek ħajr,+

U qrib hu ismek.+

Il-​bnedmin ikollhom jiddikjaraw l-​għemejjel tiegħek taʼ l-​għaġeb.+

 2 “Għax jien għażilt żmien stabbilit;+

U bdejt niġġudika b’mod rett.+

 3 L-art u l-​abitanti kollha tagħha bdew idubu bil-​biżaʼ,+

U kont jien li rranġajtilha l-​pilastri.”+ Sela.

 4 Lill-boloh għedtilhom: “Tkunux boloh,”+

U lil dawk mill-​agħar: “Tgħollux il-​qarn.*+

 5 Tgħollux il-​qarn tagħkom fl-​għoli.

Titkellmux b’mod* arroganti.+

 6 Għax la mil-​lvant, la mill-​punent,

U lanqas min-​nofsinhar ma se titgħollew.

 7 Għax Alla hu l-​imħallef.+

Lil dan ibaxxih, u lil dak jgħollih.+

 8 Għax f’id Ġeħova hemm kies,+

U l-​inbid qed jagħmel ir-​ragħwa, u t-​taħlita tiegħu qawwija.

U żgur li sat-​tartru se jferraʼ minnu;

Il-​ħżiena kollha taʼ l-​art se jixorbuh, se jniżżluh sa l-​inqas qatra.”+

 9 Imma min-​naħa tiegħi, jien se nitkellem dwar dan għal dejjem;

Se ngħanni lill-​Alla taʼ Ġakobb.+

10 “Il-​qrun kollha tal-​ħżiena nqaċċathom.”+

Imma l-​qrun tal-​ġust jitgħollew.+

Lid-​direttur. Fuq l-​istrumenti tal-​korda. Melodija. T’Asaf.+ Għanja.

76 Alla hu magħruf f’Ġuda;+

F’Israel ismu hu kbir.+

 2 Il-moħba tiegħu hi f’Salem,+

U l-​post fejn jgħammar jinsab f’Sijon.+

 3 Hemmhekk hu kisser il-​vleġeġ jaħarqu tal-​qaws,+

It-​tarka u s-​sejf u l-​battalja.+ Sela.

 4 Int imdawwar bid-​dawl, iktar maestuż mill-​muntanji mimlijin bl-​annimali tal-​priża.+

 5 Dawk taʼ qalbhom qawwija ġew rovinati;+

Ħadhom in-​ngħas u raqdu,+

U ħadd mill-​irġiel qalbenin kollha ma kellu saħħa f’idejh.+

 6 Biċ-ċanfira tiegħek, O Alla taʼ Ġakobb, kemm is-​sewwieq tal-​karru u kemm iż-​żiemel raqdu fil-​fond.+

 7 Int—int tqanqal il-​biżaʼ,+

U min jistaʼ jieqaf quddiemek minħabba s-​saħħa tar-​rabja tiegħek?+

 8 Mis-sema int semmajt il-​ġudizzju;+

L-​art beżgħet u qagħdet kwieta+

 9 Meta Alla qam biex jiġġudika,+

Biex isalva lill-​ġwejdin kollha taʼ l-​art.+ Sela.

10 Għax l-​istess korla tal-​bniedem se tfaħħrek;+

Il-​bqija tal-​korla int se titħażżem biha.

11 Agħmlu wegħdi lil Ġeħova Alla tagħkom u rodduhom, intom ilkoll li qegħdin madwaru.+

Ġibu għotja bil-​biżaʼ.+

12 Hu se jumilja l-​ispirtu tal-​mexxejja;+

Iqanqal il-​biżaʼ fis-​slaten taʼ l-​art.+

Lid-​direttur. Fuq Ġedutun.* T’Asaf.+ Melodija.

77 B’leħni se ngħajjat lil Alla,+

B’leħni ngħajjat lil Alla, u hu jagħtini widen.+

 2 F’jum in-​niket tiegħi fittixt lil Ġeħova.+

Bil-​lejl idi baqgħet maħruġa ’l barra lejk bla ma raqditli;

Ruħi ma riditx titfarraġ.+

 3 Se niftakar f’Alla u nħossni mħawwad;+

Nikkunsidra l-​affarijiet u l-​ispirtu tiegħi jinfena.+ Sela.

 4 Int żammejtli xfar għajnejja miftuħin;+

Inħossni aġitat, u ma nistax nitkellem.+

 5 Ħsibt dwar il-​jiem taʼ żmien twil ilu,+

Dwar is-​snin taʼ l-​imgħoddi.

 6 Bil-lejl se niftakar fil-​mużika tiegħi fuq il-​kordi;+

Se nikkunsidra l-​affarijiet minn qalbi,+

U l-​ispirtu tiegħi jfittex bir-​reqqa.

 7 Se jibqaʼ Ġeħova jwarrabna għal dejjem,+

U qatt iktar ma se jerġaʼ jkun kuntent bina?+

 8 Il-qalb tajba bl-​imħabba tiegħu spiċċat għal dejjem?+

Kliemu se jisfa fix-​xejn+ minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni?

 9 Nesa Alla juri qalb tajba?+

Jew fir-​rabja għalaq hu l-​ħniniet tiegħu?+ Sela.

10 Għandi jien nibqaʼ ngħid: “Dan hu li jferini:+

Li l-​leminija taʼ l-​Iktar Għoli m’għadhiex l-​istess magħna”?+

11 Jien se niftakar dak li għamel Jah;+

Iva, niftakar l-​għemejjel meraviljużi tiegħek taʼ żmien twil ilu.+

12 U se nimmedita fuq l-​attività tiegħek kollha,+

U nikkunsidra għemilek.+

13 O Alla, triqtek hi fil-​post qaddis.+

Min hu Alla kbir bħal Alla?+

14 Int l-​Alla l-​veru, u tagħmel il-​meravilji.+

Int għarraft is-​saħħa tiegħek lill-​popli.+

15 Bi driegħek ħadt lura lill-​poplu tiegħek,+

Ulied Ġakobb u Ġużeppi. Sela.

16 L-ilmijiet rawk, O Alla,

L-​ilmijiet rawk; qabadhom uġigħ kbir.+

U l-​ilmijiet fondi tqallbu.+

17 Is-sħab riegħed u ferraʼ l-​ilma;+

Is-​sema msaħħab karwat.

U l-​vleġeġ tiegħek marru ’l hemm u ’l hawn.+

18 Il-ħoss tar-​ragħad tiegħek kien bħat-​tkarwit tar-​roti taʼ karru;+

Is-​sajjetti dawlu l-​art;+

L-​art theżżet u bdiet titriegħed.+

19 Minn ġol-​baħar għaddiet triqtek,+

U l-​mogħdija tiegħek kienet minn bejn l-​ilmijiet;

U l-​passi tiegħek ma kinux jidhru.

20 Int mexxejt lill-​poplu tiegħek bħal merħla,+

Permezz taʼ id Mosè u Aron.+

Maskil.* T’Asaf.+

78 O poplu tiegħi, agħti widen għal-​liġi tiegħi;+

Mejjel widintek għal kliem fommi.+

 2 Bil-qwiel se niftaħ fommi;+

Se ngħid ħaġa moħġaġa taʼ żmien twil ilu.+

 3 Dawn aħna smajniehom u nafu bihom,+

U qaluhomlna missirijietna;+

 4 U ma naħbuhomx minn uliedhom,+

Għax ngħiduhom lill-​ġenerazzjoni li ġejja,+

L-​għemejjel taʼ Ġeħova li jistħoqqilhom tifħir u s-​saħħa tiegħu+

U l-​għeġubijiet li għamel.+

 5 Hu waqqaf tfakkira f’Ġakobb,+

U stabbilixxa liġi f’Israel,+

Affarijiet li kkmanda lil missirijietna,+

Biex jgħarrfuhom lil uliedhom;+

 6 Sabiex tkun taf bihom il-​ġenerazzjoni taʼ wara, l-​ulied li kellhom jitwieldu,+

U dawn ikunu jistgħu jqumu u jgħiduhom lil uliedhom,+

 7 U jkunu jistgħu jqiegħdu l-​fiduċja tagħhom f’Alla+

U ma jinsewx x’għamel Alla+ imma josservaw il-​kmandamenti tiegħu.+

 8 B’hekk, ma jsirux bħal missirijiethom,+

Ġenerazzjoni rasha iebsa u ribelluża,+

Ġenerazzjoni li ma ħejjietx qalbha+

U li ma wrietx spirtu taʼ fedeltà m’Alla.+

 9 Ulied Efrajm, għalkemm kienu armati biex jisparaw il-​qaws,+

Irtiraw f’jum il-​ġlied.+

10 Ma ħarsux il-​patt t’Alla,+

U ma ridux jimxu mal-​liġi tiegħu.+

11 Bdew ukoll jinsew kif aġixxa+

U l-​għemejjel taʼ l-​għaġeb tiegħu li wriehom.+

12 Quddiem missirijiethom hu kien għamel il-​meravilji+

Fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ it-​territorju taʼ Sogħan.+

13 Feraq il-​baħar, biex iħallihom jgħaddu,+

U waqqaf l-​ilmijiet bħal ħajt.+

14 Kompla jmexxihom permezz taʼ sħaba bi nhar+

U b’dawl tan-​nar tul il-​lejl kollu.+

15 Qasam il-​blat fix-​xagħri,+

Biex jagħtihom jixorbu bl-​abbundanza bħal taʼ ilmijiet fondi.+

16 Ħareġ nixxigħat mill-​blat+

U niżżel ilmijiet bħal xmajjar.+

17 Iżda huma xorta baqgħu jidinbu kontrih+

Billi rribellaw kontra l-​Iktar Għoli fir-​reġjun bla ilma;+

18 U f’qalbhom għaddew lil Alla minn prova+

Billi talbu xi ħaġa x’jieklu skond ix-​xewqa tagħhom.+

19 U bdew jitkellmu kontra Alla.+

Qalu: “Kapaċi Alla jħejjilna mejda fix-​xagħri?”+

20 Ara! Hu ta daqqa fuq blata+

Biex l-​ilmijiet igelglu u l-​widien ifuru.+

“Għandu hu l-​ħila jagħtina l-​ħobż,+

Jew jistaʼ jħejji l-​ikel għall-​poplu tiegħu?”+

21 Kien għalhekk li Ġeħova semaʼ u rrabja bil-​kbir;+

U nar xegħel għal Ġakobb,+

U qamet rabja għal Israel.+

22 Għax ma poġġewx il-​fidi tagħhom f’Alla,+

U ma fdawx fis-​salvazzjoni permezz tiegħu.+

23 Hu kkmanda s-​sema msaħħab t’hemm fuq,

U fetaħ bwieb is-​sema.+

24 U baqaʼ jitfaʼ xita taʼ manna fuqhom biex jieklu,+

U tahom il-​qmuħ tas-​sema.+

25 Il-bnedmin kielu l-​ħobż tas-​setgħanin;+

Bagħtilhom provvisti bix-​xabaʼ.+

26 Qajjem riħ mil-​lvant fis-​smewwiet+

U bis-​saħħa tiegħu ġiegħel riħ jonfoħ min-​nofsinhar.+

27 Niżżel fuqhom xita taʼ ikel bħat-​trab,+

Iva, tjur bħar-​ramel taʼ l-​ibħra.+

28 U ħalliehom jaqgħu f’nofs il-​kamp tiegħu,+

Madwar it-​tabernakli tiegħu.+

29 U kielu u xebgħu fuq li xebgħu,+

U dak li xtaqu ġabhulhom.+

30 Iżda xorta baqgħu xewqanin,

Waqt li kienu għadhom bl-​ikel f’ħalqhom,+

31 Meta qamet il-​korla t’Alla kontrihom.+

U qatlilhom il-​qawwijin fosthom;+

U waqqaʼ maʼ l-​art lill-​irġiel żgħażagħ taʼ Israel.

32 Minkejja dan kollu komplew jidinbu+

U ma poġġewx il-​fidi tagħhom fl-​għemejjel taʼ l-​għaġeb tiegħu.+

33 Għalhekk, temmilhom jiemhom bħallikieku sempliċi nifs,+

U sninhom intemmew għal għarrieda bit-​twerwir.

34 Kull darba li kien joqtolhom, kienu jistaqsu għalih,+

U jerġgħu lura u jfittxu lil Alla.+

35 U kienu jiftakru li Alla kien il-​Blata tagħhom,+

U li l-​Alla l-​Iktar Għoli kien il-​Vendikatur tagħhom.+

36 U pprovaw iqarrqu bih b’fommhom;+

U bi lsienhom ipprovaw jigdbulu.+

37 Qalbhom ma kinitx soda miegħu;+

U ma wrewx fedeltà lejn il-​patt tiegħu.+

38 Imma hu kien ħanin;+ kien jgħatti l-​iżball+ u ma jġibx ħerba fuqhom.+

Ħafna drabi reġġaʼ lura r-​rabja tiegħu,+

U ma kienx iħalli l-​korla tiegħu tixgħel għalkollox.

39 U baqaʼ jżomm f’moħħu li huma kienu tal-​laħam,+

Li l-​ispirtu joħroġ u ma jerġax lura.+

40 Kemm-il darba rribellaw kontrih fix-​xagħri,+

Ġegħluh iħossu mweġġaʼ fid-​deżert!+

41 Darba wara l-​oħra għaddew lil Alla minn prova,+

U weġġgħu lill-​Qaddis taʼ Israel.+

42 Ma ftakrux f’idu,+

Fil-​jum li fdiehom mill-​avversarju,+

43 Fis-sinjali li għamel fl-​Eġittu+

U l-​mirakli tiegħu fit-​territorju taʼ Sogħan;+

44 U kif biddel f’demm il-​kanali tagħhom tan-​Nil,+

U b’hekk ma setgħux jixorbu min-​nixxigħat tagħhom.+

45 Bagħat fuqhom id-​dubbien, biex iqattgħuhom;+

U ż-​żrinġijiet, biex iħarbtuhom.+

46 U ta l-​uċuħ tar-​rabaʼ tagħhom lill-​wirdien,

U t-​taħbit tagħhom lill-​ġurati.+

47 Qatlilhom id-​dwieli bis-​silġ+

U s-​siġar tal-​ġummajż bil-​biċċiet tas-​silġ.+

48 U ta l-​bhejjem tat-​tagħbija tagħhom f’idejn is-​silġ+

U l-​bhejjem l-​oħrajn f’idejn il-​mard qattiel.

49 Bagħat fuqhom ir-​rabja taħraq tiegħu,+

Il-​qilla u l-​kundanna u n-​niket,+

Delegazzjonijiet t’anġli li jġibu l-​gwaj.+

50 Ħejja passaġġ għar-​rabja tiegħu.+

Ma ħelsilhomx ruħhom mill-​mewt;

U ħajjithom taha f’idejn il-​pesta.+

51 Fl-aħħarnett qatel lill-​ewwel imweldin kollha fl-​Eġittu,+

Il-​bidu tal-​qawwa riproduttiva tagħhom fit-​tined taʼ Ħam.+

52 Imbagħad ġiegħel lin-​nies tiegħu jitilqu bħal nagħaġ,+

U mexxiehom bħal merħla fix-​xagħri.+

53 U baqaʼ jmexxihom fis-​sigurtà, u ma ħassewhomx imkexkxin;+

U l-​baħar għatta lill-​għedewwa tagħhom.+

54 U ġabhom fit-​territorju qaddis tiegħu,+

Dan ir-​reġjun muntanjuż miksub b’lemintu.+

55 U minħabba fihom keċċa lill-​ġnus bil-​mod il-​mod,+

U qassmilhom il-​wirt bil-​ħabel tal-​kejl,+

U ra li t-​tribujiet taʼ Israel jgħammru fi djarhom stess.+

56 U huma bdew jgħaddu minn prova lil Alla l-​Iktar Għoli u jirribellaw kontrih,+

U t-​tfakkiriet tiegħu ma żammewhomx.+

57 Kemm-il darba reġaʼ darilhom u aġixxew bi tradiment bħal missirijiethom;+

Kienu mgħawġin bħal qaws merħi.+

58 U baqgħu joffenduh bil-​postijiet tagħhom għall-​qima,*+

U bix-​xbihat minquxin tagħhom baqgħu jqanqluh għall-​għira.*+

59 Alla semaʼ+ u mtela b’rabja qalila,+

U għalhekk lil Israel stmerru ferm.+

60 U fl-​aħħar abbanduna t-​tabernaklu* taʼ Silo,+

It-​tinda li għammar fiha fost il-​bnedmin.+

61 U ta s-​saħħa tiegħu f’idejn il-​jasar+

U l-​ġmiel tiegħu f’idejn l-​avversarju.+

62 U baqaʼ jagħti lill-​poplu tiegħu f’idejn is-​sejf,+

U mtela b’rabja qalila għal wirtu.+

63 Lill-ġuvintur tiegħu belagħhom in-​nar,

U x-​xebbiet tiegħu ma ġewx imfaħħrin f’għanjiet taż-​żwieġ.+

64 Il-qassisin tiegħu waqgħu bis-​sejf,+

U r-​romol tagħhom ma bkewhomx.+

65 Imbagħad Ġeħova beda jistenbaħ bħallikieku mill-​irqad,+

Bħal wieħed setgħan li qed jiġi f’sensih mill-​inbid.+

66 U darab lill-​avversarji tiegħu minn warajhom;+

Tefaʼ fuqhom tmaqdir għal żmien indefinit.+

67 U ċaħad lit-​tinda taʼ Ġużeppi;+

U lit-​tribù t’Efrajm m’għażlux.+

68 Imma għażel lit-​tribù taʼ Ġuda,+

Il-​Muntanja Sijon, li hu kien iħobb.+

69 U beda jibni s-​santwarju tiegħu bħall-​qċaċet taʼ l-​għoljiet,+

Bħall-​art li hu sejjes għal dejjem.*+

70 U b’hekk għażel lil David il-​qaddej tiegħu+

U ħadu mill-​imqawel tal-​merħla.+

71 Minn wara n-​nagħaġ ireddgħu+

Ġabu biex ikun ragħaj fuq Ġakobb il-​poplu tiegħu+

U fuq Israel il-​wirt tiegħu.+

72 U beda jirgħahom skond l-​integrità taʼ qalbu,+

U bis-​sengħa taʼ idejh beda jmexxihom.+

Melodija t’Asaf.

79 O Alla, il-​ġnus daħlu f’wirtek;+

Niġġsu t-​tempju qaddis tiegħek;+

Għamlu lil Ġerusalemm ħerba sħiħa.+

 2 L-iġsma mejtin tal-​qaddejja tiegħek tawhom bħala ikel lit-​tjur tas-​smewwiet,+

Il-​laħam tal-​leali tiegħek lill-​bhejjem salvaġġi taʼ l-​art.+

 3 Huma ferrgħulhom demmhom bħal ilma

Madwar Ġerusalemm kollha, u m’hemmx min jidfen.+

 4 Sirna oġġett taʼ żebliħ għall-​ġirien tagħna,+

Taċ-​ċajt u tad-​daħq sirna għal dawk taʼ madwarna.+

 5 O Ġeħova, kemm se ddum mgħaddab? Għal dejjem?+

Kemm se ddum ir-​rabja tiegħek taqbad bħal nar?+

 6 Ferraʼ l-​korla tiegħek fuq il-​ġnus li ma jafukx,+

U fuq is-​saltniet li ma sejħux ismek.+

 7 Għax huma belgħu lil Ġakobb,+

U l-​post fejn jgħammar għamluh ħerba.+

 8 Iżżommx kontrina l-​iżbalji taʼ l-​antenati tagħna.+

Għaġġel! Urina l-​ħniniet tiegħek,+

Għax infnejna għall-​aħħar.+

 9 Għinna, O Alla tas-​salvazzjoni tagħna,+

Minħabba l-​glorja taʼ ismek;+

U eħlisna u għatti dnubietna minħabba ismek.+

10 Għala għandhom il-​ġnus jgħidu: “Fejn hu Alla tagħhom?”+

Ħa jkunu jafu l-​ġnus, quddiem għajnejna,+

Li int titħallas tad-​demm li xxerred tal-​qaddejja tiegħek.+

11 Ħa jasal quddiemek it-​tnehid tal-​priġunieri.+

Bil-​kobor taʼ driegħek żomm ħajjin lil dawk li qatgħuhielhom għall-​mewt.+

12 U lill-​ġirien tagħna ħallashom lura sebaʼ darbiet fi ħdanhom+

Għat-​tmaqdir li maqdruk bih, O Ġeħova.+

13 Imma min-​naħa tagħna, bħala l-​poplu tiegħek u l-​merħla tal-​mergħa tiegħek,+

Se nirringrazzjawk għal dejjem;

Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni nxandru tifħirek.+

Lid-​direttur. Fuq Il-​Ġilji.+ Tfakkira. T’Asaf.+ Melodija.

80 O Ragħaj taʼ Israel, agħti widen,+

Int li qed tmexxi lil Ġużeppi bħal merħla.+

O int li qiegħed bil-​qiegħda fuq il-​kerubini,+ uri d-​dija tiegħek.+

 2 Quddiem Efrajm u Benjamin u Manasse uri s-​setgħa tiegħek,+

U ejja salvana.+

 3 O Alla, reġġagħna għal li konna;+

U dawwal wiċċek, biex inkunu nistgħu nsalvaw.+

 4 O Alla Ġeħova taʼ l-​armati, kemm trid iddum inkorlat u ma tismax it-​talb tal-​poplu tiegħek?+

 5 Int ġegħelthom jieklu l-​ħobż tad-​dmugħ,+

U tibqaʼ ġġegħelhom jixorbu dmugħ fuq dmugħ fi kwantità kbira.+

 6 Int tagħmilna l-​kaġun tal-​ġlied bejn il-​ġirien tagħna,+

U l-​għedewwa tagħna joqogħdu jiddieħqu bina kif jogħġobhom.+

 7 O Alla taʼ l-​armati, reġġagħna għal li konna;+

U dawwal wiċċek, biex inkunu nistgħu nsalvaw.+

 8 Int ġegħelt dielja titlaq mill-​Eġittu.+

Keċċejt lill-​ġnus, biex tħawwel lilha.+

 9 Naddaftilha l-​art,+ biex din tkun tistaʼ tqabbad l-​għeruq u timla l-​pajjiż.+

10 Il-muntanji tgħattew bid-​dell tagħha,

U ċ-​ċedri t’Alla bil-​friegħi tagħha.+

11 Bil-mod il-​mod firxet il-​friegħi tagħha sal-​baħar,+

U ż-​żraġen tagħha sax-​Xmara.*+

12 Għala ġarraftilha l-​ħitan tal-​ġebel?+

U għalfejn kulmin kien għaddej minn ħdejha fit-​triq qatgħalha l-​frott?+

13 Ħanżir salvaġġ joħroġ mill-​bosk u joqgħod igerrimha,+

U l-​qtajjaʼ taʼ l-​annimali tar-​rabaʼ jieklu minnha.+

14 O Alla taʼ l-​armati, erġaʼ lura, jekk jogħġbok;+

Ħares ’l isfel mis-​sema, u ara u ħu ħsieb din id-​dielja,+

15 U l-​fergħa li ħawlet idek il-​leminija,+

U ħares lejn ir-​rimja li int saħħaħt għalik innifsek.+

16 Ġiet maħruqa bin-​nar, tqaċċtet.+

Biċ-​ċanfira taʼ wiċċek jgħibu.+

17 Ħa tkun idek fuq il-​bniedem taʼ lemintek,+

Fuq bin il-​bnedmin li int saħħaħt għalik innifsek,+

18 U aħna m’aħniex se nduru lura minn miegħek.+

Żommna ħajjin, sabiex inkunu nistgħu nsejħu ismek.+

19 O Alla Ġeħova taʼ l-​armati, reġġagħna għal li konna;+

Dawwal wiċċek, biex inkunu nistgħu nsalvaw.+

Lid-​direttur. Fuq il-​Gittit.*+ T’Asaf.

81 Għajtu bil-​ferħ lil Alla, is-​saħħa tagħna;+

Għajtu bil-​ferħ għajat taʼ rebħa lill-​Alla taʼ Ġakobb.+

 2 Għannulu għanja+ u aqbdu t-​tanburlin,+

L-​arpa ħelwa flimkien maʼ l-​istrument tal-​korda.+

 3 Nhar il-​qamar ġdid, doqqu l-​qarn;+

Nhar il-​qamar kwinta, għal jum il-​festa tagħna.+

 4 Għax dan huwa regolament għal Israel,+

Deċiżjoni ġudizzjarja taʼ l-​Alla taʼ Ġakobb.

 5 Hu taha lil Ġużeppi bħala tfakkira,+

Meta kien għaddej mill-​art taʼ l-​Eġittu.+

Bqajt nismaʼ lingwa li ma kontx naf.+

 6 “Jien iffrankajtlu t-​tagħbija minn fuq spalltu;+

Idejh ħelsu mill-​qoffa.+

 7 Fin-niket int sejjaħt, u jien salvajtek;+

Wiġibtek mill-​post mistur tar-​ragħad.+

Eżaminajtek ħdejn l-​ilmijiet taʼ Meriba.+ Sela.

 8 Ismaʼ, O poplu tiegħi, u jien nixhed kontrik.+

O Israel, li kieku tismaʼ minni!+

 9 F’nofsok ma jkun hemm ebda alla stranġier;+

U ma tmilx quddiem alla barrani.+

10 Jien, Ġeħova, Alla tiegħek,+

Li tellajtek mill-​art taʼ l-​Eġittu.+

Iftaħ ħalqek beraħ, u jien nimlihulek.+

11 Imma l-​poplu tiegħi ma semax minn leħni;+

U Israel ma wera l-​ebda xewqa li jaqdini.+

12 U għalhekk ħallejthom jitilqu fl-​ebusija taʼ qalbhom;+

Imxew skond il-​pjanijiet tagħhom stess.+

13 O li kieku l-​poplu tiegħi semaʼ minni,+

O li kieku Israel mexa fi triqati!+

14 Kieku malajr kont irrażżan lill-​għedewwa tagħhom+

U ndawwar idi kontra l-​avversarji tagħhom.+

15 Dawk mimlijin mibegħda għal Ġeħova se jiġu jitkaxkru quddiemu,+

U żmienhom ikun għal żmien indefinit.

16 U se nibqaʼ nitmaʼ lill-​poplu tiegħi bl-​aqwa qamħ,*+

U mill-​blat se nxebbgħek bl-​għasel.”+

Melodija t’Asaf.

82 Alla qagħad fil-​ġemgħa+ tad-​Divin;+

F’nofs l-​allat hu jiġġudika:+

 2 “Kemm se ddumu tiġġudikaw b’inġustizzja+

U turu parzjalità maʼ dawk mill-​agħar?+ Sela.

 3 Kunu mħallfin għall-​batut u għat-​tifel bla missier.+

Agħmlu ġustizzja mal-​magħkus u dak taʼ ftit mezzi.+

 4 Eħilsu lill-​batut u lill-​fqir;+

Eħilsuhom minn id in-​nies mill-​agħar.”+

 5 Huma ma jafu xejn, u ma jifhmux;+

Jibqgħu mexjin ’l hemm u ’l hawn fid-​dlam;+

Is-​sisien kollha taʼ l-​art qed jitħarrku.+

 6 “Jien stess għedt, ‘Intom allat,+

U lkoll kemm intom ulied l-​Iktar Għoli.+

 7 Żgur se tmutu bħalma jmutu l-​bnedmin;+

U bħal kwalunkwe prinċep taqgħu!’”+

 8 Qum, O Alla, iġġudika l-​art;+

Għax tiegħek huma l-​ġnus kollha.+

Għanja. Melodija t’Asaf.+

83 O Alla, ħa ma jkunx hemm skiet min-​naħa tiegħek;+

Tibqax imbikkem, u tibqax kwiet, O Divin.+

 2 Għax, ara, l-​għedewwa tiegħek qamu f’rewwixta;+

U dawk mimlijin mibegħda għalik refgħu rashom.+

 3 B’makakkerija huma jkomplu jgħidu diskors kunfidenzjali kontra l-​poplu tiegħek;+

U jikkonfoffaw kontra dawk li int ħbejt.+

 4 Qalu: “Ejjew ħa nqaċċtuhom darba għal dejjem u ma jibqgħux ġens iżjed,+

Biex l-​isem taʼ Israel ma jitfakkarx iktar.”+

 5 Għax b’qalbhom kollha u f’unità kkonsultaw flimkien;+

Għamlu patt kontrik,+

 6 It-tined t’Edom+ u l-​Ismagħelin, Mowab+ u l-​Ħagrin,+

 7 Gebal u Għammon+ u Għamalek,

Il-​Filistja+ flimkien maʼ l-​abitanti taʼ Tir.+

 8 Anki l-​Assirja ssieħbet magħhom;+

Saru driegħ għal ulied Lot.*+ Sela.

 9 Agħmlilhom kif għamilt lil Midjan,+ kif għamilt lil Sisera,+

Kif għamilt lil Ġabin+ fil-​wied* taʼ Kison.+

10 Huma nqerdu għalkollox f’Għajn-dor;+

Saru demel għall-​art.+

11 U lin-​nobbli tagħhom, agħmilhom bħal Għoreb u bħal Żeb,+

U lid-​duki kollha tagħhom bħal Żebaħ u bħal Salmunna,+

12 Li qalu: “Ejjew nieħdu taħt idejna l-​postijiet fejn jgħammar Alla.”+

13 O Alla tiegħi, agħmilhom bħal ħaxix niexef maqbud fi tromba tar-​riħ,+

Bħal tiben* li jtir mar-​riħ.+

14 Bħal nar li jaħraq il-​foresta+

U bħal fjamma li tqabbad il-​muntanji,+

15 Hekk iġri warajhom int bil-​maltempata tiegħek+

U fixkilhom bir-​riħ tat-​tempesta tiegħek.+

16 Iksilhom wiċċhom bid-​diżunur,+

Sabiex in-​nies ifittxu lil ismek, O Ġeħova.+

17 Ħa jistħu u jitħawdu għal dejjem,+

U ħa jiġu avviliti u jgħibu;+

18 Biex in-​nies ikunu jafu+ li int, li ismek hu Ġeħova,+

Int waħdek l-​Iktar Għoli+ fuq l-​art kollha.+

Għad-​direttur. Fuq il-​Gittit.*+ Taʼ wlied Koraħ. Melodija.

84 Kemm hu sabiħ it-​tabernaklu grandjuż tiegħek,+

O Ġeħova taʼ l-​armati!+

 2 Ruħi xxennqet u nfniet għall-​btieħi taʼ Ġeħova.+

Qalbi u ġismi jgħajtu bil-​ferħ lill-​Alla l-​ħaj.+

 3 Anki l-​għasfur sab dar,

U l-​ħuttafa sabet bejta għaliha,

Fejn poġġiet iż-​żgħar tagħha—

L-​artal grandjuż tiegħek, O Ġeħova taʼ l-​armati, Sultan tiegħi u Alla tiegħi!

 4 Henjin dawk li jgħammru f’darek!+

Huma jibqgħu jfaħħruk.+ Sela.

 5 Henjin il-​bnedmin li s-​saħħa tagħhom ġejja mingħandek,+

Li qalbhom tixxennaq biex tkun fit-​toroq lejn darek.+

 6 Meta jgħaddu mill-​wied xott fejn jikbru s-​siġar tal-​baka,*+

Huma jibdluh f’nixxiegħa;

Bil-​barkiet jitlibbes dak li jistruwihom.+

 7 Huma jibqgħu mexjin minn enerġija kbira għal enerġija kbira;+

Kull wieħed minnhom jidher quddiem Alla f’Sijon.+

 8 O Alla Ġeħova taʼ l-​armati, ismaʼ t-​talba tiegħi;+

Agħti widen, O Alla taʼ Ġakobb.+ Sela.

 9 O tarka tagħna, ħares, O Alla,+

U ara wiċċ il-​midluk tiegħek.+

10 Għax jum wieħed fil-​btieħi tiegħek aħjar minn elf band’oħra.+

Jien għażilt li noqgħod fuq l-​għatba tad-​dar t’Alla tiegħi+

Minflok ma ndur fit-​tined tal-​ħażen.+

11 Għax Alla Ġeħova hu xemx+ u tarka;+

Approvazzjoni u glorja jagħti.+

Ġeħova mhux se jżomm lura xi ħaġa tajba minn dawk li jimxu mingħajr nuqqas.+

12 O Ġeħova taʼ l-​armati, hieni l-​bniedem li jafda fik.+

Għad-​direttur. Taʼ wlied Koraħ. Melodija.

85 Int ħadt gost, O Ġeħova, bl-​art tiegħek;+

Ġibt lura lil ulied Ġakobb li ttieħdu fil-​jasar.+

 2 Ħfirt l-​iżball tal-​poplu tiegħek;+

Għattejt id-​dnub kollu tagħhom.+ Sela.

 3 Int ikkontrollajt il-​qilla kollha tiegħek;+

Erġajt lura mis-​saħna tar-​rabja tiegħek.+

 4 Iġborna lura, O Alla tas-​salvazzjoni tagħna,+

U tibqax irrabjat għalina.+

 5 Se tibqaʼ mgħaddab magħna għal dejjem?+

Se tibqaʼ r-​rabja tiegħek minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni?+

 6 M’intix se terġaʼ tagħtina l-​ħajja,+

Sabiex il-​poplu tiegħek ikun jistaʼ jifraħ minħabba fik?+

 7 Urina, O Ġeħova, il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+

U agħtina s-​salvazzjoni tiegħek.+

 8 Jien se nismaʼ dak li se jgħid l-​Alla l-​veru Ġeħova,+

Għax hu se jitkellem dwar il-​paċi man-​nies tiegħu+ u maʼ dawk leali lejh,

Imma ħa ma jerġgħux jibdew jafdaw fihom infushom.+

 9 Żgur li s-​salvazzjoni tiegħu hi fil-​qrib għal dawk li jibżgħu minnu,+

Biex il-​glorja tgħammar f’artna.+

10 Il-qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità, dawn iltaqgħu flimkien;+

Is-​sewwa u l-​paċi—biesu lil xulxin.+

11 Il-verità se tinbet mill-​art,+

U s-​sewwa se jħares ’l isfel mis-​smewwiet.+

12 Ukoll, Ġeħova, min-​naħa tiegħu, se jagħti dak li hu tajjeb,+

U artna se trodd l-​uċuħ tagħha.+

13 Il-ġustizzja se timxi quddiemu,+

U tagħmel triq wara l-​passi tiegħu.+

Talba taʼ David.

86 Mejjel widintek, O Ġeħova. Wiġibni,+

Għax jien qed insofri u fqir.+

 2 Ħarisli ruħi, għax jien leali.+

Int Alla tiegħi—salva lill-​qaddej tiegħek li qed jafda fik.+

 3 Ħenn għalija, O Ġeħova,+

Għax lilek insejjaħ il-​jum kollu.+

 4 Ferraħ ruħ il-​qaddej tiegħek,+

Għax lilek nitlob u noffri ruħi,+ O Ġeħova.

 5 Għax int, O Ġeħova, tajjeb+ u lest li taħfer;+

U l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hi abbundanti maʼ dawk kollha li jsejħulek.+

 6 Agħti widen, O Ġeħova, għat-​talba tiegħi;+

U agħti kas leħni meta nitolbok bil-​ħrara.+

 7 F’jum in-​niket tiegħi nsejjaħlek,+

Għax int twiġibni.+

 8 M’hemm ħadd bħalek fost l-​allat, O Ġeħova,+

Lanqas m’hemm għemejjel bħal tiegħek.+

 9 Il-ġnus kollha li int għamilt se jiġu+

U jmilu quddiemek, O Ġeħova,+

U jagħtu glorja lil ismek.+

10 Għax int kbir u qed tagħmel affarijiet taʼ l-​għaġeb;+

Int Alla, int biss.+

11 Istruwini, O Ġeħova, dwar triqtek.+

Jien se nimxi fil-​verità tiegħek.+

Agħtini qalb sħiħa biex nibżaʼ minn ismek.+

12 Infaħħrek, O Ġeħova Alla tiegħi, b’qalbi kollha,+

U nigglorifika lil ismek għal dejjem,

13 Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hija kbira miegħi,+

U int ħlistli ruħi mill-​Qabar,* mill-​iktar post baxx tiegħu.+

14 O Alla, il-​prużuntużi qamu kontrija;+

U l-​ġemgħa tat-​tiranni pprovaw jiħduli ħajti,+

U ma ġabux lilek quddiemhom.+

15 Imma int, O Ġeħova, int Alla ħanin u grazzjuż,+

Bil-​mod biex tirrabja+ u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità.+

16 Dur lejja u ħenn għalija.+

Agħti s-​saħħa tiegħek lill-​qaddej tiegħek,+

U salva lil bin l-​ilsira tiegħek.+

17 Wettaq miegħi sinjal li juri tjubitek,

Biex dawk li jobogħduni jarawh u jistħu.+

Għax int innifsek, O Ġeħova, għentni u farraġtni.+

Taʼ wlied Koraħ. Melodija, għanja.

87 Il-pedament tiegħu qiegħed fil-​muntanji qaddisin.+

 2 Ġeħova jħobb il-​bibien taʼ Sijon+ iktar

Mill-​postijiet mgħammrin kollha taʼ Ġakobb.+

 3 Qed jingħadu affarijiet glorjużi dwarek, O belt taʼ l-​Alla l-​veru.+ Sela.

 4 Jien se nsemmi lil Raħab*+ u lil Babilonja+ bħala wħud li jafuni;

Dwar il-​Filistja+ u Tir, kif ukoll Kus ngħid:

“Dan hu wieħed li twieled hemmhekk.”+

 5 U għal Sijon jingħad:

“Ilkoll kemm huma twieldu fiha.”+

U l-​Iktar Għoli+ nnifsu se jistabbiliha fis-​sod.+

 6 Meta jirreġistra lill-​popli, Ġeħova se jiddikjara:+

“Dan hu wieħed li twieled hemmhekk.”+ Sela.

 7 Se jkun hemm ukoll għannejja u żeffiena*+ u jingħad:

“L-​għejun kollha tiegħi huma fik.”+

Għanja, melodija taʼ wlied Koraħ. Lid-​direttur fuq Maħalat* biex jingħataw tweġibiet. Maskil* taʼ Ħeman+ l-​Eżraħi.

88 O Ġeħova, l-​Alla tas-​salvazzjoni tiegħi,+

Bi nhar għajjatt,+

U bil-​lejl ukoll għajjatt quddiemek.+

 2 Iva, quddiemek se tasal it-​talba tiegħi.+

Mejjel widintek għall-​għajat tiegħi bil-​ħrara.+

 3 Għax ruħi kellha biżżejjed inkwiet,+

U ħajti ġiet viċin il-​Qabar.*+

 4 Ġejt magħdud maʼ dawk li neżlin fil-​ħofra;+

Sirt bħal raġel b’saħħtu li telqitlu saħħtu,+

 5 Meħlus bħall-​mejtin,+

Bħall-​maqtulin mimdudin f’post id-​dfin,+

Li m’għadekx tiftakarhom

U li huma maqtugħin mill-​għajnuna taʼ idek.+

 6 Int tfajtni f’ħofra mill-​iktar fonda,

F’postijiet mudlama, f’abbiss kbir ħafna.+

 7 Fuqi tfajt il-​korla tiegħek,+

U bil-​ħalel kbar kollha tiegħek għakkistni.+ Sela.

 8 Int begħedt minni lil dawk li jafuni;+

Għamiltni xi ħaġa mistkerrha ferm għalihom.+

Jien magħluq u ma nistax noħroġ.+

 9 Għajnejja ntfew minħabba s-​sofferenza tiegħi.+

Sejjaħtlek, O Ġeħova, il-​jum kollu;+

Lejk ftaħt idejja fit-​talb.+

10 Jaqaw mal-​mejtin se tagħmel xi meravilji?+

Jew dawk bla qawwa fil-​mewt se jqumu,+

Se jfaħħruk?+ Sela.

11 Sejra l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek tixxandar f’post id-​dfin,

Il-​fedeltà tiegħek f’post il-​qerda?+

12 Se jkunu l-​meravilji tiegħek magħrufin fid-​dlam,+

Jew is-​sewwa tiegħek f’art il-​minsijin?+

13 U madankollu jien lilek għajjatt għall-​għajnuna, O Ġeħova,+

U kull fil-​għodu t-​talba tiegħi tibqaʼ tasal quddiemek.+

14 O Ġeħova, għala warrabtni?+

Għala żżomm wiċċek mistur minni?+

15 Jien qed insofri u ili f’ħalq il-​mewt sa minn tfuliti;+

Issaportejt ħafna affarijiet tal-​biżaʼ mingħandek.+

16 Ir-rabja taħraq tiegħek għaddiet tleħħ minn fuqi;+

It-​twerwir li ġibt fuqi sikkitni.+

17 Dawruni l-​jum kollu bħal ilmijiet;+

Għalquni kollha f’daqqa minn kull naħa.

18 Int begħedt minni lil ħabibi u lil sieħbi;+

Jafni biss il-​post mudlam.+

Maskil.* T’Etan l-​Eżraħi.+

89 Dwar l-​espressjonijiet taʼ qalb tajba bl-​imħabba taʼ Ġeħova se nibqaʼ nkanta għal dejjem.+

Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni se ngħarraf b’fommi l-​fedeltà tiegħek.+

 2 Għax jien għedt: “Il-​qalb tajba bl-​imħabba se tibqaʼ soda għal dejjem;+

Int iżżomm il-​fedeltà tiegħek stabbilita fis-​sod fis-​smewwiet.”+

 3 “Jien għamilt patt mal-​magħżul tiegħi;+

Ħlift lil David il-​qaddej tiegħi,+

 4 ‘Nislek nistabbilih fis-​sod għal dejjem,+

U nibni t-​tron tiegħek+ minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.’” Sela.

 5 Is-smewwiet se jfaħħru l-​att meraviljuż tiegħek, O Ġeħova,+

Iva, il-​fedeltà tiegħek fil-​kongregazzjoni tal-​qaddisin.

 6 Għax min fis-​smewwiet jistaʼ jitqabbel maʼ Ġeħova?+

Min jistaʼ jixbah lil Ġeħova fost ulied Alla?+

 7 Alla għandu jiġi rispettat profondament mill-​ġemgħa intima tal-​qaddisin;+

Hu grandjuż u jqanqal il-​biżaʼ fost dawk kollha taʼ madwaru.+

 8 O Alla Ġeħova taʼ l-​armati,+

Min għandu enerġija daqsek, O Jah?+

U l-​fedeltà tiegħek int turiha f’kollox.+

 9 Int taħkem fuq il-​baħar meta jitlaʼ;+

Meta jgħolli l-​mewġ tiegħu int tikkalmah.+

10 Farrakt lil Raħab,*+ bħal xi ħadd maqtul.+

Bi driegħek b’saħħtu xerridt l-​għedewwa tiegħek.+

11 Tiegħek is-​sema,+ u l-​art tiegħek ukoll;+

L-​art produttiva u kulma fiha+—int sejjisthom.+

12 It-tramuntana u n-​nofsinhar—int ħlaqthom;+

It-​Tabor+ u l-​Ħermon+ jgħajtu bil-​ferħ u jfaħħru ismek.+

13 Driegħ setgħan għandek int,+

Idek b’saħħitha,+

Lemintek fl-​għoli.+

14 Fuq is-​sewwa u l-​ġudizzju hu stabbilit it-​tron tiegħek;+

Il-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità jidħlu quddiemek.+

15 Henjin in-​nies li jafu x’inhu l-​għajat ferrieħi.+

O Ġeħova, fid-​dawl taʼ wiċċek jibqgħu mexjin.+

16 Minħabba ismek jifirħu l-​jum kollu+

U bis-​sewwa tiegħek jitgħollew.+

17 Għax int il-​ġmiel tas-​saħħa tagħhom;+

U peress li tapprovana jitgħolla l-​qarn* tagħna.+

18 Għax it-​tarka tagħna hi taʼ Ġeħova,+

U s-​sultan tagħna hu tal-​Qaddis taʼ Israel.+

19 Dak iż-​żmien int tkellimt f’viżjoni mal-​leali tiegħek,+

U għedtilhom:

“Jien tajt l-​għajnuna lil wieħed setgħan;+

Eżaltajt lil wieħed magħżul minn fost il-​poplu.+

20 Sibt lil David il-​qaddej tiegħi;+

Biż-​żejt qaddis tiegħi dliktu,+

21 U idi se tkun miegħu u tkun soda,+

U driegħi se jsaħħu wkoll.+

22 Ebda għadu ma se jitlob bil-​jedd xi ħaġa mingħandu,+

U ħadd minn ulied l-​inġustizzja ma se jġiegħlu jsofri.+

23 Jien farrakt lill-​avversarji tiegħu minn quddiemu,+

U bqajt insawwat lil dawk li tant jobogħduh.+

24 Il-fedeltà u l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħi huma miegħu,+

U b’ismi jitgħolla l-​qarn tiegħu.+

25 Fuq il-​baħar qegħedtlu idu+

U fuq ix-​xmajjar idu l-​leminija.+

26 Hu jgħajjatli, ‘Int Missieri,+

Alla tiegħi+ u l-​Blata tas-​salvazzjoni tiegħi.’+

27 U jien inqiegħdu bħala l-​ewwel imwieled,+

L-​ogħla wieħed mis-​slaten taʼ l-​art.+

28 Il-qalb tajba bl-​imħabba tiegħi lejh se nżommha għal dejjem,+

U l-​patt tiegħi jibqaʼ fidil lejh.+

29 U jien nistabbilixxi lil nislu għal dejjem+

U jiem it-​tron tiegħu jkunu daqs jiem is-​sema.+

30 Jekk uliedu jitilqu l-​liġi tiegħi+

U ma jimxux mad-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+

31 Jekk ikasbru l-​istatuti tiegħi

U ma jħarsux il-​kmandamenti tiegħi,

32 Jien ukoll nitlob kont minnhom għall-​ksur tal-​liġi tagħhom bil-​ħatar+

U għall-​iżball tagħhom bis-​swat.+

33 Imma l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħi m’iniex se nwarrabha minnu,+

Lanqas ma se nikser il-​fedeltà tiegħi.+

34 M’iniex se nkasbar il-​patt tiegħi,+

U l-​kelma taʼ xofftejja ma nbiddilhiex.+

35 Darba ħlift bi qdusiti,+

Li lil David ma ngħidlux gideb.+

36 Nislu jkun għal dejjem,+

U t-​tron tiegħu bħax-​xemx quddiemi.+

37 Bħall-qamar ikun stabbilit fis-​sod għal dejjem,

U bħal xhud fidil fis-​smewwiet.” Sela.

38 Imma int—int warrabt u tibqaʼ tiddisprezza;+

Imtlejt b’rabja qalila għall-​midluk tiegħek.+

39 Int stmerrejt il-​patt mal-​qaddej tiegħek;

Kasbart id-​dijadema tiegħu billi tfajtha maʼ l-​art.+

40 Ġarraft l-​imqawel tal-​ġebel kollha tiegħu;+

Għamilt ħerba mill-​fortifikazzjonijiet tiegħu.+

41 Dawk kollha li kienu għaddejjin mit-​triq ħarbtuh;+

Sar oġġett taʼ żebliħ għall-​ġirien tiegħu.+

42 Int għollejt il-​leminija taʼ l-​avversarji tiegħu;+

Ferraħt lill-​għedewwa kollha li għandu.+

43 Iktar minn hekk, int tqis sejfu bħala għadu,+

U ma ħallejtux jirnexxi fil-​battalja.+

44 Tfejtlu d-​dija tiegħu,+

U t-​tron tiegħu xħettu maʼ l-​art.+

45 Qassart jiem żgħożitu;

Geżwirtu fl-​għajb.+ Sela.

46 Kemm se ddum tinħeba, O Ġeħova? Għal dejjem?+

Il-​korla tiegħek se tibqaʼ taqbad bħal nar?+

47 Ftakar x’tul taʼ ħajja għandi.+

Għalxejn ħlaqthom lill-​ulied kollha tal-​bnedmin?+

48 Liema raġel b’saħħtu hemm ħaj li mhux se jara l-​mewt?+

Jistaʼ hu jeħles ruħu minn id il-​Qabar?*+ Sela.

49 Fejn huma l-​atti taʼ qalb tajba bl-​imħabba li għamilt qabel, O Ġeħova,

Li dwarhom ħlift lil David bil-​fedeltà tiegħek?+

50 Ftakar, O Ġeħova, it-​tmaqdir fuq il-​qaddejja tiegħek,+

It-​tmaqdir taʼ ħafna popli li jien ġarrejt fi ħdani,+

51 Kif l-​għedewwa tiegħek maqdru, O Ġeħova,+

Kif maqdru kull pass tal-​midluk tiegħek.+

52 Ikun imbierek Ġeħova għal dejjem. Amen u Amen.+

IR-​RABAʼ KTIEB

(Salmi 90 – 106)

Talba taʼ Mosè, il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru.+

90 O Ġeħova, int kont għalina post fejn ngħammru+

Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+

 2 Qabel ma twieldu l-​muntanji,+

Jew ġibt l-​art,+ kif ukoll l-​art produttiva, bħallikieku bl-​uġigħ tal-​ħlas+

Iva, minn dejjem għal dejjem* int Alla.+

 3 Lill-bniedem mortali int treġġgħu lejn it-​trab,+

U tgħid: “Erġgħu lura, O wlied il-​bnedmin.”+

 4 Għax elf sena huma f’għajnejk bħal jum tal-​bieraħ meta jgħaddi,+

U bħal għassa* matul il-​lejl.+

 5 Int knisthom ’l hemm;+ huma saru bħal sempliċi raqda.+

Fil-​għodu jkunu bħal ħaxix aħdar li jinbet.+

 6 Fil-għodu joħroġ l-​inwar u jinbet;+

Sa fil-​għaxija jidbiel u jinxef.+

 7 Għax aħna ntemmejna bir-​rabja tiegħek,+

U bil-​korla tiegħek tħawwadna.+

 8 Int qegħedt l-​iżbalji tagħna eżatt quddiemek,+

L-​atti moħbijin tagħna fid-​dija taʼ wiċċek.+

 9 Għax jiemna kollha resqu lejn tmiemhom bir-​rabja qalila tiegħek;+

Is-​snin tagħna ntemmew malajr bħal tnehida.+

10 B’kollox jiemna huma sebgħin sena;+

U jekk minħabba xi setgħa speċjali jkunu tmenin,+

Xorta jinsistu li jġibu l-​inkwiet u l-​uġigħ;+

U dawn jgħaddu malajr, u aħna ntiru magħhom.+

11 Min jaf is-​saħħa tar-​rabja tiegħek+

U l-​qilla tiegħek li hi kbira daqs il-​biżaʼ li jistħoqqlok?+

12 Urina kif għandna ngħoddu jiemna b’tali mod+

Li nkunu nistgħu niksbu qalb għarfa.+

13 Ejja lura, O Ġeħova!+ Kemm se ddum?+

U ħa jiddispjaċik għall-​qaddejja tiegħek.+

14 Issodisfana fil-​għodu bil-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+

Sabiex ngħajtu bil-​ferħ u nithennew matul jiemna kollha.+

15 Ferraħna daqskemm tajtna jiem taʼ sofferenza,+

Snin taʼ gwaj.+

16 Ħa jaraw l-​attività tiegħek dawk li jaqduk+

U l-​glorja tiegħek fuq uliedhom.+

17 Ħa tkun fuqna s-​sbuħija taʼ Ġeħova Alla tagħna,+

U xogħol idejna stabbilih fis-​sod għalina.+

Iva, xogħol idejna stabbilih fis-​sod.+

91 Kulmin jgħammar fil-​post sigriet+ taʼ l-​Iktar Għoli+

Se jikseb post fejn joqgħod għad-​dell taʼ Dak li Jistaʼ Kollox.+

 2 Jien se ngħid lil Ġeħova: “Int il-​kenn u l-​fortizza tiegħi,+

Alla tiegħi li fih se nafda.”+

 3 Għax hu jeħilsek min-​nasba tan-​nassâb,+

Mill-​pesta li tikkaġuna l-​għawġ.+

 4 B’tarf ġwinħajh ma jħalli lil ħadd jersaq lejk,+

U taħt ġwinħajh issib il-​kenn.+

Il-​fedeltà*+ tiegħu tkun tarka kbira+ u sur.

 5 M’intix se tkun beżgħan minn xi ħaġa tal-​biżaʼ bil-​lejl,+

Lanqas mill-​vleġġa+ li ttir matul il-​jum,

 6 Mill-pesta li timxi fid-​dlam,+

U mill-​qerda li ġġib ħerba f’nofsinhar.+

 7 Elf se jaqgħu maġenbek

U għaxart elef fuq lemintek;

Iżda xejn minn dan ma jersaq lejk.+

 8 B’għajnejk biss se tħares+

U tara kif se jitħallsu l-​ħżiena.+

 9 Għax int għedt: “Ġeħova hu l-​kenn tiegħi,”+

U għamilt lill-​Iktar Għoli l-​post fejn tgħammar;+

10 L-ebda gwaj ma jiġi fuqek,+

U lanqas il-​mard ma jersaq qrib it-​tinda tiegħek.+

11 Għax hu jagħti kmand dwarek lill-​anġli tiegħu,+

Biex jgħassuk fi triqatek kollha.+

12 Fuq idejhom iġorruk,+

Biex ma taħbatx sieqek maʼ xi ġebla.+

13 Fuq l-​iljun u l-​kobra int tirfes;+

Se tgħaffeġ taħt saqajk l-​iljun b’saħħtu u s-​serp kbir.+

14 “Talli wrieni l-​affezzjoni tiegħu,+

Jien neħilsu.+

Nipproteġih għax sar jaf ismi.+

15 Hu jsejjaħli, u jien inwieġbu.+

Inkun miegħu fl-​inkwiet.+

Insalvah u nigglorifikah.+

16 B’għomor twil nissodisfah,+

U nurih is-​salvazzjoni tiegħi.”+

Melodija, għanja, għal jum is-​Sabat.*

92 Tajjeb li rroddu ħajr lil Ġeħova+

U li ngħannu lil ismek, O l-​Iktar Għoli;+

 2 Li ngħidu fil-​għodu dwar il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek+

U dwar il-​fedeltà tiegħek matul il-​lejl,+

 3 Fuq strument b’għaxar kordi u l-​iljut,*+

B’mużika tidwi bl-​arpa.+

 4 Għax int ferraħtni, O Ġeħova, bl-​attività tiegħek;

Minħabba xogħol idejk jien ngħajjat bil-​ferħ.+

 5 Kemm huma kbar l-​għemejjel tiegħek, O Ġeħova!+

Profondi ferm huma ħsibijietek.+

 6 Ebda bniedem bla raġuni ma jistaʼ jkun jafhom,+

U l-​ebda stupidu ma jistaʼ jifhem dan.+

 7 Meta n-​nies mill-​agħar jinbtu bħall-​ħaxix+

U dawk kollha li jipprattikaw il-​ħsara jiffjorixxu,

Dan ikun biex jinqerdu għal dejjem.+

 8 Imma int fl-​għoli għal dejjem, O Ġeħova.+

 9 Għax, ara, l-​għedewwa tiegħek, O Ġeħova,+

Għax, ara, l-​għedewwa tiegħek se jgħibu;+

Dawk kollha li jipprattikaw il-​ħsara se jinfirdu minn xulxin.+

10 Imma int se tgħolli l-​qarn* tiegħi bħal dak taʼ barri salvaġġ;+

Se nindilek b’żejt frisk.+

11 U għajnejja se jħarsu rebbiħin lejn l-​għedewwa tiegħi;+

Widnejja se jisimgħu dwar dawk li jqumu kontrija, dawk li jagħmlu l-​ħażen.

12 Il-ġust se jiffjorixxi bħas-​siġra tal-​palm;+

Se jikber bħaċ-​ċedru fil-​Libanu.+

13 Dawk li huma mħawlin fid-​dar taʼ Ġeħova,+

Fil-​btieħi t’Alla tagħna,+ se jiffjorixxu.

14 Huma jibqgħu sejrin tajjeb anki meta xagħarhom isir griż,+

Jibqgħu mimlijin ħajja u jħaddru,+

15 Biex jgħidu li Ġeħova hu rett.+

Hu l-​Blata tiegħi,+ li fih m’hemm ebda inġustizzja.+

93 Ġeħova sar sultan!+

Bil-​kobor imlibbes;+

Libes Ġeħova u tħażżem bis-​saħħa.+

L-​art produttiva wkoll hi stabbilita fis-​sod, u b’hekk ma tistax titħarrek.+

 2 It-tron tiegħek ilu stabbilit fis-​sod minn żmien twil ilu;+

Int minn dejjem.+

 3 Ix-xmajjar għollew, O Ġeħova,

Ix-​xmajjar għollew il-​ħoss tagħhom;+

Ix-​xmajjar jibqgħu jgħollu l-​ħoss tat-​taħbit tagħhom.+

 4 Iktar mill-​ħsejjes taʼ l-​ilmijiet vasti, mill-​ħalel maestużi tal-​baħar,+

Hu maestuż+ Ġeħova fl-​għoli.

 5 It-tfakkiriet tiegħek taʼ min jafdahom ħafna.+

Darek jixirqilha l-​qdusija,+ O Ġeħova, tul iż-​żminijiet kollha.+

94 O Alla t’atti taʼ vendetta, Ġeħova,+

O Alla t’atti taʼ vendetta, uri d-​dija tiegħek!+

 2 Qum, O Mħallef taʼ l-​art.+

Ħallas lis-​suppervi.+

 3 Kemm se jdumu l-​ħżiena, O Ġeħova,+

Kemm se jdumu l-​ħżiena jifirħu?+

 4 Jibqgħu jpaċpċu, jibqgħu jitkellmu bla rażan;+

Dawk kollha li jipprattikaw il-​ħsara joqogħdu jiftaħru bihom infushom.+

 5 Lill-poplu tiegħek, O Ġeħova, jibqgħu jfarrkuh,+

U lil wirtek jibqgħu jġegħluh isofri.+

 6 Lill-armla u lir-​resident barrani joqtluhom,+

U lis-​subien bla missier ineħħulhom ħajjithom.+

 7 U jibqgħu jgħidu: “Jah ma jarax;+

U l-​Alla taʼ Ġakobb ma jindunax.”+

 8 Ifhmu, intom li ma tirraġunawx;+

U intom l-​istupidi, meta se jkollkom id-​dehen?+

 9 Jaqaw Dak li għamel il-​widna, ma jismax?+

Jew Dak li fforma l-​għajn, ma jarax?+

10 Jaqaw Dak li qed jikkoreġi lill-​ġnus, ma jistax iwiddeb,+

Iva, Dak li qed jgħallem l-​għarfien lill-​bnedmin?+

11 Ġeħova jaf il-​ħsibijiet tal-​bnedmin, li huma bħal nifs.+

12 Hieni r-​raġel b’saħħtu li int tikkoreġih,+ O Jah,

U li tgħallmu mil-​liġi tiegħek stess,+

13 Biex tagħtih il-​kwiet saħansitra f’jiem taʼ gwaj,+

Sakemm titħaffer ħofra għall-​ħażin.+

14 Għax Ġeħova mhux se jabbanduna lill-​poplu tiegħu,+

Lanqas ma se jitlaq lil wirtu stess.+

15 Għax id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji se jerġgħu lura għas-​sewwa,+

U dawk kollha retti f’qalbhom jimxu magħhom.

16 Min se jqum għalija kontra dawk li jagħmlu l-​ħażen?+

Min se jieqaf għalija kontra dawk li jipprattikaw il-​ħsara?+

17 Kieku Ġeħova m’għennix,+

Ruħi kienet tgħammar fis-​skiet f’qasir żmien.+

18 Meta jien għedt: “Sieqi żgur mhix se timxi fis-​sod,”+

Il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek, O Ġeħova, baqgħet twiżinni.+

19 Meta l-​ħsibijiet li jinkwetawni żdiedu ġewwa fija,+

Il-​faraġ tiegħek beda jmellisli ruħi.+

20 Jistaʼ t-​tron li jġib l-​għawġ ikun imsieħeb miegħek+

Waqt li jippjana l-​inkwiet permezz taʼ digriet?+

21 Huma jattakkaw b’mod aħrax lil ruħ il-​ġust+

U lill-​innoċenti+ jiddikjarawh bħala wieħed mill-​agħar biex ikunu jistgħu jxerrdulu demmu.

22 Imma Ġeħova se jsir għalija post fl-​għoli taʼ sigurtà,+

U Alla tiegħi jkun il-​blata tal-​kenn tiegħi.+

23 Hu se jdawwar lura fuqhom l-​uġigħ li kkaġunaw+

U jsikkithom bil-​gwaj tagħhom stess.+

Ġeħova Alla tagħna se jsikkithom.+

95 Ejjew ħa ngħajtu bil-​ferħ lil Ġeħova!+

Ħa ngħajtu bil-​ferħ taʼ rebħa lill-​Blata tagħna tas-​salvazzjoni.+

 2 Ħa mmorru quddiemu b’radd il-​ħajr;+

Ħa ngħannulu u ngħajtu bil-​ferħ għajat taʼ rebħa.+

 3 Għax Ġeħova hu Alla kbir+

U Sultan kbir fuq l-​allat l-​oħrajn kollha,+

 4 Hu li f’idu hemm l-​iktar abbissi ġewwinin taʼ l-​art+

U li tiegħu huma l-​qċaċet tal-​muntanji;+

 5 Li tiegħu hu l-​baħar li għamel hu stess,+

U l-​art niexfa li sawru idejh.+

 6 Idħlu, ejjew inqimuh u mmilu quddiemu;+

Ħa ninżlu għarkopptejna+ quddiem Ġeħova, Dak li għamilna.+

 7 Għax hu Alla tagħna, u aħna l-​poplu tal-​mergħa tiegħu u n-​nagħaġ immexxijin minn idu.+

Jekk illum tisimgħu leħnu,+

 8 Twebbsux qlubkom bħal f’Meriba,+

Bħal dakinhar taʼ Massah fix-​xagħri,+

 9 Meta missirijietkom ipprovawni;+

Għaddewni minn prova, għalkemm raw dak li kont għamilt.+

10 Għal erbgħin sena sħaħ bqajt nistkerrah lil dik il-​ġenerazzjoni,+

U għedt:

“Dawn in-​nies m’għandhomx qalb stabbli,+

U ma sarux jafu triqati”;+

11 Dwarhom ħlift fir-​rabja tiegħi:+

“Ma jidħlux fil-​post taʼ mistrieħ tiegħi.”+

96 Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida.+

Kantaw lil Ġeħova, nies kollha taʼ l-​art.+

 2 Kantaw lil Ġeħova, bierku lil ismu.+

Minn jum għal jum għidu l-​aħbar tajba taʼ salvazzjoni mingħandu.+

 3 Iddikjaraw fost il-​ġnus il-​glorja tiegħu,+

Fost il-​popli kollha l-​għemejjel tiegħu taʼ l-​għaġeb.+

 4 Għax Ġeħova hu kbir+ u jistħoqqlu kull tifħir.

Iqanqal il-​biżaʼ iktar mill-​allat l-​oħrajn kollha.+

 5 Għax l-​allat kollha tal-​popli huma allat bla siwi;+

Imma Ġeħova għamel is-​smewwiet.+

 6 Id-dinjità u l-​glorja qegħdin quddiemu;+

Is-​saħħa u s-​sbuħija qegħdin fis-​santwarju tiegħu.+

 7 Irrikonoxxu lil Ġeħova, O familji tal-​popli,+

Irrikonoxxu l-​glorja u s-​saħħa taʼ Ġeħova.+

 8 Irrikonoxxu l-​glorja taʼ isem Ġeħova;+

Aqbdu għotja u idħlu fil-​btieħi tiegħu.+

 9 Milu quddiem Ġeħova mżejnin bi lbies qaddis;+

Imtlew bil-​biżaʼ* minħabba fih, intom in-​nies kollha taʼ l-​art.+

10 Għidu fost il-​ġnus: “Ġeħova sar sultan.+

L-​art produttiva wkoll hi stabbilita fis-​sod, u b’hekk ma tistax titħarrek.+

Hu se jiddefendi l-​kawża tal-​popli b’mod rett.”+

11 Ħa jithennew is-​smewwiet, u ħa tifraħ l-​art.+

Ħa jgħajjat il-​baħar u kulma fih.+

12 Ħa tifraħ il-​kampanja u dak kollu li hemm fiha.+

Fl-​istess ħin ħa jgħajtu bil-​ferħ is-​siġar kollha tal-​foresta+

13 Quddiem Ġeħova. Għax hu ġie;+

Għax hu ġie biex jiġġudika l-​art.+

Se jiġġudika l-​art abitata bis-​sewwa+

U lill-​popli bil-​fedeltà tiegħu.+

97 Ġeħova sar sultan!+ Ħa tifraħ l-​art.+

Ħa jithennew il-​ħafna gżejjer.+

 2 Sħab u dalma ħoxna hemm madwaru;+

Fuq is-​sewwa u l-​ġudizzju hu stabbilit it-​tron tiegħu.+

 3 In-nar jimxi quddiemu,+

U jiblaʼ lill-​avversarji tiegħu taʼ madwaru.+

 4 Is-sajjetti tiegħu dawlu l-​art produttiva;+

L-​art rat dan u qabadha wġigħ kbir.+

 5 Il-muntanji dabu bħax-​xamaʼ minħabba Ġeħova,+

Minħabba l-​Mulej taʼ l-​art kollha.+

 6 Is-smewwiet irrakkontaw is-​sewwa tiegħu,+

U l-​popli kollha raw il-​glorja tiegħu.+

 7 Ħa jistħu dawk kollha li jaqdu xbieha skolpita,+

Dawk li jiftaħru b’allat bla siwi.+

Milu quddiemu, intom l-​allat kollha.+

 8 Sijon semgħet u bdiet tithenna,+

U l-​bliet żgħar taʼ* Ġuda bdew jifirħu+

Minħabba d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek, O Ġeħova.+

 9 Għax int, O Ġeħova, int l-​Iktar Għoli fuq l-​art kollha;+

Int tlajt fl-​għoli ferm, ’il fuq mill-​allat l-​oħrajn kollha.+

10 O intom li tħobbu lil Ġeħova,+ obogħdu dak li hu ħażin.+

Hu qed iħares ruħ il-​leali tiegħu;+

Minn id dawk mill-​agħar jeħlishom.+

11 Leħħ dawl għall-​ġust,+

U ferħ għal dawk retti f’qalbhom.+

12 Thennew b’Ġeħova, O ġusti,+

U roddu ħajr għat-​tifkira qaddisa tiegħu.+

Melodija.

98 Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida,+

Għax taʼ l-​għaġeb l-​affarijiet li għamel.+

Kiseb salvazzjoni b’lemintu, iva, bid-​driegħ qaddis tiegħu.+

 2 Ġeħova għamel is-​salvazzjoni tiegħu magħrufa;+

F’għajnejn il-​ġnus wera s-​sewwa tiegħu.+

 3 Hu ftakar fil-​wegħda li għamel biex juri qalb tajba bl-​imħabba u fedeltà maʼ dar Israel.+

It-​truf kollha taʼ l-​art raw is-​salvazzjoni minn Alla tagħna.+

 4 Għajtu lil Ġeħova bil-​ferħ għajat taʼ rebħa, nies kollha taʼ l-​art.+

Thennew, għajtu bil-​ferħ, u għannu.+

 5 Għannu lil Ġeħova bl-​arpa,+

Bl-​arpa u bil-​leħen taʼ melodija.+

 6 Bit-trumbetti u bil-​ħoss tal-​qarn+

Għajtu bil-​ferħ għajat taʼ rebħa quddiem is-​Sultan, Ġeħova.

 7 Ħa jgħajjat il-​baħar u kulma fih,+

L-​art produttiva u dawk li jgħammru fiha.+

 8 Ħa jċapċpu idejhom ix-​xmajjar;

Ħa jgħajtu bil-​ferħ il-​muntanji kollha+

 9 Quddiem Ġeħova, għax hu ġie biex jiġġudika l-​art.+

Se jiġġudika l-​art abitata bis-​sewwa+

U lill-​popli b’mod rett.+

99 Ġeħova sar sultan.+ Ħa jitriegħdu l-​popli.+

Hu qiegħed bil-​qiegħda fuq il-​kerubini.+ Ħa tirtogħod l-​art.+

 2 Ġeħova hu kbir f’Sijon,+

U jinsab fl-​għoli fuq il-​popli kollha.+

 3 Ħa jfaħħru lil ismek.+

Kbir u jqanqal il-​biżaʼ, qaddis hu.+

 4 Bħala sultan, hu jħobb il-​ġustizzja u juża saħħtu biex juriha.+

Int waqqaft dak li hu rett fis-​sod.+

Ġustizzja u sewwa wettaqt f’Ġakobb.+

 5 Għollu bit-​tifħir lil Ġeħova Alla tagħna+ u milu ħdejn il-​banketta għal saqajh;+

Hu qaddis.+

 6 Mosè u Aron kienu fost il-​qassisin tiegħu,+

U Samwel kien fost dawk li jsejħu ismu.+

Kienu jsejħu lil Ġeħova, u hu kien iwiġibhom.+

 7 Fil-kolonna tas-​sħab baqaʼ jitkellem magħhom.+

Huma żammew it-​tfakkiriet tiegħu u r-​regolament li tahom.+

 8 O Ġeħova Alla tagħna, int wiġibthom.+

Kont għalihom Alla li taħfer,+

U li tagħmel vendetta għall-​għemejjel mistkerrhin tagħhom.+

 9 Għollu bit-​tifħir lil Ġeħova Alla tagħna+

U milu ħdejn il-​muntanja qaddisa tiegħu.+

Għax Ġeħova Alla tagħna hu qaddis.+

Melodija taʼ radd il-​ħajr.+

100 Għajtu lil Ġeħova bil-​ferħ għajat taʼ rebħa, nies kollha taʼ l-​art.+

 2 Aqdu lil Ġeħova bl-​hena.+

Idħlu quddiemu b’għajta ferriħija.+

 3 Kunu afu li Ġeħova hu Alla.+

Hu li għamilna, u mhux aħna nfusna.+

Aħna l-​poplu tiegħu u n-​nagħaġ tal-​mergħa tiegħu.+

 4 Idħlu mill-​bibien tiegħu b’radd il-​ħajr,+

Fil-​btieħi tiegħu b’tifħir.+

Irringrazzjawh, bierku lil ismu.+

 5 Għax Ġeħova hu tajjeb;+

Il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem,+

U l-​fedeltà tiegħu minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+

Taʼ David. Melodija.

101 Se nkanta dwar il-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​ġustizzja.+

Lilek, O Ġeħova, se ngħanni.+

 2 Se nimxi bil-​għaqal fi triq bla nuqqas.+

Meta ġej tgħinni?+

Ġewwa dari se nimxi bl-​integrità taʼ qalbi.+

 3 M’iniex se nqiegħed quddiem għajnejja xi ħaġa li m’hi tajba għal xejn.+

Jien bgħadt l-​għemil taʼ dawk li tbiegħdu mit-​triq;+

Ma nħallihx jersaq lejja.+

 4 Qalb mgħawġa nżommha ’l bogħod minni;+

Ma naf l-​ebda ħażen.+

 5 Lil kulmin jimmalafama lil sieħbu bil-​moħbi,+

Insikktu.+

Lil kulmin għandu għajnejh imkabbrin u qalb arroganti,+

Ma nifilħux.+

 6 Għajnejja huma fuq in-​nies taʼ l-​art li juru fedeltà,+

Sabiex jgħammru miegħi.+

Min jimxi fi triq bla nuqqas,+

Dak jaqdini.+

 7 Min jinganna ma jgħammarx f’dari.+

Kulmin jgħid il-​gideb, ma jibqax+

Quddiem għajnejja.+

 8 Kull għodwa nsikket lill-​ħżiena kollha taʼ l-​art,+

Biex neqred mill-​belt+ taʼ Ġeħova lil kulmin jipprattika l-​ħsara.+

Talba taʼ min ikun qed isofri, li meta jħossu dgħajjef ikun irid jesprimi maʼ Ġeħova dak li jkun qed jinkwetah.+

102 O Ġeħova, ismaʼ talbi;+

U ħa tasal għandek l-​għajta tiegħi għall-​għajnuna.+

 2 Taħbix wiċċek minni dakinhar li nsib ruħi f’sitwazzjoni mwiegħra.+

Mejjel widintek lejja;+

Meta nsejjaħlek, fittex wiġibni.+

 3 Għax jiemi ntemmew bħad-​duħħan,+

U għadmi jaqbad bħal ħuġġieġa nar.+

 4 Qalbi ntlaqtet u nixfet bħall-​ħaxix,+

Għax insejt niekol l-​ikel tiegħi.+

 5 Minħabba t-​tnehid tiegħi+

Għadmi weħel maʼ ġildi.+

 6 Qisni l-​pellikan tax-​xagħri.+

Sirt qisni kokka ċkejkna tal-​postijiet abbandunati.

 7 Jien għolobt għall-​aħħar,

U sirt qisni għasfur waħdu fuq bejt.+

 8 L-għedewwa tiegħi maqdruni l-​jum kollu.+

Dawk li jiddieħqu bija użaw ismi biex jaħilfu u jisħtu.+

 9 Għax jien kilt l-​irmied bħallikieku ħobż;+

U x-​xorb tiegħi ħallattu bil-​biki,+

10 Minħabba l-​kundanna u l-​għadab tiegħek;+

Għax int għollejtni, biex tarmini.+

11 Jiemi huma bħal dell li batta,+

U jien inxift bħall-​ħaxix.+

12 Imma int, O Ġeħova, tibqaʼ għal dejjem,+

U t-​tifkira tiegħek tkun minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+

13 Int se tqum, se jkollok ħniena minn Sijon,+

Għax huwa l-​istaġun li tħenn għaliha,

U wasal iż-​żmien stabbilit.+

14 Għax il-​qaddejja tiegħek jitgħaxxqu bil-​ġebel tagħha,+

U t-​trab tagħha jgħożżuh.+

15 Se jibżgħu l-​ġnus minn isem Ġeħova,+

U s-​slaten kollha taʼ l-​art mill-​glorja tiegħek.+

16 Għax Ġeħova se jibni lil Sijon;+

Se jidher fil-​glorja tiegħu.+

17 Hu se jdur lejn it-​talba taʼ dawk imneżżgħin minn kollox,+

U t-​talba tagħhom ma jistmerrhiex.+

18 Dan miktub għall-​ġenerazzjoni tal-​futur;+

U l-​poplu li għad irid jinħoloq se jfaħħar lil Jah.+

19 Għax hu ħares ’l isfel mill-​post qaddis tiegħu fl-​għoli,+

Mis-​smewwiet Ġeħova ttawwal lejn l-​art,+

20 Biex jismaʼ t-​tnehid tal-​priġunier,+

U jħoll lil dawk li qatgħuhielhom għall-​mewt;+

21 Biex l-​isem taʼ Ġeħova jiġi dikjarat f’Sijon+

U t-​tifħir tiegħu f’Ġerusalemm,+

22 Meta jinġabru lkoll flimkien il-​popli+

U s-​saltniet biex jaqdu lil Ġeħova.+

23 F’nofs it-​triq, hu dgħajjef il-​qawwa tiegħi,+

Qassarli jiemi.+

24 Jien għedt: “O Alla tiegħi,

Tneħħinix f’nofs żmieni;+

Sninek huma għall-​ġenerazzjonijiet kollha.+

25 Żmien twil ilu int qegħedt is-​sisien taʼ l-​art,+

U s-​smewwiet huma għemil idejk.+

26 Dawn jgħibu, imma int innifsek tibqaʼ wieqaf;+

U bħal libsa lkoll jitmermru.+

Bħall-​ħwejjeġ int tibdilhom, u huma jtemmu żmienhom.+

27 Imma int tibqaʼ l-​istess, u sninek ma jintemmux.+

28 Ulied il-​qaddejja tiegħek se jkomplu jgħammru fejn qegħdin;+

U nisilhom jibqaʼ stabbilit fis-​sod quddiemek.”+

Taʼ David.

103 Bierek lil Ġeħova, O ruħi,+

Iva, kulma hemm fija, ħa jbierek l-​isem qaddis tiegħu.+

 2 Bierek lil Ġeħova, O ruħi,

U tinsiex kulma għamel,+

 3 Hu li qed jaħfirlek l-​iżbalji kollha,+

Li qed ifejqek mill-​mard kollu tiegħek,+

 4 Li qed isalvalek ħajtek mill-​ħofra,+

Li qed jinkurunak bil-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​ħniniet tiegħu,+

 5 Li qed jissodisfalek għomrok b’dak li hu tajjeb;+

Żgħożitek tibqaʼ tiġġedded bħal dik t’ajkla.+

 6 Ġeħova qed iwettaq atti taʼ ġustizzja+

U deċiżjonijiet ġudizzjarji għal dawk kollha li qed jiġu imbroljati.+

 7 Hu għarraf triqatu lil Mosè,+

L-​għemejjel tiegħu lil ulied Israel.+

 8 Ġeħova ħanin u grazzjuż,+

Bil-​mod biex jirrabja u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba.+

 9 Mhux se joqgħod il-​ħin kollu jsib il-​ħtija,+

Lanqas ma se jibqaʼ jżomm f’qalbu għal dejjem.+

10 M’għamlilniex skond dnubietna;+

Lanqas ġab fuqna dak li ħaqqna għall-​iżbalji tagħna.+

11 Għax bħalma s-​smewwiet huma ogħla mill-​art,+

Hekk hi superjuri l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu maʼ dawk li jibżgħu minnu.+

12 Daqskemm tlugħ ix-​xemx huwa ’l bogħod minn inżulha,+

Daqshekk biegħed minna nuqqasijietna.+

13 Bħalma missier juri ħniena maʼ wliedu,+

Ġeħova wera ħniena maʼ dawk li jibżgħu minnu.+

14 Għax hu jaf tajjeb kif aħna msawrin,+

U jiftakar li aħna trab.+

15 Imma l-​bniedem mortali, jiemu huma bħal tal-​ħaxix aħdar;+

Bħall-​fjur taʼ l-​għalqa jwarrad għal ftit.+

16 Għax jgħaddi riħ minn fuqu, u ma jkunx iktar;+

U l-​post fejn kien ma jibqax jagħrfu.+

17 Imma l-​qalb tajba bl-​imħabba taʼ Ġeħova hi minn dejjem għal dejjem+

Maʼ dawk li jibżgħu minnu,+

U s-​sewwa tiegħu maʼ wlied l-​ulied,+

18  Maʼ dawk li jħarsu l-​patt tiegħu+

U maʼ dawk li jiftakru l-​ordnijiet tiegħu sabiex iwettquhom.+

19 Ġeħova stabbilixxa fis-​sod it-​tron tiegħu fis-​smewwiet;+

U saltnatu tiddomina fuq kollox.+

20 Bierku lil Ġeħova, O anġli tiegħu,+ setgħanin fil-​qawwa, li qed twettqu kelmtu,+

Billi tisimgħu minn leħen kelmtu.+

21 Bierku lil Ġeħova, armati kollha tiegħu,+

Ministri tiegħu, li qed tagħmlu r-​rieda tiegħu.+

22 Bierku lil Ġeħova, ħolqien kollu tiegħu,+

Fil-​postijiet kollha tad-​dominju tiegħu.+

Bierek lil Ġeħova, O ruħi.+

104 Bierek lil Ġeħova, O ruħi.+

O Ġeħova Alla tiegħi, int kbir ħafna.+

Bid-​dinjità u l-​glorja tlibbist,+

 2 Tgeżwirt bid-​dawl bħallikieku b’libsa,+

U frixt is-​smewwiet bħal drapp tat-​tined.+

 3 Fl-ilmijiet int bnejt bit-​travi l-​kmamar tiegħek taʼ fuq,+

Għamilt is-​sħab il-​karru tiegħek,+

Timxi fuq il-​ġwienaħ tar-​riħ,+

 4 Għamilt lill-​anġli tiegħek spirti,+

Lill-​ministri tiegħek nar li jiblaʼ.+

 5 Sejjist l-​art fuq il-​postijiet stabbiliti tagħha;+

Din qatt u qatt* ma se titħarrek.+

 6 Int għattejtha b’ilmijiet fondi bħallikieku b’libsa.+

L-​ilmijiet kienu weqfin ’il fuq mill-​muntanji.+

 7 Maċ-ċanfira tiegħek bdew jaħarbu;+

Mal-​ħoss tar-​ragħad tiegħek telqu jiġru bil-​paniku—

 8 Il-muntanji telgħu,+

Il-​pjanuri fil-​widien niżlu—

Lejn il-​post li sejjist għalihom.

 9 Qegħedtilhom limitu li m’għandhomx jaqbżuh,+

Sabiex ma jerġgħux jgħattu l-​art.+

10 Int qed tibgħat in-​nixxigħat fil-​widien;*+

Bejn il-​muntanji jibqgħu għaddejjin.

11 Jisqu kontinwament lill-​bhejjem salvaġġi kollha tar-​rabaʼ;+

Iż-​żebri+ jaqtgħu l-​għatx minnhom regolarment.

12 Fuqhom jistrieħu l-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet;+

Minn bejn ħafna weraq isemmgħu ħosshom.+

13 Issaqqi l-​muntanji mill-​kmamar tiegħek taʼ fuq.+

Bil-​frott taʼ xogħlijietek l-​art xebgħana.+

14 Qed tnibbet il-​ħaxix aħdar għall-​bhejjem,+

U l-​ħxejjex li tinqeda bihom l-​umanità,+

Biex joħroġ l-​ikel mill-​art,+

15 U l-​inbid li jferraħ qalb il-​bniedem mortali,+

Biex jagħmel il-​wiċċ ileqq permezz taż-​żejt,+

U l-​ħobż li jsostni qalb il-​bniedem mortali.+

16 Is-siġar taʼ Ġeħova xebgħana,

Iċ-​ċedri tal-​Libanu li ħawwel,+

17 Fejn l-​għasafar jagħmlu l-​bejta.+

U fil-​każ taċ-​ċikonja, is-​siġar tal-​ġnibru huma darha.+

18 Fil-muntanji għoljin+ jgħixu l-​mogħoż tal-​muntanji;+

Il-​blat għoli hu refuġju għall-​fniek tax-​xagħri.+

19 Int għamilt il-​qamar biex jimmarka ż-​żminijiet stabbiliti;+

Ix-​xemx taf sew fejn trid tinżel.+

20 Int tagħmel id-​dlam, biex ikun jistaʼ jsir il-​lejl;+

Matulu l-​annimali salvaġġi kollha tal-​foresta joħorġu.

21 L-iljuni b’saħħithom jgħajtu għall-​priża+

U jfittxu l-​ikel tagħhom mingħand Alla nnifsu.+

22 Ix-xemx tibda tiddi+—huma jirtiraw

U jimteddu fil-​moħbiet tagħhom.

23 Il-bniedem joħroġ għax-​xogħol+

U jibqaʼ jaħdem sa fil-​għaxija.+

24 Kemm huma kotrana xogħlijietek, O Ġeħova!+

Kollha bl-​għerf għamilthom.+

L-​art mimlija b’dak li pproduċejt.+

25 U l-​baħar li tant hu kbir u wiesaʼ,+

Fih ħlejjaq li jitħarrku bla għadd,+

Ħlejjaq ħajjin, żgħar kif ukoll kbar.+

26 Hemm imorru l-​bastimenti;+

U lil Levjatan,*+ int sawwartu biex jilgħab fih.+

27 Ilkoll kemm huma—lilek jibqgħu jistennew+

Biex tagħtihom l-​ikel fl-​istaġun tiegħu.+

28 Dak li tagħtihom huma jiġbruh.+

Int tiftaħ idek—huma jissodisfaw ruħhom b’affarijiet tajbin.+

29 Jekk taħbi wiċċek, huma jitħawdu.+

Jekk tiħdilhom l-​ispirtu tagħhom, imutu,+

U jmorru lura lejn it-​trab li ġew minnu.+

30 Jekk int tibgħat l-​ispirtu tiegħek, huma jinħolqu;+

U ġġedded wiċċ l-​art.

31 Il-glorja taʼ Ġeħova tibqaʼ għal dejjem.+

Ġeħova se jithenna bil-​ħolqien tiegħu.+

32 Hu jħares lejn l-​art, u din titriegħed;+

Imiss il-​muntanji, u dawn idaħħnu.+

33 Jien se nkanta lil Ġeħova tul ħajti kollha;+

Se ngħanni lil Alla tiegħi kemm indum ħaj.+

34 Ħa jieħu gost bija meta nimmedita dwaru.+

Jien, min-​naħa tiegħi, se nifraħ b’Ġeħova.+

35 Il-midinbin se jintemmu minn fuq l-​art;+

U dawk mill-​agħar m’humiex se jkunu iktar.+

Bierek lil Ġeħova, O ruħi. Faħħru lil Jah!*+

105 Irringrazzjaw lil Ġeħova, sejħu ismu,+

Għarrfu lill-​popli x’għamel.+

 2 Kantawlu, għannulu,+

Ikkunsidraw l-​għemejjel taʼ l-​għaġeb kollha tiegħu.+

 3 Ftaħru b’ismu qaddis.+

Ħa tithenna qalb dawk li qed ifittxu lil Ġeħova.+

 4 Fittxu lil Ġeħova u s-​saħħa tiegħu.+

Fittxu ’l wiċċu l-​ħin kollu.+

 5 Ftakru fl-​għemejjel taʼ l-​għaġeb li wettaq,+

Fil-​mirakli tiegħu u fid-​deċiżjonijiet ġudizzjarji taʼ fommu,+

 6 O intom nisel Abraham il-​qaddej tiegħu,+

Intom ulied Ġakobb, il-​magħżulin tiegħu.+

 7 Hu Ġeħova Alla tagħna.+

Id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu huma fl-​art kollha.+

 8 Hu jiftakar il-​patt tiegħu għal żmien indefinit,+

Il-​kelma li kkmanda, għal elf ġenerazzjoni,+

 9 Il-patt li għamel m’Abraham,+

U l-​ħalfa li għamel lil Iżakk,+

10 Stqarrija li żammha bħala regolament għal Ġakobb,

Bħala patt għal żmien indefinit għal Israel,+

11 Meta qal: “Lilek nagħtik l-​art taʼ Kangħan+

Bħala s-​sehem taʼ wirtkom.”+

12 Dan sar meta kienu ftit fl-​għadd,+

Iva, ftit ferm, u kienu residenti barranin fiha.+

13 U baqgħu jiġġerrew minn ġens għal ġens,+

Minn saltna għal għand poplu ieħor.+

14 Ma ħalla lil ebda bniedem jimbroljahom,+

Imma minħabba fihom hu widdeb lis-​slaten,+

15 U qal: “Tmissux lill-​midlukin tiegħi,+

U tagħmlux deni lill-​profeti tiegħi.”+

16 U sejjaħ il-​ġuħ fuq l-​art;+

Kisser kull bastun li jdendlu l-​ftajjar miegħu.+

17 Bagħat qabilhom raġel

Li nbiegħ biex ikun ilsir, Ġużeppi.+

18 Bl-irbit weġġgħulu saqajh,+

Ruħu kienet marbuta bil-​ħadid;+

19 Sa dak iż-​żmien li seħħ dak li qal,+

Il-​kelma taʼ Ġeħova kienet qed tirfinah.+

20 Is-sultan bagħat biex jeħilsu;+

Il-​ħakkiem tal-​popli, biex iħollu.

21 Qiegħdu bħala sid fuq in-​nies taʼ daru+

U bħala ħakkiem fuq il-​proprjetà tiegħu kollha,+

22 Biex jorbot lill-​prinċpijiet tiegħu kif kien jogħġbu+

U biex jgħallem l-​għerf lix-​xjuħ tiegħu.+

23 U Israel mar l-​Eġittu,+

U Ġakobb għex bħala barrani fl-​art taʼ Ħam.+

24 U Alla baqaʼ jkattar ħafna lin-​nies tiegħu,+

U bil-​mod il-​mod għamilhom iktar setgħanin mill-​avversarji tagħhom.+

25 Ħalla ’l qalbhom tinbidel biex jobogħdu lill-​poplu tiegħu,+

Biex jaġixxu b’makakkerija kontra l-​qaddejja tiegħu.+

26 Bagħat lil Mosè l-​qaddej tiegħu,+

Lil Aron li kien għażel.+

27 Dawn urewhom is-​sinjali tiegħu,+

U l-​mirakli fl-​art taʼ Ħam.+

28 Hu bagħat id-​dlam, u għalhekk dalam;+

U huma ma rribellawx kontra kliemu.+

29 Bidel l-​ilmijiet tagħhom f’demm,+

U qatlilhom il-​ħut.+

30 Arthom kienet miżgħuda biż-​żrinġijiet,+

Fil-​kmamar taʼ ġewwa tas-​slaten tagħhom.

31 Ordna lid-​dubbien jiġi,+

In-​nemus fit-​territorji kollha tagħhom.+

32 Il-ħalbiet tagħhom għamilhom tas-​silġ,+

Bagħat nar iħeġġeġ fuq arthom.+

33 U laqtilhom id-​dwieli u s-​siġar tat-​tin

U kisser is-​siġar fit-​territorju tagħhom.+

34 Ordna lill-​ġurati jiġu,+

U lil tip taʼ ġurat, iva, bla għadd.+

35 U kilulhom il-​ħaxix kollu tar-​rabaʼ;+

Kilulhom ukoll frott arthom.

36 U laqat lil kull l-​ewwel imwieled f’pajjiżhom,+

Il-​bidu tal-​qawwa riproduttiva kollha tagħhom.+

37 U ħariġhom bil-​fidda u d-​deheb;+

U fost it-​tribujiet tiegħu ħadd ma tfixkel fit-​triq.

38 L-Eġittu feraħ meta ħarġu,

Għax kien waqaʼ fuqhom il-​biżaʼ tagħhom.+

39 Firex sħaba bħala għata,+

U nar biex jagħti d-​dawl bil-​lejl.+

40 Huma talbu, u hu ġab is-​summien,+

U b’ħobż mis-​sema baqaʼ jxebbagħhom.+

41 Fetaħ blata, u bdew igelglu l-​ilmijiet;+

Dawn għaddew bħal xmara mir-​reġjuni bla ilma.+

42 Għax hu ftakar fil-​kelma qaddisa tiegħu lil Abraham il-​qaddej tiegħu.+

43 Għalhekk, ħareġ lill-​poplu tiegħu b’ferħ kbir,+

Lill-​magħżulin tiegħu b’għajta ferriħija.+

44 U ftit ftit tahom il-​pajjiżi tal-​ġnus,+

U huma baqgħu jieħdu taħt idejhom il-​prodott tax-​xogħol iebes tal-​popli,+

45 Bl-għan li jżommu r-​regolamenti tiegħu+

U josservaw il-​liġijiet tiegħu.+

Faħħru lil Jah!+

106 Faħħru lil Jah!+

Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.+

 2 Min jistaʼ jsemmi l-​għemejjel setgħanin taʼ Ġeħova+

Jew jagħtih it-​tifħir kollu li ħaqqu?+

 3 Henjin dawk li jħarsu l-​ġustizzja,+

Li jagħmlu s-​sewwa l-​ħin kollu.+

 4 Ftakar fija, O Ġeħova, bir-​rieda tajba li turi mal-​poplu tiegħek.+

Ħu ħsiebi u salvani,+

 5 Biex inkun nistaʼ nara tjubitek mal-​magħżulin tiegħek,+

Biex inkun nistaʼ nifraħ bil-​ferħ tal-​ġens tiegħek+

U niftaħar maʼ wirtek.+

 6 Aħna dnibna bħal missirijietna;+

Żbaljajna; aġixxejna bil-​ħażen.+

 7 U missirijietna fl-​Eġittu,

Ma kellhomx id-​dehen biex jagħrfu l-​għemejjel tiegħek taʼ l-​għaġeb.+

Ma ftakrux fl-​abbundanza u l-​kobor tal-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+

Imma aġixxew b’mod ribelluż ħdejn il-​baħar, ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar.+

 8 U hu salvahom minħabba ismu,+

Sabiex jgħarraf setegħtu.+

 9 Għaldaqstant, ċanfar il-​Baħar l-​Aħmar, u dan nixef bil-​mod il-​mod;+

U mexxiehom mill-​ilmijiet fondi bħallikieku mix-​xagħri;+

10 B’hekk salvahom minn id dak li kien jobgħodhom+

U ħadhom lura minn id l-​għadu.+

11 U l-​ilmijiet għattew lill-​avversarji tagħhom;+

Lanqas wieħed minnhom ma baqaʼ.+

12 Imbagħad poġġew il-​fidi f’kelmtu;+

Bdew ikantawlu t-​tifħir.+

13 Iżda malajr insew x’kien għamel;+

Ma stennewx il-​parir tiegħu.+

14 Imma wrew ix-​xewqa egoistika tagħhom fix-​xagħri+

U pprovaw lil Alla fid-​deżert.+

15 U hu tahom dak li riedu+

U bagħat fuqhom* marda li herriethom.+

16 U fil-​kamp bdew jgħiru għal Mosè,+

U anki għal Aron il-​qaddis taʼ Ġeħova.+

17 L-art imbagħad infetħet u belgħet lil Datan,+

U radmet lill-​ġemgħa t’Abiram.+

18 U qabad nar fost il-​ġemgħa tagħhom;+

Fjamma belgħet lill-​ħżiena.+

19 Iktar minn hekk, għamlu għoġol fil-​Ħoreb+

U mielu quddiem xbieha magħmula minn metall imdewweb,+

20 U b’hekk bidlu l-​glorja tiegħi+

Maʼ rappreżentazzjoni taʼ barri, li jiekol il-​ħaxix.+

21 Insewh lil Alla s-​Salvatur tagħhom,+

Li għamel affarijiet kbar fl-​Eġittu,+

22 Għemejjel taʼ l-​għaġeb fil-​pajjiż taʼ Ħam,+

Affarijiet li jqanqlu l-​biżaʼ ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar.+

23 U kien wasal biex jgħid li se jeqridhom għalkollox,+

Li kieku ma kienx għal Mosè l-​magħżul tiegħu,

Li daħal għalihom quddiemu,+

Biex ireġġaʼ lura l-​korla tiegħu u ma jagħmilhomx ħerba.+

24 U huma waslu biex jiddisprezzaw l-​art sabiħa;+

Ma kellhom ebda fidi fil-​kelma tiegħu.+

25 U qagħdu jgergru fit-​tined tagħhom;+

Ma semgħux minn leħen Ġeħova.+

26 Għalhekk, hu għolla idu u ħalef dwarhom,+

Li kien se jeqridhom fix-​xagħri,+

27 U li kien se jeqred lil nisilhom fost il-​ġnus+

U jxerridhom fost il-​pajjiżi.+

28 U bdew jintrabtu maʼ Bagħal taʼ Pegħor+

U jieklu s-​sagrifiċċji offruti lil affarijiet bla ħajja.+

29 Talli kienu qed joffenduh bl-​aġir tagħhom,+

Faqqaʼ flaġell fosthom.+

30 Imma meta Fineħas qam u ndaħal,+

Il-​flaġell waqaf.

31 U dan ngħaddlu bħala ġustizzja

Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni u għal żmien indefinit.+

32 Barra minn hekk, huma qanqlu r-​rabja ħdejn l-​ilmijiet taʼ Meriba,+

U b’hekk ħabatlu ħażin lil Mosè minħabba fihom.+

33 Għax huma mlewlu l-​ispirtu tiegħu bl-​imrar

U beda jitkellem bla ħsieb b’xofftejh.+

34 Ma qerdux il-​popli għalkollox,+

Kif kien qalilhom Ġeħova.+

35 Iżda tħalltu mal-​ġnus+

U bdew jitgħallmu mill-​imġiba tagħhom.+

36 U qdew lill-​idoli tagħhom,+

U dawn saru nassa għalihom.+

37 U kienu jissagrifikaw lil uliedhom subien+

U bniet lid-​demonji.+

38 B’hekk baqgħu jxerrdu demm innoċenti,+

Id-​demm taʼ wliedhom subien u bniet,

Li ssagrifikawhom lill-​idoli taʼ Kangħan;+

U l-​art tniġġset bit-​tixrid taʼ demm.+

39 U ma baqgħux nodfa minħabba l-​għemejjel tagħhom+

U ħadu sehem fl-​immoralità b’azzjonijiethom.+

40 U r-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra l-​poplu tiegħu,+

U beda jistkerrah lil wirtu.+

41 U darba wara l-​oħra tahom f’idejn il-​ġnus,+

Biex dawk li jobogħduhom jaħkmu fuqhom,+

42 U biex l-​għedewwa tagħhom jaħqruhom,

U biex jitrażżnu taħt idejhom.+

43 Bosta drabi kien jeħlishom,+

Imma huma kienu jaġixxu b’mod ribelluż fit-​triq diżubbidjenti tagħhom,+

U kienu jiġu umiljati għall-​iżball tagħhom.+

44 Hu kien jara n-​niket tagħhom+

Meta kien jismagħhom jgħajtu bil-​ħrara.+

45 U kien jiftakar fil-​patt tiegħu dwarhom+

U jiddispjaċih skond l-​abbundanza u l-​kobor tal-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu.+

46 U kien iħallihom isibu ħniena

F’għajnejn dawk kollha li kienu jżommuhom fil-​jasar.+

47 Salvana, O Ġeħova Alla tagħna,+

U iġborna flimkien minn fost il-​ġnus+

Biex irroddu ħajr lil ismek qaddis,+

Biex nitkellmu bil-​ferħ waqt li nfaħħruk.+

48 Ikun imbierek Ġeħova l-​Alla taʼ Israel+

Minn dejjem għal dejjem;

U n-​nies kollha jridu jgħidu Amen.+

Faħħru lil Jah!+

IL-​ĦAMES KTIEB

(Salmi 107 – 150)

107 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.+

 2 Ħa jgħidu hekk dawk li Ġeħova ħadhom lura,+

Li ħadhom lura minn id l-​avversarju,+

 3 U li ġabarhom flimkien mill-​artijiet,+

Minn tlugħ ix-​xemx u minn inżul ix-​xemx,+

Mit-​tramuntana u min-​nofsinhar.+

 4 Huma ġġerrew fix-​xagħri,+ fid-​deżert;+

Ma sabux triq li tagħti għal belt fejn jistgħu jgħammru.+

 5 Kienu bil-​ġuħ, u bil-​għatx ukoll;+

Ħajjithom bdiet tbatti.+

 6 Huma baqgħu jgħajtu lil Ġeħova fin-​niket tagħhom;+

U hu ħelishom mill-​pressjonijiet li kellhom fuqhom,+

 7 U mexxiehom fit-​triq it-​tajba,+

Sabiex jaslu f’belt fejn jgħammru.+

 8 Ħa jirringrazzjaw in-​nies lil Ġeħova għall-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu+

U għall-​għemejjel tiegħu taʼ l-​għaġeb maʼ wlied il-​bnedmin.+

 9 Għax hu xebbaʼ lir-​ruħ għatxana;+

U lir-​ruħ imġewħa mlieha b’affarijiet tajbin.+

10 Xi wħud kienu jgħammru fid-​dlam u fis-​swidija,+

Kienu priġunieri fis-​sofferenza u l-​irbit tal-​ħadid.+

11 Għax aġixxew b’mod ribelluż+ kontra kliem Alla;+

U ma wrewx rispett għall-​pariri taʼ l-​Iktar Għoli.+

12 Għalhekk, hu rażżnilhom qalbhom bl-​inkwiet;+

Huma tfixklu, u ma kien hemm ħadd li jgħinhom.+

13 U bdew isejħu lil Ġeħova għall-​għajnuna fin-​niket tagħhom;+

U bħas-​soltu, hu salvahom mill-​pressjonijiet li kellhom fuqhom.+

14 Ħariġhom mid-​dlam u mis-​swidija,+

U qasam l-​irbit tagħhom fi tnejn.+

15 Ħa jirringrazzjaw in-​nies lil Ġeħova għall-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu+

U għall-​għemejjel tiegħu taʼ l-​għaġeb maʼ wlied il-​bnedmin.+

16 Għax hu kisser il-​bibien tar-​ram aħmar,+

U qaċċat l-​istaneg tal-​ħadid.+

17 Dawk li kienu boloh, minħabba t-​triq taʼ ksur tal-​liġi li qabdu+

U minħabba l-​iżbalji tagħhom, fl-​aħħar mill-​aħħar ġabu s-​sofferenza fuqhom infushom.+

18 Ruħhom bdiet tistkerrah kull xorta taʼ ikel+

U kienu waslu f’bibien il-​mewt.+

19 U bdew isejħu lil Ġeħova għall-​għajnuna fin-​niket tagħhom;+

U bħas-​soltu, hu salvahom mill-​pressjonijiet li kellhom fuqhom.+

20 Bagħat kelmtu u fejjaqhom+

U ħelishom mill-​ħofra.+

21 Ħa jirringrazzjaw in-​nies lil Ġeħova għall-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu+

U għall-​għemejjel tiegħu taʼ l-​għaġeb maʼ wlied il-​bnedmin.+

22 U ħa joffru s-​sagrifiċċji taʼ radd il-​ħajr+

U jxandru l-​għemejjel tiegħu b’għajta ferriħija.+

23 Dawk li sejrin fuq il-​baħar bil-​bastimenti,+

U jinnegozjaw fuq l-​ilmijiet vasti,+

24 Raw l-​għemejjel taʼ Ġeħova+

U l-​għemejjel tiegħu taʼ l-​għaġeb fil-​qiegħ;+

25 Kif malli jgħid il-​kelma jqum riefnu qawwi,+

U dan jgħolli l-​imwieġ tal-​baħar.+

26 Huma jitilgħu lejn is-​smewwiet,

U jinżlu lejn il-​qiegħ.

Minħabba l-​gwaj, ruħhom iddub.+

27 Jitbandlu u jixxenglu bħal raġel fis-​sakra,+

U l-​għerf kollu tagħhom jitħawwad.+

28 U jibdew jgħajtu lil Ġeħova fin-​niket tagħhom,+

U hu joħroġhom mill-​pressjonijiet li jkollhom fuqhom.+

29 Jikkalma r-​riefnu,+

Sabiex l-​imwieġ tal-​baħar joqogħdu kwieti.+

30 U jifirħu għax dawn jikkalmaw,

U jmexxihom lejn il-​port li jixxennqu għalih.+

31 Ħa jirringrazzjaw in-​nies lil Ġeħova għall-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu+

U għall-​għemejjel tiegħu taʼ l-​għaġeb maʼ wlied il-​bnedmin.+

32 U ħa jfaħħruh bil-​kbir fil-​kongregazzjoni tal-​poplu;+

Ħa jfaħħruh fil-​post fejn ipoġġu x-​xjuħ.+

33 Hu jibdel ix-​xmajjar f’xagħri,+

U n-​nixxigħat taʼ l-​ilma f’art għatxana,+

34 Art li tagħti l-​frott f’pajjiż mielaħ,+

Minħabba l-​ħażen taʼ dawk li jgħammru hemmhekk.

35 Jibdel xagħri f’għadira taʼ l-​ilma kollha qasab,+

U l-​art taʼ reġjun bla ilma f’nixxigħat taʼ l-​ilma.+

36 U jġiegħel lil dawk bil-​ġuħ jgħammru hemmhekk,+

Sabiex jistabbilixxi belt li tistaʼ tiġi abitata.+

37 U jiżirgħu għelieqi u jħawlu oqsma bid-​dwieli,+

Li jagħtu ħafna frott.+

38 U hu jberikhom u joktru ħafna;+

U ma jħallix il-​bhejjem tagħhom jonqsu.+

39 Imma huma jerġgħu jsiru ftit u jinżlu maʼ l-​art+

Minħabba l-​oppressjoni, il-​gwaj, u n-​niket.+

40 Hu jsawwab id-​disprezz fuq in-​nobbli,+

Sabiex iġerrihom ’l hemm u ’l hawn f’post vojt, fejn m’hemmx toroq.+

41 Imma jipproteġi lill-​fqir mis-​sofferenza+

U jagħmel minnu ħafna familji bħal merħla kbira.+

42 Ir-retti jaraw dan u jithennew;+

Imma kulmin jagħmel l-​inġustizzja jrid jagħlaq ħalqu.+

43 Min hu għaref? Dan se josserva dawn l-​affarijiet+

U juri li hu attent għall-​atti taʼ qalb tajba bl-​imħabba taʼ Ġeħova.+

Għanja. Melodija taʼ David.

108 Qalbi soda, O Alla.+

Se nkanta u ngħanni,+

Kulma hu glorjuż fija wkoll.+

 2 Stenbaħ, O strument tal-​korda; int ukoll, O arpa.+

Jien se nqajjem iż-​żerniq.+

 3 Se nfaħħrek fost il-​popli, O Ġeħova;+

U ngħannilek fost il-​ġnus.+

 4 Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hija kbira sas-​smewwiet,+

U l-​verità tiegħek sas-​sema.+

 5 Ħa titgħolla ’l fuq mis-​smewwiet, O Alla;+

U ħa tkun il-​glorja tiegħek ’il fuq mill-​art kollha.+

 6 Sabiex il-​maħbubin tiegħek jinħelsu,+

Salvana bil-​leminija tiegħek u wiġibni.+

 7 Alla tkellem fil-​qdusija tiegħu:+

“Jien se nifraħ, lil Sikem+ nagħti bħala sehem;+

U l-​pjanura l-​baxxa taʼ Sukkot+ se nkejjilha u nagħtiha.

 8 Tiegħi Gilegħad;+ tiegħi wkoll Manasse,+

U Efrajm hu l-​fortizza tal-​wieħed ewlieni tiegħi;+

Ġuda hu l-​ħatar tiegħi taʼ kmandant.+

 9 Mowab+ il-​friskatur tiegħi tal-​ħasil.+

Għal fuq Edom+ se nitfaʼ s-​sandlija tiegħi.+

Fuq il-​Filistja+ se ngħajjat bil-​ferħ għajat taʼ rebħa.”+

10 Min se jiħodni lejn il-​belt fortifikata?+

Min se jmexxini s’Edom?+

11 Mhux int, O Alla, li warrabtna+

U li ma toħroġx maʼ l-​armati tagħna bħala Alla tagħna?+

12 Agħtina l-​għajnuna fl-​inkwiet,+

Għax għalxejn nittamaw għas-​salvazzjoni mill-​bniedem.+

13 Permezz t’Alla se niksbu enerġija kbira,+

U hu jisħaq lill-​avversarji tagħna.+

Lid-​direttur. Taʼ David. Melodija.

109 O Alla li jien infaħħar,+ tibqax sieket.+

 2 Għax fomm il-​wieħed mill-​agħar u fomm il-​qarrieq infetħu kontrija.+

Tkellmu dwari bi lsien il-​gideb;+

 3 Dawruni bi kliem taʼ mibegħda,+

U jiġġieldu miegħi għalxejn b’xejn.+

 4 Jien inħobbhom u huma jopponuni;+

Imma jien nibqaʼ nitlob.+

 5 Huma jrodduli l-​ħażin għat-​tajjeb+

U mibegħda għal imħabbti.+

 6 Aħtar fuqu lil xi ħadd mill-​agħar,

U ħa joqgħod fuq lemintu wieħed li jopponih.+

 7 Meta jiġi ġudikat, ħa jinstab ħati bħala bniedem mill-​agħar;

U ħa ssir dnub it-​talba tiegħu.+

 8 Ħa jkunu ftit jiemu;+

U l-​kariga tiegħu taʼ indokrar ħa jiħodha ħaddieħor.+

 9 Ħa jsiru bla missier uliedu s-​subien+

U martu tormol.+

10 Uliedu żgur ikollhom jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn;+

U jittallbu

U joħorġu jfittxu l-​ikel mill-​postijiet imħarbtin fejn joqogħdu.+

11 Ħalli min silfu l-​flus jiħodlu kulma għandu b’makakkerija,+

U ħalli l-​istranġieri+ jisirqulu l-​prodott tat-​taħbit tiegħu.+

12 Ħa ma jkollu lil ħadd li jurih qalb tajba bl-​imħabba,+

U ħa ma jkunx hemm min iħenn għal uliedu subien bla missier.

13 Ħa jinqerdu d-​dixxendenti tiegħu,+

U jitħassar għalkollox isimhom fil-​ġenerazzjoni taʼ wara.+

14 Ħa jiftakar Ġeħova l-​iżball taʼ missirijietu,+

U d-​dnub t’ommu+—ħa ma jitħassarx.+

15 Ħa jkunu quddiem Ġeħova l-​ħin kollu;+

U t-​tifkira tagħhom ħa jeqridha mill-​art;+

16 Għax ma ftakarx juri qalb tajba bl-​imħabba,+

Imma baqaʼ jiġri wara l-​bniedem magħkus u fqir+

U dak taʼ qalbu sewda, biex joqtlu.+

17 U baqaʼ jħobb is-​saħta,+ u b’hekk ġiet fuqu;+

Ma tgħaxxaqx bil-​barka,+

U b’hekk tbiegħdet minnu;+

18 U libes is-​saħta bħallikieku l-​libsa tiegħu.+

U saret bħal ilmijiet ġo fih+

U bħal żejt f’għadmu.

19 Ħa tkun għalih bħal libsa li jitgeżwer fiha+

U bħal ħżiem li jżommu mdawwar miegħu l-​ħin kollu.+

20 Dan hu l-​ħlas mingħand Ġeħova għal dawk li qed jopponuni+

U għal dawk li qed jgħidu l-​ħażin kontrija.+

21 Imma int Ġeħova l-​Mulej Sovran.+

Ittrattani tajjeb f’ġieħ ismek.+

Eħlisni, għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hi kbira.+

22 Għax jien magħkus u fqir,+

U qalbi minfuda ġewwa fija.+

23 Se jkolli nitlaq bħal dell meta jbatti;+

Ġejt imtajjar bħal ġurat.

24 Irkopptejja qed jirtogħdu bis-​sawm;+

Ġismi niexef, u m’hemmx żejt fuqu.+

25 Għalihom jien sirt xi ħaġa li ħaqqha t-​tmaqdir.+

Hekk kif jarawni jibdew ixenglu rashom.+

26 Għinni, O Ġeħova Alla tiegħi;+

Salvani skond il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+

27 U ħa jkunu jafu li din hi idek;+

Li int innifsek, O Ġeħova, għamiltu dan.+

28 Ħallihom ilissnu saħta,+ min-​naħa tagħhom,

Imma int, min-​naħa tiegħek, lissen barka.+

Huma qamu kontrija, imma ħallihom ħa jistħu,+

U ħa jifraħ il-​qaddej tiegħek.+

29 Ħa jitlibbsu bl-​umiljazzjoni dawk li qed jopponuni,+

U jitgeżwru bl-​għajb tagħhom bħallikieku b’libsa bla kmiem.+

30 Jien se nfaħħar ħafna lil Ġeħova b’fommi,+

U fost ħafna nies nagħtih tifħir.+

31 Għax hu se jieqaf fuq il-​leminija tal-​fqir,+

Biex isalvah minn dawk li jiġġudikawh.

Taʼ David. Melodija.

110 Din hi l-​kelma taʼ Ġeħova lill-​Mulej tiegħi:+

“Oqgħod bil-​qiegħda fuq il-​lemin tiegħi+

Sakemm inqiegħed l-​għedewwa tiegħek bħala banketta għal saqajk.”+

 2 Ġeħova se jibgħat ix-​xettru+ qawwi tiegħek minn Sijon,+ u jgħid:

“Mur rażżan f’nofs l-​għedewwa tiegħek.”+

 3 Niesek+ se joffru lilhom infushom minn rajhom+ f’jum il-​qawwa militari tiegħek.+

Imżejjen bil-​qdusija,+ minn ġuf iż-​żerniq,

Int għandek truppi taʼ żgħażagħ bħall-​qtar tan-​nida.+

 4 Ġeħova ħalef+ (u ma jiddispjaċihx):+

“Int qassis għal dejjem*+

Bl-​istess mod taʼ Melkisedek!”+

 5 Ġeħova fuq il-​lemin tiegħek+

Żgur se jkisser lis-​slaten f’jum ir-​rabja tiegħu.+

 6 Se jwettaq il-​ġudizzju fost il-​ġnus,+

U jimliehom bl-​iġsma mejtin.+

Żgur ikisser lill-​kap taʼ pajjiż mimli nies.+

 7 Mill-wied* fi triqtu se jixrob.+

Għalhekk se jgħolli rasu ’l fuq.+

111 Faħħru lil Jah!+

א [Alef]

Jien se nfaħħar lil Ġeħova b’qalbi kollha+

ב [Bet]

Fil-​ġemgħa tal-​ħbieb+ retti u fl-​assemblea.+

ג [Gimel]

 2 L-għemejjel taʼ Ġeħova huma kbar,+

ד [Dalet]

U dawk kollha li jitgħaxxqu bihom jgħarbluhom.+

ה [Ħe]

 3 L-attività tiegħu+ mimlija dinjità u glorja,+

ו [Waw]

U s-​sewwa tiegħu jibqaʼ għal dejjem.+

ז [Żajin]

 4 Hu waqqaf tifkira bl-​għemejjel tiegħu taʼ l-​għaġeb.+

ח [Ħet]

Ġeħova grazzjuż u ħanin.+

ט [Tet]

 5 Ta l-​ikel lil dawk li jibżgħu minnu.+

י [Jod]

Għal żmien indefinit se jibqaʼ jiftakar fil-​patt tiegħu.+

כ [Kaf]

 6 Hu wera l-​qawwa tiegħu lil niesu b’dak li għamel,+

ל [Lamed]

Billi tahom il-​wirt tal-​ġnus.+

מ [Mem]

 7 Għemil idejh hu veru u ġust;+

נ [Nun]

Taʼ min jafdahom huma l-​ordnijiet kollha li jagħti,+

ס [Samek]

 8 Miżmumin sew għal dejjem, għal żmien indefinit,+

ע [Għajn]

Magħmulin bil-​verità u b’mod rett.+

פ [Pe]

 9 Hu bagħat il-​ħelsien lill-​poplu tiegħu.+

צ [Sade]

Hu kkmanda li l-​patt tiegħu jibqaʼ għal żmien indefinit.+

ק [Kof]

Ismu qaddis u jqanqal il-​biżaʼ.+

ר [Rex]

10 Il-biżaʼ taʼ Ġeħova hu l-​bidu taʼ l-​għerf.+

ש [Sin]

Dawk kollha li jwettqu ordnijietu għandhom dehen kbir.+

ת [Taw]

Tifħiru jibqaʼ għal dejjem.+

112 Faħħru lil Jah!+

א [Alef]

Hieni l-​bniedem li jibżaʼ minn Ġeħova,+

ב [Bet]

Li jitgħaxxaq ferm+ bil-​kmandamenti tiegħu.+

ג [Gimel]

 2 Setgħanin ikunu wliedu fl-​art.+

ד [Dalet]

Il-​ġenerazzjoni tar-​retti tkun imbierka.+

ה [Ħe]

 3 Affarijiet taʼ valur u rikkezzi jkollu f’daru;+

ו [Waw]

U l-​ġustizzja tiegħu tibqaʼ għal dejjem.+

ז [Żajin]

 4 Fid-dlam hu idda bħala dawl għar-​retti;+

ח [Ħet]

Hu grazzjuż u ħanin u ġust.+

ט [Tet]

 5 Tajjeb il-​bniedem li hu grazzjuż+ u li jislef.+

י [Jod]

Hu jmexxi l-​affarijiet tiegħu bil-​ġustizzja.+

כ [Kaf]

 6 Iva, f’ebda żmien ma jogħtor.+

ל [Lamed]

Il-​ġust ikun miftakar għal dejjem.+

מ [Mem]

 7 Ma jibżax, lanqas minn aħbar ħażina.+

נ [Nun]

Qalbu soda,+ tistrieħ fuq Ġeħova.+

ס [Samek]

 8 Qalbu ma titħarrikx;+ ma jibżax,+

ע [Għajn]

U fl-​aħħar iħares rebbieħ lejn l-​avversarji tiegħu.+

פ [Pe]

 9 Hu qassam bil-​kotra; ta lill-​foqra.+

צ [Sade]

Il-​ġustizzja tiegħu tibqaʼ għal dejjem.+

ק [Kof]

Il-​qarn* tiegħu se jitgħolla bil-​glorja.+

ר [Rex]

10 Il-ħażin se jara u jitħawwad.+

ש [Xin]

Se jgħażżaż snienu u jdub fix-​xejn.+

ת [Taw]

Ix-​xewqa tal-​ħżiena se tgħib.+

113 Faħħru lil Jah!+

Offru tifħir lil Ġeħova, O qaddejja tiegħu,+

Faħħru isem Ġeħova.+

 2 Ħa jitbierek isem Ġeħova+

Minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+

 3 Minn tlugħ ix-​xemx sa nżulha+

L-​isem taʼ Ġeħova għandu jiġi mfaħħar.+

 4 Ġeħova għola ’l fuq mill-​ġnus kollha;+

Il-​glorja tiegħu hi ’l fuq mis-​smewwiet.+

 5 Min hu bħal Ġeħova Alla tagħna,+

Hu li jgħammar fl-​għoli?+

 6 Qed jitbaxxa biex iħares lejn is-​sema u l-​art,+

 7 Iqajjem lill-​batut mit-​trab;+

Jgħolli lill-​fqir mill-​ħofra taʼ l-​irmied,+

 8 Biex iqiegħdu bil-​qiegħda man-​nobbli,+

Man-​nobbli tal-​poplu tiegħu.+

 9 Jagħti lill-​mara li ma jistax ikollha tfal dar fejn tgħammar+

Bħala omm ferħana bl-​ulied.+

Faħħru lil Jah!+

114 Meta Israel ħareġ mill-​Eġittu,+

U dar Ġakobb minn poplu li jitkellem lingwa ma tinftihemx,+

 2 Ġuda sar il-​post qaddis tiegħu,+

Israel id-​dominju grandjuż tiegħu.+

 3 Il-baħar ra u ħarab;+

Il-​Ġordan beda jerġaʼ lura.+

 4 Il-muntanji qabżu bħall-​imtaten,+

L-​għoljiet bħall-​ħrief.

 5 Xi ġralek, O baħar, biex ħrabt,+

O Ġordan, biex bdejt terġaʼ lura?+

 6 O muntanji, għala bdejtu taqbżu bħall-​imtaten,+

O għoljiet, bħall-​ħrief?+

 7 O art, imtela bil-​biżaʼ* minħabba l-​Mulej,+

Minħabba l-​Alla taʼ Ġakobb,

 8 Li qed jibdel il-​blata f’għadira taʼ l-​ilma kollha qasab,+

Blata taż-​żnied f’għajn taʼ l-​ilma.+

115 Aħna ma jistħoqqilna xejn, O Ġeħova, aħna ma jistħoqqilna xejn,+

Imma lil ismek agħtih glorja+

Skond il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek, skond il-​verità tiegħek.+

 2 Għala għandhom il-​ġnus jgħidu:+

“Fejn hu, issa, Alla tagħhom?”+

 3 Imma Alla tagħna hu fis-​smewwiet;+

Kulma għoġbu jagħmel għamlu.+

 4 L-idoli tagħhom huma fidda u deheb,+

Xogħol idejn il-​bniedem.+

 5 Fomm għandhom, imma ma jistgħux jitkellmu;+

Għajnejn għandhom, imma ma jistgħux jaraw;+

 6 Widnejn għandhom, imma ma jistgħux jisimgħu.+

Imnieħer għandhom, imma ma jistgħux ixommu.+

 7 Idejn għandhom, imma ma jistgħux iħossu.+

Saqajn għandhom, imma ma jistgħux jimxu;+

Ma jlissnu ebda ħoss b’gerżumithom.+

 8 Dawk li jagħmluhom isiru bħalhom,+

Dawk kollha li jafdaw fihom.+

 9 O Israel, afda f’Ġeħova;+

Hu l-​għajnuna u t-​tarka tagħkom.+

10 O dar Aron, poġġu l-​fiduċja tagħkom f’Ġeħova;+

Hu l-​għajnuna u t-​tarka tagħkom.+

11 Intom li tibżgħu minn Ġeħova, afdaw f’Ġeħova;+

Hu l-​għajnuna u t-​tarka tagħkom.+

12 Ġeħova ftakar fina; hu se jbierek,+

Se jbierek lil dar Israel,+

Se jbierek lil dar Aron.+

13 Se jbierek lil dawk li jibżgħu minn Ġeħova,+

Iż-​żgħar kif ukoll il-​kbar.+

14 Ġeħova se jagħtikom iż-​żjieda,+

Lilkom u lil uliedkom.+

15 Intom imberkin minn Ġeħova,+

Dak li għamel is-​sema u l-​art.+

16 Is-smewwiet—taʼ Ġeħova huma s-​smewwiet,+

Imma l-​art taha lil ulied il-​bnedmin.+

17 Il-mejtin ma jfaħħruhx lil Jah,+

Lanqas kulmin jinżel fis-​skiet.+

18 Imma aħna se nbierku lil Jah+

Minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+

Faħħru lil Jah!+

116 Jien nimtela bl-​imħabba meta Ġeħova jismaʼ+

Leħni, it-​talb bil-​ħrara tiegħi.+

 2 Għax hu mejjel widintu lejja,+

U jien insejjaħlu tul jiemi kollha.+

 3 Il-ħbula tal-​mewt dawruni+

U kont f’ċirkustanzi taʼ niket bħallikieku fil-​Qabar.*+

Inkwiet u dwejjaq bqajt insib.+

 4 Imma jien sejjaħt isem Ġeħova:+

“O Ġeħova, eħlisli ruħi!”+

 5 Ġeħova grazzjuż u ġust;+

Alla tagħna hu ħanin.+

 6 Ġeħova qed iħares lil dawk taʼ bla esperjenza.+

Kont batut, u hu salvani, iva, lili.+

 7 Mur lura lejn il-​post taʼ mistrieħ tiegħek, O ruħi,+

Għax Ġeħova nnifsu aġixxa b’mod xieraq miegħek.+

 8 Għax int ħlistli ruħi mill-​mewt,+

Għajnejja mid-​dmugħ, saqajja mit-​tfixkil.+

 9 Jien se nimxi+ quddiem Ġeħova fl-​artijiet tal-​ħajjin.+

10 Kelli l-​fidi,+ u għalhekk tkellimt.+

Kont qed insofri ħafna.

11 Min-naħa tiegħi, meta kont mifxul bil-​paniku għedt:+

“Kull bniedem hu giddieb.”+

12 X’se nagħti lil Ġeħova+

Għall-​benefiċċji kollha li tani?+

13 Se naqbad il-​kies tas-​salvazzjoni grandjuża,+

U nsejjaħ l-​isem taʼ Ġeħova.+

14 Se rrodd il-​wegħdi tiegħi lil Ġeħova,+

Iva, quddiem il-​poplu kollu tiegħu.

15 Prezzjuża f’għajnejn Ġeħova

Hi l-​mewt taʼ dawk leali lejh.+

16 Jaħasra, O Ġeħova,+

Għax jien il-​qaddej tiegħek.+

Iva, jien il-​qaddej tiegħek, bin l-​ilsira tiegħek.+

Int ħallejtli l-​irbit tiegħi.+

17 Lilek se noffri s-​sagrifiċċju taʼ radd il-​ħajr,+

U isem Ġeħova nsejjaħ.+

18 Se rrodd il-​wegħdi tiegħi lil Ġeħova,+

Iva, quddiem il-​poplu kollu tiegħu,+

19 Fil-btieħi tad-​dar taʼ Ġeħova,+

F’nofsok, O Ġerusalemm.+

Faħħru lil Jah!+

117 Faħħru lil Ġeħova, intom il-​ġnus kollha;+

Igglorifikawh, intom it-​tribujiet kollha.+

 2 Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba li wriena hi setgħana;+

U l-​verità+ taʼ Ġeħova hi għal dejjem.

Faħħru lil Jah!+

118 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.+

 2 Ħa jgħid issa Israel:

“Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.”+

 3 Ħa jgħidu issa dawk taʼ dar Aron:+

“Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.”+

 4 Ħa jgħidu issa dawk li jibżgħu minn Ġeħova:+

“Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.”+

 5 Meta kont f’ċirkustanzi taʼ niket sejjaħt lil Jah;+

Jah wieġeb u qegħedni f’post spazjuż.+

 6 Ġeħova qiegħed fuq in-​naħa tiegħi; m’iniex se nibżaʼ.+

X’jistaʼ jagħmilli l-​bniedem?+

 7 Ġeħova qiegħed fuq in-​naħa tiegħi fost dawk li jgħinuni,+

Sabiex inħares rebbieħ lejn dawk li jobogħduni.+

 8 Aħjar tistkenn f’Ġeħova+

Milli tafda fil-​bniedem.+

 9 Aħjar tistkenn f’Ġeħova+

Milli tafda fin-​nobbli.+

10 Il-ġnus kollha dawruni.+

Kien fl-​isem taʼ Ġeħova li bqajt inżommhom ’il bogħod.+

11 Daru għalija, iva, dawruni.+

Kien fl-​isem taʼ Ġeħova li bqajt inżommhom ’il bogħod.

12 Huma daru għalija bħan-​naħal;+

Intfew bħan-​nar taʼ l-​għollieq.+

Kien fl-​isem taʼ Ġeħova li bqajt inżommhom ’il bogħod.+

13 Imbottawni bis-​saħħa biex naqaʼ,+

Imma Ġeħova għenni.+

14 Jah hu l-​kenn u s-​setgħa tiegħi,+

U għalija jsir salvazzjoni.+

15 Il-leħen t’għajat ferrieħi u taʼ salvazzjoni+

Qiegħed fit-​tined+ tal-​ġusti.+

Il-​leminija taʼ Ġeħova qed turi enerġija kbira.+

16 Il-leminija taʼ Ġeħova qed titgħolla;+

Il-​leminija taʼ Ġeħova qed turi enerġija kbira.+

17 M’iniex se mmut, imma nibqaʼ ngħix,+

Biex inxandar l-​għemejjel taʼ Jah.+

18 Jah ikkoreġieni bil-​kbir,+

Imma ma tanix f’idejn il-​mewt.+

19 Iftħuli l-​bibien tas-​sewwa.+

Jien nidħol minnhom; infaħħar lil Jah.+

20 Dan hu l-​bieb taʼ Ġeħova.+

Il-​ġusti se jidħlu minnu.+

21 Jien se nfaħħrek, għax wiġibtni+

U sirt is-​salvazzjoni tiegħi.+

22 Il-ġebla li twarrbet mill-​bennejja+

Saret il-​ġebla tax-​xewka taʼ fuqnett.+

23 Dan seħħ mingħand Ġeħova;+

F’għajnejna din hi ħaġa taʼ l-​għaġeb.+

24 Dan hu l-​jum li għamel Ġeħova;+

Se nifirħu u nithennew fih.+

25 Issa, O Ġeħova, salvana, jekk jogħġbok!+

Issa, O Ġeħova, għinna nirnexxu, jekk jogħġbok!+

26 Ħa jkun imbierek Dak li ġej f’isem Ġeħova;+

Aħna berikniekom mid-​dar taʼ Ġeħova.+

27 Ġeħova hu d-​Divin,+

U jagħtina d-​dawl.+

Żejnu l-​parata tal-​festa+ bil-​friegħi,+

Sal-​qrun taʼ l-​artal.+

28 Int id-​Divin tiegħi, u jien se nfaħħrek;+

Alla tiegħi—se neżaltak.+

29 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.+

א [Alef]

119 Henjin dawk li triqithom hi bla nuqqas,+

Dawk li mexjin fil-​liġi taʼ Ġeħova.+

 2 Henjin dawk li jħarsu t-​tfakkiriet tiegħu;+

B’qalbhom kollha jibqgħu jfittxuh.+

 3 Fil-fatt ma pprattikaw ebda inġustizzja.+

Fi triqatu mxew.+

 4 Int ikkmandajt li l-​ordnijiet tiegħek+

Jitħarsu b’attenzjoni.+

 5 O li kieku triqati jkunu stabbiliti fis-​sod+

Biex inżomm mar-​regolamenti tiegħek!+

 6 Kieku ma jkollix għalxiex nistħi,+

Ladarba noqgħod attent għall-​kmandamenti kollha tiegħek.+

 7 Se nfaħħrek b’qalb retta,+

Meta nitgħallem id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji ġusti tiegħek.+

 8 Ir-regolamenti tiegħek jien nibqaʼ nżommhom.+

Titlaqnix għalkollox.+

ב [Bet]

 9 Kif jistaʼ żagħżugħ+ inaddaf il-​mogħdija tiegħu?

Billi joqgħod għassa fi qbil maʼ kelmtek.+

 10 B’qalbi kollha fittixtek.+

Tħallinix niżvija mill-​kmandamenti tiegħek.+

 11 Dak li għedt int ħżintu f’qalbi bħal teżor,+

Sabiex ma nidnibx kontrik.+

 12 Imbierek int, O Ġeħova.

Għallimni r-​regolamenti tiegħek.+

 13 B’xofftejja ddikjarajt+

Id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha taʼ fommok.+

 14 Jien nifraħ fit-​triq tat-​tfakkiriet tiegħek,+

Sewwasew bħalma nagħmel bl-​affarijiet l-​oħrajn kollha taʼ valur.+

 15 Se nkun moħħni f’ordnijietek,+

U noqgħod attent għal mogħdijietek.+

 16 L-istatuti tiegħek se ngħożżhom.+

M’iniex se ninsa kelmtek.+

ג [Gimel]

 17 Aġixxi b’mod xieraq mal-​qaddej tiegħek, sabiex ngħix+

U nżomm maʼ kelmtek.+

 18 Ikxifli għajnejja, biex inkun nistaʼ nara+

L-​affarijiet taʼ l-​għaġeb fil-​liġi tiegħek.+

 19 M’iniex ħlief resident barrani fil-​pajjiż.+

Taħbix minni l-​kmandamenti tiegħek.+

 20 Ruħi tfarrket tixxennaq+

Il-​ħin kollu għad-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek.+

 21 Int ċanfart lill-​prużuntużi misħutin,+

Li qed jiżvijaw mill-​kmandamenti tiegħek.+

 22 Neħħi minn fuqi t-​tmaqdir u d-​disprezz,+

Għax jien ħarist it-​tfakkiriet tiegħek.+

 23 Il-prinċpijiet ukoll qagħdu bil-​qiegħda; tkellmu kontrija flimkien.+

Imma l-​qaddej tiegħek moħħu fir-​regolamenti tiegħek.+

 24 It-tfakkiriet tiegħek ngħożżhom ukoll,+

Bħall-​irġiel li jagħtuni l-​pariri.+

ד [Dalet]

 25 Ruħi mifnija u mqabbda mat-​trab.+

Żommni ħaj fi qbil maʼ kelmtek.+

 26 Jien iddikjarajtlek triqati, sabiex twiġibni.+

Għallimni r-​regolamenti tiegħek.+

 27 Għinni nifhem it-​triq t’ordnijietek,+

Biex inkun moħħni fl-​għemejjel tiegħek taʼ l-​għaġeb.+

 28 Ruħi ma raqditx minħabba n-​niket.+

Qajjimni fi qbil maʼ kelmtek.+

 29 Warrab minni t-​triq il-​falza,+

U ħenn għalija billi tagħtini l-​liġi tiegħek.+

 30 It-triq tal-​fedeltà għażilt jien.+

Id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek qisthom xierqa.+

 31 Jien qbadt mat-​tfakkiriet tiegħek.+

O Ġeħova, iġġegħelnix nistħi.+

 32 Se niġri fit-​triq tal-​kmandamenti tiegħek,+

Għax int tagħmilli l-​wisaʼ għalihom f’qalbi.+

ה [Ħe]

 33 Istruwini, O Ġeħova, fit-​triq tar-​regolamenti tiegħek,+

Biex inżomm fiha sa l-​aħħar.+

 34 Għinni nifhem, sabiex inkun nistaʼ nħares il-​liġi tiegħek+

U nżommha b’qalbi kollha.+

 35 Mexxini fil-​mogħdija tal-​kmandamenti tiegħek,+

Għax biha nitgħaxxaq.+

 36 Mejjilli qalbi lejn it-​tfakkiriet tiegħek,+

U mhux lejn il-​qligħ.+

 37 Tħallix lil għajnejja jaraw dak li hu bla siwi;+

Żommni ħaj fi triqtek.+

 38 Wettaq mal-​qaddej tiegħek dak li għedt,+

Li jwasslu biex jibżaʼ minnek.+

 39 Neħħili minn fuqi ż-​żebliħ li jien tant bżajt minnu,+

Għax id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek huma tajbin.+

 40 Ara! Jien ixxennaqt għal ordnijietek.+

Fi qbil mas-​sewwa tiegħek, żommni ħaj.+

ו [Waw]

 41 U jalla l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek tiġi għandi, O Ġeħova,+

Is-​salvazzjoni tiegħek fi qbil maʼ dak li għedt int,+

 42 Biex inkun nistaʼ nwieġeb b’kelma lil min imaqdarni,+

Għax jien fdajt f’kelmtek.+

 43 U tneħħix minn fommi l-​kelma tal-​verità,+

Għax jien stennejt id-​deċiżjoni ġudizzjarja tiegħek.+

 44 Se nżomm mal-​liġi tiegħek il-​ħin kollu,+

Għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+

 45 U għad nimxi f’post spazjuż,+

Għax jien fittixt ordnijietek.+

 46 Se nitkellem ukoll dwar it-​tfakkiriet tiegħek quddiem is-​slaten,+

U ma jkollix għalxiex nistħi.+

 47 U se ngħożż il-​kmandamenti tiegħek+

Li jien ħabbejt.+

 48 Se ngħolli idejja biex nitlob għax ħabbejt il-​kmandamenti tiegħek,+

U se nkun moħħni fir-​regolamenti tiegħek.+

ז [Żajin]

 49 Ftakar fil-​kelma li għedt lill-​qaddej tiegħek,+

Li biha tajtni għalxiex nistenna.+

 50 Dan ifarraġni fis-​sofferenza tiegħi,+

Għax dak li għedt int żammni ħaj.+

 51 Il-prużuntużi waqqgħuni għaċ-​ċajt għall-​aħħar.+

Imma mil-​liġi tiegħek ma żvijajtx.+

 52 Jien niftakar fid-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek taʼ żmien twil ilu, O Ġeħova,+

U nsib il-​faraġ tiegħi.+

 53 Sħant għall-​aħħar minħabba n-​nies mill-​agħar,+

Li qed jitilqu l-​liġi tiegħek.+

 54 Ir-regolamenti tiegħek saru melodiji għalija+

Fid-​dar li ngħix fiha bħala barrani.+

 55 Bil-lejl ftakart f’ismek, O Ġeħova,+

Biex inżomm mal-​liġi tiegħek.+

 56 Dan ġrali

Għax ħarist l-​ordnijiet tiegħek.+

ח [Ħet]

 57 Ġeħova hu s-​sehem tiegħi;+

Jien wegħedt li nżomm maʼ kliemek.+

 58 Fittixt l-​approvazzjoni tiegħek* b’qalbi kollha.+

Ħenn għalija fi qbil maʼ dak li għedt.+

 59 Jien ikkunsidrajt triqati,+

Biex saqajja rreġġagħhom lura lejn it-​tfakkiriet tiegħek.+

 60 Jien ħaffift, u ma tnikkirtx+

Biex inżomm mal-​kmandamenti tiegħek.+

 61 Il-ħbula tan-​nies mill-​agħar dawruni minn kullimkien.+

Imma l-​liġi tiegħek ma nsejthiex.+

 62 F’nofs taʼ lejl inqum nirringrazzjak+

Għad-​deċiżjonijiet ġudizzjarji ġusti tiegħek.+

 63 Jien sieħeb taʼ kulmin jibżaʼ minnek+

U taʼ min iżomm m’ordnijietek.+

 64 Il-qalb tajba bl-​imħabba tiegħek, O Ġeħova, imliet l-​art.+

Għallimni r-​regolamenti tiegħek.+

ט [Tet]

 65 Int tassew ittrattajtu tajjeb lill-​qaddej tiegħek,+

O Ġeħova, fi qbil maʼ kelmtek.+

 66 Għallimni t-​tjubija,+ inkun sensibbli,+ u jkolli l-​għarfien,+

Għax jien eżerċitajt il-​fidi fil-​kmandamenti tiegħek.+

 67 Qabel ma kont qed insofri kont qed nidneb bi żball,+

Imma issa nżomm maʼ dak li għedt int.+

 68 Int tajjeb u qed tagħmel it-​tajjeb.+

Għallimni r-​regolamenti tiegħek.+

 69 Il-prużuntużi ċappsuni bil-​gideb tagħhom.+

Imma jien, b’qalbi kollha se nħares ordnijietek.+

 70 Qalbhom bħax-​xaħam, xejn ma jinfidha.+

Jien, min-​naħa tiegħi, għożżejt il-​liġi tiegħek.+

 71 Tajjeb għalija li sofrejt,+

Għax b’hekk nitgħallem ir-​regolamenti tiegħek.+

 72 Il-liġi+ taʼ fommok hi tajba għalija,+

Iktar minn eluf taʼ biċċiet tad-​deheb u l-​fidda.+

י [Jod]

 73 Idejk stess għamluni u waqqfuni fis-​sod.+

Għinni nifhem, sabiex nitgħallem il-​kmandamenti tiegħek.+

 74 Dawk li jibżgħu minnek jarawni u jifirħu,+

Għax jien stennejt kelmtek.+

 75 Jien naf tajjeb, O Ġeħova, li d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek huma ġusti+

U li b’fedeltà ddixxiplinajtni.+

 76 Ħa tfarraġni l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek, jekk jogħġbok,+

Fi qbil maʼ dak li għedt lill-​qaddej tiegħek.+

 77 Ħa jiġu għandi l-​ħniniet tiegħek biex nibqaʼ ngħix;+

Għax jien ngħożż il-​liġi tiegħek.+

 78 Ħa jistħu l-​prużuntużi, għax qarrqu bija għalxejn b’xejn.+

Min-​naħa tiegħi, jien moħħni f’ordnijietek.+

 79 Ħa jduru lura lejja dawk li jibżgħu minnek,+

Dawk ukoll li jafu t-​tfakkiriet tiegħek.+

 80 Ħa tkun qalbi bla nuqqas fir-​regolamenti tiegħek,+

Sabiex ma jkollix għalxiex nistħi.+

כ [Kaf]

 81 Ruħi nfniet għas-​salvazzjoni tiegħek;+

Jien stennejt il-​kelma tiegħek.+

 82 Għajnejja nfnew jistennew dak li għedt int,+

Waqt li ngħid: “Meta se tfarraġni?”+

 83 Għax jien sirt qisni flixkun tal-​ġild+ fid-​duħħan.

Imma r-​regolamenti tiegħek ma nsejthomx.+

 84 Kemm se jdum jistenna l-​qaddej tiegħek?+

Meta se twettaq il-​ġudizzju tiegħek kontra dawk li jippersegwitawni?+

 85 Il-prużuntużi ħaffru l-​ħofor biex jaqbduni,+

Dawk li m’humiex fi qbil mal-​liġi tiegħek.+

 86 Il-kmandamenti kollha tiegħek huma l-​fedeltà nfisha.+

Għalxejn b’xejn ippersegwitawni. Għinni!+

 87 Naqra oħra u kienu jeqirduni minn fuq l-​art;+

Imma jien ma tlaqtx ordnijietek.+

 88 Fi qbil mal-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek żommni ħaj,+

Biex inkun nistaʼ nżomm mat-​tfakkira taʼ fommok.+

ל [Lamed]

 89 Għal dejjem, O Ġeħova,+

Kelmtek hi mwaqqfa fis-​smewwiet.+

 90 Il-fedeltà tiegħek hi minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+

Int stabbilejt l-​art fis-​sod, biex tibqaʼ wieqfa.+

 91 Fi qbil mad-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek baqgħu weqfin sa llum,+

Għax ilkoll qaddejja tiegħek.+

 92 Li ma kontx ngħożż il-​liġi tiegħek,+

Is-​sofferenza tiegħi kienet teqridni.+

 93 Qatt ma se ninsa ordnijietek,+

Għax bihom żammejtni ħaj.+

 94 Jien tiegħek. Salvani,+

Għax fittixt ordnijietek.+

 95 In-nies mill-​agħar qagħdu jistennewni biex jeqirduni.+

Imma jien nibqaʼ attent għat-​tfakkiriet tiegħek.+

 96 Għal kull perfezzjoni rajt tmiem.+

Imma l-​kmandament tiegħek vast ħafna.

מ [Mem]

 97 Kemm inħobbha l-​liġi tiegħek!+

Il-​jum kollu moħħni fiha.+

 98 Iktar għaref mill-​għedewwa tiegħi jagħmilni l-​kmandament tiegħek,+

Għax hu tiegħi għal dejjem.+

 99 Sar għandi iktar dehen mill-​għalliema kollha tiegħi,+

Għax moħħni fit-​tfakkiriet tiegħek.+

100 Kif inġib ruħi juri li nifhem iktar mix-​xjuħ,+

Għax ħarist ordnijietek.+

101 Saqajja żammejthom lura minn kull mogħdija ħażina,+

Bl-​iskop li nkun nistaʼ nżomm maʼ kelmtek.+

102 Mid-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek ma warrabtx,+

Għax int innifsek istruwejtni.+

103 Kemm hu ħelu għall-​palat tiegħi dak li għedt int,

Iktar ħelu mill-​għasel għal fommi!+

104 Minħabba ordnijietek inġib ruħi b’mod li nuri li qed nifhem.+

Għalhekk bgħadtha kull mogħdija falza.+

נ [Nun]

105 Kelmtek musbieħ għal sieqi,+

U dawl għal triqti.+

106 Jien għamilt ħalfa, u se nwettaqha,+

Li nżomm mad-​deċiżjonijiet ġudizzjarji ġusti tiegħek.+

107 Jien sofrejt għall-​aħħar.+

O Ġeħova, żommni ħaj fi qbil maʼ kelmtek.+

108 Jekk jogħġbok, ħu gost bl-​offerti volontarji taʼ fommi, O Ġeħova,+

U għallimni d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek.+

109 Ħajti f’riskju* l-​ħin kollu;+

Imma l-​liġi tiegħek ma nsejthiex.+

110 In-nies mill-​agħar għamluli nassa,+

Imma minn ordnijietek ma żvijajtx.+

111 It-tfakkiriet tiegħek jien għamilthom tiegħi għal dejjem,+

Għax huma l-​ferħ taʼ qalbi.+

112 Jien mejjilt qalbi biex nibqaʼ nagħmel ir-​regolamenti tiegħek+

Għal dejjem, sa l-​aħħar.+

ס [Samek]

113 Lil dawk taʼ nofs qalb jien bgħadthom,+

Imma l-​liġi tiegħek ħabbejtha.+

114 Int il-​post fejn ninħeba u t-​tarka tiegħi.+

Jien stennejt il-​kelma tiegħek.+

115 Itilqu minn quddiemi, intom li tagħmlu l-​ħażen,+

Biex inkun nistaʼ nħares il-​kmandamenti t’Alla tiegħi.+

116 Appoġġani fi qbil maʼ dak li għedt, biex nibqaʼ ngħix,+

U ġġegħelnix nistħi minħabba t-​tama tiegħi.+

117 Wiżinni sabiex insalva,+

U jien inżomm ħarsti fuq ir-​regolamenti tiegħek il-​ħin kollu.+

118 Int waddabt ’l hemm lil dawk kollha li qed jiżvijaw mir-​regolamenti tiegħek;+

Għax huma jingannaw u jqarrqu.+

119 Int neħħejt lin-​nies mill-​agħar taʼ l-​art, bħall-​ħmieġ tal-​metalli li jitlaʼ fil-​wiċċ.+

Għalhekk ħabbejthom it-​tfakkiriet tiegħek.+

120 Bil-biżaʼ minnek ġismi tkexkex;+

U minħabba d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek jien bżajt.+

ע [Għajn]

121 Jien wettaqt ġudizzju ġust u għamilt is-​sewwa.+

Tabbandunanix f’idejn l-​imbroljuni!+

122 Aġixxi b’mod li jiggarantixxi l-​ġid tal-​qaddej tiegħek.+

Ħa ma jimbroljawnix il-​prużuntużi.+

123 Għajnejja nfnew jistennew is-​salvazzjoni tiegħek+

U l-​affarijiet sewwa li għedt int.+

124 Ittratta mal-​qaddej tiegħek fi qbil mal-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+

U għallimni r-​regolamenti tiegħek.+

125 Jien il-​qaddej tiegħek.+ Għinni nifhem,+

Biex inkun naf it-​tfakkiriet tiegħek.+

126 Wasal iż-​żmien li Ġeħova jaġixxi.+

Huma kisru l-​liġi tiegħek.+

127 Iva, jien ħabbejt il-​kmandamenti tiegħek+

Iktar mid-​deheb, mid-​deheb irfinut.+

128 U l-​ordnijiet kollha rigward kull ħaġa qisthom bħala tajbin;+

Kull mogħdija falza jien bgħadtha.+

פ [Pe]

129 It-tfakkiriet tiegħek huma taʼ l-​għaġeb.+

Għalhekk ħarsithom ruħi.+

130 Kliemek jagħti d-​dawl meta jiġi rivelat,+

U lil dawk taʼ bla esperjenza jgħinhom jifhmu.+

131 Fommi ftaħtu beraħ biex nilheġ,+

Għax ixxennaqt għall-​kmandamenti tiegħek.+

132 Dur lejja u ħenn għalija,+

Fi qbil mad-​deċiżjoni ġudizzjarja tiegħek għal dawk li jħobbu lil ismek.+

133 Agħmilli l-​passi tiegħi sodi f’dak li għedt int,+

U ħa ma taħkimni ebda xorta taʼ ħsara.+

134 Ifdini minn kull bniedem imbroljun,+

U nżomm m’ordnijietek.+

135 Ħalli wiċċek jiddi fuq il-​qaddej tiegħek,+

U għallimni r-​regolamenti tiegħek.+

136 Nixxigħat taʼ ilma gelglu minn għajnejja+

Għax huma ma żammewx mal-​liġi tiegħek.+

צ [Sade]

137 Int ġust, O Ġeħova,+

U d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek huma retti.+

138 Int ikkmandajtna nħarsu t-​tfakkiriet tiegħek+ fi qbil mas-​sewwa

U l-​fedeltà kbira tiegħek.+

139 Il-ħeġġa tiegħi temmitni,+

Għax l-​avversarji tiegħi nsew kliemek.+

140 Dak li tgħid int hu rfinut ferm,+

U l-​qaddej tiegħek iħobbu.+

141 Jien insinifikanti u disprezzat.+

Imma l-​ordnijiet tiegħek ma nsejthomx.+

142 Is-sewwa tiegħek hu sewwa għal dejjem,+

U l-​liġi tiegħek hi verità.+

143 In-niket u s-​saram sabuni.+

Imma jien għożżejt il-​kmandamenti tiegħek.+

144 Is-sewwa tat-​tfakkiriet tiegħek jibqaʼ għal dejjem.+

Għinni nifhem, sabiex nibqaʼ ngħix.+

ק [Kof]

145 Jien sejjaħt b’qalbi kollha.+ Wiġibni, O Ġeħova.+

Ir-​regolamenti tiegħek se nħarishom.+

146 Sejjaħtlek. Salvani!+

U jien inżomm mat-​tfakkiriet tiegħek.+

147 Qgħadt inqum kmieni fit-​tbexbix taʼ fil-​għodu,+ biex ngħajjat għall-​għajnuna.+

Jien stennejt kliemek.+

148 Jien stenbaħt matul l-​għases tal-​lejl,*+

Biex naħseb f’dak li għedt int.+

149 Ismaʼ leħni skond il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+

O Ġeħova, fi qbil mad-​deċiżjoni ġudizzjarja tiegħek żommni ħaj.+

150 Resqu qribi dawk li jfittxu l-​kondotta laxka,+

Li tbiegħdu mil-​liġi tiegħek.+

151 Int qrib, O Ġeħova,+

U l-​kmandamenti kollha tiegħek huma verità.+

152 Ilni żmien twil naf xi ftit mit-​tfakkiriet tiegħek,+

Għax int sejjisthom għal dejjem.+

ר [Rex]

153 Ara s-​sofferenza tiegħi, u salvani;+

Għax jien ma nsejtx il-​liġi tiegħek.+

154 Mexxi l-​kawża legali tiegħi u ħudni lura għandek;+

Żommni ħaj fi qbil maʼ dak li għedt.+

155 Is-salvazzjoni hi ’l bogħod min-​nies mill-​agħar,+

Għax ma fittxewx ir-​regolamenti tiegħek.+

156 Bosta huma l-​ħniniet tiegħek, O Ġeħova.+

Fi qbil mad-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek, żommni ħaj.+

157 Il-persekuturi u l-​avversarji tiegħi huma ħafna.+

Imma mit-​tfakkiriet tiegħek ma żvijajtx.+

158 Jien rajt lil dawk li jaġixxu bi tradiment,+

U nistkerrahhom għax ma żammewx maʼ dak li għedt int.+

159 Ara kif jien ħabbejt l-​ordnijiet tiegħek.+

O Ġeħova, fi qbil mal-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek żommni ħaj.+

160 Kelmtek kollha hi verità,+

U kull deċiżjoni ġudizzjarja ġusta tiegħek hi għal dejjem.+

ש [Sin] jew [Xin]

161 Il-prinċpijiet ippersegwitawni għalxejn b’xejn,+

Imma qalbi tkexkxet minħabba kliemek.+

162 Nifraħ jien b’dak li għedt int+

Bħalma jagħmel wieħed meta jsib priża kbira.+

163 Bgħadt il-​qerq,+ u nibqaʼ nistmerru.+

Il-​liġi tiegħek ħabbejt jien.+

164 Sebaʼ darbiet kuljum faħħartek+

Minħabba d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji ġusti tiegħek.+

165 Paċi abbundanti jkollhom dawk li jħobbu l-​liġi tiegħek,+

U għalihom m’hemm ebda tfixkil.+

166 Jien ittamajt għas-​salvazzjoni tiegħek, O Ġeħova,+

U għamilt il-​kmandamenti tiegħek.+

167 Ruħi żammet mat-​tfakkiriet tiegħek;+

Jien inħobbhom wisq.+

168 Żammejt maʼ l-​ordnijiet u t-​tfakkiriet tiegħek,+

Għax triqati kollha qegħdin quddiemek.+

ת [Taw]

169 Ħa tasal quddiemek l-​għajta tiegħi bil-​ħrara, O Ġeħova.+

Fi qbil maʼ kelmtek, għinni nifhem.+

170 Jalla t-​talba tiegħi għall-​ħniena tidħol quddiemek.+

Fi qbil maʼ dak li għedt, eħlisni.+

171 Ħa jgelgel it-​tifħir minn xofftejja,+

Għax int tgħallimni r-​regolamenti tiegħek.+

172 Ħa jkanta lsieni dak li għedt int,+

Għax il-​kmandamenti tiegħek huma kollha ġusti.+

173 Ħa tgħinni idek,+

Għax ordnijietek għażilt jien.+

174 Ixxennaqt għas-​salvazzjoni tiegħek, O Ġeħova,+

U l-​liġi tiegħek ngħożżha.+

175 Ħallini nibqaʼ ngħix biex infaħħrek,+

U ħa jgħinuni d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek.+

176 Iġġerrejt bħal nagħġa mitlufa.+ Fittex lill-​qaddej tiegħek,+

Għax jien ma nsejthomx il-​kmandamenti tiegħek.+

Għanja tat-​Tlajjaʼ.

120 Lil Ġeħova sejjaħt fin-​niket tiegħi,+

U hu wiġibni.+

 2 O Ġeħova, eħlisli ruħi minn xofftejn foloz,+

Mill-​ilsien qarrieq.+

 3 Wieħed x’se jagħtik, u x’se jżidlek,

O lsien qarrieq?+

 4 Vleġeġ misnunin taʼ raġel setgħan,+

Kif ukoll ġamar mis-​siġar tal-​ġummar.+

 5 Gwaj għalija, għax jien għext bħala barrani f’Mesek!+

Għext fost it-​tined taʼ Kedar.+

 6 Ruħi damet tgħix wisq+

Maʼ dawk li jobogħdu l-​paċi.+

 7 Jien favur il-​paċi;+ imma meta nitkellem,

Ikunu jridu l-​gwerra.+

Għanja għat-​Tlajjaʼ.

121 Jien se ngħolli għajnejja lejn il-​muntanji.+

Minfejn ġejja l-​għajnuna tiegħi?+

 2 L-għajnuna tiegħi ġejja mingħand Ġeħova,+

Dak li għamel is-​sema u l-​art.+

 3 Ma jistax ikun li jħalli sieqek togħtor.+

Dak li qed iħarsek ma jistax ikun li jaqbdu n-​ngħas.+

 4 Ara! Ma jaqbdux in-​ngħas u lanqas jorqod,+

Dak li qed iħares lil Israel.+

 5 Ġeħova qed iħarsek.+

Ġeħova hu d-​dell tiegħek+ fuq lemintek.+

 6 Bi nhar ix-​xemx ma tolqtokx,+

Lanqas il-​qamar bil-​lejl.+

 7 Ġeħova se jħarsek minn kull gwaj.+

Hu jħarislek ruħek.+

 8 Ġeħova jħarsek meta toħroġ u meta tidħol+

Minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+

Għanja tat-​Tlajjaʼ. Taʼ David.

122 Fraħt meta qaluli:+

“Ejja mmorru+ lejn id-​dar taʼ Ġeħova.”+

 2 Saqajna waqfu+

Fil-​bibien tiegħek, O Ġerusalemm.+

 3 Ġerusalemm mibnija bħal belt+

Magħquda ħaġa waħda,+

 4 U li lejha telgħu t-​tribujiet,+

It-​tribujiet taʼ Jah,+

Skond it-​tfakkira lil Israel,+

Biex iroddu ħajr lil isem Ġeħova.+

 5 Għax hemmhekk tqiegħdu t-​tronijiet għall-​ġudizzju,+

Tronijiet għal dar David.+

 6 Itolbu għall-​paċi taʼ Ġerusalemm.+

Dawk li jħobbuk, O belt, se jkunu ħelsin mill-​inkwiet.+

 7 Jalla l-​paċi tkompli ġewwa l-​ħitan b’saħħithom tiegħek,+

Il-​ħelsien mill-​inkwiet ġewwa t-​torrijiet mgħammrin tiegħek.+

 8 Minħabba ħuti u sħabi issa se ngħid:+

“Jalla jkun hemm il-​paċi ġewwa fik.”+

 9 Minħabba d-​dar taʼ Ġeħova Alla tagħna+

Jien se nibqaʼ nixtieqlek il-​ġid.+

Għanja tat-​Tlajjaʼ.

123 Lejk għollejt għajnejja,+

O Int li tgħammar fis-​smewwiet.+

 2 Ara! Bħalma għajnejn il-​qaddejja huma fuq id sidhom,+

Bħalma l-​għajnejn taʼ qaddejja huma fuq id sidtha,+

Hekk għajnejna huma fuq Ġeħova Alla tagħna+

Sakemm iħenn għalina.+

 3 Ħenn għalina, O Ġeħova, ħenn għalina;+

Għax inħossuna mxebbgħin għall-​aħħar bid-​disprezz.+

 4 Ruħna mxebbgħa għall-​aħħar bit-​twaqqigħ għaċ-​ċajt minn dawk li huma moħħhom mistrieħ,+

Bid-​disprezz min-​naħa taʼ l-​arroganti.+

Għanja tat-​Tlajjaʼ. Taʼ David.

124 “Kieku Ġeħova ma kienx favur tagħna,”+

Ħa jgħid issa Israel,+

 2 “Kieku Ġeħova ma kienx favur tagħna+

Meta xi nies qamu kontrina,+

 3 Dawn kienu jibilgħuna ħajjin,+

Meta r-​rabja tagħhom kienet taħraq kontrina.+

 4 Kieku l-​ilmijiet kienu jġorruna magħhom,+

Il-​wied kien jgħaddi minn fuqna.*+

 5 Imbagħad kienu jgħaddu minn fuqna

L-​ilmijiet tal-​prużunzjoni.+

 6 Ikun imbierek Ġeħova, li ma taniex+

Bħala priża għal snienhom.+

 7 Aħna qisna għasfur li ħarab+

Min-​nasba taʼ dawk li għamlulna lixka.+

In-​nasba nkisret,+

U aħna ħrabna.+

 8 L-għajnuna tagħna hi fl-​isem taʼ Ġeħova,+

Dak li għamel is-​sema u l-​art.”+

Għanja tat-​Tlajjaʼ.

125 Dawk li jafdaw f’Ġeħova+

Huma bħall-​Muntanja Sijon,+ li ma tistax titħarrek imma tgħammar għal żmien indefinit.+

 2 Bħalma l-​muntanji huma madwar Ġerusalemm,+

Hekk Ġeħova hu madwar il-​poplu tiegħu+

Minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+

 3 Għax ix-​xettru tal-​ħażen mhux se jibqaʼ jserraħ+ fuq sehem in-​nies sewwa,

Sabiex in-​nies sewwa ma jmiddux idhom biex jagħmlu l-​ħażin.+

 4 Agħmel it-​tajjeb, O Ġeħova, mat-​tajbin,+

Mar-​retti fi qlubhom.+

 5 Imma lil dawk li qed iduru lejn it-​triqat mgħawġin tagħhom,+

Ġeħova se jkeċċihom flimkien maʼ dawk li jipprattikaw il-​ħsara.+

Se jkun hemm il-​paċi fuq Israel.+

Għanja tat-​Tlajjaʼ.

126 Meta Ġeħova ġabar lura lill-​imjassrin taʼ Sijon,+

Aħna sirna qisna wħud qed joħolmu.+

 2 F’dak iż-​żmien fommna mtela bid-​daħq,+

U lsienna b’għajat ferrieħi.+

F’dak iż-​żmien qalu fost il-​ġnus:+

“Ġeħova għamel ħaġa kbira f’dak li għamel magħhom.”+

 3 Ġeħova għamel ħaġa kbira f’dak li għamel magħna.+

Aħna fraħna.+

 4 O Ġeħova, iġbor lura lill-​ġemgħa tagħna taʼ lsiera,+

Bħan-​nixxigħat fin-​Negeb.+

 5 Dawk li jiżirgħu ż-​żerriegħa bid-​dmugħ+

Se jaħsdu b’għajat ferrieħi.+

 6 Dak li joħroġ, saħansitra bil-​biki,+

U jieħu miegħu borża mimlija żrieragħ,+

Żgur jidħol b’għajat ferrieħi,+

U jġib miegħu l-​qatet tiegħu.+

Għanja tat-​Tlajjaʼ. Taʼ Salamun.

127 Jekk Ġeħova nnifsu ma jibnix id-​dar,+

Għalxejn ikunu ħadmu iebes fuqha l-​bennejja.+

Jekk Ġeħova nnifsu ma jħarisx il-​belt,+

Għalxejn ikun baqaʼ mqajjem l-​għassies.+

 2 Għalxejn tqumu kmieni,+

Toqogħdu bil-​qiegħda fit-​tard,+

U tieklu ħobżkom bl-​uġigħ.+

Iva, hu jagħti l-​irqad lil min iħobb.+

 3 Ara! Iben hu wirt mingħand Ġeħova;+

Frott il-​ġuf hu premju.+

 4 Bħal vleġeġ f’id raġel setgħan,+

Hekk huma wlied iż-​żgħożija.+

 5 Hieni r-​raġel b’saħħtu li mela+ l-​barżakka bihom.

Mhux se jkollhom għalxiex jistħu,+

Għax dawn jitkellmu maʼ l-​għedewwa f’bieb il-​belt.

Għanja tat-​Tlajjaʼ.

128 Hieni kulmin jibżaʼ minn Ġeħova,+

Li jimxi fi triqatu.+

 2 Għax int se tiekol mit-​taħbit taʼ idejk.+

Int tkun hieni u jaħbatlek tajjeb.+

 3 Martek tkun bħal dielja li tagħti l-​frott+

Fl-​iktar partijiet ġewwinin taʼ darek.

Uliedek subien ikunu bħal xitel taż-​żebbuġ+ madwar il-​mejda tiegħek.

 4 Ara! Hekk se jitbierek ir-​raġel b’saħħtu+

Li jibżaʼ minn Ġeħova.+

 5 Ġeħova se jbierkek minn Sijon.+

U int tara l-​ġid taʼ Ġerusalemm il-​jiem kollha taʼ ħajtek,+

 6 U tara lil ulied uliedek.+

Ħa jkun hemm il-​paċi fuq Israel.+

Għanja tat-​Tlajjaʼ.

129 “Ilhom jiħduha kontrija sa minn żgħożiti,”+

Ħa jgħid issa Israel,+

 2 “Ilhom jiħduha kontrija sa minn żgħożiti;+

Imma m’għelbunix.+

 3 Għaddew jaħartu minn fuq dahri;+

Tawlu r-​raddi tagħhom.”

 4 Ġeħova hu ġust.+

Qattaʼ l-​ħbula tan-​nies mill-​agħar.+

 5 Se jistħu u jduru lura,+

Dawk kollha li jobogħdu lil Sijon.+

 6 Isiru bħal ħaxix aħdar tal-​bjut,+

Li qabel jitqaċċat ikun laħaq nixef,+

 7 Li l-​ħassâd ma jimliex idu bih,+

Lanqas min jiġbor il-​qatet ma jimla ħobbu bih.

 8 Lanqas dawk li għaddew minn hemm ma qalu:

“Il-​barka taʼ Ġeħova tkun fuqkom.+

Berikniekom f’isem Ġeħova.”+

Għanja tat-​Tlajjaʼ.

130 Mill-abbissi sejjaħtlek, O Ġeħova.+

 2 O Ġeħova, ismaʼ leħni.+

Ħa jkunu widnejk attenti għal leħni meta nitolbok bil-​ħrara.+

 3 Kieku int toqgħod għassa għall-​iżbalji,+ O Jah,

O Ġeħova, min jistaʼ jżomm wieqaf?+

 4 Għax għandek hemm il-​maħfra vera,+

Sabiex ikun hemm il-​biżaʼ tiegħek.+

 5 Jien ittamajt, O Ġeħova, ruħi ttamat,+

U stennejt kelmtek.+

 6 Ruħi stenniet lil Ġeħova+

Iktar milli jistennew l-​għodwa l-​għassiesa,+

Li qegħdin għassa għall-​għodwa.+

 7 Ħa jibqaʼ Israel jistenna lil Ġeħova.+

Għax qalb tajba bl-​imħabba għandu Ġeħova,+

U jifdi bil-​kbir.+

 8 U hu se jifdi lil Israel mill-​iżbalji kollha tiegħu.+

Għanja tat-​Tlajjaʼ. Taʼ David.

131 O Ġeħova, qalbi ma saritx supperva,+

Lanqas għajnejja ma tkabbru;+

U la ġrejt wara affarijiet kbar wisq,+

U lanqas wara affarijiet li huma taʼ l-​għaġeb wisq għalija.+

 2 Żgur li jien ikkalmajt u kkwitajt ix-​xewqat taʼ ruħi+

Qisni tarbija li qatgħet il-​ħalib u li qiegħda fi ħdan ommha.+

Ruħi fija qisha tarbija li qatgħet il-​ħalib.+

 3 Ħa jistenna Israel lil Ġeħova+

Minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+

Għanja tat-​Tlajjaʼ.

132 Ftakar, O Ġeħova, f’David+

U l-​umiljazzjonijiet kollha tiegħu;+

 2 Kif ħalef lil Ġeħova,+

Kif għamel wegħda lill-​Alla l-​Qawwi+ taʼ Ġakobb:+

 3 “Ma nidħolx fit-​tinda taʼ dari.+

Ma nitlax fuq il-​friex taʼ soddti,+

 4 Ma nħallix lil għajnejja jaraw irqad,+

Lanqas lil xfar għajnejja jaqbadhom in-​ngħas,+

 5 Sakemm insib post għal Ġeħova,+

Tinda grandjuża għall-​Alla l-​Qawwi taʼ Ġakobb.”+

 6 Ara! Smajna b’dan f’Efrata,+

Sibnieh fil-​foresta.+

 7 Ejjew nidħlu fit-​tinda grandjuża tiegħu;+

Ħa mmilu ħdejn il-​banketta għal saqajh.+

 8 Qum, O Ġeħova, u mur lejn il-​post taʼ mistrieħ tiegħek,+

Int u l-​Arka+ tas-​saħħa tiegħek.+

 9 Ħa jitlibbsu bis-​sewwa l-​qassisin tiegħek,+

U ħa jgħajtu bil-​ferħ dawk leali lejk.+

10 Minħabba David il-​qaddej tiegħek,+

Tirrifjutax wiċċ il-​midluk tiegħek.+

11 Ġeħova għamel ħalfa lil David,+

Żgur ma jerġax lura minnha:+

“Wieħed imnissel minnek*+

Inqiegħed fuq it-​tron tiegħek.+

12 Jekk uliedek iħarsu l-​patt tiegħi+

U t-​tfakkiriet tiegħi li se ngħallimhom,+

Uliedhom ukoll

Joqogħdu għal dejjem+ fuq it-​tron tiegħek.”+

13 Għax Ġeħova għażel lil Sijon;+

Ixxennaq għaliha bħala post fejn jgħammar:+

14 “Dan hu l-​post taʼ mistrieħ tiegħi għal dejjem;+

Hawnhekk ngħammar, għax ixxennaqt għalih.+

15 Il-provvisti tagħha bla dubju se nberikhom.+

Lill-​foqra tagħha nxebbagħhom bil-​ħobż.+

16 Lill-qassisin tagħha llibbishom bis-​salvazzjoni;+

U dawk leali fiha bla dubju se jgħajtu bil-​ferħ.

17 Hemmhekk inqajjem il-​qarn* taʼ David.+

Ħejjejt musbieħ għall-​midluk tiegħi.+

18 Lill-għedewwa tiegħu llibbishom l-​għajb;+

Imma fuqu tiffjorixxi d-​dijadema+ tiegħu.”+

Għanja tat-​Tlajjaʼ. Taʼ David.

133 Ara! Kemm hu tajjeb u sabiħ

Li l-​aħwa jgħammru flimkien f’unità!+

 2 Hu bħaż-​żejt tajjeb fuq ir-​ras,+

Li qed iċarċar mad-​daqna,

Id-​daqna t’Aron,+

Li qed iċarċar fuq l-​għonq taʼ lbiesu.+

 3 Hu bħan-​nida+ tal-​Ħermon+

Li nieżla fuq il-​muntanji taʼ Sijon.+

Għax Ġeħova kkmanda li hemmhekk tkun il-​barka,+

Iva, il-​ħajja għal dejjem.+

Għanja tat-​Tlajjaʼ.

134 Bierku lil Ġeħova,+

Qaddejja kollha taʼ Ġeħova,+

Li bil-​lejl toqogħdu weqfin fid-​dar taʼ Ġeħova.+

 2 Erfgħu idejkom ’il fuq bil-​qdusija+

U bierku lil Ġeħova.+

 3 Ħa jbierkek Ġeħova minn Sijon,+

Dak li għamel is-​sema u l-​art.+

135 Faħħru lil Jah!+

Faħħru isem Ġeħova,+

Offrulu tifħir, O qaddejja taʼ Ġeħova,+

 2 Intom li qegħdin weqfin fid-​dar taʼ Ġeħova,+

Fil-​btieħi tad-​dar t’Alla tagħna.+

 3 Faħħru lil Jah, għax Ġeħova hu tajjeb.+

Għannu lil ismu, għax dan hu pjaċevoli.+

 4 Għax Jah għażel lil Ġakobb għalih,+

Lil Israel bħala l-​proprjetà speċjali tiegħu.+

 5 Għax jien naf tajjeb li Ġeħova hu kbir,+

U l-​Mulej tagħna hu ogħla mill-​allat l-​oħrajn kollha.+

 6 Kulma Ġeħova għoġbu jagħmel għamlu+

Fis-​smewwiet u fl-​art, fl-​ibħra u fl-​ilmijiet fondi kollha.+

 7 Itellaʼ l-​fwar minn tarf l-​art;+

Għamel ukoll bibien għax-​xita;+

Joħroġ ir-​riħ mill-​imħażen tiegħu,+

 8 Hu li qatel lill-​ewwel imweldin taʼ l-​Eġittu,+

Sew bnedmin u sew bhejjem.+

 9 Bagħat sinjali u mirakli f’nofsok, O Eġittu,+

Fuq il-​Fargħun u fuq il-​qaddejja kollha tiegħu;+

10 Hu li laqat lil ħafna ġnus+

U qatel lil slaten qawwijin,+

11 Iva, lil Siħon is-​sultan taʼ l-​Amurrin+

U lil Għog is-​sultan tal-​Basan+

U s-​saltniet kollha taʼ Kangħan,+

12 U li ta arthom bħala wirt,+

Wirt lil Israel il-​poplu tiegħu.+

13 O Ġeħova, ismek hu għal dejjem.+

O Ġeħova, it-​tifkira tiegħek hi minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+

14 Għax Ġeħova se jiddefendi l-​kawża tal-​poplu tiegħu,+

U se jiddispjaċih għall-​qaddejja tiegħu.+

15 L-idoli tal-​ġnus huma fidda u deheb,+

Xogħol idejn il-​bniedem.+

16 Fomm għandhom, imma ma jistgħu jgħidu xejn;+

Għajnejn għandhom, imma ma jistgħu jaraw xejn;+

17 Widnejn għandhom, imma ma jistgħu jisimgħu xejn.+

Barra minn hekk, ma jeżisti ebda spirtu f’fommhom.+

18 Dawk li jagħmluhom isiru bħalhom,+

Kulmin jafda fihom.+

19 O intom taʼ dar Israel, bierku lil Ġeħova.+

O intom taʼ dar Aron, bierku lil Ġeħova.+

20 O intom taʼ dar Levi, bierku lil Ġeħova.+

Intom li tibżgħu minn Ġeħova, bierku lil Ġeħova.+

21 Imbierek minn ġo Sijon ikun Ġeħova,+

Li qed jgħammar f’Ġerusalemm.+

Faħħru lil Jah!+

136 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

 2 Irringrazzjaw lill-​Alla taʼ l-​allat:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

 3 Irringrazzjaw lil Sid is-​sidien:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

 4 Lil Dak li waħdu jagħmel affarijiet kbar u taʼ l-​għaġeb:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

 5 Li għamel is-​smewwiet bl-​intelliġenza:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

 6 Li firex l-​art ’il fuq mill-​ilmijiet:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

 7 Li għamel id-​dwal il-​kbar:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

 8 Iva, ix-​xemx biex tiddomina bi nhar:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

 9 Il-qamar u l-​kwiekeb biex jiddominaw flimkien bil-​lejl:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

10 Li qatel lill-​ewwel imweldin taʼ l-​Eġittu:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

11 U li ħareġ lil Israel minn ġo nofshom:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

12 B’id b’saħħitha u bi driegħ maħruġ ’il barra:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;

13 Li feraq il-​Baħar l-​Aħmar:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

14 U li għadda lil Israel minn ġo nofsu:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

15 U li tefaʼ lill-​Fargħun u l-​qawwa militari tiegħu fil-​Baħar l-​Aħmar:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

16 Lil Dak li mexxa lill-​poplu tiegħu mix-​xagħri:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

17 Li laqat lil slaten kbar:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

18 U li qatel lil slaten maestużi:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

19 Iva, lil Siħon is-​sultan taʼ l-​Amurrin:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

20 U lil Għog is-​sultan tal-​Basan:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

21 U li ta arthom bħala wirt:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

22 Wirt lil Israel il-​qaddej tiegħu:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

23 Li meta konna f’qagħda baxxa ftakar fina:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

24 U li darba wara l-​oħra ħatafna minn idejn l-​avversarji tagħna:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

25 Hu li jagħti l-​ikel lil kull ħliqa tal-​laħam:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem;+

26 Irringrazzjaw lill-​Alla tas-​smewwiet:+

Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem.+

137 Ħdejn ix-​xmajjar taʼ Babilonja+—hemmhekk qgħadna bil-​qiegħda.+

U bkejna wkoll meta ftakarna f’Sijon.+

 2 Mas-siġar tal-​luq+ li kien hemm f’nofsha

Dendilna l-​arpi tagħna.+

 3 Għax hemmhekk dawk li jassruna talbuna għanja,+

U dawk li żebilħuna riduna nferrħuhom:+

“Kantawlna waħda mill-​għanjiet taʼ Sijon.”+

 4 Kif nistgħu nkantaw l-​għanja taʼ Ġeħova+

F’art barranija?+

 5 Kieku kelli ninsiek, O Ġerusalemm,+

Ħa tinsa wkoll leminti l-​abbiltà tagħha.

 6 Ħa jeħilli lsieni mas-​saqaf taʼ ħalqi,+

Jekk ma niftakarx fik,+

Jekk Ġerusalemm ma tkunx għalija

L-​akbar raġuni għall-​hena.+

 7 Ftakar,+ O Ġeħova, f’ulied Edom+ dakinhar li waqgħet Ġerusalemm,+

Li qalu: “Ikxfuha! Ikxfuha sal-​pedament tagħha!”+

 8 O bint Babilonja, li se titneżżaʼ,+

Hieni jkun dak li jħallsek+

Bl-​istess trattament li ttrattajtna bih.+

 9 Hieni jkun dak li jaħtaf u jfarrak+

Lit-​tfal tiegħek mal-​blat.

Taʼ David.

138 Jien se nfaħħrek b’qalbi kollha.+

Quddiem allat oħrajn ngħannilek.+

 2 Se mmil lejn it-​tempju qaddis tiegħek,+

U nfaħħar lil ismek,+

Minħabba l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek+ u minħabba l-​verità tiegħek.+

Għax int kabbart kelmtek+ saħansitra fuq ismek stess.+

 3 Dakinhar li sejjaħtlek, int wiġibtni;+

Int bdejt tagħmel lil ruħi qalbiena billi tajtni s-​saħħa.+

 4 Is-slaten kollha taʼ l-​art għad ifaħħruk, O Ġeħova,+

Għax ikunu semgħu kliem fommok.

 5 U għad ikantaw dwar it-​triqat taʼ Ġeħova,+

Għax il-​glorja taʼ Ġeħova kbira.+

 6 Għax Ġeħova fl-​għoli, u madankollu lill-​umli jarah;+

Imma lill-​kburi jafu biss mill-​bogħod.+

 7 Jekk inkun imdawwar bl-​inkwiet, int iżżommni ħaj.+

Minħabba r-​rabja taʼ l-​għedewwa tiegħi int toħroġ idek,+

U lemintek issalvani.+

 8 Ġeħova se jwettaq l-​iskopijiet tiegħu għalija.+

O Ġeħova, għal dejjem hi l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+

Tabbandunax lil xogħol idejk stess.+

Għad-​direttur. Taʼ David. Melodija.

139 O Ġeħova, int fittixt fija, u tafni.+

 2 Int taf meta npoġġi u meta nqum.+

Int għaraft il-​ħsieb tiegħi mill-​bogħod.+

 3 Qist meta vvjaġġajt u meta mteddejt,+

U sirt midħla taʼ triqati kollha.+

 4 Għax lanqas hemm kelma waħda fuq ilsieni,+

Imma, ara, O Ġeħova, int diġà taf x’inhi.+

 5 Minn wara u minn quddiem dawwartni;

U tqiegħed idek fuqi.

 6 Għarfien bħal dan hu taʼ l-​għaġeb wisq għalija.+

Tant hu fl-​għoli li ma nistax nilħqu.+

 7 Fejn nistaʼ mmur ’il bogħod mill-​ispirtu tiegħek,+

U fejn nistaʼ naħrab minn quddiem wiċċek?+

 8 Kieku kelli nitlaʼ fis-​sema, hemmhekk tkun int;+

U kieku kelli nifrex soddti fil-​Qabar,* ara, int tkun hemmhekk.+

 9 Kieku kelli nieħu ġwinħajn+ iż-​żerniq,

Biex ngħammar fl-​iktar baħar imbiegħed,+

10 Hemmhekk, ukoll, idek tmexxini+

U idek il-​leminija taqbadni.+

11 U kieku kelli ngħid: “Id-​dlam żgur se jaħtafni malajr!”+

Imbagħad il-​lejl ikun dawl madwari.+

12 Saħansitra d-​dlam ma jkunx mudlam wisq għalik,+

Imma l-​lejl ikun jiddi bħall-​jum;+

Id-​dlam u d-​dawl ikunu xorta.+

13 Għax int għamilt il-​kliewi tiegħi;+

Int żammejtni mistur f’żaqq ommi.+

14 Jien se nfaħħrek għax tal-​biżaʼ l-​mod taʼ l-​għaġeb kif jien magħmul.+

L-​għemejjel tiegħek huma meraviljużi,+

Bħalma ruħi taf tajjeb.+

15 Għadmi ma kienx moħbi minnek+

Meta ġejt magħmul fis-​sigriet,+

Meta kont minsuġ fl-​iktar partijiet baxxi+ taʼ l-​art.

16 Għajnejk rawni meta kont għadni biss embriju,+

U fil-​ktieb tiegħek inkitbu l-​partijiet kollha tiegħi,

Dwar iż-​żmien meta ġew ifformati+

U ma kien għad hemm ebda parti teżisti.

17 Għalhekk, kemm huma prezzjużi għalija ħsibijietek!+

O Alla, kemm hu kbir l-​għadd kollu tagħhom!+

18 Kieku kelli nipprova ngħoddhom, kienu jkunu iktar mill-​frak tar-​ramel.+

Jien qomt, u madankollu għadni miegħek.+

19 O li kieku int, O Alla, toqtol lill-​ħażin!+

Imbagħad l-​irġiel ħatjin tad-​demm+ jitilquni,

20 Dawk li jitkellmu dwarek skond l-​idea tagħhom;+

Użaw ismek b’mod ħażin+—l-​avversarji tiegħek.+

21 Jaqaw ma nobgħodhomx jien lil dawk mimlijin mibegħda għalik, O Ġeħova,+

U ma nistkerrahhomx lil dawk li jirvellaw kontrik?+

22 B’mibegħda sħiħa nobgħodhom.+

Saru għalija għedewwa veri.+

23 Fittex fija, O Alla, u sir af lil qalbi.+

Eżaminani, u sir af il-​ħsibijiet li jinkwetawni,+

24 U ara jekk hemmx fija triq mimlija wġigħ,+

U mexxini fit-​triq+ dejjiema.

Għad-​direttur. Melodija taʼ David.

140 Salvani, O Ġeħova, mill-​bnedmin ħżiena;+

Ipproteġini mill-​bniedem li juża l-​vjolenza,+

 2 Nies li fasslu affarijiet ħżiena f’qalbhom,+

Li l-​jum kollu jattakkawni qishom fi gwerra.+

 3 Ilsienhom sinnewh bħal taʼ serp;+

Il-​velenu tal-​lifgħa* qiegħed taħt xofftejhom.+ Sela.

 4 Ħarisni, O Ġeħova, minn idejn il-​ħażin;+

Ipproteġini mill-​bniedem li juża l-​vjolenza,+

Nies li fasslu pjan biex ifixklu l-​passi tiegħi.+

 5 L-imkabbrin ħbewli nasba;+

U firxu l-​ħbula bħala xibka mal-​ġenb tal-​mogħdija.+

Nases qiegħdu għalija.+ Sela.

 6 Jien għedt lil Ġeħova: “Int Alla tiegħi.+

Agħti widen, O Ġeħova, għal leħni meta nitolbok bil-​ħrara.”+

 7 O Ġeħova l-​Mulej Sovran,+ is-​saħħa tas-​salvazzjoni tiegħi,+

Int għattejtli rasi f’jum il-​battalja.+

 8 O Ġeħova, taqtax ix-​xewqa tal-​ħażin.+

Tħallix il-​konfoffi tiegħu jirnexxu, biex ma jitgħolliex.+ Sela.

 9 U n-​nies li dawruni,+

Ħa tinkesa rashom bl-​inkwiet taʼ xofftejhom stess.+

10 Ħa jintefaʼ fuqhom il-​ġamar.+

Ħa jaqgħu fin-​nar,+ fil-​bjar bl-​ilma, sabiex ma jkunux jistgħu jitilgħu.+

11 Ħa ma jkunx stabbilit fis-​sod fuq l-​art dak li jpaċpaċ ħafna.+

Il-​bniedem vjolenti—ħa jikkaċċjah il-​ħażen b’attakk wara l-​ieħor.+

12 Jien naf tajjeb li Ġeħova se jaqbeż+

Għad-​dritt legali tal-​magħkus u jwettaq il-​ġudizzju għall-​foqra.+

13 Żgur li l-​ġusti se jroddu ħajr lil ismek;+

Ir-​retti se jgħammru quddiem wiċċek.+

Melodija taʼ David.

141 O Ġeħova, jien sejjaħtlek.+

Fittex ejja.+

Agħti widen għal leħni meta nsejjaħlek.+

 2 Jalla t-​talba tiegħi tkun imħejjija bħall-​inċens+ quddiemek;+

Meta nitlob b’idejja mgħollijin ikun bħall-​offerta tal-​qmuħ taʼ fil-​għaxija.+

 3 Agħmilli għassies maʼ fommi,+ O Ġeħova;

Poġġili għassa mal-​bieb taʼ xofftejja.+

 4 Tmejjillix qalbi lejn xi ħaġa ħażina,+

U b’hekk inwettaq bil-​ħażen għemejjel mistkerrhin+

Maʼ bnedmin li qed jipprattikaw il-​ħsara,+

Biex ma nikolx mill-​ikel delizzjuż tagħhom.+

 5 Jekk il-​ġust isawwatni, dan ikun att taʼ qalb tajba bl-​imħabba;+

U jekk iwiddibni, ikun żejt fuq ir-​ras,+

Li rasi ma tkunx trid tirrifjutah.+

Għax nibqaʼ nitlob għalihom meta jsibu ruħhom fil-​gwaj.+

 6 L-imħallfin tagħhom ġew mitfugħin għal isfel mill-​ġenb tal-​blat,+

Imma huma semgħu dak li għedt jien, u għoġobhom.+

 7 Bħall-biċċiet li jtiru maʼ l-​art meta wieħed jaqsam u jifraq l-​injam,

Hekk ixxerred għadamna ħdejn ħalq il-​Qabar.*+

 8 Madankollu, għajnejja mitfugħin fuqek,+ O Ġeħova l-​Mulej Sovran.+

Fik stkennejt.+

Issawwablix ruħi sal-​mewt.+

 9 Ħarisni mill-​qabda tan-​nasba li qegħduli+

U min-​nases taʼ dawk li jipprattikaw il-​ħsara.+

10 In-nies mill-​agħar se jaqgħu fix-​xbieki tagħhom stess ilkoll flimkien,+

Waqt li jien, min-​naħa tiegħi, nibqaʼ għaddej.

Maskil.* Taʼ David, meta kien fl-​għar.+ Talba.

142 B’leħni sejjaħt lil Ġeħova għall-​għajnuna;+

B’leħni bdejt ngħajjat lil Ġeħova għall-​ħniena.+

 2 Quddiemu bqajt inferraʼ t-​tħassib tiegħi;+

Lilu għedt dwar in-​niket tiegħi,+

 3 Meta l-​ispirtu tiegħi+ nfena fija.

Dakinhar int kont taf triqti.+

Fil-​mogħdija li nimxi fiha+

Huma ħbewli nasba.+

 4 Ħares lejn il-​lemin u ara

Kif m’hemm ħadd li jagħti kasi.+

Għab il-​post fejn nistaʼ naħrab;+

M’hemm ħadd li qed jistaqsi għalija.+

 5 Jien sejjaħtlek, O Ġeħova, għall-​għajnuna.+

Għedt: “Int il-​kenn tiegħi,+

Is-​sehem tiegħi+ fl-​art tal-​ħajjin.”+

 6 Agħti kas l-​għajat bil-​ħrara tiegħi,+

Għax sirt wisq batut.+

Eħlisni minn dawk li jippersegwitawni,+

Għax huma iktar b’saħħithom minni.+

 7 Oħroġni mill-​ħabs taħt l-​art+

Sabiex infaħħar ismek.+

Ħa jinġabru madwari n-​nies sewwa,+

Għax int taġixxi b’mod xieraq miegħi.+

Melodija taʼ David.

143 O Ġeħova, ismaʼ talbi;+

Agħti widen għas-​supplika* tiegħi.+

Wiġibni skond il-​fedeltà u s-​sewwa tiegħek.+

 2 U tressaqx għall-​ġudizzju lill-​qaddej tiegħek;+

Għax quddiemek l-​ebda ħaj ma jistaʼ jkun ġust.+

 3 Għax l-​għadu ġera warajja;+

Għaffiġni maʼ l-​art.+

Ġegħelni ngħammar f’postijiet mudlama qisni minn dawk li ilhom mejtin żmien twil.*+

 4 U l-​ispirtu tiegħi+ nfena fija;

Ġo fija qalbi mtarrxa.+

 5 Jien ftakart fil-​jiem taʼ żmien twil ilu;+

Immeditajt fuq l-​attività kollha tiegħek;+

Minn qalbi bqajt nikkunsidra xogħol idejk.+

 6 Jien għollejt idejja lejk biex nitlob;+

Ruħi għatxana għalik bħal art niexfa qoxqox.+ Sela.

 7 Fittex wiġibni, O Ġeħova.+

L-​ispirtu tiegħi spiċċa.+

Taħbix wiċċek minni,+

Għax inkella nsir qisni minn dawk li neżlin fil-​ħofra.+

 8 Fil-għodu agħmel li nismaʼ l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+

Għax fik poġġejt il-​fiduċja tiegħi.+

Għarrafni t-​triq li għandi nimxi fiha,+

Għax lilek tlabt u offrejt ruħi.+

 9 Eħlisni mill-​għedewwa tiegħi, O Ġeħova.+

Jien fittixt il-​kenn fik.+

10 Għallimni nagħmel ir-​rieda tiegħek,+

Għax int Alla tiegħi.+

L-​ispirtu tiegħek tajjeb;+

Ħa jmexxini fl-​art tar-​retti.+

11 Minħabba ismek,+ O Ġeħova, żommni ħaj.+

Bis-​sewwa tiegħek+ eħlisli ruħi min-​niket.+

12 U fil-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek sikket lill-​għedewwa tiegħi;+

U eqred lil kulmin qed jiħodha kontrija,+

Għax jien il-​qaddej tiegħek.+

Taʼ David.

144 Ikun imbierek Ġeħova l-​Blata tiegħi,+

Li qed iħarriġli idejja għall-​ġlied,+

Lil subgħajja għall-​gwerra;

 2 Il-qalb tajba bl-​imħabba tiegħi u l-​fortizza tiegħi,+

Il-​post fl-​għoli tiegħi taʼ sigurtà u Dak li jħarrabni,+

It-​tarka+ tiegħi u Dak li fih stkennejt,+

Dak li qed irażżan lil popli taħti.+

 3 O Ġeħova, x’inhu l-​bniedem biex tinnotah,+

Bin il-​bniedem mortali+ biex tagħti kasu?

 4 Il-bniedem jixbah lil nifs,+

Jiemu huma bħal dell li qed jgħaddi.+

 5 O Ġeħova, baxxi s-​smewwiet tiegħek ħa tinżel;+

Miss il-​muntanji ħa jdaħħnu.+

 6 Agħmel il-​beraq ħa xxerred l-​għedewwa;+

Spara l-​vleġeġ tiegħek ħa titfagħhom f’konfużjoni.+

 7 Oħroġ idejk mill-​għoli;+

Eħlisni u salvani mill-​ħafna ilmijiet,+

Minn id il-​barranin,+

 8 Li fommhom qal dak li mhux veru+

U li leminthom hi l-​leminija tal-​qerq.+

 9 O Alla, għanja ġdida nkantalek.+

Fuq strument b’għaxar kordi ngħannilek,+

10 Int li tagħti s-​salvazzjoni lis-​slaten,+

Li teħles lil David il-​qaddej tiegħek mis-​sejf li jagħmel il-​ħsara.+

11 Eħlisni u salvani minn id il-​barranin,+

Li fommhom qal dak li mhux veru+

U li leminthom hi l-​leminija tal-​qerq,+

12 Li jgħidu: “Uliedna s-​subien huma bħal pjanti żgħar li kibru għalkollox f’żgħożithom,+

Uliedna l-​bniet bħal kantunieri minquxin bi stil taʼ palazz,

13 L-imħażen tagħna mimlijin, u jagħtu prodotti taʼ kull xorta,+

L-​imrieħel tagħna qed joktru fit-​toroq tagħna bl-​eluf, għaxart elef għal kull waħda,

14 Il-baqar tagħna tqal, mingħajr ebda ftuq u korriment,+

U m’hemmx għajat taʼ biki fil-​pjazez tagħna.+

15 Hieni l-​poplu li għandu dan!”

Hieni l-​poplu li Alla tiegħu hu Ġeħova!+

Għanja taʼ tifħir. Taʼ David.

א [Alef]

145 Jien se ngħollik bit-​tifħir, O Alla tiegħi s-​Sultan,+

U se nbierek lil ismek għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+

ב [Bet]

 2 Il-jum kollu se nbierkek+

U nfaħħar ismek għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+

ג [Gimel]

 3 Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir,+

U l-​kobor tiegħu ma jistax jinkixef.+

ד [Dalet]

 4 Ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni se tfaħħar xogħlijietek,+

U dwar l-​atti setgħanin tiegħek se jitkellmu.+

ה [Ħe]

 5 Fil-ġmiel glorjuż tad-​dinjità tiegħek+

U fl-​aspetti taʼ l-​għemejjel tiegħek taʼ l-​għaġeb se nkun moħħni jien.+

ו [Waw]

 6 U se jitkellmu dwar il-​qawwa taʼ l-​affarijiet tiegħek li jqanqlu l-​biżaʼ;+

U jien inxandar il-​kobor tiegħek.+

ז [Żajin]

 7 Għall-abbundanza tat-​tjubija tiegħek huma se jbaqbqu,+

U minħabba s-​sewwa tiegħek jgħajtu bil-​ferħ.+

ח [Ħet]

 8 Ġeħova grazzjuż u ħanin,+

Bil-​mod biex jirrabja u kbir fil-​qalb tajba bl-​imħabba.+

ט [Tet]

 9 Ġeħova hu tajjeb maʼ kulħadd,+

U l-​ħniniet tiegħu huma fuq xogħlijietu kollha.+

י [Jod]

10 Xogħlijietek kollha se jfaħħruk, O Ġeħova,+

U dawk leali lejk iberkuk.+

כ [Kaf]

11 Dwar il-​glorja taʼ saltnatek se jitkellmu,+

U jgħidu dwar is-​setgħa tiegħek,+

ל [Lamed]

12 Biex lil ulied il-​bnedmin jgħarrfuhom l-​atti setgħanin tiegħu+

U l-​glorja tal-​ġmiel taʼ saltnatu.+

מ [Mem]

13 Saltnatek hi saltna għal dejjem,+

U d-​dominju tiegħek huwa għall-​ġenerazzjonijiet kollha.+

ס [Samek]

14 Ġeħova qed iżomm lil kulmin qed jaqaʼ,+

U qed iqajjem lil kulmin hu mtaqqal.+

ע [Għajn]

15 Għajnejn il-​ħlejjaq kollha jħarsu lejk mimlijin tama,+

U int qed tagħtihom l-​ikel fl-​istaġun tiegħu.+

פ [Pe]

16 Int qed tiftaħ idek+

U tissodisfa x-​xewqa taʼ kull ħaġa ħajja.+

צ [Sade]

17 Ġeħova hu ġust fi triqatu kollha+

U leali fl-​għemejjel kollha tiegħu.+

ק [Kof]

18 Ġeħova hu qrib dawk kollha li jsejħulu,+

Dawk kollha li jsejħulu bil-​verità.+

ר [Rex]

19 Hu se jwettaq ix-​xewqa taʼ dawk li jibżgħu minnu,+

U se jismaʼ l-​għajta tagħhom għall-​għajnuna u jsalvahom.+

ש [Xin]

20 Ġeħova qed iħares lil kulmin iħobbu,+

Imma lill-​ħżiena kollha se jeqridhom għalkollox.+

ת [Taw]

21 Tifħir lil Ġeħova se jxandar fommi;+

U ħa tbierek kull ħliqa tal-​laħam lill-​isem qaddis tiegħu għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+

146 Faħħru lil Jah!+

Faħħar lil Ġeħova, O ruħi.+

 2 Jien se nfaħħar lil Ġeħova matul ħajti.+

Se ngħanni lil Alla tiegħi kemm indum ħaj.+

 3 Tpoġġux il-​fiduċja tagħkom fin-​nobbli,+

Lanqas f’bin il-​bniedem, li ma jistaʼ jsalva lil ħadd.+

 4 L-ispirtu tiegħu joħroġ,+ u hu jerġaʼ lura lejn l-​art;+

Dakinhar ħsibijietu jgħibu.+

 5 Hieni min għandu lill-​Alla taʼ Ġakobb bħala l-​għajnuna tiegħu,+

Li t-​tama tiegħu hi f’Ġeħova Alla tiegħu,+

 6 Dak li għamel is-​sema u l-​art,+

Il-​baħar, u kulma fihom,+

Dak li jżomm il-​verità tiegħu għal dejjem,+

 7 Dak li jwettaq il-​ġudizzju għal min jiġi imbroljat,+

Dak li jagħti l-​ħobż lil min hu bil-​ġuħ.+

Ġeħova qed jeħles lill-​marbutin.+

 8 Ġeħova qed jiftaħ għajnejn l-​għomja;+

Ġeħova qed iqajjem lill-​imtaqqlin;+

Ġeħova jħobb lill-​ġusti.+

 9 Ġeħova qed iħares lir-​residenti barranin;+

Iserraħ lit-​tifel bla missier u lill-​armla,+

Imma jgħawweġ+ triq+ in-​nies mill-​agħar.

10 Ġeħova se jkun sultan għal dejjem,+

Alla tiegħek, O Sijon, minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+

Faħħru lil Jah!+

147 Faħħru lil Jah,+

Għax tajjeb li ngħannu lil Alla tagħna;+

Għax dan hu pjaċevoli—it-​tifħir hu xieraq.+

 2 Ġeħova qed jibni lil Ġerusalemm;+

Lill-​imxerrdin taʼ Israel jiġborhom flimkien.+

 3 Qed ifejjaq+ lil dawk taʼ qalbhom maqsuma,+

U qed jinfaxxalhom il-​ġrieħi li juġgħuhom.+

 4 Jgħodd kemm hemm kwiekeb;+

Ilkoll kemm huma jsejħilhom b’isimhom.+

 5 Il-Mulej tagħna hu kbir u abbundanti fil-​qawwa;+

L-​abbiltà tiegħu li jifhem hi bla qjies.+

 6 Ġeħova jserraħ lill-​ġwejdin;+

Ibaxxi maʼ l-​art lin-​nies mill-​agħar.+

 7 Wieġbu lil Ġeħova b’radd il-​ħajr;+

Għannu lil Alla tagħna bl-​arpa,+

 8 Dak li qed jiksi s-​smewwiet bis-​sħab,+

Dak li jħejji x-​xita għall-​art,+

Dak li jġiegħel lill-​muntanji jnibbtu l-​ħaxix aħdar.+

 9 Lill-bhejjem jagħtihom l-​ikel tagħhom,+

U lill-​frieħ taċ-​ċawluni li joqogħdu jgħajtu.+

10 Ma jitgħaxxaqx bis-​saħħa taż-​żiemel,+

Lanqas jieħu pjaċir bir-​riġlejn tal-​bniedem.+

11 Ġeħova qed jieħu pjaċir b’dawk li jibżgħu minnu,+

B’dawk li jistennew il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu.+

12 Igglorifika lil Ġeħova,+ O Ġerusalemm.

Faħħar lil Alla tiegħek, O Sijon.+

13 Għax hu saħħaħ l-​istaneg taʼ bwiebek;

Bierek lil uliedek f’nofsok.+

14 Hu jqiegħed il-​paċi fit-​territorju tiegħek;+

Bl-​aqwa qamħ* jibqaʼ jxebbgħek.+

15 Jibgħat il-​kmand tiegħu lejn l-​art;+

B’ħeffa kbira tiġri kelmtu.

16 Jagħti l-​borra bħas-​suf;+

Il-​ġlata jxerridha bħall-​irmied.+

17 Jitfaʼ s-​silġ tiegħu bħall-​frak.+

Min jiflaħha l-​kesħa tiegħu?+

18 Jibgħat kelmtu+ u jdewwibhom.

Iġiegħel lir-​riħ tiegħu jonfoħ,+

U mbagħad l-​ilmijiet iqattru.

19 Qed jgħid il-​kelma tiegħu lil Ġakobb,+

Ir-​regolamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu lil Israel.+

20 M’għamel dan m’ebda ġens ieħor;+

U d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu, dawn ma sarux jafuhom.+

Faħħru lil Jah!+

148 Faħħru lil Jah!+

Faħħru lil Ġeħova mis-​smewwiet,+

Faħħruh fl-​għoli.+

 2 Faħħruh, anġli kollha tiegħu.+

Faħħru, armata kollha tiegħu.+

 3 Faħħruh, xemx u qamar.+

Faħħruh, kwiekeb kollha tad-​dawl.+

 4 Faħħruh, smewwiet tas-​smewwiet,+

U ilmijiet li qegħdin ’il fuq mis-​smewwiet.+

 5 Ħa jfaħħru isem Ġeħova;+

Għax hu kkmanda, u huma nħolqu.+

 6 U hu jżommhom weqfin għal dejjem, għal żmien indefinit.+

Għamel regolament li mhux se jgħaddi.+

 7 Faħħru lil Ġeħova mill-​art,+

Mostri tal-​baħar u intom ilmijiet fondi kollha,+

 8 Nar u silġ, borra u duħħan oħxon,+

Riefnu qawwi li qed twettaq kelmtu,+

 9 Muntanji u għoljiet kollha,+

Siġar tal-​frott u ċedri kollha,+

10 Annimali salvaġġi u annimali domestiċi kollha,+

Ħlejjaq li titkaxkru u għasafar bil-​ġwienaħ,+

11 Slaten taʼ l-​art+ u popli kollha,

Prinċpijiet+ u mħallfin kollha taʼ l-​art,+

12 Ġuvintur+ u xebbiet,+

Xjuħ+ flimkien mat-​tfal.+

13 Ħa jfaħħru isem Ġeħova,+

Għax ismu biss hu tant fl-​għoli li ma jintlaħaqx.+

Id-​dinjità tiegħu hi ’l fuq mill-​art u s-​sema.+

14 Hu se jgħolli l-​qarn* tal-​poplu tiegħu,+

It-​tifħir taʼ dawk kollha leali lejh,+

Taʼ wlied Israel, il-​poplu li hu qribu.+

Faħħru lil Jah!+

149 Faħħru lil Jah!+

Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida,+

Faħħruh fil-​kongregazzjoni taʼ wħud leali.+

 2 Ħa jithenna Israel bil-​Wieħed Grandjuż li għamlu,+

Ulied Sijon—ħa jifirħu bis-​Sultan tagħhom.+

 3 Ħa jfaħħru ismu biż-​żfin.+

Ħa jgħannulu bit-​tanburlin u l-​arpa.+

 4 Għax Ġeħova qed jieħu pjaċir bil-​poplu tiegħu.+

Lill-​ġwejdin isebbaħhom bis-​salvazzjoni.+

 5 Ħa jifirħu l-​leali fil-​glorja li għandhom;

Ħa jgħajtu bil-​ferħ fuq is-​sodod tagħhom.+

 6 Ħa jkollhom fuq fommhom l-​għanjiet li jfaħħru lil Alla bil-​kbir,+

U f’idhom sejf b’żewġt ixfar,+

 7 Biex jagħmlu vendetta fuq il-​ġnus,+

Iċanfru lill-​popli,+

 8 Biex jorbtu lis-​slaten tagħhom bil-​ktajjen+

U lill-​uħud glorifikati tagħhom bi rbit tal-​ħadid,

 9 Biex iwettqu fuqhom id-​deċiżjoni ġudizzjarja miktuba.+

Glorja bħal din tappartjeni lil dawk kollha leali lejh.+

Faħħru lil Jah!+

150 Faħħru lil Jah!+

Faħħru lil Alla fil-​post qaddis tiegħu.+

Faħħruh fil-​firxa tas-​smewwiet li turi saħħtu.+

 2 Faħħruh għall-​għemejjel setgħanin tiegħu.+

Faħħruh skond l-​abbundanza tal-​kobor tiegħu.+

 3 Faħħruh bid-​daqq tal-​qarn.+

Faħħruh bl-​istrument tal-​korda u l-​arpa.+

 4 Faħħruh bit-​tanburlin+ u ż-​żfin.*+

Faħħruh bl-​istrument tal-​korda+ u l-​fifra.+

 5 Faħħruh biċ-​ċimbali taʼ ħoss melodjuż.+

Faħħruh biċ-​ċimbali jdamdmu.+

 6 Kull ħaġa li tieħu n-​nifs—ħa tfaħħar lil Jah.+

Faħħru lil Jah!+

Letteralment, “Tifħir.”

Jew, “lejl u nhar jaqra minn taħt l-​ilsien.”

Terminu tekniku Ebrajk użat fil-​mużika jew fil-​qari. It-​tifsira mhix ċerta.

Espressjoni Ebrajka li t-​tifsira tagħha mhix ċerta. Tistaʼ tkun l-​isem taʼ strument mużikali tan-​nifs jew titlu taʼ melodija.

Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.

Jew, “it-​talba bil-​ħerqa.”

Letteralment, “jgħaffiġli ħajti.”

Espressjoni Ebrajka użata fil-​mużika li t-​tifsira tagħha mhix ċerta.

Espressjoni Ebrajka mhix spjegata, imma tradotta minn xi wħud bħala “dwar il-​mewt taʼ l-​iben.”

Terminu tekniku Ebrajk użat fil-​mużika, li t-​tifsira tiegħu mhix ċerta.

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.

Dan jirreferi għal forn li jdewweb il-​metall. Possibbilment, “daħla.”

Terminu tekniku mużikali li t-​tifsira tiegħu mhix ċerta.

Letteralment, “laħmi.”

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.

Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.

Bl-Ebrajk, “Xeol.”

Jew, “se tagħtini n-​naħa taʼ wara t’għonq l-​għedewwa tiegħi.”

Letteralment, “iġġib lura.”

Letteralment, “għad-​dnubiet misturin.”

Letteralment, “komplut.”

Letteralment, “Il-​ħoxnin.”

Jew, “Ħajti,” b’referenza għal ħajjet Ġeħova li individwu jaħlef biha.

Jew, “sa minn żmien indefinit.”

Dawn jirreferu għal maltempata tax-​xita.

Bl-Ebrajk, “Xeol.”

Bl-Ebrajk, “Xeol.”

Dan it-​terminu Ebrajk x’aktarx ifisser “poeżija taʼ kontemplazzjoni.”

Letteralment, “mannara doppja.”

Terminu Ebrajk mhux spjegat.

Letteralment, “ħaġa li m’hi tajba għal xejn.”

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Jiġifieri, nidħol fid-​dar t’Alla.

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

X’aktarx dawn jirreferu għall-​ħakkiema jew il-​protetturi tan-​nies.

Jew, “il-​bliet li jiddependu minn.” Letteralment, “il-​bniet taʼ.”

Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’vers 15 ukoll.

Letteralment, “jifdi lil ruħi.”

Letteralment, “borra.”

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Espressjoni Ebrajka. X’aktarx terminu mużikali, forsi wieħed taʼ natura teknika. Xi wħud jaħsbu li jirreferi għal melodija b’ton melankoniku taʼ dwejjaq.

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “mit-​talba bil-​ħerqa.”

Bl-Ebrajk, “Xeol.”

“Hu” milli jidher jirreferi għal dak li kien il-​ħabib tas-​Salmista u li ssemma f’versi 12-14.

Ara Sa 16:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Ara Sa 16:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Ara Sa 16:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Ara Sa 16:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Ara Sa 16:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Ara Sa 39:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Fi żmien is-​Sultan David, l-​Israelin kellhom tliet għases tal-​lejl. L-​ewwel waħda kienet mis-​6 p.m. sa l-​10 p.m., it-​tieni, mill-​10 p.m. sas-​2 a.m., u t-​tielet, mis-​2 a.m. sas-​6 a.m.

Qabbel Eżo 15:2, in-​nota taʼ taħt.

Jiġifieri, l-​Ewfrat.

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “tinda tal-​qima.”

Possibbilment “kukkudrill” jew “mostru tal-​baħar.”

Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “b’għonq.”

Ara Sa 39:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.

Qabbel Eżo 34:14, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “tinda tal-​qima.”

Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Jiġifieri, l-​Ewfrat.

Ara Sa 8:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “bix-​xaħam tal-​qamħ.”

Hawnhekk jirreferi għall-​Mowabin u l-​Għammonin f’versi 6 u 7.

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.

Ara Sa 8:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Ara t-​2Sa 5:23, in-​nota taʼ taħt.

Bl-Ebrajk, “Xeol.”

X’aktarx li qed jirreferi għall-​Eġittu.

Jew, “żeffiena li jiżfnu dawra tond.”

Ara Sa 53:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Bl-Ebrajk, “Xeol.”

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

X’aktarx li qed jirreferi għall-​Eġittu jew għall-​Fargħun tiegħu.

Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.

Bl-Ebrajk, “Xeol.”

Letteralment, “minn żmien indefinit għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Milli jidher, kull għassa kienet tkopri terz tal-​ħin bejn inżul u tlugħ ix-​xemx, jew xi erbaʼ sigħat il-​waħda, skond iż-​żmien tas-​sena.

Jew, “Il-​verità.”

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.

Tip taʼ strument tal-​korda.

Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “Ħossu wġigħ kbir.”

Jew, “il-​bliet li jiddependu minn.”

Letteralment, “għal żmien indefinit, jew għal dejjem.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.

Possibbilment “kukkudrill” jew “mostru tal-​baħar.”

Jew, “Ħallelujah.” Qabbel Eżo 15:2, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “f’ruħhom.”

Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.

Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “ħoss uġigħ kbir.”

Bl-Ebrajk, “Xeol.”

Letteralment, “Rattabtlek wiċċek.”

Letteralment, “Ruħi fil-​pala taʼ idi.”

Ara Sa 63:6, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “minn fuq ruħna.”

Letteralment, “minn frott żaqqek.”

Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.

Bl-Ebrajk, “Xeol.”

Letteralment, “tal-​lifgħa bil-​qrun.”

Bl-Ebrajk, “Xeol.”

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “għat-​talba bil-​ħerqa.”

Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “bix-​xaħam tal-​qamħ.”

Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “iż-​żfin dawra tond.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja