Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 11 t’April
15 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Uża s-suġġeriment f’paġna 8 biex turi kif tippreżenta t-Torri taʼ l-Għassa tal-15 t’April flimkien maʼ ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! waqt għoti taʼ xiehda fit-toroq.
15 min: “Ippersisti fl-Ippridkar.”a Skond kemm jippermetti l-ħin, stieden lill-udjenza biex tikkummenta fuq l-iskritturi ċitati.
15 min: “Agħmel il-Ġid u Aqsam m’Oħrajn.”b Applika l-materjal għal-lokal, u semmi modi prattiċi kif nistgħu nassistu lil oħrajn.
Għanja 47 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 18 t’April
10 min: Avviżi lokali.
20 min: “Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—It-Tmien Parti.”c Inkludi turija qasira fejn pubblikatur joffri l-browxer Ix-Xhieda taʼ Jehovah—Min Huma? X’Jemmnu? Il-pubblikatur jiġbed l-attenzjoni lejn l-istampa f’paġna 20 tal-browxer u jispjega fil-qosor il-Laqgħa Pubblika. Hu jsemmi t-titlu tat-taħdita pubblika li jmiss u jistieden lill-istudent biex jattendi.
15 min: Esperjenzi lokali. Stieden lill-membri tal-kongregazzjoni biex jirrakkontaw esperjenzi li gawdew matul l-attività miżjuda f’Marzu u April kif ukoll dawk li għandhom x’jaqsmu maʼ l-osservanza tat-Tifkira u t-taħdita speċjali.
Għanja 169 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 25 t’April
15 min: Avviżi lokali. Aqra rrapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjament għad-donazzjonijiet. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu rrapport tas-servizz għal April. Uża s-suġġeriment f’paġna 8 u ħejji turija dwar kif għandu jiġi preżentat It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Mejju flimkien maʼ ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! Uri kif tittratta maʼ wieħed li jwaqqaf konversazzjoni billi jgħid “M’iniex interessat.” (Ara l-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja, pġi. 8, 9.) Semmi artikli li n-nies fit-territorju jistgħu jkunu interessati fihom l-iktar.
15 min: “Ittra Mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna.”d
15 min: “Appoġġa ż-Żjara taʼ l-Indokratur tas-Circuit Tiegħek.”e Meta tiddiskuti paragrafu 2, intervista lill-indokratur li jippresiedi dwar il-preparazzjoni meħtieġa għaż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit. Enfasizza kif il-kongregazzjoni tistaʼ tgħin biex tagħmel iż-żjara waħda taʼ suċċess. Irranġa għal żewġ jew tliet kummenti mingħand pijunieri u pubblikaturi fuq kif ibbenefikaw miż-żjajjar taʼ qabel. Oħloq entużjażmu għaż-żjara li jmiss taʼ l-indokratur tas-circuit.
Għanja 8 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 2 taʼ Mejju
15 min: Avviżi lokali. Irrivedi fil-qosor l-artiklu “Nistudjaw il-Browxer Ibqaʼ Għassa!” f’paġna 6. Semmi li dan il-materjal jispjega l-iskeda biex nikkunsidraw il-browxer. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jipprepara sew u jipparteċipa kull ġimgħa fl-istudju, mill-ġimgħa li tibda 23 taʼ Mejju.
10 min: Programm Ġdid tal-Jum t’Assemblea Speċjali. Taħdita bbażata fuq l-artiklu “Programm Ġdid tal-Jum t’Assemblea Speċjali” li deher fl-edizzjoni tal-Ministeru tas-Saltna t’Awissu, 2004, paġna 6. Ibni antiċipazzjoni għall-programm u iġbed l-attenzjoni għall-mistoqsijiet taʼ reviżjoni. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jieħu n-noti għar-reviżjoni li se ssir ftit ġimgħat wara l-assemblea.
20 min: “Bnedmin taʼ Kull Xorta Se Jiġu Salvati.”f Applika l-materjal b’mod prattiku għat-territorju lokali.
Għanja 112 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
e Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
f Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.