Ġwanni
11 Issa kien hemm wieħed marid, Lazzru minn Betanja, mir-raħal taʼ Marija u oħtha Marta.+ 2 Fil-fatt, Marija kienet l-istess waħda li dilket lill-Mulej b’żejt ifuħ+ u xxottatlu saqajh b’xagħarha,+ u l-marid kien ħuha Lazzru. 3 Għalhekk, ħutu n-nisa bagħtu jgħidulu: “Mulej, ara! Il-ħabib għażiż tiegħek+ marid.” 4 Imma, meta Ġesù semaʼ dan, qal: “Din mhix marda li twassal għall-mewt, imma hi għall-glorja t’Alla,+ sabiex permezz tagħha l-Iben t’Alla jiġi glorifikat.”
5 Issa Ġesù kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha u lil Lazzru. 6 Madankollu, meta semaʼ li kien marid, baqaʼ jumejn oħra fil-post fejn kien. 7 Imbagħad wara dan qal lid-dixxipli: “Ejjew nerġgħu mmorru l-Lhudija.” 8 Qalulu d-dixxipli: “Rabbi,+ il-Lhud għadhom kif kienu qed jipprovaw iħaġġruk,+ u se terġaʼ tmur hemmhekk?” 9 Wieġeb Ġesù: “Il-jum fih tnax-il siegħa dawl, hux hekk? Jekk xi ħadd jimxi fid-dawl tal-jum+ ma jaħbat maʼ xejn, għax jara d-dawl taʼ din id-dinja. 10 Imma jekk xi ħadd jimxi bil-lejl,+ jaħbat maʼ xi ħaġa, għax id-dawl mhux fih.”
11 Wara li qal dan, qalilhom: “Il-ħabib tagħna Lazzru mar jistrieħ, imma jien se mmur inqajmu mill-irqad.”+ 12 Għalhekk, id-dixxipli qalulu: “Mulej, jekk mar jistrieħ, jgħaddilu.” 13 Issa Ġesù kien tkellem dwar il-mewt tiegħu. Imma huma immaġinaw li kien qed jitkellem dwar il-mistrieħ fl-irqad. 14 Għalhekk, dak il-ħin Ġesù qalilhom bla tlaqliq: “Lazzru miet,+ 15 u nifraħ minħabba fikom li ma kontx hemmhekk, sabiex b’hekk temmnu. Imma ejjew immorru ħdejh.” 16 Għalhekk, Tumas, li kienu jgħidulu t-Tewmi, qal lid-dixxipli sħabu: “Ejjew immorru aħna wkoll, biex immutu miegħu.”+
17 Għaldaqstant, meta wasal, Ġesù sab li diġà kien ilu erbat ijiem fil-qabar tat-tifkira.+ 18 Issa Betanja kienet ħdejn Ġerusalemm, xi tliet kilometri* ’l bogħod. 19 U ħafna mil-Lhud kienu ġew għand Marta u Marija sabiex ifarrġuhom+ minħabba ħuhom. 20 Meta semgħet li kien ġej Ġesù, Marta ħarġet tiltaqaʼ miegħu; imma Marija+ baqgħet bil-qiegħda d-dar. 21 U Marta qalet lil Ġesù: “Mulej, kieku kont hawnhekk ħija ma kienx imut.+ 22 Imma xorta naf li anki issa kulma titlob lil Alla,+ Alla jagħtihulek.” 23 Qalilha Ġesù: “Ħuk iqum.”+ 24 Qaltlu Marta: “Naf li jqum fl-irxoxt+ fl-aħħar jum.” 25 Qalilha Ġesù: “Jien l-irxoxt u l-ħajja.+ Min jeżerċita l-fidi fija, avolja jmut, se jieħu l-ħajja;+ 26 u kulmin qed jgħix u jeżerċita l-fidi fija ma jmut qatt.+ Temmnu dan?” 27 Qaltlu: “Iva, Mulej; jien nemmen li int il-Kristu, l-Iben t’Alla, Dak li ġie fid-dinja.”+ 28 U meta qalet dan, telqet issejjaħ lil oħtha Marija, u qaltilha bil-moħbi: “L-Għalliem+ qiegħed preżenti hawnhekk u qed isejjaħlek.” 29 Meta semgħet dan, din qamet tiġri u marret ħdejh.
30 Ġesù kien għadu ma daħalx fir-raħal, imma kien għadu fil-post fejn iltaqgħet miegħu Marta. 31 Għalhekk, il-Lhud li kienu d-dar+ maʼ Marija u li kienu qed ifarrġuha, malli rawha tqum tiġri u toħroġ barra, marru warajha għax ħasbu li kienet sejra ħdejn il-qabar tat-tifkira+ biex tibki hemmhekk. 32 U x’ħin Marija waslet fejn kien Ġesù u lemħitu, inxteħtet f’riġlejh u qaltlu: “Mulej, kieku kont hawnhekk ħija ma kienx imut.”+ 33 Meta rahom jibku, lilha u lil-Lhud li ġew magħha, Ġesù karab fl-ispirtu tiegħu u tnikket;+ 34 u qal: “Fejn qegħedtuh?” Qalulu: “Mulej, ejja u ara.” 35 Ġesù qabiżlu d-dmugħ.+ 36 Għalhekk, il-Lhud bdew jgħidu: “Ara, x’affezzjoni kellu lejh!”+ 37 Imma xi wħud minnhom qalu: “Ma kellux il-ħila dan ir-raġel li fetaħ għajnejn+ l-agħma ma jħallix lil dan imut?”
38 Għaldaqstant, wara li reġaʼ tniehed fih innifsu, Ġesù ġie ħdejn il-qabar tat-tifkira.+ Fil-fatt, dan kien għar, u kien magħluq b’ġebla.+ 39 Ġesù qal: “Neħħu l-ġebla.”+ Marta, oħt il-mejjet, qaltlu: “Mulej, s’issa żgur niten għax ilu erbat ijiem.” 40 Qalilha Ġesù: “M’għedtlekx li jekk temmen tara l-glorja t’Alla?”+ 41 Għalhekk, neħħew il-ġebla. Issa Ġesù refaʼ għajnejh lejn is-sema+ u qal: “Missier, nirringrazzjak li smajtni.+ 42 Veru, kont naf li dejjem tismagħni; imma għedt dan minħabba l-folla+ li qiegħda madwari, sabiex jemmnu li int bgħattni.”+ 43 U wara li qal dan, għajjat b’leħen qawwi: “Lazzru, oħroġ!”+ 44 Dak li qabel kien mejjet ħareġ b’saqajh u b’idejh infaxxati,+ u wiċċu kien mgħotti b’ċarruta. Qalilhom Ġesù: “Ħolluh u ħalluh imur.”
45 Imbagħad, ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija u li raw x’kien għamel, poġġew il-fidi fih;+ 46 imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù.+ 47 Għaldaqstant, il-qassisin ewlenin u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju+ u bdew jgħidu: “X’se nagħmlu, għax dan ir-raġel qed iwettaq ħafna sinjali?+ 48 Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd ipoġġi l-fidi fih,+ u jiġu r-Rumani+ u jiħdulna postna+ u ġensna.” 49 Imma Kajfa, wieħed minnhom, li dik is-sena kien il-qassis il-kbir,+ qalilhom: “Intom ma tafu xejn, 50 u m’intomx tirraġunaw li hu għall-ġid tagħkom li raġel wieħed imut+ għan-nom tan-nies u ma jinqeridx il-ġens kollu kemm hu.”+ 51 Iżda dan ma qalux minnu nnifsu; imma billi dik is-sena kien il-qassis il-kbir, ipprofetizza li Ġesù kellu jmut għall-ġens, 52 u mhux għall-ġens biss, imma sabiex jiġbor ukoll f’unità+ lil ulied Alla li huma mxerrdin.+ 53 Għalhekk, minn dakinhar ’l hemm ftiehmu bejniethom biex joqtluh.+
54 B’hekk, Ġesù ma baqax idur bid-dieher+ fost il-Lhud,+ imma telaq minn hemmhekk lejn reġjun ħdejn ix-xagħri, f’belt jisimha Efrajm,+ u baqaʼ hemmhekk mad-dixxipli. 55 Issa kien qorob il-Qbiż+ tal-Lhud, u ħafna nies telgħu mill-kampanja lejn Ġerusalemm sabiex jitnaddfu b’mod ċerimonjali+ qabel il-Qbiż. 56 Għalhekk, bdew ifittxu lil Ġesù u, waqt li kienu fit-tempju, bdew jgħidu lil xulxin: “X’taħsbu? Mhux ġej għall-festa?” 57 Issa l-qassisin ewlenin u l-Fariżej kienu taw ordnijiet li jekk xi ħadd isir jaf fejn kien, għandu jgħarrafhom b’dan sabiex jaħtfuh taħt idejhom.