L-Ewwel tal-Kronaki*
5 Ulied Ġafet kienu Gomer, Magog,+ Madaj,+ Ġawan,+ Tubal, Mesek,+ u Tiras.+
6 U wlied Gomer kienu Askenaż,+ Rifat,+ u Togarma.+
7 U wlied Ġawan kienu Elisa,+ Tarsis,+ Kittim,+ u Rodanim.*+
8 Ulied Ħam kienu Kus,+ Misrajm,+ Put,+ u Kangħan.+
9 U wlied Kus kienu Seba,+ Ħawila, Sabta,+ Ragħma,+ u Sabteka.+
U wlied Ragħma kienu Xeba u Dedan.+
10 U Kus nissel lil Nimrod.+ Kien hu l-ewwel wieħed li sar setgħan fuq l-art.+
11 U Misrajm nissel lil Ludim,+ Għanamim, Leħabim, Naftuħim,+ 12 Patrusim,+ Kasluħim+ (li minnu ħarġu l-Filistin),+ u Kaftorim.+
13 U Kangħan nissel lil Sidon,+ l-ewwel imwieled tiegħu, u lil Ħet,+ 14 lill-Ġebusin,+ lill-Amurrin,+ lill-Girgasin,+ 15 lill-Ħiwwin,+ lill-Għarkin, lis-Sinin,+ 16 lill-Arwadin,+ lis-Semarin,+ u lill-Ħamatin.+
18 U Arfaksad nissel lil Selaħ,+ u Selaħ nissel lil Għeber.+
19 U lil Għeber twildulu żewġ subien. Wieħed kien jismu Peleg,*+ għaliex fi żmienu l-art ġiet maqsuma; u ħuh kien jismu Ġoktan.
20 U Ġoktan nissel lil Almodad, Selef, Ħasarmawet, Ġeraħ,+ 21 Ħadoram, Użal, Dikla,+ 22 Għobal, Abimagħel, Xeba,+ 23 Ofir,+ Ħawila,+ u Ġobab;+ dawn kollha kienu wlied Ġoktan.
28 Ulied Abraham kienu Iżakk+ u Ismagħel.+
29 Din hi l-oriġini tal-familja tagħhom: Nebajot,+ l-ewwel imwieled taʼ Ismagħel, u Kedar,+ Adbel, Mibsam,+ 30 Misma, Duma,+ Massa, Ħadad,+ Tema, 31 Ġetur, Nafis, u Kedema.+ Dawn kienu wlied Ismagħel.
32 U Ketura,+ il-konkubina t’Abraham,+ wildet lil Żimran, Ġoksan, Medan,+ Midjan,+ Isbak,+ u Suwaħ.+
U wlied Ġoksan kienu Xeba u Dedan.+
33 U wlied Midjan kienu Għefa,+ Għefer, Ħanok, Abida, u Eldgħa.+
Dawn kollha kienu wlied Ketura.
34 U Abraham nissel lil Iżakk.+ Ulied Iżakk kienu Għesaw+ u Israel.+
35 Ulied Għesaw kienu Elifaż, Regħwel,+ Ġegħus, Ġagħlam, u Koraħ.+
36 Ulied Elifaż kienu Teman,+ Omar, Sefu, Gatam, Kenaż,+ Timna,+ u Għamalek.+
37 Ulied Regħwel kienu Naħat, Żeraħ, Sammah, u Miżża.+
38 U wlied Segħir+ kienu Lotan, Sobal, Sibgħon, Għana,+ Dison, Għeżer, u Disan.+
39 U wlied Lotan kienu Ħori u Ħomam.* U oħt Lotan kienet Timna.+
40 Ulied Sobal kienu Għalwan, Manaħat, Għebal, Sefo, u Onam.+
U wlied Sibgħon kienu Ajja u Għana.+
U wlied Dison kienu Ħemdan, Esban, Itran, u Keran.+
42 Ulied Għeżer+ kienu Bilħan, Żagħwan, u Għaqan.+
Ulied Disan kienu Uż u Aran.+
43 U dawn huma s-slaten li saltnu fl-art t’Edom+ qabel ma kien hemm sultan+ isaltan fuq ulied Israel: Bela, bin Begħor, li l-belt tiegħu kien jisimha Dinħaba.+ 44 Imbagħad Bela miet, u Ġobab, bin Żeraħ+ minn Bosra,+ beda jsaltan minfloku. 45 Imbagħad Ġobab miet, u Ħusam+ minn art it-Temanin+ beda jsaltan minfloku. 46 Imbagħad Ħusam miet, u Ħadad,+ bin Bedad, li għeleb lil Midjan+ fit-territorju taʼ Mowab, beda jsaltan minfloku. U l-belt tiegħu kien jisimha Għawit.+ 47 Imbagħad Ħadad miet, u Samla minn Masreka+ beda jsaltan minfloku. 48 Imbagħad Samla miet, u Sagħul minn Reħobot,+ ħdejn ix-Xmara, beda jsaltan minfloku. 49 Imbagħad Sagħul miet, u Bagħal-ħanan, bin Għakbor,+ beda jsaltan minfloku. 50 Imbagħad Bagħal-ħanan miet, u Ħadad beda jsaltan minfloku; u l-belt tiegħu kien jisimha Pagħu, u martu kien jisimha Meħetabel, bint Matred, bint Meżaħab.+ 51 Imbagħad Ħadad miet.
U x-xejikki t’Edom kienu x-xejikk Timna, ix-xejikk Għalwa, ix-xejikk Ġetet,+ 52 ix-xejikk Oħolibama, ix-xejikk Elah, ix-xejikk Pinon,+ 53 ix-xejikk Kenaż, ix-xejikk Teman, ix-xejikk Mibsar,+ 54 ix-xejikk Magdijel, u x-xejikk Iram.+ Dawn kienu x-xejikki+ t’Edom.
2 Dawn kienu wlied Israel:+ Ruben,+ Simegħon,+ Levi+ u Ġuda,+ Issakar+ u Żebulun,+ 2 Dan,+ Ġużeppi+ u Benjamin,+ Naftali,+ Gad+ u Aser.+
3 Ulied Ġuda kienu Għer,+ Onan,+ u Selaħ.+ Dawn it-tlieta twildulu mill-mara Kangħanija, bint Sugħa. U Għer, l-ewwel imwieled taʼ Ġuda, kien ħażin f’għajnejn Ġeħova, u għalhekk qatlu.+ 4 U Tamar,+ mart ibnu, kienet li wilditlu lil Pereż+ u lil Żeraħ. L-ulied kollha taʼ Ġuda kienu ħamsa.
5 Ulied Pereż kienu Ħesron u Ħamul.+
6 U wlied Żeraħ+ kienu Żimri, Etan, Ħeman, Kalkol, u Dara.+ B’kollox kienu ħamsa.
7 U wlied Karmi:+ Għakar,* dak li ġiegħel lil Israel jiġi mwarrab+ u li wettaq att taʼ infedeltà dwar il-ħaġa dedikata għall-qerda.*+
9 U wlied Ħesron+ li twildulu kienu Ġeraħmel,+ Ram,+ u Kelubaj.*
10 U Ram nissel lil Għamminadab.+ Għamminadab, imbagħad, nissel lil Naħson,+ il-kap ewlieni taʼ wlied Ġuda. 11 Naħson, imbagħad, nissel lil Salma.+ Salma, imbagħad, nissel lil Bogħaż.+ 12 Bogħaż, imbagħad, nissel lil Għobed.+ Għobed, imbagħad, nissel lil Ġesse.+ 13 Ġesse, imbagħad, nissel lil Eljab,+ l-ewwel imwieled tiegħu, u lil Abinadab+ it-tieni, u lil Simegħa+ t-tielet, 14 lil Netanel ir-rabaʼ, lil Raddaj il-ħames, 15 lil Osem is-sitta, lil David+ is-sebaʼ. 16 U ħuthom il-bniet kienu Seruja u Abigajl;+ u wlied Seruja kienu Abisaj,+ Ġowab,+ u Għasael,+ tlieta. 17 U Abigajl wildet lil Għamasa;+ u missier Għamasa kien Ġeter,+ l-Ismagħeli.
18 U Kaleb, bin Ħesron,+ nissel ulied minn martu Għażuba u minn Ġerigħot; u dawn kienu wliedha: Ġeser, Sobab, u Ardon. 19 Maż-żmien, Għażuba mietet. Għalhekk, Kaleb ħa lil Efrata,+ li wilditlu lil Ħur.+ 20 Ħur, imbagħad, nissel lil Uri.+ Uri, imbagħad, nissel lil Besalel.+
21 U wara dan, Ħesron kellu x’jaqsam maʼ bint Makir,+ missier Gilegħad.+ U hu ħadha meta kellu sittin sena, u hi wilditlu lil Segub. 22 Segub, imbagħad, nissel lil Ġajir,+ li kellu tlieta u għoxrin belt+ fl-art taʼ Gilegħad. 23 (Iktar tard il-Gesur+ u s-Sirja+ ħadu lil Ħawwot-ġajir+ mingħandhom, b’Kenat+ u l-bliet li jiddependu minnha, sittin belt.) Dawn kollha kienu wlied Makir, missier Gilegħad.
24 U wara l-mewt taʼ Ħesron+ f’Kaleb-efrata, Abija, li kienet mart Ħesron, imbagħad wilditlu lil Asħur, missier Tekogħa.+
25 U wlied Ġeraħmel,+ l-ewwel imwieled taʼ Ħesron, kienu Ram,+ l-ewwel imwieled, Buna, Oren, Osem, u Aħija. 26 U Ġeraħmel iżżewweġ mara oħra, li kien jisimha Għatara. Din kienet omm Onam. 27 U wlied Ram,+ l-ewwel imwieled taʼ Ġeraħmel, kienu Magħas, Ġamin, u Għeker. 28 U wlied Onam+ kienu Sammaj u Ġada. U wlied Sammaj kienu Nadab u Abisur. 29 U mart Abisur kien jisimha Abiħajl, li maż-żmien wildet lil Aħban u lil Molid. 30 U wlied Nadab+ kienu Seled u Affajm. Imma Seled miet bla tfal. 31 U wlied Affajm: Isgħi. U wlied Isgħi: Sesan;+ u wlied Sesan: Aħlaj. 32 U wlied Ġada, ħu Sammaj, kienu Ġeter u Ġonatan. Imma Ġeter miet bla tfal. 33 U wlied Ġonatan kienu Pelet u Żaża. Dawn kienu wlied Ġeraħmel.
34 U Sesan+ ma kellux ulied subien, imma bniet. Issa Sesan kellu qaddej Eġizzjan+ li kien jismu Ġarħa. 35 Għalhekk, Sesan lil Ġarħa, il-qaddej tiegħu, tah lil bintu b’martu, li maż-żmien wilditlu lil Għattaj. 36 Għattaj, imbagħad, nissel lil Natan. Natan, imbagħad, nissel lil Żabad.+ 37 Żabad, imbagħad, nissel lil Eflal. Eflal, imbagħad, nissel lil Għobed. 38 Għobed, imbagħad, nissel lil Ġeħu. Ġeħu, imbagħad, nissel lil Għażarija. 39 Għażarija, imbagħad, nissel lil Ħeleż. Ħeleż, imbagħad, nissel lil Elegħasa. 40 Elegħasa, imbagħad, nissel lil Sismaj. Sismaj, imbagħad, nissel lil Sallum. 41 Sallum, imbagħad, nissel lil Ġekamija. Ġekamija, imbagħad, nissel lil Elisama.
42 U wlied Kaleb,+ ħu Ġeraħmel, kienu Mesa, l-ewwel imwieled tiegħu, li kien missier Żif, u wlied Maresah, missier Ħebron. 43 U wlied Ħebron kienu Koraħ, Taffugħa, Rekem, u Sema. 44 Sema, imbagħad, nissel lil Raħam, missier Ġorkegħam. Rekem, imbagħad, nissel lil Sammaj. 45 U bin Sammaj kien Magħon; u Magħon kien missier Bet-sur.+ 46 U Għefa, il-konkubina taʼ Kaleb, wildet lil Ħaran, Mosa, u Gażeż. U Ħaran nissel lil Gażeż. 47 U wlied Ġaħdaj kienu Regem, Ġotam, Gesan, Pelet, Għefa, u Sagħaf. 48 U Magħka, il-konkubina taʼ Kaleb, wildet lil Seber u lil Tirħana. 49 Maż-żmien, hi wildet lil Sagħaf, missier Madmanna,+ lil Sewa, missier Makbena, u lil missier Gibegħa.+ U bint Kaleb+ kienet Għaksa.+ 50 Dawn kienu wlied Kaleb.
Ulied Ħur,+ l-ewwel imwieled t’Efrata:+ Sobal,+ missier Kirjat-ġegħarim,+ 51 Salma, missier Betlehem,+ u Ħaref, missier Bet-gader. 52 U Sobal,+ missier Kirjat-ġegħarim, kellu l-ulied: Ħarogħe u nofs il-Menuħotin. 53 U l-familji taʼ Kirjat-ġegħarim kienu l-Itrin,+ il-Putin, is-Sumatin, u l-Misragħin. Minn dawn ħarġu s-Sorgħatin+ u l-Estagħolin.+ 54 Ulied Salma kienu Betlehem+ u n-Netofatin,+ Għatrot-bet-ġowab u nofs il-Manaħatin, u s-Sorgħin. 55 U l-familji taʼ l-iskribi li kienu jgħammru f’Ġabes+ kienu t-Tirgħatin, is-Simegħatin, u s-Sukatin. Dawn kienu l-Kenin+ li ġew minn Ħammat, missier id-dar taʼ Rekab.+
3 U dawn kienu wlied David+ li twildulu f’Ħebron:+ l-ewwel imwieled, Amnon,+ minn Aħinogħam,+ il-Ġeżragħelija,+ it-tieni, Danjel, minn Abigajl,+ il-Karmelija,+ 2 it-tielet, Absalom,+ bin Magħka,+ bint Talmaj,+ is-sultan tal-Gesur,+ ir-rabaʼ, Adonija,+ bin Ħaggit,+ 3 il-ħames, Sefatija, minn Abital,+ is-sitta, Itregħam, minn martu Għegla.+ 4 Twildulu sitta f’Ħebron; u baqaʼ jsaltan hemmhekk sebaʼ snin u sitt xhur, u dam isaltan tlieta u tletin sena f’Ġerusalemm.+
5 U f’Ġerusalemm+ twildulu dawn: Simegħa,+ Sobab,+ Natan,+ u Salamun,+ erbgħa minn Bat-seba,+ bint Għammijel,+ 6 u Ibħar,+ Elisama,*+ Elifelet,+ 7 Noga, Nefeg, Ġafigħa,+ 8 Elisama,+ Eljada, u Elifelet,+ disgħa, 9 l-ulied kollha taʼ David minbarra wlied il-konkubini, u Tamar+ oħthom.
10 U bin Salamun kien Reħobogħam;+ u ibnu kien Abija;+ u ibnu kien Asa;+ u ibnu kien Ġeħosafat;+ 11 u ibnu kien Ġeħoram;+ u ibnu kien Aħażija;+ u ibnu kien Ġeħogħas;+ 12 u ibnu kien Amażija;+ u ibnu kien Għażarija;+ u ibnu kien Ġotam;+ 13 u ibnu kien Aħaż;+ u ibnu kien Ħeżekija;+ u ibnu kien Manasse;+ 14 u ibnu kien Amon;+ u ibnu kien Ġosija.+ 15 U wlied Ġosija kienu l-ewwel imwieled, Ġoħanan, it-tieni, Ġeħojakim,+ it-tielet, Sedekija,+ ir-rabaʼ, Sallum. 16 U wlied Ġeħojakim: ibnu Ġekonija;+ u ibnu kien Sedekija. 17 U wlied Ġekonija bħala priġunier kienu ibnu Saltijel;+ 18 Malkiram, Pedaja, Senassar, Ġekamija, Ħosama, u Nedabija. 19 U wlied Pedaja kienu Żerubbabel+ u Simgħi; u wlied Żerubbabel kienu Mesullam u Ħananija (u Selomit kienet oħthom); 20 u Ħasuba, Oħel, Berekija, Ħasadija, u Ġusab-ħesed, ħamsa. 21 U wlied Ħananija kienu Pelatija+ u Ġesagħija, ulied Ġesagħija: Refaja, ulied Refaja: Arnan, ulied Arnan: Għobadija, u wlied Għobadija: Sekanija; 22 u wlied Sekanija: Semajja; u wlied Semajja, Ħattus, Igal, Barija, Negħarija, u Safat, sitta b’kollox. 23 U wlied Negħarija kienu Eljogħenaj, Ħiżkija, u Għażrikam, tlieta. 24 U wlied Eljogħenaj kienu Ħodawija, Eljasib, Pelaja, Għakkub, Ġoħanan, Delaja, u Għanani, sebgħa.
4 Ulied Ġuda kienu Pereż,+ Ħesron,+ Karmi,+ Ħur,+ u Sobal.+ 2 U Regħaja,+ bin Sobal, nissel lil Ġaħat; Ġaħat, imbagħad, nissel lil Aħumaj u lil Laħad. Dawn kienu l-familji tas-Sorgħatin.+ 3 U dawn kienu wlied il-fundatur* t’Għetam:+ Ġeżragħel,+ Isma, Idbas, (u oħthom kien jisimha Ħasselelponi,) 4 Penwel, missier Gedor,+ u Għeżer, missier Ħusa. Dawn kienu wlied Ħur,+ l-ewwel imwieled t’Efrata, u Ħur kien missier Betlehem.+ 5 U Asħur,+ missier Tekogħa,+ kellu żewġ nisa, Ħela u Nagħra. 6 Maż-żmien, Nagħra wilditlu lil Aħużżam, Ħefer, Temeni, u Ħaħastari. Dawn kienu wlied Nagħra. 7 U wlied Ħela kienu Seret, Isħar, u Etnan. 8 U Kos nissel lil Għanub u lil Sobeba u lill-familji t’Aħarħel, bin Ħarum.
9 U Ġabes*+ kien onorat+ iktar minn ħutu; u kienet ommu li semmietu Ġabes, għax qalet: “Ulidtu fl-uġigħ.”+ 10 U Ġabes beda jsejjaħ lill-Alla+ taʼ Israel u jgħidlu: “Jekk int żgur li tberikni+ u tkabbarli t-territorju tiegħi+ u idek+ tassew turi li tkun miegħi, u tħarisni mill-gwaj,+ sabiex ma jagħmillix ħsara,+—” Għaldaqstant, Alla tah dak li kien talab.+
11 U Kelub, ħu Suħa, nissel lil Meħir, li kien missier Eston. 12 Eston, imbagħad, nissel lil Bet-rafa, Pasegħa, u Teħinna, missier Ir-naħas. Dawn kienu l-irġiel taʼ Reka. 13 U wlied Kenaż+ kienu Għotnijel+ u Seraja, u wlied Għotnijel: Ħatat. 14 U Megħonotaj nissel lil Għofra. U Seraja nissel lil Ġowab, missier Ge-ħarasim;* għax kienu nies tas-sengħa.+
15 U wlied Kaleb,+ bin Ġefunne,+ kienu Iru, Elah, u Nagħam; u wlied Elah: Kenaż. 16 U wlied Ġeħallelel kienu Żif, Żifa, Tirja, u Asarel. 17 U wlied Għeżra kienu Ġeter, Mered, Għefer, u Ġalon; u martu wildet lil Mirjam, Sammaj, u Isba, missier Estemogħa.+ 18 U martu l-Lhudija wildet lil Ġered, missier Gedor, lil Ħeber, missier Soko, u lil Ġekutijel, missier Żanogħa. U dawn kienu wlied Bitja, bint il-Fargħun, li żżewweġ Mered.
19 U wlied il-mara taʼ Ħodija, oħt Naħam, kienu missier Kejla+ l-Garmi u Estemogħa l-Magħkati. 20 U wlied Simon kienu Amnon, Rinna, Ben-ħanan, u Tilon. U wlied Isgħi kienu Żoħet u Ben-żoħet.
21 Ulied Selaħ,+ bin Ġuda, kienu Għer, missier Leka, Lagħda, missier Maresah, u l-familji taʼ dar il-ħaddiema tad-drapp fin+ taʼ dar Asbegħa; 22 u Ġokim, l-irġiel taʼ Kożeba, Ġowas, u Saraf, li żżewġu nisa Mowabin,+ u Ġasħubi-lehem. U dan it-tagħrif ġej mit-tradizzjoni tal-qedem.+ 23 Dawn kienu l-ħaddiema tal-fuħħar+ u l-abitanti taʼ Netagħim u Gedera. Huma għammru hemmhekk, jaħdmu għas-sultan.+
24 Ulied Simegħon kienu Nemwel,+ Ġamin,+ Ġarib, Żeraħ, Sagħul,+ 25 ibnu Sallum; u ibnu kien Mibsam; u ibnu kien Misma. 26 U wlied Misma: ibnu Ħammwel; u ibnu kien Żakkur; u ibnu kien Simgħi. 27 U Simgħi kellu sittax-il tifel u sitt ibniet; imma ħutu ma kellhomx ħafna wlied, u ħadd mill-familji tagħhom ma kellu wlied daqs Ġuda.+ 28 U baqgħu jgħammru f’Bir-xeba,+ Molada,+ Ħasar-sugħal,+ 29 f’Bilħa,+ f’Għesem,+ f’Tolad,+ 30 f’Betwel,+ f’Ħorma,+ f’Siklag,+ 31 f’Bet-markabot, f’Ħasar-susim,+ f’Bet-biri, u f’Sagħrajm.+ Dawn kienu l-bliet tagħhom sakemm beda jsaltan David.
32 U l-irħula tagħhom kienu Għetam, Għajn, Rimmon, Token, u Għasan,+ ħamest ibliet. 33 U l-irħula kollha tagħhom li kienu madwar dawn il-bliet kienu jaslu saħansitra sa Bagħal.+ Dawn kienu l-postijiet tagħhom fejn jgħammru u r-reġistrazzjonijiet tal-linja ġenealoġika tagħhom. 34 U Mesobab, Ġamlek, Ġosa, bin Amażija, 35 Ġoel, Ġeħu, bin Ġosibija, bin Seraja, bin Għasijel, 36 u Eljogħenaj, Ġagħkoba, Ġesoħaja, Għasaja, Għadijel, Ġesimijel, Benaja, 37 Żiża, bin Sifgħi, bin Allon, bin Ġedaja, bin Simri, bin Semajja. 38 Dawn li ssemmew b’isimhom kienu l-kapijiet ewlenin fost il-familji tagħhom,+ u n-nies tad-dar taʼ missirijiethom żdiedu bil-kotra. 39 U marru lejn id-daħla taʼ Gedor, dritt lejn il-lvant tal-wied, biex ifittxu mergħa għall-imrieħel tagħhom. 40 U sabu mergħa bnina u tajba,+ u l-art kienet wiesgħa mhux ħażin u ma kellha ebda tfixkil+ imma kienet fil-kwiet; għax dawk li kienu jgħammru hemmhekk qabel kienu dixxendenti taʼ Ħam.+ 41 U dawn li kienu miktubin b’isimhom ġew fi żmien Ħeżekija,+ is-sultan taʼ Ġuda, u ħarbtu+ t-tined tal-Ħamin u tal-Megħunin li kienu jinsabu hemmhekk, u b’hekk qerduhom,*+ kif għadhom sa dan il-jum; u bdew jgħammru minflokhom, għaliex hemmhekk kien hemm mergħa+ għall-imrieħel tagħhom.
42 U minnhom kien hemm xi wħud minn ulied Simegħon li marru lejn il-Muntanja Segħir,+ ħames mitt raġel, u kellhom bħala l-kapijiet tagħhom lil Pelatija, Negħarija, Refaja, u Użżijel, ulied Isgħi. 43 U ħarbtu lill-fdal li kien ħarab minn Għamalek,+ u baqgħu jgħammru hemmhekk sa dan il-jum.
5 U wlied Ruben,+ l-ewwel imwieled taʼ Israel—għax hu kien l-ewwel imwieled;+ imma talli kasbar il-friex taʼ missieru,+ id-dritt tiegħu bħala l-ewwel imwieled ngħata lil ulied Ġużeppi,+ bin Israel, u b’hekk ma kellux jiġi reġistrat fil-linja ġenealoġika għad-dritt taʼ l-ewwel imwieled. 2 Għax Ġuda+ kien superjuri fost ħutu, u l-wieħed biex ikun mexxej kien ġej minnu;+ imma d-dritt bħala l-ewwel imwieled kien taʼ Ġużeppi+— 3 ulied Ruben, l-ewwel imwieled taʼ Israel, kienu Ħanok,+ Pallu,+ Ħesron, u Karmi.+ 4 Ulied Ġoel: Semajja, ibnu; Gog, ibnu; Simgħi, ibnu; 5 Mikea, ibnu; Regħaja, ibnu; Bagħal, ibnu; 6 u Birah, ibnu, li Tilgat-pilneser,+ is-sultan taʼ l-Assirja, ħadu fl-eżilju, billi kien kap ewlieni tar-Rubenin. 7 U ħutu skond il-familji tagħhom fir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika,+ skond id-dixxendenti tagħhom, kienu, bħala l-kap, Ġegħijel, u Żakkarija, 8 u Bela—bin Għażaż, bin Sema, bin Ġoel+—kien jgħammar f’Għarogħer+ u saħansitra sa Nebo+ u Bagħal-megħon.+ 9 U għammar lejn il-lvant saħansitra sal-post, qrib ix-xmara Ewfrat,+ li minnu wieħed jidħol fix-xagħri, għax il-bhejjem tagħhom kienu tkattru fl-art taʼ Gilegħad.+ 10 U fi żmien Sawl iggwerraw kontra l-Ħagrin,+ li waqgħu f’idejhom; u għalhekk għammru fit-tined tagħhom fil-pajjiż kollu lejn il-lvant taʼ Gilegħad.
11 U wlied Gad,+ li kienu quddiemhom, għammru fl-art tal-Basan+ saħansitra sa Saleka.+ 12 Ġoel kien il-kap, Safam, it-tieni, u Ġagħnaj u Safat fil-Basan. 13 U ħuthom li kienu minn tad-dar taʼ missirijiethom kienu Mikiel, Mesullam, Xeba, Ġoraj, Ġagħkan, Żigħa, u Għeber, sebgħa. 14 Dawn kienu wlied Abiħajl, bin Ħuri, bin Ġarogħa, bin Gilegħad, bin Mikiel, bin Ġesisaj, bin Ġaħdo, bin Buż; 15 Aħi, bin Għabdijel, bin Guni, kap tad-dar taʼ missirijiethom. 16 U baqgħu jgħammru f’Gilegħad,+ fil-Basan+ u fil-bliet li jiddependu minnu+ u fil-mergħat kollha tas-Saron saħansitra safejn jispiċċaw. 17 Dawn kienu kollha kemm huma reġistrati fil-linja ġenealoġika fi żmien Ġotam,+ is-sultan taʼ Ġuda, u fi żmien Ġerobogħam,*+ is-sultan taʼ Israel.
18 U wlied Ruben u l-Gadin u nofs it-tribù taʼ Manasse; minn dawk li kienu rġiel qalbenin,+ irġiel li jġorru t-tarka u s-sejf u jilwu l-qaws u mħarrġin għall-gwerra, kien hemm erbgħa u erbgħin elf, sebaʼ mija u sittin li ngħaqdu maʼ l-armata.+ 19 U bdew jiggwerraw kontra l-Ħagrin,+ u Ġetur,+ u Nafis,+ u Nodab. 20 U ġew megħjunin kontrihom, u b’hekk il-Ħagrin u dawk kollha li kienu magħhom ngħataw f’idejhom, għax kien lil Alla li huma sejħu għall-għajnuna+ fil-gwerra, u hu semaʼ t-talb bil-ħrara tagħhom għaliex fdaw fih.+ 21 U ħadu l-bhejjem tagħhom,+ l-iġmla tagħhom, ħamsin elf, nagħaġ, mitejn u ħamsin elf, ħmir, elfejn, u nies, mitt elf ruħ.+ 22 Għax kien hemm ħafna li waqgħu mejtin, għaliex il-ġlieda kienet taʼ l-Alla l-veru.+ U baqgħu jgħammru fil-post tagħhom sa żmien l-eżilju.+
23 U wlied nofs it-tribù taʼ Manasse+ għammru fl-art mill-Basan+ sa Bagħal-ħermon,+ u s-Senir,+ u l-Muntanja Ħermon.+ Dawn stess saru kotrana. 24 U dawn kienu l-kapijiet tad-dar taʼ missirijiethom: Għefer, Isgħi, Eligħel, Għażrijel, Ġeremija, Ħodawija, u Ġaħdijel, irġiel li kienu qalbenin, irġiel setgħanin, irġiel taʼ fama, kapijiet tad-dar taʼ missirijiethom. 25 U bdew jaġixxu b’nuqqas taʼ fedeltà lejn l-Alla taʼ missirijiethom u kellhom relazzjoni immorali+ maʼ l-allat+ tan-nies tal-pajjiż, li Alla kien ġab fix-xejn quddiemhom. 26 Għaldaqstant, l-Alla taʼ Israel qanqal l-ispirtu+ taʼ Pul,+ is-sultan taʼ l-Assirja,+ saħansitra l-ispirtu taʼ Tilgat-pilneser,+ is-sultan taʼ l-Assirja, u b’hekk dan ħa fl-eżilju+ lil dawk mir-Rubenin u mill-Gadin u minn nofs it-tribù taʼ Manasse u ġabhom Ħala,+ u Ħabor, u Ħara, u x-xmara Gożan biex jibqgħu hemmhekk sa dan il-jum.
6 Ulied Levi+ kienu Gerson,+ Keħat,+ u Merari.+ 2 U wlied Keħat kienu Għamram,+ Isħar,+ Ħebron,+ u Użżijel.+ 3 U wlied Għamram+ kienu Aron+ u Mosè,+ u kien hemm Mirjam.+ U wlied Aron kienu Nadab,+ Abiħu,+ Elegħażar,+ u Itamar.+ 4 U Elegħażar+ nissel lil Fineħas.+ Fineħas nissel lil Abisugħa.+ 5 Abisugħa, imbagħad, nissel lil Bukki; Bukki, imbagħad, nissel lil Użżi.+ 6 Użżi, imbagħad, nissel lil Żeraħija; Żeraħija, imbagħad, nissel lil Merajot.+ 7 Merajot nissel lil Amarija; Amarija, imbagħad, nissel lil Aħitub.+ 8 Aħitub, imbagħad, nissel lil Sadok;+ Sadok, imbagħad, nissel lil Aħimgħas.+ 9 Aħimgħas, imbagħad, nissel lil Għażarija. Għażarija, imbagħad, nissel lil Ġoħanan. 10 Ġoħanan, imbagħad, nissel lil Għażarija.+ Dan kien il-wieħed li qeda bħala qassis fid-dar li Salamun bena f’Ġerusalemm.
11 U Għażarija nissel lil Amarija.+ Amarija, imbagħad, nissel lil Aħitub.+ 12 Aħitub, imbagħad, nissel lil Sadok.+ Sadok, imbagħad, nissel lil Sallum. 13 Sallum, imbagħad, nissel lil Ħilkija. Ħilkija,+ imbagħad, nissel lil Għażarija. 14 Għażarija, imbagħad, nissel lil Seraja.+ Seraja, imbagħad, nissel lil Ġeħosadak.+ 15 U Ġeħosadak kien dak li mar fl-eżilju meta Ġeħova ħa lil Ġuda u lil Ġerusalemm fl-eżilju permezz taʼ id Nebukadnessar.
16 Ulied Levi+ kienu Gersom,* Keħat, u Merari. 17 U dawn huma l-ismijiet taʼ wlied Gersom: Libni+ u Simgħi.+ 18 U wlied Keħat+ kienu Għamram,+ Isħar, Ħebron, u Użżijel.+ 19 Ulied Merari kienu Maħli u Musi.+
U dawn kienu l-familji tal-Leviti skond missirijiethom:+ 20 Minn Gersom, Libni,+ ibnu; Ġaħat, ibnu; Żimma, ibnu; 21 Ġowaħ,+ ibnu; Iddo, ibnu; Żeraħ, ibnu; Ġegħateraj, ibnu. 22 Ulied Keħat: Għamminadab, ibnu; Koraħ,+ ibnu; Assir, ibnu; 23 Elkana, ibnu; Ebjasaf,+ ibnu; Assir, ibnu; 24 Taħat, ibnu; Urijel, ibnu; Użżija, ibnu; u Sagħul, ibnu. 25 U wlied Elkana+ kienu Għamasaj u Aħimot. 26 Inkwantu għal Elkana, ulied Elkana: Sofaj,+ ibnu; Naħat, ibnu; 27 Eljab,+ ibnu; Ġeroħam, ibnu; u Elkana,+ ibnu. 28 U wlied Samwel+ kienu Ġoel, l-ewwel imwieled, u Abija,+ it-tieni. 29 Ulied Merari: Maħli;+ Libni, ibnu; Simgħi, ibnu; Użżah, ibnu; 30 Simegħa, ibnu; Ħaggija, ibnu; u Għasaja, ibnu.
31 U dawn kienu dawk li David+ tahom pożizzjonijiet biex jidderieġu l-kant fid-dar taʼ Ġeħova wara li l-Arka tqiegħdet hemmhekk.+ 32 U dawn kienu jieħdu ħsieb+ il-kant+ quddiem it-tabernaklu, jiġifieri, it-tinda tal-laqgħa, sakemm Salamun bena d-dar taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm;+ u baqgħu jieħdu ħsieb is-servizz tagħhom skond l-inkarigu tagħhom.+ 33 U kienu dawn, flimkien maʼ wliedhom, li kienu jieħdu ħsieb: Minn ulied il-Keħatin, Ħeman,+ l-għannej, bin Ġoel,+ bin Samwel,+ 34 bin Elkana,+ bin Ġeroħam, bin Eligħel,+ bin Togħa, 35 bin Suf,+ bin Elkana, bin Maħat, bin Għamasaj, 36 bin Elkana, bin Ġoel, bin Għażarija, bin Sofonija, 37 bin Taħat, bin Assir, bin Ebjasaf,+ bin Koraħ,+ 38 bin Isħar,+ bin Keħat, bin Levi, u bin Israel.
39 Inkwantu għal ħuh Asaf,+ li kien jaqdi fuq il-lemin tiegħu, Asaf kien bin Berekija,+ bin Simegħa, 40 bin Mikiel, bin Bagħseja, bin Malkija, 41 bin Etni, bin Żeraħ, bin Għadaja, 42 bin Etan, bin Żimma, bin Simgħi, 43 bin Ġaħat,+ bin Gersom,+ u bin Levi.
44 Rigward ulied Merari,+ ħuthom fuq ix-xellug, kien hemm Etan,+ bin Kisi,+ bin Għabdi, bin Malluk, 45 bin Ħasabija, bin Amażija, bin Ħilkija, 46 bin Amsi, bin Bani, bin Semer, 47 bin Maħli, bin Musi,+ bin Merari,+ u bin Levi.
48 U ħuthom il-Leviti+ kienu dawk li ngħataw għas-servizz+ kollu tat-tabernaklu* tad-dar taʼ l-Alla l-veru. 49 U Aron+ u wliedu kienu qed joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji+ fuq l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq+ u fuq l-artal taʼ l-inċens+ għax-xogħol kollu taʼ l-affarijiet l-iktar imqaddsin u biex jagħmlu tpattija+ għal Israel,+ skond kulma kien ikkmanda Mosè, il-qaddej taʼ l-Alla l-veru. 50 U dawn kienu wlied Aron:+ Elegħażar,+ ibnu; Fineħas,+ ibnu; Abisugħa,+ ibnu; 51 Bukki, ibnu; Użżi, ibnu; Żeraħija,+ ibnu; 52 Merajot,+ ibnu; Amarija, ibnu; Aħitub,+ ibnu; 53 Sadok,+ ibnu; u Aħimgħas,+ ibnu.
54 U dawn kienu l-postijiet fejn jgħammru skond il-kampijiet tagħhom imdawrin bil-ħitan fit-territorju tagħhom,+ għal ulied Aron li kienu tal-familja tal-Keħatin,+ għax lilhom kienet messet ix-xorti. 55 Għaldaqstant tawhom Ħebron+ fl-art taʼ Ġuda, bil-mergħat tagħha dawramejt. 56 U r-rabaʼ tal-belt u l-irħula tagħha+ tawhom lil Kaleb,+ bin Ġefunne.+ 57 U lil ulied Aron tawhom il-bliet tar-refuġju,+ Ħebron,+ Libna+ bil-mergħat tagħha, Ġattir,+ Estemogħa+ bil-mergħat tagħha, 58 Ħilen+ bil-mergħat tagħha, Debir+ bil-mergħat tagħha, 59 Għasan+ bil-mergħat tagħha, u Bet-xemex+ bil-mergħat tagħha; 60 u mit-tribù taʼ Benjamin, Geba+ bil-mergħat tagħha, Għalemet+ bil-mergħat tagħha, u Għanatot+ bil-mergħat tagħha. Il-bliet kollha tagħhom kienu tlettax-il belt+ bejn il-familji tagħhom.
61 U lil ulied Keħat li kien baqaʼ tawhom mill-familja tat-tribù, minn nofs it-tribù, in-nofs taʼ Manasse, skond ix-xorti, għaxart ibliet.+
62 U lil ulied Gersom,+ skond il-familji tagħhom, tawhom mit-tribù taʼ Issakar,+ mit-tribù t’Aser,+ mit-tribù taʼ Naftali,+ u mit-tribù taʼ Manasse+ fil-Basan, tlettax-il belt.
63 Lil ulied Merari,+ skond il-familji tagħhom, tawhom mit-tribù taʼ Ruben,+ mit-tribù taʼ Gad,+ u mit-tribù taʼ Żebulun,+ skond ix-xorti, tnax-il belt.
64 B’hekk, ulied Israel taw lil-Leviti+ l-bliet bil-mergħat tagħhom.+ 65 Barra minn hekk, mit-tribù taʼ wlied Ġuda,+ mit-tribù taʼ wlied Simegħon,+ u mit-tribù taʼ wlied Benjamin,+ tawhom bix-xorti dawn il-bliet, li semmewhom b’isimhom.
66 U xi wħud mill-familji taʼ wlied Keħat kellhom il-bliet tat-territorju tagħhom mit-tribù t’Efrajm.+ 67 Għaldaqstant tawhom il-bliet tar-refuġju, Sikem+ bil-mergħat tagħha fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm, Geżer+ bil-mergħat tagħha, 68 Ġokmegħam+ bil-mergħat tagħha, Bet-ħoron+ bil-mergħat tagħha, 69 Ajjalon+ bil-mergħat tagħha, u Gat-rimmon+ bil-mergħat tagħha; 70 u minn nofs it-tribù taʼ Manasse, Għaner+ bil-mergħat tagħha, u Bilegħam+ bil-mergħat tagħha, lill-familja taʼ wlied Keħat li kien baqaʼ.+
71 U lil ulied Gersom+ tawhom, mill-familja taʼ nofs it-tribù taʼ Manasse, Golan+ fil-Basan bil-mergħat tagħha u Għastarot+ bil-mergħat tagħha; 72 u mit-tribù taʼ Issakar, Kedes+ bil-mergħat tagħha, Daberat+ bil-mergħat tagħha, 73 Ramot+ bil-mergħat tagħha, u Għanem+ bil-mergħat tagħha; 74 u mit-tribù t’Aser, Masal bil-mergħat tagħha, Għabdon+ bil-mergħat tagħha, 75 Ħukok+ bil-mergħat tagħha, u Reħob+ bil-mergħat tagħha; 76 u mit-tribù taʼ Naftali,+ Kedes+ fil-Galilija+ bil-mergħat tagħha, Ħammon bil-mergħat tagħha, u Kirjatajm+ bil-mergħat tagħha.
77 Lil ulied Merari li kien baqaʼ tawhom, mit-tribù taʼ Żebulun,+ Rimmono+ bil-mergħat tagħha, Tabor bil-mergħat tagħha, 78 u fir-reġjun tal-Ġordan f’Ġeriko, lejn il-lvant tal-Ġordan, mit-tribù taʼ Ruben,+ Beser+ fix-xagħri bil-mergħat tagħha, Ġaħas+ bil-mergħat tagħha, 79 Kedemot+ bil-mergħat tagħha, u Mefgħat+ bil-mergħat tagħha; 80 u mit-tribù taʼ Gad,+ Ramot+ f’Gilegħad bil-mergħat tagħha, Maħanajm+ bil-mergħat tagħha, 81 Ħesbon+ bil-mergħat tagħha, u Ġagħżer+ bil-mergħat tagħha.
7 Issa wlied Issakar kienu Tola,+ Puwa,+ Ġasub, u Simron,+ erbgħa. 2 U wlied Tola kienu Użżi, Refaja, Ġerijel, Ġaħmaj, Ibsam, u Semwel, kapijiet tad-dar taʼ missirijiethom. Minn Tola ħarġu rġiel qalbenin u setgħanin, skond id-dixxendenti tagħhom. L-għadd tagħhom fi żmien David+ kien tnejn u għoxrin elf u sitt mija. 3 U wlied Użżi: Iżraħija; u wlied Iżraħija kienu Mikiel u Għobadija u Ġoel, Issija, [?],* ħamsa, ilkoll kemm huma kapijiet. 4 U magħhom, skond id-dixxendenti tagħhom, skond id-dar taʼ missirijiethom, kien hemm truppi taʼ l-armata għall-gwerra, sitta u tletin elf, għax kellhom ħafna nisa u wlied.+ 5 U ħuthom mill-familji kollha taʼ Issakar kienu rġiel qalbenin u setgħanin,+ sebgħa u tmenin elf, skond ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tagħhom kollha.+
6 Ulied Benjamin+ kienu Bela,+ Beker,+ u Ġedjagħel,+ tlieta. 7 U wlied Bela+ kienu Esbon, Użżi, Użżijel, Ġerimot, u Iri, ħamsa, kapijiet tad-dar taʼ missirijiethom, irġiel qalbenin u setgħanin; u r-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika+ tagħhom kienet tnejn u għoxrin elf u erbgħa u tletin. 8 U wlied Beker kienu Żemira, Ġogħas, Eligħeżer, Eljogħenaj, Għomri, Ġeremot, Abija, Għanatot, u Għalemet, u dawn kollha kienu wlied Beker. 9 U r-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika+ tagħhom skond id-dixxendenti tagħhom, jiġifieri, il-kapijiet tad-dar taʼ missirijiethom, irġiel qalbenin u setgħanin, kienet għoxrin elf u mitejn. 10 U wlied Ġedjagħel:+ Bilħan; u wlied Bilħan kienu Ġegħus, Benjamin, Eħud, Kengħana, Żetan, Tarsis, u Aħisaħar. 11 Dawn kollha kienu wlied Ġedjagħel, skond il-kapijiet taʼ missirijiethom, irġiel qalbenin u setgħanin,+ sbatax-il elf u mitejn li ngħaqdu maʼ l-armata għall-gwerra.
12 U s-Suffin+ u l-Ħuffin+ kienu wlied Ir;+ il-Ħusin kienu wlied Aħer.
13 Ulied Naftali+ kienu Ġaħsijel,+ Guni,+ Ġeżer, u Sallum,+ ulied Bilħa.+
14 Ulied Manasse:+ Asrijel, li wilditlu l-konkubina Sirjana tiegħu. (Hi wildet lil Makir,+ missier Gilegħad. 15 U Makir ħa mara għal Ħuffim u għal Suffim, u oħtu kien jisimha Magħka.) U t-tieni kien jisimha Selofeħad,+ imma Selofeħad kellha l-bniet.+ 16 U Magħka, mart Makir, wildet iben u semmietu Peres; u ħuh kien jismu Seres; u wliedu kienu Ulam u Rekem. 17 U wlied Ulam: Bedan. Dawn kienu wlied Gilegħad, bin Makir, bin Manasse. 18 U oħtu kienet Ħammoleket. Din wildet lil Isħod, Abi-għeżer,+ u Maħla. 19 U wlied Semida kienu Aħijan, Sikem, Likħi, u Anigħam.
20 U wlied Efrajm:+ Sutelaħ;+ Bered, ibnu; Taħat, ibnu; Elegħada, ibnu; Taħat, ibnu; 21 Żabad, ibnu; Sutelaħ, ibnu; Għeżer, u Elegħad. U l-irġiel taʼ Gad+ li twieldu fil-pajjiż qatluhom għaliex niżlu jiħdulhom il-bhejjem tagħhom. 22 U missierhom Efrajm għamel il-vistu għal ħafna jiem,+ u ħutu baqgħu ġejjin biex ifarrġuh. 23 Wara kellu x’jaqsam maʼ martu, u b’hekk din ħarġet tqila+ u wildet iben. Imma hu semmieh Berija,* għaliex wilditu fi żmien meta kien hemm il-gwaj+ f’daru. 24 U bintu kienet Segħera, u din bniet Bet-ħoron,+ t’isfel+ u taʼ fuq,+ u Użżen-segħera. 25 U kien hemm Refaħ, ibnu; u Resef, u Telaħ, ibnu; Taħan, ibnu; 26 Lagħdan, ibnu; Għammiħud, ibnu; Elisama, ibnu; 27 Nun,+ ibnu; u Ġeħosugħa,+ ibnu.
28 U l-wirt u l-postijiet tagħhom fejn jgħammru kienu Betel+ u l-bliet li jiddependu minnha u, lejn il-lvant, Nagħran+ u, lejn il-punent, Geżer+ u l-bliet li jiddependu minnha, u Sikem+ u l-bliet li jiddependu minnha dritt sa Gaża u l-bliet li jiddependu minnha; 29 u maġenb ulied Manasse Bet-segħan+ u l-bliet li jiddependu minnha, Tagħnak+ u l-bliet li jiddependu minnha, Megiddo+ u l-bliet li jiddependu minnha, u Dor+ u l-bliet li jiddependu minnha. F’dawn għammru wlied Ġużeppi,+ bin Israel.
30 Ulied Aser+ kienu Imnaħ,+ Iswa, Iswi,+ u Berija;+ u Seraħ kienet oħthom. 31 U wlied Berija kienu Ħeber u Malkijel, li kien missier Birżajt. 32 U Ħeber nissel lil Ġaflet, Somer,* u Ħotam, u lil oħthom Sugħa. 33 U wlied Ġaflet kienu Pasak, Bimħal, u Għaswat. Dawn kienu wlied Ġaflet. 34 U wlied Semer kienu Aħi, Roħga, Ġeħubba, u Aram. 35 U wlied Ħelem, ħuh, kienu Sofaħ, Imna, Seles, u Għamal. 36 Ulied Sofaħ kienu Suwa, Ħarnefer, Sugħal, Beri, Imrah, 37 Beser, Ħod, Samma, Silsa, Itran, u Begħera. 38 U wlied Ġeter kienu Ġefunne, Pispa, u Ara. 39 U wlied Ulla kienu Araħ, Ħannijel, u Risja. 40 Dawn kollha kienu wlied Aser, kapijiet+ tad-dar tal-missirijiet, irġiel magħżulin, qalbenin,+ u setgħanin, kapijiet tal-kapijiet ewlenin; u r-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika+ tagħhom kienet fl-armata fil-gwerra. L-għadd tagħhom kien sitta u għoxrin elf raġel.+
8 U Benjamin+ nissel lil Bela,+ l-ewwel imwieled tiegħu, Asbel+ it-tieni, u Aħaraħ+ it-tielet, 2 Noħa+ r-rabaʼ, u Rafa l-ħames. 3 U Bela kellu l-ulied, Addar, Gera,+ Abiħud, 4 Abisugħa, Nagħman, Aħogħa, 5 Gera, Sefufan,+ u Ħuram.+ 6 U dawn kienu wlied Eħud. Dawn kienu l-kapijiet tad-djar tal-missirijiet tal-qedem taʼ l-abitanti taʼ Geba,+ u huma ħaduhom fl-eżilju f’Manaħat. 7 U Nagħman u Aħija; u Gera—kien dan li ħadhom fl-eżilju, u hu nissel lil Użża u Aħiħud. 8 U wara li bagħat lill-Mowabin, Saħarajm nissel it-tfal fit-territorju+ tagħhom. Ħusim u Bagħra kienu n-nisa tiegħu. 9 U permezz taʼ martu Ħodes nissel lil Ġobab, Sibja, Mesa, Malkam, 10 Ġegħuz, Sakja, u Mirma. Dawn kienu wliedu, kapijiet tad-djar tal-missirijiet tal-qedem.
11 U permezz taʼ Ħusim nissel lil Abitub u Elfgħal. 12 U wlied Elfgħal kienu Għeber, Misgħam, Semed, li bena Ono+ u Lod+ u l-bliet li jiddependu minnha, 13 Berija, u Sema. Dawn kienu l-kapijiet tad-djar tal-missirijiet tal-qedem, taʼ l-abitanti t’Ajjalon.+ Kienu dawn li keċċew lill-abitanti taʼ Gat. 14 U kien hemm Aħjo, Sasak, Ġeremot, 15 Żebadija, Għarad, Għeder, 16 Mikiel, Isfa, u Ġoħa, ulied Berija;+ 17 u Żebadija, Mesullam, Ħiżki, Ħeber, 18 Ismeraj, Iżlija, u Ġobab, ulied Elfgħal; 19 u Ġakim, Żikri, Żabdi, 20 Eligħenaj, Silletaj, Eligħel, 21 Għadaja, Beraja, u Simrat, ulied Simgħi;+ 22 u Isfan, Għeber, Eligħel, 23 Għabdon, Żikri, Ħanan, 24 Ħananija, Għelam, Għantotija, 25 Ifdeja, u Penwel, ulied Sasak; 26 u Samseraj, Seħarija, Għatalija, 27 Ġagħresija, Elija, u Żikri, ulied Ġeroħam. 28 Dawn kienu l-kapijiet tad-djar tal-missirijiet tal-qedem skond id-dixxendenti tagħhom. Kienu dawn li għammru f’Ġerusalemm.+
29 U f’Gibegħon+ kien jgħammar Ġegħijel, missier Gibegħon, u martu kien jisimha Magħka.+ 30 U ibnu, l-ewwel imwieled, kien Għabdon, u l-oħrajn kienu Żur, Kis, Bagħal, Nadab,+ 31 Gedor, Aħjo, u Żeker.+ 32 U Miklot nissel lil Simegħah.+ U kienu dawn li tassew għammru f’Ġerusalemm flimkien maʼ ħuthom, faċċata taʼ ħuthom l-oħrajn.
33 U Ner+ nissel lil Kis;+ Kis, imbagħad, nissel lil Sawl;+ Sawl, imbagħad, nissel lil Ġonatan,+ Malki-sugħa,+ Abinadab,+ u Esbagħal.+ 34 U bin Ġonatan kien Merib-bagħal.+ U Merib-bagħal nissel lil Mikea.+ 35 U wlied Mikea kienu Piton, Melek, Tarea,+ u Aħaż. 36 U Aħaż nissel lil Ġeħogħadda; Ġeħogħadda, imbagħad, nissel lil Għalemet, Għażmawet, u Żimri. Żimri, imbagħad, nissel lil Mosa; 37 Mosa, imbagħad, nissel lil Binegħa; Rafah,+ ibnu; Elegħasa, ibnu; u Asel, ibnu. 38 U Asel kellu sitt ulied, u dawn kienu ismijiethom: Għażrikam, Bokeru, Ismagħel, Segħarija, Għobadija, u Ħanan. Dawn kollha kienu wlied Asel. 39 U wlied Għesek, ħuh, kienu Ulam, l-ewwel imwieled tiegħu, Ġegħus it-tieni, u Elifelet it-tielet. 40 U wlied Ulam kienu rġiel qalbenin+ u setgħanin, jilwu l-qaws,+ u kellhom ħafna wlied+ u neputijiet, mija u ħamsin. Dawn kollha kienu minn ulied Benjamin.
9 U l-Israelin kollha kienu reġistrati fil-linja ġenealoġika;+ u hemmhekk huma miktubin fil-Ktieb tas-Slaten taʼ Israel. U n-nies taʼ Ġuda ttieħdu fl-eżilju+ f’Babilonja minħabba l-infedeltà tagħhom. 2 U l-ewwel abitanti li kienu fil-wirt tagħhom fil-bliet tagħhom kienu l-Israelin,+ il-qassisin,+ il-Leviti,+ u n-Netinin.*+ 3 U f’Ġerusalemm+ għammru xi wħud minn ulied Ġuda+ u xi wħud minn ulied Benjamin+ u xi wħud minn ulied Efrajm u Manasse: 4 Utaj, bin Għammiħud, bin Għomri, bin Imri, bin Bani, minn ulied Pereż,+ bin Ġuda.+ 5 U mis-Silonin,*+ Għasaja, l-ewwel imwieled u wliedu. 6 U minn ulied Żeraħ,+ Ġegħuwel, u sitt mija u disgħin minn ħuthom.
7 U minn ulied Benjamin, Sallu, bin Mesullam, bin Ħodawija, bin Ħassenugħa, 8 u Ibneja, bin Ġeroħam, u Elah, bin Użżi, bin Mikri, u Mesullam, bin Sefatija, bin Regħwel, bin Ibnija. 9 U ħuthom, skond id-dixxendenti tagħhom, kienu disaʼ mija u sitta u ħamsin. Dawn kollha kienu rġiel li kienu kapijiet tal-missirijiet skond id-dar taʼ missirijiethom tal-qedem.
10 U mill-qassisin kien hemm Ġedaja, Ġeħojarib, Ġakin,+ 11 u Għażarija,+ bin Ħilkija, bin Mesullam, bin Sadok, bin Merajot, bin Aħitub, mexxej tad-dar taʼ l-Alla l-veru, 12 u Għadaja, bin Ġeroħam, bin Pasħur, bin Malkija, u Magħsaj, bin Għadijel, bin Ġaħżera, bin Mesullam, bin Mesillemit,+ bin Immer, 13 u ħuthom, kapijiet tad-dar taʼ missirijiethom tal-qedem, elf, sebaʼ mija u sittin, irġiel setgħanin u t’abbiltà+ għax-xogħol fis-servizz tad-dar taʼ l-Alla l-veru.
14 U mil-Leviti kien hemm Semajja, bin Ħassub, bin Għażrikam, bin Ħasabija,+ minn ulied Merari; 15 u Bakbakkar, Ħeres, Galal, u Mattanija,+ bin Mika,+ bin Żikri,+ bin Asaf,+ 16 u Għobadija, bin Semajja,+ bin Galal, bin Ġedutun,+ u Berekija, bin Asa, bin Elkana, li kien qed jgħammar fl-irħula tan-Netofatin.+
17 U l-għassiesa tal-bibien+ kienu Sallum,+ Għakkub, Talmon, Aħiman, u ħuhom Sallum, il-kap, 18 u sa dak iż-żmien hu kien f’bieb+ is-sultan lejn il-lvant. Dawn kienu l-għassiesa tal-bibien tal-kampijiet taʼ wlied Levi.+ 19 U Sallum, bin Kore, bin Ebjasaf,+ bin+ Koraħ,+ u ħutu mid-dar taʼ missieru, il-Koraħin,+ jieħdu ħsieb ix-xogħol tas-servizz, l-għassiesa tal-bibien+ tat-tinda, u missirijiethom jieħdu ħsieb il-kamp taʼ Ġeħova, l-għassiesa tad-daħla. 20 U Fineħas,+ bin Elegħażar,+ kien mexxej fuqhom fl-imgħoddi. Ġeħova kien miegħu.+ 21 Żakkarija,+ bin Meselemija, kien l-għassies tal-bieb tad-daħla tat-tinda tal-laqgħa.
22 Ilkoll kemm huma, li ntgħażlu bħala għassiesa tal-bibien fl-għetiebi, kienu mitejn u tnax. Dawn kienu fl-irħula tagħhom+ skond ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tagħhom.+ David+ u Samwel, il-veġġent,*+ lil dawn ħatruhom f’karigi taʼ fiduċja.+ 23 U huma u wliedhom kienu jieħdu ħsieb il-bibien tad-dar taʼ Ġeħova, saħansitra d-dar tat-tinda, għas-servizz taʼ l-għassa.+ 24 L-għassiesa tal-bibien kienu lejn l-erbaʼ direzzjonijiet, lejn il-lvant,+ lejn il-punent,+ lejn it-tramuntana,+ u lejn in-nofsinhar.+ 25 U ħuthom fl-irħula tagħhom kellhom jidħlu għal sebat+ ijiem, minn żmien għal żmien, flimkien maʼ dawn. 26 Għax fil-kariga taʼ fiduċja kien hemm erbat irġiel setgħanin mill-għassiesa tal-bibien. Kienu Leviti, u kienu inkarigati mill-kmamar taʼ l-ikel+ u mit-teżori+ tad-dar taʼ l-Alla l-veru. 27 U kienu jqattgħu l-lejl madwar id-dar taʼ l-Alla l-veru; għax f’idejhom kien is-servizz taʼ l-għassa,+ u kienu inkarigati mill-muftieħ, saħansitra biex jiftħu l-bibien għodwa wara għodwa.+
28 U xi wħud minnhom kienu inkarigati mill-għodod+ tas-servizz, u kienu jgħodduhom meta jdaħħluhom u jgħodduhom meta joħorġuhom. 29 U xi wħud minnhom kienu maħturin fuq l-għodod u fuq l-għodod imqaddsin+ kollha u fuq id-dqiq fin,+ l-inbid,+ iż-żejt,+ l-inċens abjad,+ u ż-żejt tal-balzmu.+ 30 U xi wħud minn ulied il-qassisin kienu jagħmlu t-taħlita taʼ l-ingwent+ miż-żejt tal-balzmu. 31 U Mattitija mil-Leviti, li kien l-ewwel imwieled taʼ Sallum+ il-Koraħi, kien fil-kariga taʼ fiduċja fuq l-affarijiet moħmijin fil-kzazel.+ 32 U xi wħud minn ulied il-Keħatin, ħuthom, kienu inkarigati mill-ħobż preżentat f’saffi,+ biex iħejjuh Sabat* wara Sabat.+
33 U dawn kienu l-għannejja,+ il-kapijiet tal-missirijiet tal-Leviti fil-kmamar taʼ l-ikel,+ dawk li kienu meħlusin minn dmirijiet oħrajn;+ għax bi nhar u bil-lejl kellhom ir-responsabbiltà li jkunu fuq ix-xogħol.+ 34 Dawn kienu l-kapijiet tal-missirijiet tal-Leviti skond id-dixxendenti tagħhom. Dawn kienu dawk li għammru f’Ġerusalemm.+
35 U f’Gibegħon+ kien jgħammar Ġegħijel, missier Gibegħon. U martu kien jisimha Magħka. 36 U ibnu, l-ewwel imwieled, kien Għabdon, u l-oħrajn kienu Żur, Kis, Bagħal, Ner, Nadab, 37 Gedor, Aħjo, Żakkarija,+ u Miklot. 38 U Miklot nissel lil Simegħam. U dawn kienu tassew dawk li għammru f’Ġerusalemm flimkien maʼ ħuthom, faċċata taʼ ħuthom l-oħrajn. 39 U Ner+ nissel lil Kis;+ Kis, imbagħad, nissel lil Sawl;+ Sawl, imbagħad, nissel lil Ġonatan,+ Malki-sugħa,+ Abinadab,+ u Esbagħal.+ 40 U bin Ġonatan kien Merib-bagħal.+ U Merib-bagħal nissel lil Mikea.+ 41 U wlied Mikea kienu Piton, Melek, Taregħa, u Aħaż.+ 42 U Aħaż nissel lil Ġagħra; Ġagħra, imbagħad, nissel lil Għalemet, Għażmawet, u Żimri. Żimri, imbagħad, nissel lil Mosa. 43 U Mosa nissel lil Binegħa; u Refaja,+ ibnu; Elegħasa, ibnu; u Asel, ibnu. 44 U Asel kellu sitt ulied, u dawn kienu ismijiethom: Għażrikam, Bokeru, Ismagħel, Segħarija, Għobadija, u Ħanan. Dawn kienu wlied Asel.+
10 U l-Filistin,+ min-naħa tagħhom, iggwerraw kontra Israel; u l-irġiel taʼ Israel ħarbu minn quddiem il-Filistin u waqgħu mejtin fuq il-Muntanja Gilbogħa.+ 2 U l-Filistin żammew qrib Sawl u wliedu; u l-Filistin qatlu lil Ġonatan+ u lil Abinadab+ u lil Malki-sugħa,+ ulied Sawl.+ 3 U l-ġlied ħrax kontra Sawl; u dawk li jisparaw il-qaws fl-aħħar sabuh, u hu safa ferut mill-arċieri.+ 4 Imbagħad Sawl qal lil dak li kien iġorrlu l-armi:+ “Islet sejfek+ u infidni bih, biex ma jiġux dawn l-irġiel mhux ċirkonċiżi+ u jittrattawni bil-kefrija.”+ U dak li kien iġorrlu l-armi ma riedx,+ għaliex beżaʼ ħafna. Għalhekk, Sawl qabad is-sejf u nxteħet fuqu.+ 5 Meta dak li jġorrlu l-armi ra li Sawl kien miet, imbagħad hu wkoll inxteħet fuq is-sejf u miet.+ 6 B’hekk, Sawl u t-tliet uliedu mietu,+ u dawk kollha taʼ daru mietu flimkien. 7 Meta l-irġiel kollha taʼ Israel li kienu fil-pjanura l-baxxa raw li l-gwerriera taʼ Israel kienu ħarbu u li Sawl u wliedu kienu mietu, imbagħad huma bdew jitilqu mill-bliet tagħhom u jaħarbu;+ u l-Filistin daħlu u bdew jgħammru fihom.
8 U ġara li l-għada, meta l-Filistin ġew ineżżgħu+ l-maqtulin, sabu lil Sawl u lil uliedu mixħutin fuq il-Muntanja Gilbogħa.+ 9 U neżżgħuh u qatgħulu rasu+ u ħadu l-armatura tiegħu u bagħtu messaġġ fl-art tal-Filistin dawramejt biex jgħarrfu+ lill-idoli tagħhom+ u lin-nies. 10 Fl-aħħar poġġew l-armatura tiegħu fid-dar taʼ l-alla tagħhom,+ u rasu dendluha mad-dar taʼ Dagon.+
11 U dawk kollha taʼ Ġabes+ f’Gilegħad semgħu b’kulma l-Filistin kienu għamlu lil Sawl.+ 12 Għalhekk, l-irġiel qalbenin kollha qamu u ġarrew il-katavru taʼ Sawl u l-katavri taʼ wliedu u ħaduhom Ġabes u difnu l-għadam tagħhom taħt is-siġra l-kbira+ f’Ġabes;+ u samu+ għal sebat ijiem.
13 B’hekk, Sawl miet minħabba l-infedeltà tiegħu għaliex aġixxa bla fidi+ kontra Ġeħova peress li ma żammx il-kelma taʼ Ġeħova u wkoll minħabba li staqsa lil medjum taʼ l-ispirti+ sabiex jistħarreġ il-mejtin. 14 U ma staqsiex lil Ġeħova.+ Għaldaqstant, hu tah il-mewt u għadda l-kariga taʼ sultan lil David, bin Ġesse.+
11 Maż-żmien, l-Israelin+ kollha nġabru flimkien għand David f’Ħebron+ u qalulu: “Ara! Aħna għadmek u laħmek.+ 2 Kemm il-bieraħ u kemm qabel, saħansitra waqt li Sawl kien sultan, int kont dak li toħroġ u ddaħħal+ lil Israel; u Ġeħova Alla tiegħek qallek, ‘Int stess tirgħa+ lill-poplu tiegħi Israel, u int stess issir mexxej+ fuq il-poplu tiegħi Israel.’” 3 Għalhekk, ix-xjuħ kollha taʼ Israel ġew għand is-sultan f’Ħebron u David għamel patt magħhom f’Ħebron quddiem Ġeħova; imbagħad huma dilku+ lil David bħala sultan fuq Israel, skond il-kelma+ taʼ Ġeħova permezz taʼ Samwel.+
4 Iktar tard David u Israel kollu marru Ġerusalemm,+ jiġifieri, Ġebus,+ fejn l-abitanti tal-pajjiż kienu l-Ġebusin.+ 5 U l-abitanti taʼ Ġebus bdew jgħidu lil David: “Int ma tidħolx hawnhekk.”+ Iżda David xorta waħda ħa taħt idejh il-fortizza taʼ Sijon,+ jiġifieri, il-Belt taʼ David.+ 6 Għalhekk, David qal: “L-ewwel wieħed li jaħbat+ għall-Ġebusin ikun kap u prinċep.” U Ġowab,+ bin Seruja, kien l-ewwel wieħed li telaʼ, u hu sar kap. 7 U David beda jgħammar fil-post diffiċli biex jintlaħaq.+ Huwa għalhekk li semmewh il-Belt taʼ David.+ 8 U beda jibni l-belt dawramejt, mill-Għolja* saħansitra sal-partijiet taʼ madwarha, imma Ġowab ta l-ħajja+ lill-bqija tal-belt. 9 U David baqaʼ jikber u jikber,+ għax Ġeħova taʼ l-armati kien miegħu.+
10 Issa dawn kienu l-kapijiet taʼ l-irġiel setgħanin+ taʼ David, li appoġġawh bis-sħiħ fil-kariga tiegħu taʼ sultan flimkien maʼ Israel kollu, biex jagħmluh sultan skond il-kelma taʼ Ġeħova+ dwar Israel. 11 U din hi l-lista taʼ l-irġiel setgħanin taʼ David: Ġasobegħam,+ bin wieħed Ħakmoni, il-kap tat-tlieta. Hu xejjer il-lanza tiegħu fuq tliet mija u qatilhom f’darba waħda.+ 12 U warajh kien hemm Elegħażar,+ bin Dodo l-Aħoħi.+ Hu kien fost it-tlett irġiel setgħanin.+ 13 Hu kien maʼ David f’Pas-dammim,+ fejn il-Filistin kienu nġabru flimkien għall-gwerra. Issa kien hemm medda rabaʼ mimlija xgħir, u n-nies, min-naħa tagħhom, kienu ħarbu minħabba l-Filistin.+ 14 Imma hu ħa postu f’nofs il-medda rabaʼ u ħelisha, u baqaʼ joqtol lill-Filistin, u b’hekk Ġeħova salva+ lill-poplu tiegħu b’salvazzjoni kbira.+
15 U tlieta mit-tletin+ kap niżlu lejn il-blata, għand David fl-għar t’Għadullam,+ waqt li kamp tal-Filistin kien ikkampjat fil-pjanura l-baxxa taʼ Refajm.+ 16 U David, dik il-ħabta, kien fil-post diffiċli biex jintlaħaq;+ u dik il-ħabta f’Betlehem kien hemm għassa tas-suldati tal-Filistin.+ 17 Ftit wara, David wera x-xewqa li kellu u qal: “Mhux li kont nistaʼ nixrob+ l-ilma mill-ġiebja li hemm f’Betlehem+ ħdejn il-bieb!” 18 Għal dan, it-tlieta daħlu fil-kamp tal-Filistin u tellgħu l-ilma mill-ġiebja li hemm f’Betlehem ħdejn il-bieb u ġarrewh u ħaduh lil David.+ U David ma riedx jixorbu, imma sawbu quddiem Ġeħova.+ 19 U hu ssokta jgħid: “Lanqas biss jgħaddili minn moħħi, rigward Alla tiegħi, li nagħmel dan! Għandi jien nixrob id-demm+ taʼ dawn l-irġiel li ssograw ħajjithom? Għax huma ssograw ħajjithom biex iġibuh.” U ma riedx jixorbu.+ Dawn huma l-affarijiet li għamlu t-tlett irġiel setgħanin.
20 Issa Abisaj,+ ħu Ġowab,+ hu stess sar kap tat-tlieta; u xejjer il-lanza tiegħu fuq tliet mija u qatilhom, u kellu reputazzjoni bħal dawn it-tlieta. 21 Mit-tlieta hu ddistingwa ruħu iktar mit-tnejn l-oħrajn, u kien kap tagħhom; u madankollu ma laħaqx+ lill-ewwel tlieta.
22 U Benaja,+ bin Ġeħojada,+ bin raġel qalbieni, li għamel ħafna għemejjel kbar f’Kabsil,+ hu stess qatel iż-żewġ ulied t’Arjel taʼ Mowab; u hu stess niżel u qatel iljun+ ġo bir f’jum li fih niżlet il-borra. 23 U kien hu li qatel lir-raġel Eġizzjan, raġel taʼ kobor straordinarju, twil ħames kubiti.+ U f’id l-Eġizzjan kien hemm lanza+ bħall-motwa* taʼ min jinseġ bin-newl; madankollu hu niżel għalih b’ħatar u ħataf il-lanza minn id l-Eġizzjan u qatlu bil-lanza tiegħu stess.+ 24 Dawn l-affarijiet għamel Benaja, bin Ġeħojada, u kellu isem fost it-tlett irġiel setgħanin. 25 Għalkemm iddistingwa ruħu iktar mit-tletin, ma laħaqx il-grad taʼ l-ewwel tlieta.+ Madankollu, David qiegħdu fuq il-gwardja persunali tiegħu.+
26 U fost l-irġiel setgħanin tal-qawwiet militari kien hemm Għasael,+ ħu Ġowab, Elħanan,+ bin Dodo, minn Betlehem, 27 Sammot+ il-Ħarori, Ħeleż il-Peloni,+ 28 Ira,+ bin Ikkes it-Tekogħi, Abi-għeżer l-Għanatoti,+ 29 Sibbekaj+ il-Ħusati, Ilaj l-Aħoħi,+ 30 Maħaraj+ in-Netofati,+ Ħeled,+ bin Bagħnah in-Netofati, 31 Itaj, bin Ribaj,+ minn Gibegħa+ taʼ wlied Benjamin,+ Benaja l-Piratoni,+ 32 Ħuraj mill-widien* taʼ Gagħas,+ Abijel l-Għarbati, 33 Għażmawet il-Baħarumi,+ Eljaħba s-Sagħlboni, 34 ulied Ħasem il-Giżoni, Ġonatan,+ bin Sagi l-Ħarari, 35 Aħijam, bin Sakar+ il-Ħarari, Elifal,+ bin Ur, 36 Ħefer il-Mekerati, Aħija l-Peloni, 37 Ħesro l-Karmeli,+ Nagħraj, bin Eżbaj, 38 Ġoel, ħu Natan,+ Mibħar, bin Ħagri, 39 Selek l-Għammoni, Naħaraj il-Biroti, dak li kien iġorr l-armi taʼ Ġowab, bin Seruja, 40 Ira l-Itri, Gareb+ l-Itri, 41 Urija+ l-Ħitti,+ Żabad, bin Aħlaj, 42 Għadina, bin Siża r-Rubeni, kap tar-Rubenin, li miegħu kien hemm tletin; 43 Ħanan, bin Magħka, u Ġosafat il-Mitni, 44 Użżja l-Għastaroti, Sama u Ġegħijel, ulied Ħotam l-Għarogħeri, 45 Ġedjagħel, bin Simri, u ħuh Ġoħa t-Tisi, 46 Eligħel il-Maħawi, u Ġeribaj u Ġosawija wlied Elngħam, u Itma l-Mowabi. 47 Eligħel, Għobed, u Ġagħsijel il-Mesobi.
12 U dawn kienu li ġew għand David f’Siklag+ waqt li kien għadu ma jistax jiċċaqlaq bil-libertà minħabba Sawl,+ bin Kis; u dawn kienu fost l-irġiel setgħanin+ li għenuh fil-gwerra, 2 armati bil-qaws, u jużaw idhom il-leminija u idhom ix-xellugija+ biex iwaddbu l-ġebel+ jew il-vleġeġ+ bil-qaws.+ Dawn kienu minn ħut Sawl, minn Benjamin. 3 Kien hemm il-kap Aħigħeżer u Ġowas ulied Semgħa l-Gibegħati,+ u Ġeżigħel u Pelet ulied Għażmawet,+ u Beraka u Ġeħu l-Għanatoti,+ 4 u Ismaja l-Gibegħoni,+ raġel setgħan fost it-tletin kap+ u fuq it-tletin kap; u Ġeremija, Ġaħażijel, Ġoħanan, Ġożabad il-Gederati,+ 5 Elgħużaj, Ġerimot, Begħalija, Semarija, Sefatija l-Ħarifi, 6 Elkana, Issija, Għażarel, Ġogħeżer, Ġasobegħam, il-Koraħin,+ 7 u Ġogħela u Żebadija wlied Ġeroħam minn Gedor.
8 U kien hemm ftit mill-Gadin li nfirdu mill-oħrajn biex imorru man-naħa taʼ David fil-post diffiċli biex jintlaħaq fix-xagħri,+ irġiel qalbenin u setgħanin, irġiel taʼ l-armata għall-gwerra, iżommu t-tarka l-kbira u l-lanza għal-lest,+ wiċċhom kien wiċċ l-iljuni,+ u kienu ħfief bħall-għażżiela* fuq il-muntanji.+ 9 Għeżer kien il-kap, Għobadija t-tieni, Eljab it-tielet, 10 Mismanna r-rabaʼ, Ġeremija l-ħames, 11 Għattaj is-sitta, Eligħel is-sebaʼ, 12 Ġoħanan it-tmienja, Elżabad id-disaʼ, 13 Ġeremija l-għaxra, Makbannaj il-ħdax. 14 Dawn kienu minn ulied Gad,+ kapijiet taʼ l-armata. L-inqas wieħed kien jiswa daqs mija, u l-akbar daqs elf.+ 15 Dawn huma dawk li qasmu l-Ġordan+ fl-ewwel xahar meta kienet qed tfur fix-xtut kollha tagħha,+ u mbagħad keċċew lil dawk kollha li kienu fil-pjanuri l-baxxi, lejn il-lvant u lejn il-punent.
16 U xi wħud minn ulied Benjamin u Ġuda ġew dritt lejn il-post diffiċli biex jintlaħaq,+ għand David. 17 Imbagħad David ħareġ quddiemhom u kellimhom u qalilhom: “Jekk ġejtu għandi bis-sliem+ biex tgħinuni, inkun qalb waħda magħkom.+ Imma jekk ġejtu biex tittraduni u tagħtuni f’idejn l-avversarji tiegħi meta m’hemm ebda ħażen f’idejja,+ ħa jarah dan l-Alla+ taʼ missirijietna u jagħmel ħaqq hu.”+ 18 U l-ispirtu+ ġie fuq Għamasaj, il-kap tat-tletin:
“Tiegħek aħna, O David, u miegħek aħna,+ O bin Ġesse.
Sliem, sliem għalik, u sliem għal min jgħinek,
Għax Alla tiegħek għenek.”+
Għalhekk, David laqagħhom u qegħedhom fost il-kapijiet tat-truppi.+
19 U kien hemm xi wħud minn Manasse li marru maʼ David meta mar mal-Filistin+ għall-battalja kontra Sawl; imma hu m’għenhomx, għax bi ftehim is-sidien alleati+ tal-Filistin bagħtuh, għax qalu: “Inkunu qed nissograw irjusna jekk imur maʼ sidu Sawl.”+ 20 Meta wasal Siklag,+ minn Manasse marru miegħu Għadnah, Ġożabad, Ġedjagħel, Mikiel, Ġożabad, Eliħu, u Silletaj, kapijiet+ taʼ l-eluf taʼ Manasse. 21 U dawn, min-naħa tagħhom, kienu t’għajnuna għal David kontra l-qatgħa ħallelin,+ għaliex ilkoll kemm huma kienu rġiel setgħanin+ taʼ ħila, u kienu kapijiet fl-armata; 22 għax minn jum għal jum in-nies baqgħu ġejjin+ għand David biex jgħinuh, sakemm sar kamp kbir,+ bħall-kamp t’Alla.+
23 U dan kien l-għadd tal-kapijiet taʼ dawk li kienu armati għall-gwerra u li ġew għand David f’Ħebron+ biex jagħtuh il-kariga taʼ sultan+ li kellu Sawl skond l-ordni taʼ Ġeħova.+ 24 Ulied Ġuda li kienu jġorru t-tarka l-kbira u l-lanza kienu sitt elef u tmien mija, armati għall-gwerra. 25 Minn ulied Simegħon l-irġiel setgħanin taʼ ħila fl-armata kienu sebat elef u mija.
26 Minn ulied il-Leviti erbat elef u sitt mija. 27 U Ġeħojada kien il-mexxej+ taʼ wlied Aron,+ u miegħu kien hemm tlett elef u sebaʼ mija. 28 U Sadok,+ żagħżugħ, setgħan u taʼ ħila, u d-dar taʼ missirijietu, tnejn u għoxrin kap.
29 U minn ulied Benjamin,+ ħut Sawl,+ kien hemm tlett elef, u sa dak iż-żmien il-biċċa l-kbira minnhom kienu qed jagħmlu għassa stretta mad-dar taʼ Sawl. 30 U minn ulied Efrajm kien hemm għoxrin elf u tmien mija, irġiel setgħanin+ taʼ ħila, irġiel taʼ fama, skond dar missirijiethom.
31 U minn nofs it-tribù taʼ Manasse+ kien hemm tmintax-il elf li kienu ġew magħżulin b’isimhom biex jiġu jagħmlu lil David sultan. 32 U minn ulied Issakar,+ nies li kellhom l-għarfien biex jagħrfu ż-żminijiet+ ħalli jkunu jafu xi jmissu jagħmel+ Israel, kien hemm mitejn kap minn tagħhom, u ħuthom kollha kienu taħt l-ordni tagħhom. 33 Minn Żebulun,+ dawk li ngħaqdu maʼ l-armata, imqassmin għall-battalja bl-armi kollha tal-gwerra, kien hemm ħamsin elf, u dawn inġemgħu flimkien maʼ David b’qalb sħiħa. 34 U minn Naftali+ kien hemm elf kap, u magħhom, bit-tarka l-kbira u bil-lanza, kien hemm sebgħa u tletin elf. 35 U mid-Danin, dawk imqassmin għall-battalja kienu tmienja u għoxrin elf u sitt mija. 36 U minn Aser,+ dawk li ngħaqdu maʼ l-armata biex jiġu mqassmin għall-battalja kienu erbgħin elf.
37 U min-naħa l-oħra tal-Ġordan,+ mir-Rubenin, mill-Gadin, u minn nofs it-tribù taʼ Manasse, bl-armi kollha taʼ l-armata militari, kien hemm mija u għoxrin elf. 38 Dawn kollha kienu gwerriera, jinġemgħu flimkien fil-kamp tal-battalja; b’qalb sħiħa+ ġew Ħebron biex jagħmlu lil David sultan fuq Israel kollu; u wkoll il-bqija kollha taʼ Israel kienu qalb waħda biex jagħmlu lil David sultan.+ 39 U baqgħu hemmhekk maʼ David tlett ijiem, jieklu u jixorbu,+ għax ħuthom kienu lestewlhom kollox. 40 U wkoll dawk li kienu qribhom, saħansitra sa l-artijiet taʼ Issakar,+ Żebulun,+ u Naftali,+ kienu qed iġibu l-ikel fuq il-ħmir,+ fuq l-iġmla, fuq il-bgħula, u fuq il-baqar, affarijiet taʼ l-ikel mid-dqiq,+ ċapep taʼ tin pressat,+ ċapep taʼ żbib,+ inbid,+ żejt,+ baqar,+ u nagħaġ+ bi kwantità kbira, għax kien hemm l-hena+ f’Israel.
13 U David ikkonsulta mal-kapijiet taʼ l-eluf u tal-mijiet u maʼ kull mexxej;+ 2 u David issokta jgħid lill-kongregazzjoni kollha taʼ Israel: “Jekk hu tajjeb għalikom u hu aċċettabbli għal Ġeħova Alla tagħna, ħa nibagħtu għal ħutna li għad baqaʼ fl-artijiet kollha taʼ Israel+ u magħhom għall-qassisin+ u l-Leviti+ fil-bliet tagħhom+ bil-mergħat, sabiex jinġabru flimkien magħna. 3 U ħa nġibu l-arka+ t’Alla tagħna għandna.” Għax ma kinux ħadu ħsiebha fi żmien Sawl.+ 4 Għalhekk, il-kongregazzjoni kollha qablet li jagħmlu hekk, għax din il-ħaġa dehret li hi tajba f’għajnejn in-nies kollha.+ 5 Għaldaqstant, David laqqaʼ+ lil Israel kollu mix-xmara taʼ l-Eġittu+ sad-daħla taʼ Ħamat,+ biex iġibu l-arka+ taʼ l-Alla l-veru minn Kirjat-ġegħarim.+
6 U David u Israel kollu telgħu Bagħala,+ lejn Kirjat-ġegħarim, li hi taʼ Ġuda, biex itellgħu minn hemmhekk l-arka taʼ l-Alla l-veru, Ġeħova, li qiegħed fuq il-kerubini,+ li fuqha jissejjaħ ismu. 7 Madankollu, l-arka taʼ l-Alla l-veru għabbewha fuq karru ġdid+ mid-dar t’Abinadab, u Użżah u Aħjo+ kienu qed imexxu l-karru. 8 U David u Israel kollu kienu qed jiċċelebraw+ b’saħħithom kollha quddiem l-Alla l-veru, bl-għanjiet,+ bl-arpi,+ bi strumenti tal-korda,+ bit-tanburlini,+ biċ-ċimbali, u bit-trumbetti.+ 9 U bil-mod il-mod waslu sal-qiegħa tad-dris taʼ Kidon,+ u Użżah issa ħareġ idu biex iżomm l-Arka,+ għax il-barrin kienu kważi qalbuha. 10 U r-rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Użżah, u b’hekk laqtu għaliex kien ħareġ idu biex iżomm l-Arka,+ u miet hemmhekk quddiem Alla.+ 11 U David irrabja+ għaliex Ġeħova kien żbroffa kontra Użżah; u dak il-post semmewh Pereż-użżah* sa dan il-jum.
12 U David beżaʼ mill-Alla l-veru dakinhar+ u qal: “Kif se nġibha għandi l-arka taʼ l-Alla l-veru?”+ 13 U David ma ġabx l-Arka għandu fil-Belt taʼ David, imma ġarrha lejn id-dar t’Għobed-edom+ il-Gitti.+ 14 U l-arka taʼ l-Alla l-veru baqgħet għand in-nies taʼ dar Għobed-edom, fid-dar tiegħu+ għal tliet xhur; u Ġeħova baqaʼ jbierek+ lin-nies taʼ dar Għobed-edom u kulma kellu.
14 U Ħiram,+ is-sultan taʼ Tir,+ bagħat messaġġiera għand David kif ukoll injam taċ-ċedru+ u bennejja tal-ħitan u ħaddiema fl-injam biex jibnulu dar.+ 2 U David sar jaf li Ġeħova kien stabbilieh fis-sod+ bħala sultan fuq Israel, għax is-saltna tiegħu kienet eżaltata ferm minħabba l-poplu tiegħu Israel.+
3 U David issokta jieħu iktar nisa+ f’Ġerusalemm, u David nissel iktar subien u bniet.+ 4 U dawn huma l-ismijiet tat-tfal li kellu f’Ġerusalemm: Sammugħa,+ Sobab,+ Natan,+ Salamun,+ 5 Ibħar,+ Elisugħa, Elfelet,+ 6 Noga, Nefeg,+ Ġafigħa, 7 Elisama,+ Begħljada, u Elifelet.+
8 U l-Filistin semgħu li David kien ġie midluk bħala sultan fuq Israel kollu.+ Għalhekk, il-Filistin kollha telgħu jfittxu lil David.+ Meta David semaʼ b’dan, ħareġ kontrihom. 9 U l-Filistin, min-naħa tagħhom, ġew u baqgħu jattakkaw fil-pjanura l-baxxa taʼ Refajm.+ 10 U David staqsa lil Alla+ u qallu: “Nitlaʼ kontra l-Filistin, u tagħtihomli f’idejja?” U Ġeħova wieġbu: “Itlaʼ, u jien żgur li nagħtihomlok f’idejk.” 11 Għalhekk, David telaʼ lejn Bagħal-perasim+ u qatilhom hemmhekk. U David qal: “L-Alla l-veru qered l-għedewwa tiegħi b’idejja bħal ilmijiet li jinfaqgħu.” Huwa għalhekk li dan il-post+ semmewh Bagħal-perasim. 12 Għaldaqstant, huma ħallew l-allat tagħhom hemmhekk.+ Imbagħad David qal il-kelma, u b’hekk ġew maħruqin fin-nar.+
13 Iktar tard il-Filistin reġgħu għamlu attakk fil-pjanura l-baxxa.+ 14 Minħabba f’hekk, David reġaʼ staqsa+ lil Alla, u l-Alla l-veru issa qallu: “Titlax warajhom. Mur bid-dawra biex tiġi dritt kontrihom, u itlaʼ għalihom quddiem is-siġar tal-baka.*+ 15 U ħa jiġri li, x’ħin tismaʼ l-ħoss tal-mixi fil-qċaċet tas-siġar tal-baka,+ dak il-ħin oħroġ iġġieled,+ għaliex l-Alla l-veru jkun ħareġ qablek+ biex jeqred il-kamp tal-Filistin.” 16 Għalhekk, David għamel sewwasew bħalma kien ikkmandah l-Alla l-veru,+ u huma qerdu l-kamp tal-Filistin minn Gibegħon+ sa Geżer.+ 17 U l-fama+ taʼ David bdiet tixtered fl-artijiet kollha, u Ġeħova ġiegħel lill-ġnus kollha jitkexkxu minnu.+
15 U kompla jibni d-djar+ għalih stess fil-Belt taʼ David; u ħejja post+ għall-arka taʼ l-Alla l-veru u waqqaf tinda għaliha. 2 Kien dakinhar li David qal: “Ħadd m’għandu jġorr l-arka taʼ l-Alla l-veru ħlief il-Leviti, għax lilhom għażel Ġeħova biex iġorru l-arka taʼ Ġeħova+ u biex jaqduh+ għal żmien indefinit.”* 3 Imbagħad David laqqaʼ lil Israel kollu f’Ġerusalemm+ biex itellgħu l-arka+ taʼ Ġeħova fil-post tagħha li kien ħejja għaliha.
4 U David ġabar lil ulied Aron+ u lil-Leviti; 5 minn ulied Keħat, Urijel+ il-kap, u ħutu, mija u għoxrin; 6 minn ulied Merari,+ Għasaja+ l-kap, u ħutu, mitejn u għoxrin; 7 minn ulied Gersom,+ Ġoel+ il-kap, u ħutu, mija u tletin; 8 minn ulied Elisafan,+ Semajja+ l-kap, u ħutu, mitejn; 9 minn ulied Ħebron, Eligħel il-kap, u ħutu, tmenin; 10 minn ulied Użżijel,+ Għamminadab il-kap, u ħutu, mija u tnax. 11 Barra minn hekk, David sejjaħ lil Sadok+ u lil Abjatar,+ il-qassisin, u lil-Leviti Urijel,+ Għasaja,+ Ġoel,+ Semajja,+ Eligħel,+ u Għamminadab, 12 u ssokta jgħidilhom: “Intom il-kapijiet+ taʼ missirijiet il-Leviti. Tqaddsu,+ intom u ħutkom, u tellgħu l-arka taʼ Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, lejn il-post li jien ħejjejt għaliha. 13 Peress li l-ewwel darba mhux intom tellajtuha,+ Ġeħova Alla tagħna żbroffa kontrina,+ għax ma fittixniehx skond id-drawwa.”+ 14 Għalhekk, il-qassisin u l-Leviti tqaddsu+ biex itellgħu l-arka taʼ Ġeħova, l-Alla taʼ Israel.
15 Imbagħad ulied il-Leviti bdew iġorru+ l-arka taʼ l-Alla l-veru, bħalma kien ikkmanda Mosè skond il-kelma taʼ Ġeħova, bil-lasti fuq spallejhom.+ 16 David issa qal lill-kapijiet tal-Leviti biex lil ħuthom l-għannejja+ jqegħduhom bl-istrumenti li jakkumpanjaw il-kant,+ strumenti tal-korda+ u arpi+ u ċimbali,+ sabiex idoqqu b’ħoss qawwi ħalli jinstemaʼ ħoss taʼ hena.
17 Għaldaqstant, il-Leviti qiegħdu lil Ħeman,+ bin Ġoel, u, minn ħutu, lil Asaf,+ bin Berekija; u, minn ulied Merari, lil ħuthom, Etan,+ bin Kusaja; 18 u magħhom ħuthom tat-tieni taqsima,+ Żakkarija,+ Ben, Ġagħżijel, Semiramot, Ġeħijel, Unni, Eljab, Benaja, Magħseja, Mattitija, Elifeleħu, Mikneja, Għobed-edom,+ u Ġegħijel, l-għassiesa tal-bibien, 19 u l-għannejja Ħeman,+ Asaf,+ u Etan, biċ-ċimbali tar-ram aħmar sabiex idoqqu b’ħoss qawwi;+ 20 u Żakkarija, Għażijel,+ Semiramot, Ġeħijel, Unni, Eljab, Magħseja, u Benaja bi strumenti tal-korda intonati fuq Alamot,*+ 21 u Mattitija,+ Elifeleħu, Mikneja, Għobed-edom, Ġegħijel, u Għażażija b’arpi+ intonati fuq Seminit,*+ bħala diretturi; 22 u Kenanija,+ il-kap tal-Leviti, għall-ġarr taʼ l-arka, li jagħti l-istruzzjonijiet fil-ġarr, għax kien espert;+ 23 u Berekija u Elkana l-għassiesa+ taʼ l-Arka; 24 u Sebanija, Ġosafat, Netanel, Għamasaj, Żakkarija, Benaja, u Eligħeżer, il-qassisin, idoqqu t-trumbetti+ b’ħoss qawwi quddiem l-arka taʼ l-Alla l-veru, u Għobed-edom u Ġeħija l-għassiesa taʼ l-Arka.
25 U David+ u x-xjuħ taʼ Israel+ u l-kapijiet+ taʼ l-eluf kienu dawk li mxew maʼ l-arka tal-patt taʼ Ġeħova biex itellgħuha mid-dar t’Għobed-edom+ bil-ferħ.+ 26 U ġara li, meta l-Alla l-veru għen+ lil-Leviti jġorru l-arka tal-patt taʼ Ġeħova, huma offrew bħala sagrifiċċju sebaʼ barrin żgħar u sebaʼ mtaten.+ 27 U David kien liebes libsa bla kmiem taʼ drapp fin, u wkoll il-Leviti kollha li kienu qed iġorru l-Arka u l-għannejja u Kenanija,+ il-kap taʼ l-għannejja+ li ġarrew l-arka; imma David kellu fuqu efod+ taʼ l-għażel. 28 U l-Israelin kollha kienu qed itellgħu l-arka tal-patt taʼ Ġeħova b’għajat taʼ ferħ+ u bid-daqq tal-qarn+ u bit-trumbetti+ u biċ-ċimbali,+ idoqqu b’ħoss qawwi l-istrumenti tal-korda u l-arpi.+
29 U ġara li, meta l-arka tal-patt+ taʼ Ġeħova waslet fil-Belt taʼ David, Mikal,+ bint Sawl, ħarset ’l isfel mit-tieqa u rat lis-Sultan David jaqbeż ’l hemm u ’l hawn u jiċċelebra;+ u bdiet tistmerru+ f’qalbha.
16 U hekk daħħlu+ l-arka taʼ l-Alla l-veru u poġġewha ġot-tinda li David kien waqqaf għaliha;+ u bdew jippreżentaw offerti tal-ħruq u sagrifiċċji taʼ sħubija* quddiem l-Alla l-veru.+ 2 Meta David temm joffri l-offerta tal-ħruq+ u s-sagrifiċċji taʼ sħubija,+ bierek+ lin-nies f’isem Ġeħova.+ 3 Barra minn hekk, lill-Israelin kollha, sew irġiel u sew nisa, qassmilhom+ ħobża, ċappa tamal, u ċappa żbib kull wieħed. 4 Imbagħad quddiem l-arka taʼ Ġeħova qiegħed lil xi wħud mil-Leviti+ bħala qaddejja,+ kemm biex jagħtu tfakkiriet+ u kemm biex jirringrazzjaw+ u jfaħħru+ lil Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, 5 lil Asaf,+ il-kap, u t-tieni warajh Żakkarija, u Ġegħijel, Semiramot, Ġeħijel, Mattitija, Eljab, Benaja, Għobed-edom, u Ġegħijel,+ bi strumenti tal-korda u bl-arpi,+ u Asaf+ biċ-ċimbali jdoqqu b’ħoss qawwi,+ 6 u lil Benaja u Ġaħażijel, il-qassisin, bit-trumbetti+ l-ħin kollu quddiem l-arka tal-patt taʼ l-Alla l-veru.
7 Kien dakinhar li David ikkompona salm*+ għall-ewwel darba biex jirringrazzja+ lil Ġeħova permezz t’Asaf+ u ħutu:
12 Ftakru fl-atti taʼ l-għaġeb li wettaq,+
Fil-mirakli tiegħu u fid-deċiżjonijiet ġudizzjarji taʼ fommu,+
14 Hu Ġeħova Alla tagħna;+ fl-art kollha huma d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu.+
24 Irrakkontaw fost il-ġnus il-glorja tiegħu,
Fost il-popli kollha l-atti tiegħu taʼ l-għaġeb.
25 Għax Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir,+
U għandkom tibżgħu minnu iktar milli mill-allat l-oħrajn kollha.+
26 Għax l-allat kollha tal-popli huma allat bla siwi.+
Inkwantu għal Ġeħova, hu għamel is-smewwiet.+
29 Irrikonoxxu l-glorja taʼ isem Ġeħova,+
Aqbdu għotja u idħlu quddiemu.+
Milu quddiem Ġeħova mżejnin bi lbies qaddis.+
30 Imtlew bil-biżaʼ* minħabba fih, intom in-nies kollha taʼ l-art!
L-art produttiva wkoll hi stabbilita fis-sod:
Qatt ma se titħarrek.+
33 Fl-istess ħin ħa jgħajtu bil-ferħ is-siġar tal-foresta minħabba Ġeħova,+
Għax hu ġie biex jiġġudika l-art.+
34 Irringrazzjawh lil Ġeħova, għax hu tajjeb,+
Għax għal dejjem hi l-qalb tajba bl-imħabba tiegħu.+
35 U għidu, ‘Salvana, O Alla tas-salvazzjoni tagħna,+
U iġborna flimkien u eħlisna mill-ġnus,+
Biex irroddu ħajr lil ismek qaddis,+ biex nitkellmu bil-ferħ waqt li nfaħħruk.+
36 Ikun imbierek Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, minn dejjem għal dejjem.’”+
U n-nies kollha qalu, “Amen!” u faħħru lil Ġeħova.+
37 Imbagħad ħalla lil Asaf+ u lil ħutu hemmhekk quddiem l-arka tal-patt taʼ Ġeħova biex jaqdu+ quddiem l-Arka l-ħin kollu, skond il-ħtieġa taʼ kull ġurnata;+ 38 u lil Għobed-edom u lil ħutu, tmienja u sittin, u lil Għobed-edom, bin Ġedutun, u lil Ħosa bħala għassiesa tal-bibien; 39 u lil Sadok,+ il-qassis, u lil ħutu, il-qassisin, quddiem it-tabernaklu taʼ Ġeħova fil-post għall-qima* li kien hemm f’Gibegħon,+ 40 biex joffru offerti tal-ħruq lil Ġeħova fuq l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq il-ħin kollu fil-għodu u fil-għaxija u għal kulma hu miktub fil-liġi taʼ Ġeħova li qiegħed bħala kmand fuq Israel;+ 41 u magħhom lil Ħeman+ u lil Ġedutun u lill-bqija taʼ l-irġiel magħżulin li ntgħażlu+ b’isimhom biex jirringrazzjaw lil Ġeħova,+ għaliex “għal dejjem hi l-qalb tajba bl-imħabba tiegħu”;+ 42 u magħhom lil Ħeman+ u lil Ġedutun,+ biex idoqqu t-trumbetti+ u ċ-ċimbali u l-istrumenti taʼ l-għanja taʼ l-Alla l-veru; u wlied+ Ġedutun kienu mal-bieb. 43 U n-nies kollha marru, kull wieħed lejn daru stess.+ Għaldaqstant, David mar biex ibierek lil daru stess.
17 U ġara li, malli David beda jgħammar f’daru,+ David qal lil Natan,+ il-profeta: “Ara! Jien qed ngħammar f’dar taċ-ċedri,+ imma l-arka+ tal-patt taʼ Ġeħova qiegħda taħt id-drapp tat-tined.”+ 2 U Natan qal lil David: “Kulma għandek f’qalbek agħmlu,+ għax l-Alla l-veru qiegħed miegħek.”+
3 U ġara li dak il-lejl il-kelma+ t’Alla ġiet lil Natan, u qallu: 4 “Mur, u għid lil David il-qaddej tiegħi, ‘Hekk qal Ġeħova: “Mhux int se tibnili d-dar li ngħammar fiha.+ 5 Għax jien m’għammartx f’dar minn dakinhar li tellajt lil Israel sa dan il-jum,+ imma mxejt minn tinda għal tinda u minn tabernaklu+ għal ieħor.+ 6 Matul iż-żmien kollu li mxejt+ ’l hemm u ’l hawn f’Israel kollu, lissint jien kelma waħda lil xi wieħed mill-imħallfin taʼ Israel li kkmandajtu jirgħa lill-poplu tiegħi, u għedtlu, ‘Għala ma bnejtulix dar taċ-ċedri?’”’+
7 “U issa hekk għidlu lill-qaddej tiegħi David, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Jien stess ħadtek mill-mergħa, minn wara l-merħla,+ biex tkun mexxej+ fuq il-poplu tiegħi Israel. 8 U jien inkun miegħek kulfejn timxi,+ u neqred l-għedewwa kollha tiegħek+ minn quddiemek, u nagħmillek isem+ bħall-isem tal-kbarat li hawn fuq l-art.+ 9 U nagħti post lill-poplu tiegħi Israel u nħawwilhom hemmhekk,+ u huma tabilħaqq jgħammru fejn ikunu u ma jkunx hemm iktar min ifixkilhom; u wlied l-inġustizzja+ ma jerġgħux jifilġuhom, sewwasew bħalma għamlu qabel,+ 10 saħansitra minn dakinhar li inkarigajt lill-imħallfin+ biex imexxu lill-poplu tiegħi Israel. U żgur li numilja lill-għedewwa kollha tiegħek.+ U ngħidlek, ‘Anki dar* jibnilek Ġeħova.’+
11 “‘“U jrid iseħħ li, meta jagħlaqlek iż-żmien biex tmur u tkun maʼ missirijietek,+ jien inqajjem nislek warajk li jkun wieħed minn uliedek,+ u tabilħaqq nistabbilixxi fis-sod is-saltna tiegħu.+ 12 Ikun hu li jibnili dar,+ u jien nistabbilixxi fis-sod it-tron tiegħu għal żmien indefinit.+ 13 Jien stess insir missieru,+ u hu jsir ibni;+ u l-qalb tajba bl-imħabba tiegħi ma nwarrabhiex minn fuqu+ bħalma warrabtha minn fuq dak li kien hemm qablek.+ 14 U nġiegħlu jieqaf f’dari+ u f’saltnati+ għal żmien indefinit, u t-tron tiegħu+ jkun wieħed li jdum għal żmien indefinit.”’”
15 Natan kellem lil David skond dan il-kliem kollu u skond din il-viżjoni kollha.+
16 Imbagħad is-Sultan David daħal u qagħad bil-qiegħda quddiem Ġeħova+ u qallu: “Jien min jien,+ O Alla Ġeħova, u x’inhi dari+ biex wassaltni s’hawnhekk?+ 17 Bħallikieku din kienet xi ħaġa żgħira f’għajnejk,+ O Alla,+ int għadek kif għedtli li d-dar tal-qaddej tiegħek iddum sa żmien fil-futur imbiegħed,+ u int qistni bħal wieħed li ċ-ċirkustanzi favorevoli tiegħu huma taʼ raġel imlaħħaq,+ O Alla Ġeħova. 18 U David x’jistaʼ jgħidlek iktar dwar li tonora lill-qaddej tiegħek,+ meta int stess tafu tajjeb lill-qaddej tiegħek?+ 19 O Ġeħova, minħabba l-qaddej tiegħek u skond qalbek+ int għamilt dawn l-affarijiet kbar kollha billi għarraft l-għemejjel kbar kollha li wettaqt.+ 20 O Ġeħova, m’hemm ħadd bħalek,+ u m’hemm ebda Alla ħliefek+ fost dawk kollha li smajna dwarhom b’widnejna. 21 U liema ġens ieħor fuq l-art hu bħall-poplu tiegħek Israel,+ li l-Alla l-veru fdieh biex ikun il-poplu tiegħu,+ u b’hekk tagħmel għalik innifsek isem t’għemejjel kbar+ li wettaqt u affarijiet li jqanqlu l-biżaʼ billi keċċejt ġnus+ minn quddiem il-poplu tiegħek, li int fdejt mill-Eġittu? 22 U lill-poplu tiegħek Israel għamiltu bħala l-poplu tiegħek+ għal żmien indefinit, u int O Ġeħova, sirt Alla tagħhom.+ 23 U issa, O Ġeħova, ħalli tibqaʼ għal żmien indefinit il-kelma li int lissint dwar il-qaddej tiegħek u dwar daru, u agħmel sewwasew bħalma għedt. 24 U ħa jibqaʼ ismek+ u jkun kbir+ għal żmien indefinit, u jgħidu, ‘Ġeħova taʼ l-armati,+ l-Alla taʼ Israel,+ hu Alla għal Israel,’+ u ħa tkun id-dar tal-qaddej tiegħek David waħda dejjiema quddiemek.+ 25 Għax int, Alla tiegħi, irrivelajt lill-qaddej tiegħek l-iskop tiegħek biex tibnilu dar.+ Huwa għalhekk li l-qaddej tiegħek jistaʼ jitlob quddiemek. 26 U issa, O Ġeħova, int l-Alla l-veru,+ u twiegħed din it-tjubija dwar il-qaddej tiegħek.+ 27 U issa, jekk jogħġbok, bierek id-dar tal-qaddej tiegħek biex tibqaʼ għal żmien indefinit quddiemek;+ għax int innifsek, O Ġeħova, beriktha, u hi mbierka għal żmien indefinit.”+
18 U ġara li mbagħad David ħabat għall-Filistin+ u rażżanhom u ħa lil Gat+ u l-bliet li jiddependu minnha minn id il-Filistin. 2 Imbagħad ħabat għal Mowab,+ u l-Mowabin saru l-qaddejja taʼ David li jġibulu l-ħaraġ.+
3 U f’Ħamat,+ David issokta jaħbat għal Ħadadgħeżer,+ is-sultan taʼ Soba,+ meta dan kien sejjer fi triqtu biex jistabbilixxi l-kontroll tiegħu ħdejn ix-xmara Ewfrat.+ 4 U David ħa mingħandu elf karru u sebat elef rikkieb taż-żwiemel u għoxrin elf raġel bil-mixi.+ Imbagħad David qataʼ l-għerq taʼ l-għarqub+ taż-żwiemel+ tal-karrijiet kollha, imma ħalla minnhom mitt żiemel tal-karrijiet. 5 Meta s-Sirja taʼ Damasku ġiet biex tgħin lil Ħadadgħeżer, is-sultan taʼ Soba,+ David qatel tnejn u għoxrin elf raġel minn fost is-Sirjani. 6 Imbagħad David qiegħed għases tas-suldati fis-Sirja taʼ Damasku,+ u s-Sirjani saru l-qaddejja taʼ David li jġibulu l-ħaraġ.+ U Ġeħova kompla jsalva lil David kulfejn kien imur.+ 7 Iktar minn hekk, David ħa t-tarki tondi+ tad-deheb li kellhom fuqhom il-qaddejja taʼ Ħadadgħeżer u ġabhom Ġerusalemm.+ 8 U minn Tibħat+ u Kun, bliet taʼ Ħadadgħeżer, David ħa kwantità kbira taʼ ram aħmar. Bih Salamun għamel il-baħar* tar-ram aħmar+ u l-kolonni+ u l-għodod tar-ram aħmar.+
9 Meta Togħu,* is-sultan taʼ Ħamat,+ semaʼ li David kien qatel lill-qawwa militari kollha taʼ Ħadadgħeżer,+ is-sultan taʼ Soba, 10 hu minnufih bagħat lil ibnu Ħadoram+ għand is-Sultan David biex jistaqsih kif inhu u jifraħlu minħabba l-fatt li kien iġġieled kontra Ħadadgħeżer u qatlu, (għax Ħadadgħeżer kien spiss jiggwerra kontra Togħu) u Ħadoram kellu miegħu kull tip t’oġġetti tad-deheb, tal-fidda,+ u tar-ram aħmar. 11 Dawn ukoll is-Sultan David qaddishom+ lil Ġeħova flimkien mal-fidda u d-deheb li kien ġarr mill-ġnus kollha,+ minn Edom, minn Mowab,+ mingħand ulied Għammon,+ mingħand il-Filistin,+ u minn Għamalek.+
12 U Abisaj,+ bin Seruja,+ qatel lill-Edomin f’Wied il-Melħ,+ tmintax-il elf. 13 Għalhekk, hu qiegħed għases tas-suldati f’Edom, u l-Edomin kollha saru qaddejja+ taʼ David. U Ġeħova kompla jsalva lil David kulfejn kien imur.+ 14 U David baqaʼ jsaltan fuq Israel kollu,+ u amministra kontinwament il-ġustizzja u s-sewwa għall-poplu kollu tiegħu.+ 15 U Ġowab, bin Seruja, kien fuq l-armata,+ u Ġeħosafat,+ bin Aħilud, kien ir-reġistratur. 16 U Sadok,+ bin Aħitub, u Aħimelek,+ bin Abjatar, kienu qassisin, u Sawsa+ kien is-segretarju. 17 U Benaja,+ bin Ġeħojada,+ kien fuq il-Keretin+ u l-Peletin;+ u wlied David kienu l-uffiċjali ewlenin maġenb is-sultan.+
19 U ġara li mbagħad miet Naħas,+ is-sultan taʼ wlied Għammon, u ibnu beda jsaltan minfloku.+ 2 U David qal: “Jien se nuri qalb tajba bl-imħabba+ maʼ Ħanun, bin Naħas, għaliex missieru wera qalb tajba bl-imħabba miegħi.”+ Għaldaqstant, David bagħat messaġġiera biex ifarrġu minħabba missieru, u l-qaddejja taʼ David daħlu fl-art taʼ wlied Għammon+ għand Ħanun biex ifarrġuh. 3 Madankollu, il-prinċpijiet taʼ wlied Għammon qalu lil Ħanun: “Taħseb int li David biex jonora lil missierek bagħatlek il-farraġa? Mhux biex jara x’fiha l-art u biex jegħlibha u jitkixxef dwarha+ li l-qaddejja tiegħu ġew għandek?”+ 4 Għalhekk, Ħanun qabad il-qaddejja taʼ David+ u qaxxrilhom id-daqna+ u qattgħalhom ilbieshom min-nofs sal-warrani+ u bagħathom.+ 5 Iktar tard, xi nies marru u qalu lil David dwar l-irġiel; u dan minnufih bagħat biex jiltaqaʼ magħhom, għaliex l-irġiel bdew iħossuhom umiljati ħafna; u s-sultan issokta jgħid: “Għammru f’Ġeriko+ sakemm tikbrilkom sew id-daqna. Imbagħad erġgħu lura.”
6 U wlied Għammon raw li kienu saru mibgħudin+ minn David, u Ħanun+ u wlied Għammon bagħtu elf talent fidda+ biex jikru karrijiet+ u rikkieba taż-żwiemel mill-Mesopotamja, minn Aram-magħka,+ u minn Soba.+ 7 B’hekk, krew tnejn u tletin elf karru+ u lis-sultan taʼ Magħka u lill-poplu tiegħu.+ Imbagħad daħlu u kkampjaw quddiem Medeba;+ u wlied Għammon inġabru flimkien mill-bliet tagħhom u ġew għall-gwerra.
8 Meta David semaʼ b’dan, minnufih bagħat lil Ġowab+ u l-armata kollha u l-irġiel setgħanin.+ 9 U wlied Għammon bdew joħorġu u jitqassmu għall-battalja fid-daħla tal-belt, u s-slaten+ li kienu ġew kienu għalihom waħedhom fil-kampanja.
10 Meta Ġowab ra li l-attakki tal-battalja ġew kontrih minn quddiem u minn wara, hu minnufih għażel xi wħud mill-aqwa rġiel kollha taʼ Israel u qassamhom għall-battalja biex jiltaqgħu mas-Sirjani.+ 11 U l-bqija tal-poplu ħalliehom f’idejn ħuh Abisaj,+ sabiex ikunu jistgħu jitqassmu għall-battalja biex jiltaqgħu maʼ wlied Għammon.+ 12 U hu ssokta jgħidlu: “Jekk is-Sirjani+ jkunu b’saħħithom wisq għalija, int tkun is-salvazzjoni tiegħi;+ imma jekk ulied Għammon ikunu b’saħħithom wisq għalik, jien insalvak.+ 13 Agħmel il-ħila,+ sabiex nuru li aħna kuraġġużi għan-nom tal-poplu tagħna u għan-nom tal-bliet t’Alla tagħna;+ imbagħad Ġeħova jagħmel dak li hu tajjeb f’għajnejh.”+
14 Imbagħad Ġowab u n-nies li kienu miegħu resqu għall-battalja quddiem is-Sirjani,+ u dawn ħarbu+ minn quddiemu. 15 U wlied Għammon raw li s-Sirjani kienu ħarbu, u ħarbu+ huma wkoll minn quddiem ħuh Abisaj, u mbagħad irtiraw fil-belt.+ Iktar tard Ġowab daħal Ġerusalemm.
16 Meta s-Sirjani raw li kienu ġew megħlubin+ minn Israel, bagħtu xi messaġġiera u ħarġu lis-Sirjani li kienu fir-reġjun tax-Xmara,*+ u Sofak,* il-kap taʼ l-armata taʼ Ħadadgħeżer, kien quddiemhom.
17 Meta lil David waslitlu l-aħbar, hu minnufih ġabar lil Israel kollu flimkien u qasam il-Ġordan u wasal ħdejhom u tqassmu għall-battalja kontrihom.+ Meta David qassam lill-gwerriera tiegħu għall-battalja kontra s-Sirjani, dawn bdew jiġġieldu kontrih. 18 Imma s-Sirjani ħarbu+ minħabba Israel; u David qatel mis-Sirjani sebat elef sewwieq tal-karrijiet u erbgħin elf raġel bil-mixi, u qatel lil Sofak, il-kap taʼ l-armata.+ 19 Meta l-qaddejja taʼ Ħadadgħeżer raw li ġew megħlubin minn Israel,+ huma mill-ewwel għamlu paċi maʼ David u bdew jaqduh;+ u s-Sirja ma riditx iktar tipprova ssalva lil ulied Għammon.+
20 U ġara li, madwar iż-żmien tal-bidu tas-sena,+ fiż-żmien li s-slaten joħorġu għall-gwerra,+ Ġowab mexxa l-qawwa tal-ġlied taʼ l-armata+ u qered l-art taʼ wlied Għammon u mar jassedja lil Rabba,+ waqt li David kien qed jgħammar f’Ġerusalemm; u Ġowab ħabat+ għal Rabba u ġarrafha. 2 Imma David ħa l-kuruna minn fuq ras Malkam,*+ u sab li kienet tiżen talent deheb, u fiha kien hemm il-ħaġar prezzjuż; u tqiegħdet fuq ras David. U l-priża li ħareġ mill-belt kienet kotrana ferm.+ 3 U n-nies li kienu fiha ħariġhom, u żammhom+ biex jisserraw il-ġebel u jagħmlu l-għodod jaqtgħu tal-ħadid u l-imnanar;+ u hekk għamlilhom David lill-bliet kollha taʼ wlied Għammon. Fl-aħħar, David u n-nies kollha reġgħu lura lejn Ġerusalemm.
4 U ġara wara dan li faqqgħet il-gwerra f’Geżer+ mal-Filistin.+ Kien f’dan iż-żmien li Sibbekaj+ il-Ħusati qatel lil Sippaj* minn dawk li twieldu mir-Refajin,+ u b’hekk ġew imrażżnin.
5 U għal darb’oħra kien hemm il-gwerra mal-Filistin; U Elħanan,+ bin Ġajir, qatel lil Laħmi, ħu Gulija+ l-Gitti, li l-manku tal-lanza tiegħu kien bħall-motwa* taʼ min jinseġ bin-newl.+
6 U reġaʼ kien hemm il-gwerra f’Gat,+ meta kien hemm raġel taʼ kobor straordinarju,+ li s-swabaʼ taʼ idejh u taʼ saqajh kienu sitta sitta, erbgħa u għoxrin b’kollox;+ u dan, ukoll, kien twieled lir-Refajin.+ 7 U baqaʼ jisfida+ lil Israel. Fl-aħħar, Ġonatan, bin Simegħa,+ ħu David, qatlu.
8 Dawn kienu l-irġiel li twieldu lir-Refajin+ f’Gat;+ u waqgħu+ b’id David u b’id il-qaddejja tiegħu.
21 U Satana* qam kontra Israel u xewwex+ lil David biex jgħodd lil Israel. 2 Għalhekk, David qal lil Ġowab+ u lill-kapijiet tal-poplu: “Morru għoddu+ lil Israel minn Bir-xeba+ sa Dan+ u ejjew għiduli biex inkun naf l-għadd tagħhom.”+ 3 Imma Ġowab qal: “Jalla Ġeħova jżid mal-poplu tiegħu mitt darba daqs li hu.+ M’humiex, O sidi s-sultan, ilkoll kemm huma qaddejja taʼ sidi? Sidi għala qed ifittex dan?+ Għala għandu jkun kaġun taʼ ħtija għal Israel?”
4 Madankollu, il-kelma tas-sultan+ għelbet lil Ġowab, u b’hekk Ġowab ħareġ+ u dar Israel kollu, u mbagħad wasal Ġerusalemm.+ 5 Ġowab issa ta l-għadd tar-reġistrazzjoni tal-poplu lil David; u Israel kollu ammonta għal miljun u mitt elf raġel li jisiltu s-sejf,+ u Ġuda erbaʼ mija u sebgħin elf raġel li jisiltu s-sejf. 6 U lil Levi+ u lil Benjamin ma rreġistrahomx magħhom,+ għaliex il-kelma tas-sultan kienet mistkerrha għal Ġowab.
7 Issa din il-ħaġa kienet ħażina f’għajnejn l-Alla l-veru,+ u għalhekk darab lil Israel. 8 Għaldaqstant, David qal lill-Alla l-veru: “Jien dnibt+ ħafna billi għamilt din il-ħaġa. U issa, jekk jogħġbok, aħfer+ l-iżball tal-qaddej tiegħek; għax jien tbellaht bil-kbir.”+ 9 U Ġeħova kellem lil Gad,+ il-viżjonarju+ taʼ David, u qallu: 10 “Mur u kellem lil David u għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Hemm tliet affarijiet li qed inġib kontrik.+ Agħżel għalik waħda minnhom, sabiex nagħmilhielek.”’”+ 11 Għaldaqstant, Gad daħal għand David+ u qallu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Agħżel, 12 jew li jkun hemm ġuħ għal tliet snin;+ jew li jkun hemm il-qerda għal tliet xhur minn quddiem l-avversarji tiegħek+ u jilħqek is-sejf taʼ l-għedewwa tiegħek, jew li għal tlett ijiem ikun hemm is-sejf taʼ Ġeħova,+ iva, il-pesta,+ fl-art, u l-anġlu taʼ Ġeħova jagħmel ħerba+ fit-territorju kollu taʼ Israel.’ U issa ara x’għandi nwieġeb lil Dak li bagħatni.” 13 Għalhekk, David qal lil Gad: “Dan inikkitni ferm. Jekk jogħġbok, ħa naqaʼ f’id Ġeħova,+ għax ħafna u ħafna huma l-ħniniet tiegħu;+ imma tħallinix naqaʼ f’id il-bniedem.”+
14 Imbagħad Ġeħova bagħat pesta+ f’Israel, u b’hekk waqgħu minn Israel sebgħin elf persuna.+ 15 Barra minn hekk, l-Alla l-veru bagħat anġlu lejn Ġerusalemm biex jagħmilha ħerba;+ u malli beda jagħmilha ħerba, Ġeħova raha u beda jiddispjaċih minħabba l-gwaj;+ u għalhekk qal lill-anġlu li kien qed jagħmel il-ħerba: “Biżżejjed!+ Issa niżżel idek.” U l-anġlu taʼ Ġeħova kien wieqaf qrib il-qiegħa tad-dris t’Ornan*+ il-Ġebusi.+
16 Meta David refaʼ għajnejh, ra l-anġlu+ taʼ Ġeħova wieqaf bejn l-art u s-smewwiet b’sejfu mislut+ f’idu ppontat lejn Ġerusalemm; u David u x-xjuħ, lebsin l-ilbies taʼ l-ixkora,+ minnufih inxteħtu wiċċhom fl-art.+ 17 U David qal lill-Alla l-veru: “Mhux jien kont li għedt biex isir l-għadd tal-poplu, u mhux jien kont li dnibt u bla dubju għamilt il-ħażin?+ Imma dawn in-nagħaġ,+ x’għamlu? O Ġeħova Alla tiegħi, jekk jogħġbok, ħa tiġi idek fuqi u fuq dar missieri; imma tibgħatx flaġell fuq il-poplu tiegħek.”+
18 U l-anġlu taʼ Ġeħova, min-naħa tiegħu, qal lil Gad+ biex jgħid lil David li David għandu jitlaʼ biex iwaqqaf artal lil Ġeħova fuq il-qiegħa tad-dris t’Ornan il-Ġebusi.+ 19 Għaldaqstant, David telaʼ skond il-kelma li Gad kien qal f’isem Ġeħova.+ 20 Sadanittant, Ornan+ dar lura u ra l-anġlu; u l-erbaʼ wliedu li kienu miegħu nħbew. Issa Ornan kien qed jidres il-qamħ. 21 Għalhekk, David wasal sa ħdejn Ornan. Meta Ornan ħares u ra lil David,+ minnufih ħareġ mill-qiegħa tad-dris u miel wiċċu lejn l-art quddiem David. 22 Imbagħad David qal lil Ornan: “Agħtini l-post tal-qiegħa tad-dris, biex nibni fih artal lil Ġeħova. B’kemm jiswa flus+ agħtihuli,+ sabiex il-flaġell+ jieqaf minn fuq il-poplu.” 23 Imma Ornan qal lil David: “Ħudu daqslikieku tiegħek,+ u ħa jagħmel sidi s-sultan dak li hu tajjeb f’għajnejh stess. Ara, nagħtik il-baqar+ għall-offerti tal-ħruq u s-slitta tad-dris+ għall-injam+ u l-qamħ bħala offerta tal-qmuħ. Kollox nagħtik.”+
24 Madankollu, is-Sultan David qal lil Ornan: “Le, imma żgur li nixtrih b’kemm jiswa flus,+ għaliex m’iniex se nieħu dak li hu tiegħek u noffrih lil Ġeħova bħala sagrifiċċji tal-ħruq mingħajr ħlas.” 25 Għalhekk, għall-post, David lil Ornan wiżinlu sitt mitt xekel deheb.+ 26 Imbagħad David bena hemmhekk artal+ lil Ġeħova u offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji taʼ sħubija, u sejjaħ lil Ġeħova,+ li issa wieġbu bin-nar+ mis-smewwiet fuq l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq. 27 Iktar minn hekk, Ġeħova qal il-kelma lill-anġlu,+ li mbagħad daħħal lura sejfu fl-għant tiegħu. 28 Dak iż-żmien, meta ra li Ġeħova kien wieġbu fil-qiegħa tad-dris t’Ornan il-Ġebusi, David baqaʼ joffri s-sagrifiċċji hemmhekk.+ 29 Imma t-tabernaklu taʼ Ġeħova li Mosè kien għamel fix-xagħri u l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq kienu dak iż-żmien fil-post għall-qima* f’Gibegħon.+ 30 U David ma kellux il-ħila jmur quddiemu biex jikkonsulta m’Alla, għax kien twerwer+ minħabba s-sejf taʼ l-anġlu taʼ Ġeħova.
22 Imbagħad David qal: “Din hi d-dar+ taʼ Ġeħova, l-Alla l-veru, u dan hu l-artal+ għall-offerta tal-ħruq għal Israel.”
2 David issa qalilhom biex jiġbru flimkien lir-residenti barranin+ li kienu fl-art taʼ Israel, u mbagħad qabbadhom bħala naġġara+ biex jonġru ġebel kwadru+ għall-bini tad-dar taʼ l-Alla l-veru. 3 U David ħejja kwantità kbira taʼ ħadid għall-imsiemer għal kull waħda mill-bibien u għall-irbit, u wkoll ram aħmar fi kwantità tant kbira li ma setax jintiżen,+ 4 kif ukoll injam taċ-ċedru+ bla għadd; għax lil David, is-Sidonin+ u t-Tirin+ ġabulu kwantità kbira taʼ injam taċ-ċedru. 5 Għaldaqstant, David qal: “Ibni Salamun hu żagħżugħ u bla esperjenza,+ u d-dar li trid tinbena lil Ġeħova għandha tkun grandjuża b’mod straordinarju+ u magħrufa għall-ġmiel+ mal-pajjiżi kollha. Mela, ħa nħejji kollox għalih.” Għalhekk, David ħejja kollox bi kwantitajiet kbar qabel mewtu.+
6 Barra minn hekk, hu sejjaħ lil ibnu Salamun biex jordnalu jibni dar lil Ġeħova, l-Alla taʼ Israel. 7 U David issokta jgħid lil ibnu Salamun: “Jien stess xtaqt minn qalbi+ li nibni dar għal isem+ Ġeħova Alla tiegħi. 8 Imma l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, u qalli, ‘Int xerridt kwantità kbira taʼ demm,+ u ġġilidt gwerer kbar.+ Mhux int li tibni dar għal ismi,+ għax xerridt ammont kbir taʼ demm fuq l-art quddiemi. 9 Ara! Se jitwilidlek iben.+ Hu jkun bniedem taʼ serħan, u jien żgur li nserrħu mill-għedewwa kollha tiegħu dawramejt;+ għax ismu jkun Salamun,+ u sliem+ u kwiet nagħti lil Israel fi żmienu. 10 Ikun hu li jibni dar għal ismi,+ u hu stess ikun iben+ għalija, u jien missier+ għalih. U nistabbilixxi fis-sod it-tron taʼ saltnatu+ fuq Israel għal żmien indefinit.’
11 “Issa, ibni, jalla Ġeħova jkun miegħek, u int trid tirnexxi u tibni d-dar taʼ Ġeħova Alla tiegħek, sewwasew bħalma qal dwarek.+ 12 Biss, jalla Ġeħova jagħtik l-għaqal u l-abbiltà li tifhem,+ u jalla jagħtik kmandament rigward Israel biex tħares il-liġi taʼ Ġeħova Alla tiegħek.+ 13 F’dak il-każ int tirnexxi+ jekk toqgħod attent li twettaq ir-regolamenti+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ li Ġeħova kkmanda+ lil Mosè rigward Israel. Kun kuraġġuż u b’saħħtek.+ Tibżax+ u titwerwirx.+ 14 U, ara, matul is-sofferenza tiegħi+ jien ħejjejt għad-dar taʼ Ġeħova mitt elf talent deheb+ u miljun talent fidda, u r-ram aħmar+ u l-ħadid+ m’hemm ebda mezz kif jintiżnu, peress li tant hemm kwantità kbira minnhom; u jien ħejjejt l-injam u l-ġebel, imma int trid iżżid magħhom. 15 U għandek ukoll għadd kbir taʼ dawk li jieħdu ħsieb ix-xogħol, naġġara u ħaddiema fil-ġebel+ u fl-injam u nies tas-sengħa f’kull tip taʼ xogħol.+ 16 Id-deheb, il-fidda, ir-ram aħmar, u l-ħadid m’hemm ebda mezz kif jingħaddu.+ Qum u aġixxi,+ u jalla Ġeħova jkun miegħek.”+
17 U David issokta jordna lill-prinċpijiet kollha taʼ Israel biex jgħinu lil ibnu Salamun: 18 “M’huwiex magħkom+ Ġeħova Alla tagħkom, u ma takomx hu l-mistrieħ minn kullimkien?+ Għax hu tani f’idejja l-abitanti tal-pajjiż, u l-pajjiż ġie mrażżan quddiem Ġeħova+ u quddiem il-poplu tiegħu. 19 Issa, ixħtu qalbkom u ruħkom+ biex tfittxu lil Ġeħova Alla tagħkom,+ u qumu u ibnu s-santwarju+ taʼ Ġeħova, l-Alla l-veru,+ biex iġġibu l-arka+ tal-patt taʼ Ġeħova u l-għodod imqaddsin taʼ l-Alla l-veru lejn id-dar mibnija għal isem+ Ġeħova.”
23 U David kien xiħ+ u mimli bl-għomor, u għalhekk għamel lil ibnu Salamun+ sultan fuq Israel. 2 U ġabar lill-prinċpijiet+ kollha taʼ Israel u lill-qassisin+ u lil-Leviti.+ 3 Għaldaqstant, il-Leviti kienu magħdudin mill-età taʼ tletin sena ’l fuq;+ u l-għadd tagħhom, ras b’ras, raġel b’saħħtu b’raġel b’saħħtu, kien tmienja u tletin elf. 4 Minn dawn, bħala mgħallmin fuq ix-xogħol tad-dar taʼ Ġeħova, kien hemm erbgħa u għoxrin elf; u bħala uffiċjali+ u mħallfin+ sitt elef; 5 u erbat elef għassies tal-bibien+ u erbat elef ifaħħru+ lil Ġeħova bl-istrumenti+ li dwarhom David qal, “Jien għamilthom biex ifaħħru bihom.”
6 Imbagħad David qassamhom f’taqsimiet+ għal ulied Levi,+ għal Gerson, Keħat, u Merari. 7 Għall-Gersonin, Lagħdan u Simgħi. 8 Ulied Lagħdan kienu Ġeħijel+ il-kap, Żetam, u Ġoel,+ tlieta. 9 Ulied Simgħi kienu Selomot, Ħażijel, u Ħaran, tlieta. Dawn kienu l-kapijiet tal-missirijiet għal Lagħdan. 10 U wlied Simgħi kienu Ġaħat, Żina,* Ġegħus, u Berija. Dawn l-erbgħa kienu wlied Simgħi. 11 U Ġaħat kien il-kap, u Żiżah it-tieni. U Ġegħus u Berija ma kellhomx ħafna wlied; għalhekk saru familja min-naħa tal-missier+ għal klassi uffiċjali waħda.
12 Ulied Keħat+ kienu Għamram, Isħar,+ Ħebron,+ u Użżijel,+ erbgħa. 13 Ulied Għamram kienu Aron+ u Mosè.+ Imma Aron kien imwarrab apparti+ sabiex iqaddes l-Iktar Qaddis,+ hu u wliedu għal żmien indefinit, biex joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji+ quddiem Ġeħova, biex jaqduh,+ u biex ilissnu barka+ f’ismu għal żmien indefinit. 14 U wlied Mosè, il-bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ baqgħu jissejħu fost it-tribù tal-Leviti.+ 15 Ulied Mosè kienu Gersom+ u Eligħeżer.+ 16 Ulied Gersom: Sebugħel,*+ il-kap. 17 U wlied Eligħeżer: Reħabija,+ il-kap; u Eligħeżer ma kellux iktar ulied, imma wlied Reħabija kotru fuq li kotru. 18 Ulied Isħar:+ Selomit,+ il-kap. 19 Ulied Ħebron kienu Ġerija l-kap, Amarija t-tieni, Ġaħażijel it-tielet, u Ġekamegħam+ ir-rabaʼ. 20 Ulied Użżijel+ kienu Mikea l-kap u Issija t-tieni.
21 Ulied Merari+ kienu Maħli u Musi.+ Ulied Maħli kienu Elegħażar+ u Kis. 22 Imma Elegħażar miet; u ma kellux ulied subien, imma bniet. Għalhekk, ulied Kis, ħuthom, iżżewġuhom.+ 23 Ulied Musi kienu Maħli, Għeder, u Ġeremot,+ tlieta.
24 Dawn kienu wlied Levi skond id-dar taʼ missirijiethom,+ il-kapijiet tal-missirijiet, skond dawk li ġew inkarigati minnhom, bl-għadd taʼ l-ismijiet, ras b’ras, dawk li jieħdu ħsieb ix-xogħol għas-servizz+ tad-dar taʼ Ġeħova, mill-età t’għoxrin sena ’l fuq.+ 25 Għax David kien qal: “Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, ta s-serħan lill-poplu tiegħu,+ u se jgħammar f’Ġerusalemm għal żmien indefinit.+ 26 U l-Leviti ma jkollhomx għalfejn iġorru t-tabernaklu jew xi waħda mill-għodod tiegħu għas-servizz tiegħu.”+ 27 Għax skond l-aħħar kliem+ taʼ David dan kien l-għadd taʼ wlied Levi mill-età t’għoxrin sena ’l fuq. 28 Għax ix-xogħol tagħhom kien għad-dispożizzjoni taʼ wlied Aron+ għas-servizz tad-dar taʼ Ġeħova, fil-btieħi,+ fil-kmamar taʼ l-ikel,+ fil-purifikazzjoni taʼ kull ħaġa qaddisa,+ u fix-xogħol tas-servizz tad-dar taʼ l-Alla l-veru, 29 kif ukoll għall-ħobż preżentat f’saffi,+ għad-dqiq fin+ għall-offerta tal-qmuħ, għall-galletti+ tal-ħobż bla ħmira,+ għall-ftajjar taʼ fuq il-pjanċa,+ għall-għaġina mħallta,+ u għal kull kejl taʼ kwantità u qjies;+ 30 u biex jieqfu+ kull fil-għodu+ biex jirringrazzjaw+ u jfaħħru+ lil Ġeħova, u l-istess kull fil-għaxija; 31 u għal kull offerta tas-sagrifiċċji tal-ħruq lil Ġeħova fis-Sabatijiet,+ f’kull qamar ġdid,+ u fl-istaġuni tal-festi,+ bl-għadd skond ir-regola dwarhom, il-ħin kollu quddiem Ġeħova. 32 U huma jieħdu ħsieb li jgħassu+ t-tinda tal-laqgħa u jgħassu l-post qaddis+ u jħarsu lil ulied Aron, ħuthom, għas-servizz tad-dar taʼ Ġeħova.+
24 Issa wlied Aron kellhom it-taqsimiet tagħhom. Ulied Aron kienu Nadab+ u Abiħu,+ Elegħażar+ u Itamar.+ 2 Madankollu, Nadab u Abiħu+ mietu qabel missierhom,+ u ma kellhomx ulied, imma Elegħażar+ u Itamar baqgħu jaqdu bħala qassisin. 3 U David, u Sadok+ minn ulied Elegħażar, u Aħimelek+ minn ulied Itamar, qassmuhom f’taqsimiet għall-kariga tagħhom fis-servizz tagħhom.+ 4 Imma l-kapijiet taʼ wlied Elegħażar kienu iktar fl-għadd minn dawk taʼ wlied Itamar. Għalhekk, lil ulied Elegħażar qassmulhom, bħala kapijiet tal-familji tagħhom min-naħa tal-missier, sittax, u lil ulied Itamar, bħala kapijiet tal-familji tagħhom min-naħa tal-missier, tmienja.
5 Iktar minn hekk, qassmuhom bix-xorti,+ dawn u dawk flimkien, għax kellu jkun hemm kapijiet fil-post qaddis+ u kapijiet li jaqdu lill-Alla l-veru kemm minn ulied Elegħażar u kemm minn ulied Itamar. 6 Imbagħad Semajja, bin Netanel is-segretarju+ tal-Leviti, kitibhom quddiem is-sultan u l-prinċpijiet u Sadok+ il-qassis u Aħimelek,+ bin Abjatar,+ u l-kapijiet tal-missirijiet tal-qassisin u tal-Leviti,+ familja waħda min-naħa tal-missier magħżula għal Elegħażar+ u waħda magħżula għal Itamar.+
7 U telgħu bix-xorti: l-ewwel Ġeħojarib;+ it-tieni Ġedaja, 8 it-tielet Ħarim, ir-rabaʼ Segħorim, 9 il-ħames Malkija, is-sitta Mijamin, 10 is-sebaʼ Ħakkos, it-tmienja Abija,+ 11 id-disaʼ Ġeswa, l-għaxra Sekanija, 12 il-ħdax Eljasib, it-tnax Ġakim, 13 it-tlettax Ħuffa, l-erbatax Ġesebegħab, 14 il-ħmistax Bilga, is-sittax Immer, 15 is-sbatax Ħeżir, it-tmintax Ħaffisses, 16 id-dsatax Petaħija, l-għoxrin Ġeħeżkel, 17 il-wieħed u għoxrin Ġakin, it-tnejn u għoxrin Gamul, 18 it-tlieta u għoxrin Delaja, l-erbgħa u għoxrin Magħżija.
19 Dawn kienu l-karigi tagħhom+ għas-servizz tagħhom,+ biex jidħlu fid-dar taʼ Ġeħova skond id-dritt mistħoqq tagħhom+ minn id Aron missierhom tal-qedem, bħalma kien ordnalu Ġeħova, l-Alla taʼ Israel.
20 U minn ulied Levi li kien fadal, minn ulied Għamram+ kien hemm Subagħel;+ minn ulied Subagħel, Ġeħdeja; 21 minn Reħabija:+ minn ulied Reħabija, Issija l-kap; 22 mill-Isħarin,+ Selomot;+ minn ulied Selomot, Ġaħat; 23 u minn ulied Ħebron,+ Ġerija+ l-kap, Amarija t-tieni, Ġaħażijel it-tielet, u Ġekamegħam ir-rabaʼ. 24 Ulied Użżijel: Mikea;+ minn ulied Mikea, Samir. 25 Ħu Mikea kien Issija; minn ulied Issija, Żakkarija.
26 Ulied Merari+ kienu Maħli+ u Musi;+ ulied Ġagħżija: Beno. 27 Ulied Merari: Minn Ġagħżija, Beno, Soħam, Żakkur, u Ibri. 28 Minn Maħli, Elegħażar, li ma kellux ulied.+ 29 Minn Kis: ulied Kis: Ġeraħmel. 30 U wlied Musi kienu Maħli,+ Għeder, u Ġerimot.+
Dawn kienu wlied il-Leviti skond il-familji tagħhom min-naħa tal-missier.+ 31 U dawn ukoll tefgħu x-xorti+ eżattament bħalma għamlu ħuthom, ulied Aron, quddiem David, is-sultan, u Sadok u Aħimelek u l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier tal-qassisin u tal-Leviti. Rigward il-familji min-naħa tal-missier,+ il-kap kien eżatt bħal ħuh iż-żgħir.
25 Iktar minn hekk, David u l-kapijiet+ tal-gruppi tas-servizz+ warrbu apparti għas-servizz lil xi wħud minn ulied Asaf, Ħeman,+ u Ġedutun,+ li jipprofetizzaw bl-arpi,+ bl-istrumenti tal-korda,+ u biċ-ċimbali.+ U mill-għadd tagħhom kien hemm l-irġiel inkarigati għas-servizz tagħhom. 2 Minn ulied Asaf, Żakkur, Ġużeppi,+ Netanija, u Asarela,+ ulied Asaf taħt id-direzzjoni t’Asaf,+ li jipprofetizza taħt id-direzzjoni tas-sultan. 3 Minn Ġedutun:+ ulied Ġedutun, Gedalija,+ Seri,+ Ġesagħija,+ Simgħi, Ħasabija, u Mattitija,+ sitta, taħt id-direzzjoni taʼ missierhom Ġedutun, li kien jipprofetizza bl-arpa biex jirringrazzja u jfaħħar lil Ġeħova.+ 4 Minn Ħeman:+ ulied Ħeman, Bukkija,+ Mattanija,+ Użżijel,+ Sebugħel,* Ġerimot, Ħananija,+ Ħanani, Eljata,+ Giddalti,+ Romamti-għeżer,+ Ġosbekasa,+ Malloti,+ Ħotir,+ Maħażijot. 5 Dawn kollha kienu wlied Ħeman, viżjonarju+ tas-sultan, dwar l-affarijiet taʼ l-Alla l-veru, li għolla l-qarn tiegħu biex jigglorifika lil Alla; b’hekk, lil Ħeman, l-Alla l-veru tah erbatax-il tifel u tlett ibniet.+ 6 Dawn kollha kienu taħt id-direzzjoni taʼ missierhom fil-kant fid-dar taʼ Ġeħova, biċ-ċimbali,+ bl-istrumenti tal-korda,+ u bl-arpi+ għas-servizz tad-dar taʼ l-Alla l-veru.
Taħt id-direzzjoni tas-sultan kien hemm Asaf, Ġedutun, u Ħeman.+
7 U l-għadd tagħhom, flimkien maʼ ħuthom imħarrġin fil-kant lil Ġeħova,+ ilkoll esperti,+ kien mitejn u tmienja u tmenin. 8 Għalhekk, tefgħu x-xorti+ dwar l-affarijiet li kellhom jieħdu ħsiebhom, iż-żgħir l-istess bħall-kbir,+ l-espert+ flimkien maʼ dak li qed jitgħallem.
9 U telgħu bix-xorti: l-ewwel t’Asaf, Ġużeppi;+ it-tieni Gedalija+ (hu u ħutu u wliedu kienu tnax); 10 it-tielet Żakkur,+ uliedu u ħutu, tnax; 11 ir-rabaʼ Isri,+ uliedu u ħutu, tnax; 12 il-ħames Netanija,+ uliedu u ħutu, tnax; 13 is-sitta Bukkija, uliedu u ħutu, tnax; 14 is-sebaʼ Ġesarela,+ uliedu u ħutu, tnax; 15 it-tmienja Ġesagħija, uliedu u ħutu, tnax; 16 id-disaʼ Mattanija, uliedu u ħutu, tnax; 17 l-għaxra Simgħi, uliedu u ħutu, tnax; 18 il-ħdax Għażarel,+ uliedu u ħutu, tnax; 19 it-tnax Ħasabija, uliedu u ħutu, tnax; 20 it-tlettax Subagħel,+ uliedu u ħutu, tnax; 21 l-erbatax Mattitija, uliedu u ħutu, tnax; 22 il-ħmistax Ġeremot, uliedu u ħutu, tnax; 23 is-sittax Ħananija, uliedu u ħutu, tnax; 24 is-sbatax Ġosbekasa, uliedu u ħutu, tnax; 25 it-tmintax Ħanani, uliedu u ħutu, tnax; 26 id-dsatax Malloti, uliedu u ħutu, tnax; 27 l-għoxrin Eljata, uliedu u ħutu, tnax; 28 il-wieħed u għoxrin Ħotir, uliedu u ħutu, tnax; 29 it-tnejn u għoxrin Giddalti, uliedu u ħutu, tnax; 30 it-tlieta u għoxrin Maħażijot,+ uliedu u ħutu, tnax; 31 l-erbgħa u għoxrin Romamti-għeżer,+ uliedu u ħutu, tnax.
26 Għat-taqsimiet taʼ l-għassiesa tal-bibien:+ Mill-Koraħin,+ Meselemija,+ bin Kore, minn ulied Asaf. 2 U Meselemija kellu l-ulied: Żakkarija l-ewwel imwieled, Ġedjagħel it-tieni, Żebadija t-tielet, Ġatnijel ir-rabaʼ, 3 Għelam il-ħames, Ġeħoħanan is-sitta, u Eligħeħo-għenaj is-sebaʼ. 4 U Għobed-edom+ kellu l-ulied: Semajja l-ewwel imwieled, Ġeħożabad it-tieni, Ġowaħ it-tielet, Sakar ir-rabaʼ, Netanel il-ħames, 5 Għammijel is-sitta, Issakar is-sebaʼ, u Pegħulletaj it-tmienja; għax Alla kien bierku.+
6 U lil ibnu Semajja twildulu wlied li kienu ħakkiema taʼ dar missierhom, għax kienu rġiel kapaċi u setgħanin. 7 Ulied Semajja, Għotni, Refael, Għobed, Elżabad, li ħutu kienu rġiel kapaċi, Eliħu, u Semakija. 8 Dawn kollha kienu wlied Għobed-edom, huma u wliedhom u ħuthom, irġiel kapaċi li jinqalgħu għas-servizz, tnejn u sittin t’Għobed-edom. 9 U Meselemija+ kellu wlied u aħwa, irġiel kapaċi, tmintax. 10 U Ħosa minn ulied Merari kellu l-ulied. Simri kien il-kap, għax għalkemm ma kienx l-ewwel imwieled,+ missieru ħatru bħala kap;+ 11 Ħilkija t-tieni, Tebalija t-tielet, Żakkarija r-rabaʼ. L-ulied u l-aħwa kollha taʼ Ħosa kienu tlettax.
12 Minn dawn it-taqsimiet taʼ l-għassiesa tal-bibien, il-kapijiet kellhom dmirijiet eżatt bħalma kellhom ħuthom,+ biex jaqdu fid-dar taʼ Ġeħova. 13 Għalhekk, tefgħu x-xorti+ għaż-żgħir l-istess bħalma għamlu għall-kbir skond il-familji tagħhom min-naħa tal-missier,+ għal kull bieb. 14 Imbagħad ix-xorti għan-naħa tal-lvant messet lil Selemija.+ Tefgħu x-xorti għal ibnu Żakkarija,+ kunsillier+ għaqli, u x-xorti li messet lilu kienet għan-naħa tat-tramuntana.+ 15 Lil Għobed-edom messitu n-naħa tan-nofsinhar, u wliedu+ kellhom l-imħażen.+ 16 Lil Suffim u lil Ħosa+ messithom in-naħa tal-punent qrib Bieb Salleket fit-triq ewlenija għat-telgħa, grupp t’għassiesa+ biswit grupp t’għassiesa;+ 17 in-naħa tal-lvant kien hemm sitt Leviti; in-naħa tat-tramuntana, kull ġurnata, erbgħa; in-naħa tan-nofsinhar, kull ġurnata,+ erbgħa; u għall-imħażen,+ tnejn tnejn; 18 għall-portiku n-naħa tal-punent, erbgħa fit-triq ewlenija+ u tnejn fil-portiku. 19 Dawn kienu t-taqsimiet taʼ l-għassiesa tal-bibien taʼ wlied il-Koraħin+ u taʼ wlied Merari.+
20 Inkwantu għal-Leviti, Aħija kien fuq it-teżori+ tad-dar taʼ l-Alla l-veru u fuq it-teżori taʼ l-affarijiet li tqaddsu.+ 21 Ulied Lagħdan,+ ulied il-Gersoni minn Lagħdan; il-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier taʼ Lagħdan il-Gersoni, Ġeħijeli.+ 22 Ulied Ġeħijeli, Żetam u ħuh Ġoel,+ kienu fuq it-teżori+ tad-dar taʼ Ġeħova. 23 Għall-Għamramin, għall-Isħarin, għall-Ħebronin, għall-Użżijelin,+ 24 Sebugħel,*+ bin Gersom, bin Mosè, kien mexxej fuq l-imħażen. 25 Inkwantu għal ħutu, minn Eligħeżer+ kien hemm Reħabija,+ ibnu; Ġesagħija, ibnu; Ġoram, ibnu; Żikri, ibnu; u Selomot, ibnu. 26 Dan Selomot u ħutu kienu fuq it-teżori kollha taʼ l-affarijiet li tqaddsu,+ li kienu qaddsu David,+ is-sultan, u l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier,+ u l-kapijiet taʼ l-eluf u tal-mijiet, u l-kapijiet taʼ l-armata. 27 Mill-gwerer+ u mill-priża+ kienu qaddsu affarijiet għall-manutenzjoni tad-dar taʼ Ġeħova. 28 Kif ukoll kulma kienu qaddsu Samwel, il-veġġent,*+ Sawl, bin Kis, Abner,+ bin Ner, u Ġowab,+ bin Seruja.+ Kulma tqaddes minn xi ħadd kien taħt id-direzzjoni taʼ Selomit* u ħutu.
29 Mill-Isħarin,+ Kenanija u wliedu kienu għad-dmirijiet ’il barra+ mid-dar t’Alla bħala uffiċjali u bħala mħallfin+ fuq Israel.
30 Mill-Ħebronin,+ Ħasabija u ħutu, irġiel kapaċi,+ elf u sebaʼ mija, kienu fuq l-amministrazzjoni taʼ Israel fir-reġjun tal-Ġordan lejn il-punent għax-xogħol kollu taʼ Ġeħova u għas-servizz tas-sultan. 31 Mill-Ħebronin, Ġerijah+ kien il-kap tal-Ħebronin skond il-ġenerazzjonijiet tagħhom u skond missirijiethom. Fis-sena erbgħin+ tas-saltna taʼ David fittxewhom, u sabu fosthom irġiel qalbenin u setgħanin f’Ġagħżer+ taʼ Gilegħad.+ 32 U ħutu, irġiel kapaċi,+ kienu elfejn u sebaʼ mija, kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier.+ Għalhekk, David, is-sultan, inkarigahom fuq ir-Rubenin u l-Gadin u nofs it-tribù tal-Manassin,+ għal kull kwistjoni taʼ l-Alla l-veru u kull kwistjoni+ tas-sultan.
27 Inkwantu għal ulied Israel, skond l-għadd tagħhom, il-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier+ u l-kapijiet+ taʼ l-eluf u tal-mijiet+ u l-uffiċjali tagħhom li kienu jaqdu+ lis-sultan f’kull kwistjoni tat-taqsimiet taʼ dawk li kienu jidħlu u joħorġu minn xahar għal xahar għax-xhur kollha tas-sena, kull taqsima kien fiha erbgħa u għoxrin elf.
2 Fuq l-ewwel taqsima taʼ l-ewwel xahar kien hemm Ġasobegħam,+ bin Żabdijel, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 3 Xi wħud minn ulied Pereż,+ il-kap tal-kapijiet kollha tal-gruppi tas-servizz, kienu għall-ewwel xahar. 4 U fuq it-taqsima tat-tieni xahar kien hemm Dodaj+ l-Aħoħi+ bit-taqsima tiegħu, u Miklot kien il-mexxej, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 5 Il-kap tat-tielet grupp tas-servizz għat-tielet xahar kien Benaja,+ bin Ġeħojada,+ il-qassis ewlieni, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 6 Dan Benaja+ kien raġel setgħan fost it-tletin+ u fuq it-tletin; u fuq it-taqsima tiegħu kien hemm ibnu Għammiżabad. 7 Ir-rabaʼ wieħed għar-rabaʼ xahar kien Għasael,+ ħu Ġowab,+ u warajh ibnu Żebadija, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 8 Il-ħames kap għall-ħames xahar kien Samħut+ l-Iżraħi, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 9 Is-sitt wieħed għas-sitt xahar kien Ira,+ bin Ikkes+ it-Tekogħi,+ u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 10 Is-sebaʼ wieħed għas-sebaʼ xahar kien Ħeleż+ il-Peloni+ minn ulied Efrajm, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 11 It-tmien wieħed għat-tmien xahar kien Sibbekaj+ il-Ħusati miż-Żeraħin,+ u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 12 Id-disaʼ wieħed għad-disaʼ xahar kien Abi-għeżer+ l-Għanatoti+ mill-Benjaminin, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 13 L-għaxar wieħed għall-għaxar xahar kien Maħaraj+ in-Netofati miż-Żeraħin,+ u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 14 Il-ħdax-il wieħed għall-ħdax-il xahar kien Benaja+ l-Piratoni minn ulied Efrajm,+ u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf. 15 It-tnax-il wieħed għat-tnax-il xahar kien Ħeldaj+ in-Netofati, minn Għotnijel, u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf.
16 U fuq it-tribujiet taʼ Israel,+ mir-Rubenin, Eligħeżer, bin Żikri, kien il-mexxej; mis-Simegħonin, Sefatija bin Magħka; 17 minn Levi, Ħasabija, bin Kemwel; minn Aron, Sadok;+ 18 minn Ġuda, Eliħu,+ wieħed minn ħut David;+ minn Issakar, Għomri, bin Mikiel; 19 minn Żebulun, Ismaja, bin Għobadija; minn Naftali, Ġerimot, bin Għażrijel; 20 minn ulied Efrajm, Ħosegħa, bin Għażażija; minn nofs it-tribù taʼ Manasse, Ġoel, bin Pedaja; 21 minn nofs it-tribù taʼ Manasse f’Gilegħad, Iddo, bin Żakkarija; minn Benjamin, Ġagħsijel, bin Abner;+ 22 minn Dan, Għażarel, bin Ġeroħam. Dawn kienu l-prinċpijiet+ tat-tribujiet taʼ Israel.
23 U David m’għaddhomx lil dawk li kellhom minn għoxrin sena ’l isfel, għaliex Ġeħova kien wiegħed li jagħmel lil Israel daqs il-kwiekeb tas-smewwiet.+ 24 Ġowab,+ bin Seruja, kien beda jgħoddhom, imma ma kompliex;+ u minħabba dan kien hemm l-għadab+ t’Alla kontra Israel, u l-għadd ma tniżżilx fir-rakkont tal-ġrajjiet taʼ jiem is-Sultan David.
25 U fuq it-teżori tas-sultan+ kien hemm Għażmawet, bin Għadijel. U fuq it-teżori fir-rabaʼ,+ fil-bliet,+ fl-irħula, u fit-torrijiet, kien hemm Ġonatan, bin Użżija. 26 U fuq dawk li jagħmlu x-xogħol fir-rabaʼ,+ biex jikkultivaw il-ħamrija, kien hemm Għeżri, bin Kelub. 27 U fuq l-oqsma tad-dwieli+ kien hemm Simgħi r-Ramati; u fuq kulma kien hemm fl-oqsma tad-dwieli għall-provvisti taʼ l-inbid kien hemm Żabdi s-Sifmi. 28 U fuq l-imsaġar taż-żebbuġ u s-siġar tal-ġummajż+ li kienu fis-Sefela+ kien hemm Bagħal-ħanan il-Gederi; u fuq il-provvisti taż-żejt+ kien hemm Ġogħas. 29 U fuq l-imrieħel tal-baqar li kienu jirgħu fis-Saron+ kien hemm Sitraj is-Saroni; u fuq l-imrieħel tal-baqar fil-pjanuri l-baxxi kien hemm Safat, bin Għadlaj. 30 U fuq l-iġmla+ kien hemm Obil l-Ismagħeli;+ u fuq il-ħmir nisa kien hemm Ġeħdeja l-Meronoti. 31 U fuq l-imrieħel tan-nagħaġ kien hemm Ġażiż il-Ħagri. Dawn kollha kienu l-kapijiet fuq il-ġid tas-Sultan David.
32 U Ġonatan,+ in-neputi taʼ David, kien kunsillier, raġel li kellu l-abbiltà li jifhem,+ u kien ukoll segretarju; u Ġeħijel, bin Ħakmoni,+ kien maʼ wlied is-sultan.+ 33 U Aħitofel+ kien kunsillier+ tas-sultan; u Ħusaj+ l-Arki+ kien sieħeb is-sultan.+ 34 U wara Aħitofel kien hemm Ġeħojada, bin Benaja,+ u Abjatar;+ u Ġowab+ kien il-kap taʼ l-armata tas-sultan.
28 U David ġemaʼ f’Ġerusalemm il-prinċpijiet+ kollha taʼ Israel, il-prinċpijiet+ tat-tribujiet u l-prinċpijiet+ tat-taqsimiet taʼ dawk li jaqdu lis-sultan u l-kapijiet taʼ l-eluf+ u l-kapijiet tal-mijiet+ u l-kapijiet fuq il-ġid kollu+ u l-bhejjem+ kollha tas-sultan u taʼ wliedu,+ flimkien maʼ l-uffiċjali tal-palazz+ u l-irġiel setgħanin,+ saħansitra kull raġel qalbieni u setgħan. 2 Imbagħad David, is-sultan, qam bil-wieqfa u qal:
“Isimgħuni, ħuti u poplu tiegħi. Jien stess xtaqt minn qalbi+ li nibni dar taʼ mistrieħ għall-arka tal-patt taʼ Ġeħova u bħala l-banketta+ għal saqajn Alla tagħna, u kont ħejjejt biex nibni.+ 3 U l-Alla l-veru qalli, ‘Mhux int li tibni dar għal ismi;+ għax int raġel tal-gwerer, u xerridt id-demm.’+ 4 Għaldaqstant, Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, għażilni mid-dar kollha taʼ missieri+ biex inkun sultan+ fuq Israel għal żmien indefinit; għax kien lil Ġuda li hu għażel bħala mexxej;+ u fid-dar taʼ Ġuda, id-dar taʼ missieri,+ u fost ulied missieri,+ jien kont il-wieħed li hu approva,+ biex jagħmilni sultan fuq Israel kollu; 5 u minn uliedi kollha (għax ħafna huma l-ulied li tani Ġeħova)+ hu għażel lil ibni Salamun+ biex joqgħod fuq it-tron+ tas-saltna taʼ Ġeħova fuq Israel.
6 “Iktar minn hekk, qalli, ‘Ibnek Salamun ikun dak li għad jibni d-dar tiegħi+ u l-btieħi tiegħi; għax jien għażiltu bħala ibni,+ u jien stess inkun missieru.+ 7 U jien nistabbilixxi fis-sod is-saltna tiegħu+ għal żmien indefinit jekk ikun deċiż b’mod sod li jobdi l-kmandamenti+ tiegħi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+ bħalma hu llum.’ 8 U issa, quddiem għajnejn Israel kollu, il-kongregazzjoni taʼ Ġeħova,+ u biex jismagħna Alla tagħna,+ oqogħdu attenti u fittxu l-kmandamenti kollha taʼ Ġeħova Alla tagħkom, sabiex tirtu l-art tajba+ u tgħadduha bħala wirt lil uliedkom warajkom għal żmien indefinit.
9 “U int, ibni Salamun, kun af+ lill-Alla taʼ missierek u aqdih+ b’qalb sħiħa+ u bl-għaxqa taʼ ruħek;+ għax Ġeħova jgħarbel il-qlub kollha,+ u jagħraf kull inklinazzjoni tal-ħsibijiet.+ Jekk tfittxu, iħallik issibu;+ imma jekk titilqu,+ iwarrbek għal dejjem.+ 10 Ara, issa, għax Ġeħova stess għażlek biex tibni dar bħala santwarju. Kun kuraġġuż u aġixxi.”+
11 U David ta lil ibnu Salamun il-pjanta arkitettonika+ tal-loġġa+ u tad-djar tagħha u l-imħażen tagħha+ u kull għorfa tagħha+ u l-kmamar mudlama taʼ ġewwa tagħha u d-dar taʼ l-għatu propizjatorju;*+ 12 saħansitra l-pjanta arkitettonika taʼ kull ħaġa li kienet ġiet għandu b’ispirazzjoni+ għall-btieħi+ tad-dar taʼ Ġeħova u għall-kmamar taʼ l-ikel+ kollha dawramejt, għat-teżori tad-dar taʼ l-Alla l-veru u għat-teżori taʼ l-affarijiet li tqaddsu;+ 13 u għat-taqsimiet+ tal-qassisin u tal-Leviti u għax-xogħol kollu fis-servizz tad-dar taʼ Ġeħova u għall-għodod kollha tas-servizz tad-dar taʼ Ġeħova; 14 għad-deheb bl-użin, id-deheb għall-għodod kollha għas-servizzi differenti, għall-għodod kollha tal-fidda bl-użin, għall-għodod kollha+ għas-servizzi differenti; 15 u l-użin għall-gandlieri+ tad-deheb u l-imsiebaħ tagħhom tad-deheb, bl-użin tal-gandlieri differenti u l-imsiebaħ tagħhom, u għall-gandlieri tal-fidda bl-użin għall-gandlier u l-imsiebaħ tiegħu skond is-servizz tal-gandlieri differenti; 16 u d-deheb bl-użin għall-imwejjed tal-ħobż preżentat f’saffi,+ għall-imwejjed differenti, u l-fidda għall-imwejjed tal-fidda; 17 u l-frieket u l-iskutelli+ u l-buqari tad-deheb pur, u għall-iskutelli żgħar tad-deheb+ bl-użin għall-iskutelli żgħar differenti, u għall-iskutelli żgħar tal-fidda bl-użin għall-iskutelli żgħar differenti; 18 u għall-artal taʼ l-inċens,+ deheb irfinut bl-użin u għar-rappreżentazzjoni tal-karru,+ jiġifieri, il-kerubini+ tad-deheb biex jifirxu ġwinħajhom u jgħattu l-arka tal-patt taʼ Ġeħova. 19 “Il-ħaġa kollha tniżżlet bil-miktub għaliex id Ġeħova kienet fuqi,+ u tani d-dehen għad-dettalji kollha tal-pjanta arkitettonika.”+
20 U David issokta jgħid lil ibnu Salamun: “Kun kuraġġuż+ u b’saħħtek u aġixxi. Tibżax+ u titwerwirx,+ għax Alla Ġeħova, Alla tiegħi, qiegħed miegħek.+ Mhux se jabbandunak+ jew jitilqek sakemm jintemm ix-xogħol kollu tas-servizz tad-dar taʼ Ġeħova. 21 U hawn huma t-taqsimiet tal-qassisin+ u tal-Leviti+ għas-servizz kollu tad-dar taʼ l-Alla l-veru; u miegħek fix-xogħol kollu hemm kull bniedem tas-sengħa li minn rajh+ joffri ruħu għas-servizz kollu,+ u wkoll il-prinċpijiet+ u n-nies kollha se jwettqu kulma tgħidilhom.”
29 David, is-sultan, issa qal lill-kongregazzjoni kollha:+ “Ibni Salamun, il-bniedem li ntgħażel minn Alla,+ hu żagħżugħ+ u bla esperjenza, imma x-xogħol hu kbir; għax il-kastell* m’huwiex għal xi bniedem,+ imma għal Alla Ġeħova. 2 U jien bil-qawwa kollha tiegħi+ ħejjejt+ għad-dar t’Alla tiegħi d-deheb+ għax-xogħol tad-deheb, il-fidda għax-xogħol tal-fidda, ir-ram aħmar għax-xogħol tar-ram aħmar, il-ħadid+ għax-xogħol tal-ħadid, u l-injam+ għax-xogħol taʼ l-injam; ħaġar taʼ l-oniċi,+ ġebel li jitqiegħed b’tajn b’saħħtu, ċagħaq tal-mużajk, kull ħaġra prezzjuża, u ħaġar taʼ l-alabastru bi kwantità kbira. 3 U ladarba qed nieħu gost+ bid-dar t’Alla tiegħi, għad għandi xi ħaġa speċjali li hi proprjetà tiegħi,+ deheb u fidda; jien nagħtiha lid-dar t’Alla tiegħi minbarra dak kollu li ħejjejt għad-dar imqaddsa:+ 4 tlett elef talent deheb mid-deheb t’Ofir,+ u sebat elef talent fidda rfinuta, għall-kisi tal-ħitan tad-djar; 5 deheb għax-xogħol tad-deheb, u fidda għax-xogħol tal-fidda u għax-xogħol kollu b’idejn in-nies tas-sengħa. U llum min hemm lest li minn rajh jimla idu u jagħti għotja lil Ġeħova?”+
6 U l-prinċpijiet+ tal-familji min-naħa tal-missier+ u l-prinċpijiet+ tat-tribujiet taʼ Israel u l-kapijiet taʼ l-eluf+ u tal-mijiet+ u l-kapijiet tax-xogħol+ tas-sultan offrew ruħhom minn rajhom. 7 Għaldaqstant, huma taw, għas-servizz tad-dar taʼ l-Alla l-veru, deheb li jiswa ħamest elef talent u għaxart elef darik,* fidda li tiswa għaxart elef talent, ram aħmar li jiswa tmintax-il elf talent, u ħadid li jiswa mitt elf talent.+ 8 U l-ħaġar kollu li sabu għand xi persuni tawh lit-teżor tad-dar taʼ Ġeħova taħt id-direzzjoni taʼ Ġeħijel+ il-Gersoni.+ 9 U l-poplu feraħ minħabba l-offerti li taw minn rajhom, għax kien b’qalb sħiħa li taw offerti minn rajhom lil Ġeħova;+ u saħansitra David, is-sultan, thenna b’ferħ kbir.+
10 Għaldaqstant, David bierek+ lil Ġeħova quddiem għajnejn il-kongregazzjoni kollha+ u David qal: “Tkun imbierek,+ O Ġeħova, l-Alla taʼ Israel+ missierna, minn dejjem għal dejjem. 11 Tiegħek, O Ġeħova, huma l-kobor+ u s-setgħa+ u l-ġmiel+ u l-eċċellenza+ u d-dinjità;+ għax kulma hemm fis-smewwiet u fl-art hu tiegħek.+ Tiegħek hi s-saltna,+ O Ġeħova, int li int l-ogħla Kap fuq kulħadd.+ 12 Ir-rikkezzi+ u l-glorja+ ġejjin minnek, u int qed tiddomina+ fuq kollox; u f’idek hemm il-qawwa+ u s-setgħa,+ u f’idek hemm l-abbiltà li tkabbar+ u li tagħti s-saħħa lil kulħadd.+ 13 U issa, O Alla tagħna, aħna qed nirringrazzjawk+ u nfaħħru+ l-isem sabiħ+ tiegħek.
14 “U madankollu, jien min jien+ u min hu l-poplu tiegħi, sabiex ikollna l-qawwa li nagħmlu offerti minn rajna b’dan il-mod?+ Għax kollox minnek ġej,+ u minn idek stess tajniek aħna. 15 Għax aħna residenti barranin quddiemek u immigranti+ l-istess bħal missirijietna kollha. Bħal dell huma jiemna fuq l-art+ u m’hemm ebda tama. 16 O Ġeħova Alla tagħna, din l-abbundanza kollha li ħejjejna biex nibnulek dar għall-isem qaddis tiegħek, minn idek ġiet, u kollha tiegħek hi.+ 17 U jien naf tajjeb, O Alla tiegħi, li int teżamina l-qalb,+ u li int bis-sewwa tieħu pjaċir.+ Jien, min-naħa tiegħi, b’qalb retta offrejt minn rajja dawn l-affarijiet kollha, u issa n-nies tiegħek li qegħdin hawnhekk ħadt gost narahom jagħmlulek offerti minn rajhom. 18 O Ġeħova, l-Alla t’Abraham, Iżakk, u Israel, missirijietna,+ żomm għal żmien indefinit din l-inklinazzjoni tal-ħsibijiet taʼ qalb in-nies tiegħek,+ u dawrilhom qalbhom lejk.+ 19 U lil ibni Salamun agħtih qalb sħiħa+ biex iħares il-kmandamenti tiegħek,+ it-testimonjanzi* tiegħek,+ u r-regolamenti tiegħek,+ u biex jagħmel kollox, u jibni l-kastell+ li għalih jien ħejjejt.”+
20 U David issokta jgħid lill-kongregazzjoni kollha:+ “Bierku,+ issa, lil Ġeħova Alla tagħkom.” U l-kongregazzjoni kollha bierket lil Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom, u mielu+ u nxteħtu fl-art+ quddiem Ġeħova u quddiem is-sultan. 21 U l-għada taʼ dak il-jum komplew joffru s-sagrifiċċji+ lil Ġeħova u joffru l-offerti tal-ħruq+ lil Ġeħova, elf barri żgħir, elf muntun, elf ħaruf u l-offerti tax-xorb li joffru magħhom,+ u għadd kbir taʼ sagrifiċċji għal Israel kollu.+ 22 U komplew jieklu u jixorbu quddiem Ġeħova dakinhar b’ferħ kbir;+ u reġgħu għat-tieni darba għamlu lil Salamun, bin David, sultan+ u dilkuh quddiem Ġeħova bħala mexxej+ u wkoll lil Sadok+ bħala qassis. 23 U Salamun qagħad fuq it-tron taʼ Ġeħova+ bħala sultan minflok David, missieru, u rnexxa bħala sultan,+ u l-Israelin kollha kienu ubbidjenti lejh. 24 U l-prinċpijiet+ kollha u l-irġiel setgħanin+ u wkoll l-ulied kollha tas-Sultan David+ issottomettew ruħhom lejn Salamun, is-sultan. 25 U Ġeħova kompla jagħmel lil Salamun kbir b’mod straordinarju+ quddiem għajnejn Israel kollu u jagħtih dinjità rjali li bħalha ebda sultan qablu fuq Israel ma kellu.+
26 U David, bin Ġesse, saltan fuq Israel kollu;+ 27 u ż-żmien li dam isaltan fuq Israel kien erbgħin sena.+ F’Ħebron saltan għal sebaʼ snin,+ u f’Ġerusalemm saltan għal tlieta u tletin sena.+ 28 U miet meta kien xjaħ sew,+ mimli bl-għomor u sodisfatt bir-rikkezzi+ u l-glorja;+ u ibnu Salamun beda jsaltan minfloku.+ 29 Issa l-ġrajjiet taʼ David, is-sultan, kemm taʼ l-ewwel u kemm taʼ l-aħħar, huma miktubin hemmhekk fost il-kliem taʼ Samwel, il-veġġent,*+ u fost il-kliem taʼ Natan,+ il-profeta, u fost il-kliem taʼ Gad,+ il-viżjonarju, 30 flimkien mas-saltna kollha tiegħu u s-setgħa tiegħu u ż-żminijiet+ li kienu għaddew minn fuqu u minn fuq Israel u minn fuq is-saltniet kollha taʼ l-artijiet.+
Letteralment, “Il-Ġrajjiet tal-Jiem.”
“Dodanim” f’Ġen 10:4.
Ifisser “Qasma; Nixxiegħa.”
“Ħemam” f’Ġen 36:22.
Ifisser “Iġiegħel lil Ħaddieħor Jiġi Mwarrab; Iġib l-Inkwiet.” “Għakan” f’Ġoż 7:1, 18.
Ara Eżo 22:20, in-nota taʼ taħt.
“Kaleb” f’versi 18, 19, u 42.
Letteralment, “il-missier.”
Dan l-isem ġej minn għerq li bl-Ebrajk ifisser “uġigħ.”
Ifisser “Wied in-Nies tas-Sengħa.”
Jew, “iddedikawhom għall-qerda.” Ara Eżo 22:20, in-nota taʼ taħt.
Jiġifieri, Ġerobogħam II. Ara t-2Sl 14:16-29.
“Gerson” f’vers 1.
Jew, “tinda tal-qima.”
L-isem hu nieqes fit-test Ebrajk.
Ifisser “Bi Gwaj.”
“Semer” f’vers 34.
Jew, “l-ilsiera tat-tempju.” Letteralment, “l-uħud mogħtijin.” Qabbel Nu 3:9, in-nota taʼ taħt.
“Is-Silonin.” Mhux l-abitanti taʼ Silo imma d-dixxendenti taʼ Selaħ, it-tielet iben taʼ Ġuda.
Ara l-1Sa 9:9.
Is-Sabat kien minn inżul ix-xemx tal-Ġimgħa sa nżul ix-xemx tas-Sibt. Ara Eżo 16:23, in-nota taʼ taħt.
Ara t-2Sa 5:9, in-nota taʼ taħt.
Ara l-1Sa 17:7, in-nota taʼ taħt.
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.
Jew, “ċerva ħafifa.”
Ifisser “Żbroffa Kontra Użżah.”
Ara t-2Sa 5:23, in-nota taʼ taħt.
Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt.
“Alamot,” terminu mużikali mhux spjegat. Letteralment, “nisa żgħażagħ.” X’aktarx li jirreferi għall-vuċijiet taʼ sopran tan-nisa żgħażagħ jew għall-falsett tas-subien.
“Seminit.” Letteralment, “it-tmien waħda.” X’aktarx li tirreferi għat-tmien nota jew għal ottava taʼ taħt.
Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-qassis, l-aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.
Jew, “kontribuzzjoni.”
Jew, “Ħossu wġigħ kbir.”
Letteralment, “post fl-għoli.”
“Dar,” jiġifieri, linja taʼ slaten, dinastija.
Ara l-1Sl 7:23, in-nota taʼ taħt.
“Togħi” fit-2Sa 8:9, 10.
Jiġifieri, l-Ewfrat.
“Sobak” fit-2Sa 10:16.
Ara t-2Sa 12:30, in-nota taʼ taħt.
“Saf” fit-2Sa 21:18.
Ara l-1Sa 17:7, in-nota taʼ taħt.
Jew, “wieħed li jopponi” (Ebrajk: Satan).
“Arawna” fit-2Sa 24:16.
Letteralment, “post fl-għoli.”
“Żiżah” f’vers 11.
“Subagħel” fl-1Kr 24:20.
“Subagħel” f’vers 20 u l-1Kr 24:20.
“Subagħel.” Qabbel l-1Kr 23:16, in-nota taʼ taħt.
Ara l-1Sa 9:9.
“Selomot” f’versi 25 u 26.
Il-kelma oriġinali hawnhekk tradotta “għatu propizjatorju” tistaʼ tirreferi wkoll għal offerta taʼ tpattija biex tinkiseb l-approvazzjoni t’Alla.
Jew, “it-tempju.” F’vers 19 ukoll.
Munita tad-deheb Persjana.
Jew, “it-tfakkiriet.”
Ara l-1Sa 9:9.