It-Tieni tas-Slaten
jew, skond is-Settanta Griega, IR-RABAʼ TAS-SLATEN
1 U Mowab+ beda jirvella+ kontra Israel wara l-mewt t’Aħab.+
2 Imbagħad Aħażija waqaʼ+ mill-isprall li kien hemm fl-għorfa tiegħu+ li kienet fis-Samarija u marad. Għalhekk, bagħat lil xi messaġġiera u qalilhom: “Morru staqsu+ lil Bagħal-żebub+ l-alla t’Għekron+ jekk iniex se nfiq minn din il-marda.”+ 3 U l-anġlu+ taʼ Ġeħova kellem lil Elija t-Tisbi+ u qallu: “Qum, itlaʼ ltaqaʼ mal-messaġġiera tas-sultan tas-Samarija u għidilhom, ‘Jaqaw għax m’hemmx Alla+ f’Israel li sejrin tistaqsu lil Bagħal-żebub l-alla t’Għekron? 4 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova: “Is-sodda li tlajt fuqha, m’intix se tinżel minnha, għax żgur tmut.”’”+ B’dan il-kliem, Elija telaq ’l hemm.
5 Meta l-messaġġiera ġew lura għandu, hu minnufih qalilhom: “Għala ġejtu lura?” 6 U qalulu: “Kien hemm raġel li telaʼ jiltaqaʼ magħna, u qalilna, ‘Morru, erġgħu lura għand is-sultan li bagħatkom, u għidulu: “Hekk qal Ġeħova,+ ‘Jaqaw għax m’hemmx Alla f’Israel li sejrin tistaqsu lil Bagħal-żebub l-alla t’Għekron? Għaldaqstant, is-sodda li tlajt fuqha, m’intix se tinżel minnha, għax żgur tmut.’”’”+ 7 Għal dan, qalilhom: “X’dehra kellu r-raġel li telaʼ jiltaqaʼ magħkom u li qalilkom dan il-kliem?” 8 U qalulu: “Raġel liebes libsa tax-xagħar,+ b’ċinturin tal-ġild imħażżem madwar ġenbejh.”+ Fil-pront qal: “Dak Elija t-Tisbi.”
9 U bagħatlu kap taʼ ħamsin mal-ħamsin tiegħu.+ Meta telaʼ ħdejh, kien bil-qiegħda fil-quċċata tal-muntanja. Imbagħad qallu: “Bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ is-sultan qallek, ‘Inżel.’” 10 Imma Elija wieġeb u qal lill-kap tal-ħamsin: “Mela jekk jien bniedem t’Alla, ħa jinżel nar+ mis-smewwiet u jiblaʼ lilek u lill-ħamsin tiegħek.” U niżel nar mis-smewwiet u belaʼ lilu u lill-ħamsin tiegħu.+
11 Għaldaqstant reġaʼ bagħatlu kap ieħor taʼ ħamsin mal-ħamsin tiegħu.+ U wieġbu u qallu: “Bniedem taʼ l-Alla l-veru, hekk qal is-sultan, ‘Inżel malajr.’”+ 12 Imma Elija wieġeb u qalilhom: “Jekk jien bniedem taʼ l-Alla l-veru, ħa jinżel nar mis-smewwiet u jiblaʼ lilek u lill-ħamsin tiegħek.” U niżel nar t’Alla mis-smewwiet u belaʼ lilu u lill-ħamsin tiegħu.
13 U reġaʼ bagħat it-tielet kap taʼ ħamsin mal-ħamsin tiegħu.+ Imma t-tielet kap taʼ ħamsin telaʼ u mar u niżel għarkopptejh+ quddiem Elija u beda jitolbu+ juri ħniena u jgħidlu: “Bniedem taʼ l-Alla l-veru, jekk jogħġbok, ħa tkun prezzjuża+ f’għajnejk ruħi+ u ruħ dawn il-ħamsin qaddej tiegħek. 14 Ara, liż-żewġ kapijiet l-oħrajn taʼ ħamsin u l-ħamsin tagħhom niżel nar mis-smewwiet u belagħhom,+ imma issa ħa tkun ruħi prezzjuża f’għajnejk.”
15 Imbagħad l-anġlu taʼ Ġeħova kellem lil Elija u qallu: “Inżel miegħu. Tibżax minnu.”+ Għalhekk, qam u niżel miegħu għand is-sultan. 16 U qallu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Talli bgħatt lill-messaġġiera+ biex jistaqsu lil Bagħal-żebub l-alla t’Għekron+—bħallikieku ma kienx hemm Alla f’Israel lil min tistaqsi għal kelmtu—minħabba f’hekk, is-sodda li tlajt fuqha, m’intix se tinżel minnha, għax żgur tmut.’” 17 U wara xi żmien miet,+ skond il-kelma+ taʼ Ġeħova li kien tkellem Elija; u Ġeħoram+ beda jsaltan minfloku, fit-tieni sena taʼ Ġeħoram+ bin Ġeħosafat is-sultan taʼ Ġuda, għax ma kellux iben.
18 U l-bqija taʼ l-affarijiet li għamel Aħażija,+ m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel?
2 U ġara li meta Ġeħova kellu jieħu lil Elija+ f’riefnu lejn is-smewwiet,+ Elija u Eliżew+ kienu sejrin minn Gilgal.*+ 2 U Elija beda jgħid lil Eliżew: “Jekk jogħġbok, poġġi hawnhekk għax Ġeħova bagħatni Betel.” Imma Eliżew qallu: “Daqskemm Ġeħova hu ħaj+ u daqskemm ruħek hi ħajja,+ m’iniex se nitilqek.”+ Għalhekk, niżlu Betel.+ 3 Imbagħad ulied il-profeti+ li kienu Betel ħarġu jiltaqgħu m’Eliżew u qalulu: “Taf li llum Ġeħova se jieħu lil sidek milli jkun kap fuqek?”+ Għal dan qalilhom: “Dan nafu tajjeb jien ukoll.+ Oqogħdu kwieti.”
4 Issa Elija qallu: “Eliżew, jekk jogħġbok, poġġi hawnhekk għax Ġeħova bagħatni Ġeriko.”+ Imma hu qal: “Daqskemm Ġeħova hu ħaj u daqskemm ruħek hi ħajja, m’iniex se nitilqek.” Għalhekk, marru Ġeriko. 5 Imbagħad ulied il-profeti li kienu Ġeriko resqu fuq Eliżew u qalulu: “Taf li llum Ġeħova se jieħu lil sidek milli jkun kap fuqek?” Għal dan qalilhom: “Dan nafu tajjeb jien ukoll. Oqogħdu kwieti.”+
6 Imbagħad Elija qallu: “Jekk jogħġbok, poġġi hawnhekk għax Ġeħova bagħatni l-Ġordan.”+ Imma hu qallu: “Daqskemm Ġeħova hu ħaj u daqskemm ruħek hi ħajja, m’iniex se nitilqek.”+ Għalhekk, baqgħu sejrin it-tnejn li huma. 7 U kien hemm ħamsin raġel minn ulied il-profeti li marru u qagħdu ’l bogħod fejn setgħu jarawhom;+ imma huma t-tnejn qagħdu weqfin ħdejn il-Ġordan. 8 Imbagħad Elija ħa l-libsa tiegħu taʼ profeta,+ kebbibha, u laqat l-ilmijiet, u bil-mod il-mod dawn inferqu ’l hemm u ’l hawn, u huma t-tnejn qasmu fuq art niexfa.+
9 U ġara li malli qasmu, Elija qal lil Eliżew: “Itlobni xi tridni nagħmillek qabel nittieħed minn miegħek.”+ U Eliżew qallu: “Li żewġ partijiet+ mill-ispirtu+ tiegħek jiġu fuqi,+ jekk jogħġbok.” 10 Għal dan qallu: “Tlabt+ ħaġa diffiċli. Jekk tarani meta nittieħed minn miegħek, ikunlek hekk; imma jekk le, ma jkunx hekk.”
11 U ġara li waqt li kienu mexjin, jitkellmu huma u mexjin, deher karru tal-gwerra tan-nar+ u żwiemel tan-nar, u firduhom minn xulxin; u Elija telaʼ fir-riefnu lejn is-smewwiet.+ 12 Sadanittant, Eliżew kien qed jara kollox, u beda jgħajjat: “Missieri, missieri,+ il-karru tal-gwerra taʼ Israel u r-rikkieba taż-żwiemel tiegħu!”+ U ma rahx iktar. Għaldaqstant qabad ħwejġu u ċarrathom fi tnejn.+ 13 Imbagħad ġabar il-libsa+ t’Elija li kienet waqgħet minn fuqu, u mar lura u qagħad wieqaf ħdejn ix-xatt tal-Ġordan. 14 Imbagħad ħa l-libsa t’Elija li kienet waqgħet minn fuqu u laqat l-ilmijiet+ u qal: “Fejn hu Ġeħova l-Alla t’Elija, iva, Hu?”+ Meta laqat l-ilmijiet, bil-mod il-mod dawn inferqu ’l hemm u ’l hawn, u Eliżew qasam għan-naħa l-oħra.
15 Meta wlied il-profeti li kienu Ġeriko lemħuh mill-bogħod, bdew jgħidu: “L-ispirtu+ t’Elija qagħad fuq Eliżew.” Għalhekk, marru jiltaqgħu miegħu u mielu+ fl-art quddiemu. 16 U qalulu: “Ara, issa mal-qaddejja tiegħek hemm ħamsin raġel, nies qalbenin. Jekk jogħġbok, ħallihom imorru jfittxu lil sidek. Jistaʼ jkun li l-ispirtu+ taʼ Ġeħova refgħu u mbagħad tefgħu fuq waħda mill-muntanji jew f’wieħed mill-widien.” Imma hu qalilhom: “Tibagħtuhomx.” 17 U baqgħu jinsistu sakemm ħassu imbarazzat, u għalhekk qalilhom: “Ibagħtuhom.” U bagħtu ħamsin raġel; u damu jfittxuh tlett ijiem, imma ma sabuhx. 18 Meta rritornaw għandu, hu kien qed joqgħod Ġeriko.+ U qalilhom: “M’għedtilkomx jien, ‘Tmorrux’?”
19 Imbagħad l-irġiel tal-belt qalu lil Eliżew: “Issa, ara, il-belt tinsab f’post tajjeb,+ bħalma qed jara sidi; imma l-ilma+ ħażin, u l-art qed tikkaġuna l-korrimenti.”+ 20 Għal dan qalilhom: “Newluli skutella żgħira u ġdida u qiegħdu ftit melħ fiha.” Għalhekk, newluhielu. 21 Imbagħad ħareġ lejn is-sors taʼ l-ilma u tefagħlu l-melħ+ u qal: “Hekk qal Ġeħova, ‘Nagħmel lil dan l-ilma tajjeb.+ Ma jkunx hemm iktar mewt jew korrimenti minħabba fih.’” 22 U l-ilma għadu tajjeb sa llum,+ skond il-kelma li qal Eliżew.
23 U minn hemmhekk telaʼ Betel.+ U hu u tielaʼ, kien hemm xi tfal subien żgħar+ li ħarġu mill-belt u bdew jiddieħqu bih+ u jgħidulu: “Itlaʼ, ja qargħi!+ Itlaʼ, ja qargħi!” 24 Fl-aħħar ħares warajh u rahom u seħithom+ f’isem Ġeħova. U ħarġu żewġ orsijiet nisa+ mill-bosk u qattgħu biċċiet lit-tfal, tnejn u erbgħin minnhom.+ 25 U baqaʼ sejjer minn hemm lejn il-Muntanja Karmel,+ u minn hemmhekk mar lura s-Samarija.
3 U Ġeħoram+ bin Aħab sar sultan fuq Israel fis-Samarija fis-sena tmintax taʼ Ġeħosafat is-sultan taʼ Ġuda, u kompla jsaltan tnax-il sena. 2 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ biss mhux bħal missieru+ jew ommu, imma neħħa l-pilastru sagru+ taʼ Bagħal li kien għamel missieru.+ 3 Iżda baqaʼ mqabbad mad-dnubiet taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+ Ma telaqhomx.
4 U Mesa,+ is-sultan taʼ Mowab, beda jrabbi n-nagħaġ, u ħallas lis-sultan taʼ Israel mitt elf ħaruf u mitt elf muntun mhux imqarweż. 5 U ġara li malli miet Aħab,+ is-sultan taʼ Mowab beda jirvella+ kontra s-sultan taʼ Israel. 6 Għaldaqstant, dak iż-żmien is-Sultan Ġeħoram ħareġ mis-Samarija u ġabar+ lil Israel kollu. 7 U iżjed minn hekk, hu bagħat jgħid lil Ġeħosafat is-sultan taʼ Ġuda: “Is-sultan taʼ Mowab irvella kontrija. Tiġi miegħi Mowab għall-gwerra?” Għal dan, qallu: “Niġi.+ Jien għal miegħek; in-nies tiegħi għal man-nies tiegħek;+ iż-żwiemel tiegħi għal maż-żwiemel tiegħek.” 8 U żied jgħid: “Minn liema triq se nitilgħu?” Qallu: “Mit-triq tax-xagħri t’Edom.”+
9 U s-sultan taʼ Israel u s-sultan taʼ Ġuda u s-sultan t’Edom+ marru, u ħaduha bid-dawra u damu sejrin sebat ijiem, u ma kienx hemm ilma għall-kamp u għall-annimali domestiċi li kienu mexjin warajhom. 10 Fl-aħħar, is-sultan taʼ Israel qal: “X’ħasra li Ġeħova sejħilna, it-tliet slaten, biex jagħtina f’idejn Mowab!”+ 11 Għal dan, Ġeħosafat qal:+ “Hawnhekk m’hawnx profeta taʼ Ġeħova?+ Mela ejja nistaqsu lil Ġeħova permezz tiegħu.”+ Għalhekk, wieħed mill-qaddejja tas-sultan taʼ Israel wieġeb u qal: “Hawnhekk joqgħod Eliżew+ bin Safat, li kien iferraʼ l-ilma f’idejn Elija.”+ 12 Imbagħad Ġeħosafat qal: “Il-kelma taʼ Ġeħova hija miegħu.” Għaldaqstant, is-sultan taʼ Israel u Ġeħosafat u s-sultan t’Edom niżlu għandu.
13 U Eliżew qal lis-sultan taʼ Israel: “X’għandi x’naqsam miegħek?+ Mur għand il-profeti+ taʼ missierek u għand il-profeti t’ommok.” Imma s-sultan taʼ Israel qallu: “Le, għax Ġeħova sejjaħ lil dawn it-tliet slaten biex jagħtihom f’idejn Mowab.”+ 14 U Eliżew qal: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova taʼ l-armati li ninsab wieqaf quddiemu,*+ li kieku mhux għax qed nikkunsidra l-preżenza taʼ Ġeħosafat is-sultan taʼ Ġuda,+ ma kontx inħares lejk jew narak.+ 15 U issa ġibuli lil xi ħadd li jdoqq strument tal-korda.”+ U ġara li, malli l-mużiċist beda jdoqq, id+ Ġeħova ġiet fuqu. 16 U kompla jgħid: “Hekk qal Ġeħova, ‘Imlew dan il-wied* kollu bil-kanali;+ 17 għax hekk qal Ġeħova: “La se taraw riħ u lanqas xita; imma l-wied se jimtela bl-ilma,+ u intom se tixorbu minnu,+ intom u l-bhejjem u l-annimali domestiċi tagħkom.”’ 18 U din tabilħaqq se tkun xi ħaġa żgħira f’għajnejn Ġeħova,+ u hu żgur jagħti lil Mowab f’idejkom.+ 19 U għandkom taħbtu għal kull belt fortifikata+ u kull belt mill-aqwa, u taqtgħu+ kull siġra tajba,+ u ssoddu l-għejun kollha taʼ l-ilma, u kull medda art tajba għandkom tħassruha bil-ġebel.”
20 U fil-għodu,+ fil-ħin li titlaʼ l-offerta tal-qmuħ,+ ara, l-ilma kien ġej mid-direzzjoni t’Edom, u l-art imtliet bl-ilma.
21 U l-Mowabin kollha semgħu li s-slaten kienu ġew jiġġieldu kontrihom. Għalhekk, sejħu lill-irġiel flimkien, dawk li kienu kapaċi jitħażżmu+ b’ċinturin, mill-iżgħar sa l-akbar wieħed fosthom, u marru u waqfu fil-fruntiera. 22 Meta qamu kmieni fil-għodu, ix-xemx bdiet tiddi fuq l-ilma, u allura l-Mowabin min-naħa l-oħra bdew jaraw l-ilma aħmar bħad-demm. 23 U bdew jgħidu: “Dak demm! Żgur li s-slaten darbu u qatlu lil xulxin bis-sejf. Mela issa, imxi għall-priża,+ O Mowab!” 24 Meta waslu fil-kamp taʼ Israel, l-Israelin+ minnufih qamu u bdew jidorbu lill-Mowabin u dawn ħarbu minn quddiemhom.+ Għalhekk, daħlu Mowab u darbu lill-Mowabin hekk kif kienu deħlin. 25 U ġarrfu l-bliet,+ u kull wieħed tefaʼ l-ġebla tiegħu f’kull medda art tajba sa ma mlewha; u saddew kull għajn taʼ l-ilma,+ u qatgħu kull siġra tajba,+ sakemm fih ħallew biss il-ġebel taʼ Kir-ħareset;+ u dawk li kienu bl-iżbandoli bdew iduru magħha u ġarrfuha.
26 Malli s-sultan taʼ Mowab ra li l-battalja kienet iebsa wisq għalih, hu ħa miegħu sebaʼ mitt raġel li jisiltu s-sejf biex jilħaq lis-sultan t’Edom;+ imma ma rnexxilhomx. 27 Fl-aħħar ħa lil ibnu l-kbir li kien se jsaltan minfloku u offrieh+ bħala sagrifiċċju tal-ħruq fuq is-sur. U qam għadab kbir kontra Israel, u għalhekk dawn irtiraw minn kontrih u marru lura pajjiżhom.
4 Issa kien hemm waħda mara min-nisa taʼ wlied+ il-profeti li għajtet lil Eliżew u qaltlu: “Il-qaddej tiegħek, ir-raġel tiegħi, miet; u int taf li l-qaddej tiegħek dejjem beżaʼ+ minn Ġeħova, u dak li għandna d-dejn+ miegħu ġie biex jieħu liż-żewġt itfal tiegħi bħala lsiera tiegħu.” 2 Għal dan, Eliżew qalilha: “X’nistaʼ nagħmillek?+ Għidli; x’għandek id-dar?” Qaltlu: “Il-qaddejja tiegħek m’għandha xejn id-dar ħlief ġarra biż-żennuna li fiha ż-żejt.”+ 3 Imbagħad qalilha: “Mur barra għand il-ġirien tiegħek kollha u itlobhom jagħtuk reċipjenti vojta; u ġġibx ftit. 4 Imbagħad mur u agħlaq il-bieb warajk u wara wliedek, u ferraʼ ż-żejt f’dawn ir-reċipjenti kollha, u l-mimlijin warrabhom għalihom.” 5 U telqet minn ħdejh.
Meta għalqet il-bieb warajha u wara wliedha, huma bdew iġibulha r-reċipjenti ħdejha u hi qagħdet tferraʼ ż-żejt.+ 6 U malli r-reċipjenti mtlew qalet lil binha: “Ġibli reċipjent ieħor.”+ Imma qalilha: “Ma baqax iżjed.” Imbagħad iż-żejt waqaf.+ 7 Għalhekk, marret u qalet lill-bniedem taʼ l-Alla l-veru, u hu qalilha: “Mur, bigħ iż-żejt u ħallas id-djun tiegħek,+ u int u wliedek għandu jkollkom biżżejjed biex tgħixu b’dak li jibqaʼ.”+
8 U ġara darba waħda li Eliżew kien għaddej minn Sunem,+ fejn kienet toqgħod mara prominenti, u din ġegħlitu+ jiekol biċċa ħobż għandha. U kulmeta kien ikun għaddej minn hemmhekk, kien jgħaddi s’għandha biex jiekol. 9 U wara xi żmien, qalet lil żewġha:+ “Issa, ara, jien naf li r-raġel li dejjem jgħaddi minn ħdejna huwa bniedem qaddis t’Alla.+ 10 Jekk jogħġbok, ejja ntellgħu għorfa żgħira+ fuq il-bejt u nqegħdulu sodda, mejda, siġġu, u gandlier;+ u kulmeta jiġi għandna jkun jistaʼ jidħol jistrieħ hemmhekk.”+
11 U darba waħda ġara li bħas-soltu għadda s’hemm u daħal jistrieħ fl-għorfa u mtedd hemmhekk. 12 U qal lil Geħażi+ l-qaddej tiegħu: “Sejjaħ lil din is-Sunamija.”+ U sejħilha biex tiġi quddiemu. 13 U qallu: “Jekk jogħġbok għidilha, ‘Ara, int qgħadt titħabat daqshekk għalina;+ issa aħna x’nistgħu nagħmlulek?+ Hemm xi ħaġa li nistgħu ngħidu lis-sultan+ jew lill-kap+ taʼ l-armata għalik?’” U hi qalet: “Jien fost il-poplu tiegħi qed ngħammar.”+ 14 U qal: “Mela, x’nistgħu nagħmlulha?” U Geħażi qal: “Naf fiċ-ċert li m’għandhiex iben,+ u r-raġel tagħha għandu ż-żmien.” 15 Minnufih qallu: “Sejħilha.” U sejħilha, u baqgħet barra ħdejn id-daħla. 16 U qalilha: “Is-sena d-dieħla f’dan iż-żmien stabbilit int se tkun qed tħaddan iben.”+ Imma hi qalet: “Le, sidi, O bniedem taʼ l-Alla l-veru! Toqgħodx tigdeb dwar il-qaddejja tiegħek.”
17 Madankollu, il-mara ħarġet tqila u wildet iben+ f’dak iż-żmien stabbilit is-sena taʼ wara, eżatt kif kien qalilha Eliżew.+ 18 U t-tifel baqaʼ jikber, u darba minnhom ħareġ bħas-soltu jiltaqaʼ maʼ missieru li kien mal-ħassada.+ 19 U lil missieru baqaʼ jgħidlu: “Rasi, ajma rasi!”+ Fl-aħħar, hu qal lill-qaddej: “Erfgħu u ħudu għand ommu.”+ 20 Għalhekk, refgħu u ġabu għand ommu. U baqaʼ bil-qiegħda f’ħoġorha sa nofsinhar, u miet.+ 21 Imbagħad telgħet fuq, medditu fuq is-sodda+ tal-bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ u għalqitlu l-bieb u ħarġet. 22 U sejħet lir-raġel tagħha u qaltlu: “Ibgħatli wieħed mill-qaddejja u ħmara, jekk jogħġbok, ħalli mmur b’ġirja s’għand il-bniedem taʼ l-Alla l-veru u nerġaʼ lura.”+ 23 Imma hu qalilha: “Għala sejra għandu llum? M’huwiex qamar ġdid,+ u lanqas xi Sabat.”* Madankollu, hi qaltlu: “Toqgħodx tinkwieta; kollox sew.” 24 Għalhekk, xeddet is-sarġ lill-ħmara+ u qalet lill-qaddej tagħha: “Suq u imxi. Tiqafx issuq minħabba fija sakemm ma nkunx għedtlek jien.”
25 U marret u waslet għand il-bniedem taʼ l-Alla l-veru fuq il-Muntanja Karmel. U ġara li, malli l-bniedem taʼ l-Alla l-veru raha mill-bogħod, hu fil-pront qal lil Geħażi l-qaddej tiegħu:+ “Ara! Dik is-Sunamija hemmhekk. 26 Iġri ltaqaʼ magħha, jekk jogħġbok, u għidilha, ‘Kollox sew? Żewġek tajjeb? Ibnek tajjeb?’” Meta qalilha dan, hi qaltlu: “Kollox sew.” 27 Hekk kif waslet ħdejn il-bniedem taʼ l-Alla l-veru fuq il-muntanja, hi qabditlu saqajh.+ Malli ra dan, Geħażi resaq lejha biex iwarrabha,+ imma l-bniedem taʼ l-Alla l-veru+ qallu: “Ħalliha,+ għax ruħha mimlija mrar;+ u Ġeħova ħbieh+ minni u ma qallix.” 28 U qalet: “Jaqaw jien tlabt permezz taʼ sidi biex ikolli iben? M’għedtlekx jien, ‘Tħallinix nittama għalxejn’?”+
29 Minnufih qal lil Geħażi:+ “Xammar il-libsa*+ u ħu l-bastun tiegħi+ f’idek u mur. Jekk tiltaqaʼ maʼ xi ħadd, issellimlux;+ u jekk xi ħadd isellimlek, twiġbux. U qiegħed il-bastun tiegħi fuq wiċċ it-tifel.”+ 30 Għal dan, omm it-tifel qalet: “Daqskemm Ġeħova hu ħaj+ u daqskemm ruħek hi ħajja,+ m’iniex se nitilqek.”+ Għalhekk, qam u mar magħha. 31 U Geħażi għaddiehom u qiegħed il-bastun fuq wiċċ it-tifel, imma ma kien hemm ebda ħoss jew reazzjoni.+ Għalhekk, mar lura jiltaqaʼ miegħu u qallu: “It-tifel ma qamx.”+
32 Fl-aħħar, Eliżew wasal id-dar, u t-tifel kien mejjet, mimdud fuq is-sodda tiegħu.+ 33 U daħal, għalaq il-bieb warajhom it-tnejn,+ u beda jitlob lil Ġeħova.+ 34 Imbagħad telaʼ u mtedd fuq it-tifel+ u qiegħed ħalqu maʼ ħalqu u għajnejh m’għajnejh u l-pali taʼ idejh mal-pali taʼ idejh u baqaʼ milwi fuqu, u bil-mod il-mod ġisem* it-tifel beda jisħon. 35 U reġaʼ mexa fid-dar, darba ’l hawn u darba ’l hemm, u mbagħad telaʼ u ltewa fuqu. U t-tifel għatas sebaʼ darbiet, u wara fetaħ għajnejh.+ 36 Imbagħad sejjaħ lil Geħażi u qallu: “Sejjaħ lis-Sunamija.”+ U sejħilha u hi daħlet ħdejh. U qalilha: “Erfaʼ lil ibnek.”+ 37 U daħlet u niżlet ħdejn saqajh u mielet fl-art quddiemu;+ imbagħad refgħet lil binha u ħarġet.+
38 U Eliżew mar lura Gilgal,+ u kien hemm il-ġuħ+ fil-pajjiż. U ħin minnhom, waqt li wlied+ il-profeti kienu bil-qiegħda quddiemu,+ qal lill-qaddej tiegħu:+ “Qiegħed il-borma fuq in-nar u sajjar naqra soppa għal ulied il-profeti.”+ 39 Għaldaqstant wieħed minnhom ħareġ fir-rabaʼ jiġbor il-ħobbejż,+ u sab dielja salvaġġa u beda jaqtaʼ l-qaraʼ salvaġġ minnha, u mela ħwejġu. Imbagħad ġie u qattgħu u tefgħu fil-borma, għax ma kinux jafu x’inhu. 40 Imbagħad qalbu s-soppa lill-irġiel biex jieklu minnha. U ġara li, malli ħadu mis-soppa, bdew jgħajtu u jgħidu: “Hemm il-mewt fil-borma,+ O bniedem taʼ l-Alla l-veru.”+ U ma setgħux jieklu. 41 Għalhekk, qalilhom: “Mela ġibu d-dqiq.” U tefgħu fil-borma, u kompla jgħid: “Aqilbulhom lin-nies ħa jieklu.” U dak li kien hemm fil-borma m’għamlilhom ebda ħsara.+
42 U kien hemm raġel minn Bagħal-salisa,+ u ġab+ lill-bniedem taʼ l-Alla l-veru ħobż mill-ewwel frott misjur,+ għoxrin ħobża tax-xgħir,+ u qmuħ ġodda fil-basket tiegħu tal-ħobż. U qal: “Agħtuh lin-nies ħa jieklu.”+ 43 Madankollu, il-qaddej tiegħu li jservi l-ikel qal: “Kif se nqassmu lil mitt raġel?”+ Għal dan qallu: “Agħtih lin-nies ħa jieklu, għax hekk qal Ġeħova, ‘Iridu jieklu u jifdal ukoll.’”+ 44 Għalhekk, qassamhulhom u bdew jieklu, u kien għad fadal minnu skond il-kelma taʼ Ġeħova.+
5 Issa Nagħman,+ il-kap taʼ l-armata tas-sultan tas-Sirja, sar raġel importanti f’għajnejn sidu u kien jistmah ferm, għax kien permezz tiegħu li Ġeħova salva s-Sirja;+ u r-raġel kien qalbieni u setgħan, għalkemm kellu l-ġdiem. 2 U s-Sirjani, min-naħa tagħhom, kienu ħarġu bħala qtajjaʼ taʼ ħallelin,+ u ħadu mill-art taʼ Israel tifla żgħira bħala lsira,+ u din saret qaddejja taʼ mart Nagħman. 3 Maż-żmien qalet+ lil sidtha: “Li kieku sidi jmur quddiem il-profeta+ li jinsab fis-Samarija! Kieku jfiq mill-ġdiem tiegħu.”+ 4 Iktar tard xi ħadd ġie u rrapporta dan lil sidu, u qallu: “Hekk u hekk qalet it-tifla+ mill-art taʼ Israel.”
5 U s-sultan tas-Sirja qal lil Nagħman: “Mur, isa! Jien ħa nibgħat ittra lis-sultan taʼ Israel.” Għalhekk, mar u ħa miegħu+ għaxar talenti fidda u sitt elef biċċa tad-deheb+ u għaxar tibdiliet ħwejjeġ.+ 6 U wassal l-ittra+ lis-sultan taʼ Israel, li kienet tgħid: “U issa kif tasallek l-ittra, jien inkun bgħattlek lil Nagħman il-qaddej tiegħi, sabiex tfejqu mill-ġdiem.” 7 U malli s-sultan taʼ Israel qara l-ittra, hu ċarrat+ ħwejġu u qal: “Jaqaw jien Alla,+ biex nagħti l-mewt lil xi ħadd jew inżommu ħaj?+ Għax dan il-bniedem qed jibgħatli raġel biex ifiq mill-ġdiem tiegħu; imma, jekk jogħġobkom, kunu afu u araw li hu jrid jaqlaʼ l-ġlied miegħi.”+
8 U ġara, li malli Eliżew il-bniedem taʼ l-Alla l-veru semaʼ li s-sultan taʼ Israel kien ċarrat ħwejġu,+ hu mill-ewwel bagħat jgħid lis-sultan: “Għala ċarratt ħwejġek? Ħallih jiġi għandi, jekk jogħġbok, sabiex ikun jaf li hawn profeta f’Israel.”+ 9 Għalhekk, Nagħman ġie biż-żwiemel tiegħu u l-karrijiet tiegħu tal-gwerra u waqaf fid-daħla taʼ dar Eliżew. 10 Madankollu, Eliżew bagħatlu messaġġier, jgħid: “Mur inħasel+ sebaʼ darbiet+ fil-Ġordan sabiex laħmek jerġaʼ għal li kien;+ u ndaf.” 11 Minħabba f’hekk, Nagħman għadab+ u rħielha biex jitlaq u qal: “Ara, f’qalbi għedt,+ ‘Dak jiġi t-triq kollha sa ħdejja u jieqaf u jsejjaħ isem Ġeħova Alla tiegħu u jxejjer idu fuq il-post marid u jfejjaq lill-imġiddem.’ 12 M’humiex l-Abana u l-Farfar, ix-xmajjar taʼ Damasku,+ aħjar mill-ilmijiet kollha+ taʼ Israel? Ma nistax ninħasel fihom u nindaf?”+ U dar u telaq irrabjat.+
13 Issa l-qaddejja tiegħu resqu lejh u kellmuh u qalu: “Missieri,+ kieku kienet ħaġa kbira li qallek il-profeta, ma kontx tagħmilha? Kemm iktar, mela, ladarba qallek, ‘Inħasel u ndaf’?” 14 Għalhekk, niżel u għodos fil-Ġordan sebaʼ darbiet skond il-kelma tal-bniedem taʼ l-Alla l-veru;+ imbagħad laħmu reġaʼ ġie bħal-laħam taʼ tifel żgħir+ u ndaf.+
15 Imbagħad mar lura għand il-bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ hu u l-kamp tiegħu, u wasal u waqaf quddiemu u qal: “Ara, issa naf li mkien fl-art kollha m’hemm Alla ieħor ħlief f’Israel.+ U issa, jekk jogħġbok, aċċetta rigal+ bħala barka mingħand il-qaddej tiegħek.” 16 Imma hu qallu: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova li ninsab wieqaf quddiemu,*+ m’iniex se naċċettah.”+ U dak beda jinsistilu biex jaċċettah, imma hu baqaʼ jirrifjuta. 17 Fl-aħħar, Nagħman qal: “Mela jekk le, jekk jogħġbok, ħa tingħatali ftit ħamrija, lili l-qaddej tiegħek,+ daqs it-tagħbija taʼ żewġ bgħula; għax il-qaddej tiegħek mhux se joffri iktar offerti tal-ħruq jew sagrifiċċji lil allat oħrajn imma lil Ġeħova.+ 18 Jalla Ġeħova jaħfer lill-qaddej tiegħek f’din il-ħaġa: Meta sidi jidħol fid-dar taʼ Rimmon+ biex jinżel imil hemmhekk, u jkun qed iserraħ+ maʼ idi, u jien ikolli ninżel immil+ fid-dar taʼ Rimmon, meta ninżel immil fid-dar taʼ Rimmon jalla Ġeħova, jekk jogħġbu, jaħfer lill-qaddej tiegħek f’dan ir-rigward.”+ 19 U hu qallu: “Mur fil-paċi.”+ Għaldaqstant telaq u kien tbiegħed minnu mhux ħażin.
20 Imbagħad Geħażi,+ il-qaddej t’Eliżew il-bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ qal: “Ara, sidi ħelishielu lil Nagħman,+ dan is-Sirjan, billi m’aċċettax mingħandu dak li ġab. Daqskemm Ġeħova hu ħaj,+ niġri warajh u nieħu xi ħaġa mingħandu.”+ 21 U Geħażi mar jiġri warajh. Meta Nagħman ra lil xi ħadd jiġri warajh, mill-ewwel niżel mill-karru tiegħu biex jiltaqaʼ miegħu u qallu: “Kollox sew?”+ 22 U dak qallu: “Kollox sew. Sidi+ stess bagħatni,+ u qallek, ‘Ara! Issa stess għadhom kemm ġew żewġ żgħażagħ mir-reġjun muntanjuż t’Efrajm minn ulied il-profeti.+ Jekk jogħġbok, agħtihom talent fidda u żewġ tibdiliet ħwejjeġ.’”+ 23 U Nagħman qal: “Mur, ħu żewġ talenti.” U baqaʼ jinsistilu+ u fl-aħħar tah żewġ talenti fidda marbutin f’żewġ xkejjer, maʼ żewġ tibdiliet, u tahom lil tnejn mill-qaddejja tiegħu, sabiex iġorruhomlu quddiemu.
24 Meta wasal Għofel,* ħadhom minn idhom u poġġiehom id-dar.+ Imbagħad bagħat lill-irġiel, u dawn telqu. 25 U hu daħal u qagħad ħdejn sidu.+ U Eliżew qallu: “Minfejn ġejt, Geħażi?” Imma hu qallu: “Il-qaddej tiegħek ma mar imkien.”+ 26 Għalhekk, qallu: “Jaqaw qalbi mhux hemm kienet ukoll meta r-raġel dar biex jinżel minn fuq il-karru ħalli jiltaqaʼ miegħek? Taħseb li issa huwa ż-żmien li taċċetta fidda jew ħwejjeġ jew xtieli taż-żebbuġ jew għelieqi tad-dwieli jew nagħaġ jew baqar jew qaddejja rġiel jew qaddejja nisa?+ 27 Mela l-ġdiem+ taʼ Nagħman jibqaʼ mqabbad miegħek u maʼ nislek għal żmien indefinit.”*+ U ħareġ minn quddiemu, abjad silġ* bil-ġdiem.+
6 U wlied+ il-profeti qalu lil Eliżew: “Ara, il-post+ li qed ngħammru fih quddiemek huwa żgħir wisq+ għalina. 2 Jekk jogħġbok, ħa mmorru sal-Ġordan u nieħdu minn hemmhekk travu kull wieħed u nibnu+ post fejn noqogħdu.” U qalilhom: “Morru.” 3 U wieħed minnhom żied jgħid: “Jekk jogħġbok, ejja mal-qaddejja tiegħek.” Qalilhom: “Niġi.” 4 U mar magħhom, u fl-aħħar waslu l-Ġordan u bdew jaqtgħu s-siġar.+ 5 U ġara li wieħed minnhom kien qed jaqtaʼ t-travu tiegħu, u ras il-mannara+ waqgħetlu fl-ilma. U beda jgħajjat u jgħid: “X’biċċa ġratli, sidi,+ għax dik isselliftha!”+ 6 Imbagħad il-bniedem taʼ l-Alla l-veru qallu: “Fejn waqgħet?” U wrieh fejn. Fil-pront hu qataʼ biċċa injama u tefagħha hemmhekk u ras il-mannara telgħet fil-wiċċ.+ 7 Imbagħad qallu: “Tellagħha int.” U ħareġ idu u ħadha.
8 U s-sultan tas-Sirja+ kien fi gwerra kontra Israel. Għaldaqstant ftiehem mal-qaddejja tiegħu+ u qalilhom: “Ikkampjaw miegħi fit-tali u t-tali post.”+ 9 Imbagħad il-bniedem taʼ l-Alla l-veru+ bagħat jgħid lis-sultan taʼ Israel: “Oqgħod attent li ma tgħaddix minn dak il-post,+ għax hemmhekk se jinżlu s-Sirjani.”+ 10 Għalhekk, is-sultan taʼ Israel bagħat messaġġ fil-post li qallu bih il-bniedem taʼ l-Alla l-veru.+ U Eliżew wissa+ lis-sultan, u hu żamm ’il bogħod minn hemmhekk; dan ma ġarax darba jew tnejn.
11 Għaldaqstant, qalb is-sultan tas-Sirja mtliet bl-għadab minħabba dan,+ u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u qalilhom: “Se tgħiduli min fostna hu mas-sultan taʼ Israel?”+ 12 Imbagħad wieħed mill-qaddejja tiegħu qal: “Ħadd, sidi s-sultan, imma huwa l-profeta Eliżew+ f’Israel li jgħarraf+ lis-sultan taʼ Israel x’tgħid int fil-kamra tas-sodda tiegħek.”+ 13 Għalhekk, qal: “Morru u araw fejn qiegħed, sabiex nibgħat naqbdu.”+ Iktar tard wasallu r-rapport: “Qiegħed Dotan.”+ 14 Minnufih hu bagħat hemmhekk żwiemel u karrijiet tal-gwerra u qawwa militari kbira;+ u waslu bil-lejl u għalqu l-belt.
15 Meta l-qaddej+ tal-bniedem taʼ l-Alla l-veru qam kmieni u ħareġ barra, kien hemm qawwa militari mdawra mal-belt bi żwiemel u karrijiet tal-gwerra. Minnufih il-qaddej qallu: “X’waħda din, sidi!+ X’se nagħmlu?” 16 Imma hu qallu: “Tibżax,+ għax hemm iktar magħna milli hemm magħhom.”+ 17 U Eliżew beda jitlob+ u jgħid: “O Ġeħova, iftaħlu għajnejh,+ jekk jogħġbok, ħalli jara.” Immedjatament, Ġeħova fetaħ għajnejn il-qaddej, u hu beda jara; u l-muntanji kienu mimlijin żwiemel u karrijiet tal-gwerra+ tan-nar madwar Eliżew.+
18 Meta l-għedewwa bdew neżlin lejh, Eliżew kompla jitlob lil Ġeħova u jgħid: “Jekk jogħġbok, olqot il-ġens bl-għama.”+ Għalhekk, għamiehom skond il-kelma t’Eliżew. 19 Issa Eliżew qalilhom: “Din mhix it-triq, u din mhix il-belt. Imxu warajja ħa niħodkom għand ir-raġel li qed tfittxu.” Madankollu, hu ħadhom fil-belt tas-Samarija.+
20 U ġara li malli waslu s-Samarija, Eliżew qal: “O Ġeħova, iftħilhom għajnejhom ħa jaraw.”+ Immedjatament, Ġeħova fetħilhom għajnejhom u bdew jaraw; u kienu f’nofs is-Samarija. 21 Malli rahom, is-sultan taʼ Israel qal lil Eliżew: “Naħbat għalihom? Naħbat għalihom,+ missieri?”+ 22 Imma dak qallu: “Taħbatx għalihom. Lil dawk li tieħu bħala lsiera bis-sejf tiegħek u bil-qaws tiegħek taħbat għalihom?+ Qegħdilhom il-ħobż u l-ilma quddiemhom sabiex jieklu u jixorbu+ u jmorru għand sidhom.” 23 Għaldaqstant għamlilhom festa kbira; u bdew jieklu u jixorbu, u wara dan bagħathom lura u marru għand sidhom. U l-qtajjaʼ taʼ ħallelin+ tas-Sirjani lanqas darba ma reġgħu ġew fl-art taʼ Israel.
24 U ġara wara dan li Ben-ħadad is-sultan tas-Sirja ġemaʼ l-kamp kollu tiegħu u telaʼ u assedja+ lis-Samarija. 25 Maż-żmien waqaʼ ġuħ kbir fis-Samarija,+ u baqgħu jassedjawha sakemm ras taʼ ħmar+ saret tiswa tmenin biċċa tal-fidda, u kwart taʼ kejl taʼ kab ħmieġ tal-ħamiem+ kien jiswa ħames biċċiet tal-fidda. 26 U ġara li s-sultan taʼ Israel kien għaddej minn fuq is-sur, u waħda mara għajtitlu u qaltlu: “Għinni, O sidi s-sultan!”+ 27 Għal dan qalilha: “Jekk ma jgħinekx Ġeħova, biex nistaʼ ngħinek jien?+ Bil-qiegħa tad-dris jew bil-magħsar taʼ l-inbid jew taż-żejt?” 28 U s-sultan kompla jgħidilha: “Xi ġralek?” U hi qaltlu: “Din il-mara qaltli, ‘Agħti lil ibnek ħa nikluh illum, u għada nieklu lil ibni.’+ 29 Għalhekk, għallejna+ lil ibni u kilnieh.+ Imbagħad l-għada għedtilha, ‘Agħti lil ibnek ħa nikluh.’ Imma hi ħbietu lil binha.”
30 Malli s-sultan semaʼ kliem il-mara, hu ċarrat ħwejġu;+ u peress li kien għaddej minn fuq is-sur, in-nies rawh, u minn taħt kellu d-drapp taʼ l-ixkora fuq il-laħam. 31 U qal: “Jalla jagħmilli hekk Alla, u iktar minn hekk, jekk ras Eliżew bin Safat tibqaʼ fuqu llum!”+
32 Eliżew kien bil-qiegħda d-dar, u x-xjuħ kienu bil-qiegħda miegħu,+ meta s-sultan bagħat raġel minn quddiemu. Qabel ma l-messaġġier laħaq wasal għandu, hu qal lix-xjuħ: “Rajtu kif dan l-iben taʼ qattiel+ bagħat biex ineħħili rasi? Agħmlu hekk: malli jasal il-messaġġier, agħlqu l-bieb, u żommuh lura bil-bieb. M’intomx tisimgħu l-ħoss+ taʼ saqajn sidu warajh?” 33 Waqt li kien għadu qed jitkellem, il-messaġġier kien nieżel għandu, u s-sultan qal: “Hawn hu l-gwaj mingħand Ġeħova.+ Għalfejn għandi nibqaʼ nistenna lil Ġeħova?”+
7 Issa Eliżew qal: “Isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova.+ Hekk qal Ġeħova, ‘Għada madwar dan il-ħin, sea dqiq fin se jkun jiswa xekel, u żewġ seat xgħir ikunu jiswew xekel fil-bieb tas-Samarija.’”+ 2 Imma l-ajjutant, li maʼ idu kien iserraħ+ is-sultan, wieġeb lill-bniedem taʼ l-Alla l-veru u qal: “Lanqas kieku Ġeħova jiftaħ bwieb l-għargħar fis-smewwiet,+ kif jistaʼ jkun dan?”+ Għal dan qallu: “Ara, se tarah b’għajnejk,+ imma ma tikolx minnu.”+
3 U kien hemm erbat irġiel, imġiddmin, fid-daħla taʼ bieb il-belt;+ u bdew jgħidu lil xulxin: “X’qegħdin nagħmlu bil-qiegħda hawn sakemm immutu? 4 Kieku għedna, ‘Ejja nidħlu fil-belt,’ meta hemm il-ġuħ fil-belt, konna mmutu hemmhekk.+ U jekk noqogħdu hawn, immutu xorta. Mela ejja nidħlu fil-kamp tas-Sirjani. Jekk iħalluna ħajjin, ngħixu; imma jekk joqtluna, imbagħad immutu.”+ 5 Għalhekk, qamu fid-dlam taʼ fil-għaxija biex jidħlu fil-kamp tas-Sirjani; u waslu sa tarf il-kamp tas-Sirjani, u, ara, ma kien hemm ħadd.
6 U Ġeħova kien ġiegħel lill-kamp tas-Sirjani jismaʼ+ l-ħoss taʼ karrijiet tal-gwerra, il-ħoss taʼ żwiemel, u l-ħoss taʼ qawwa militari kbira,+ u għalhekk qalu lil xulxin: “Ara! Is-sultan taʼ Israel kera lis-slaten tal-Ħittin+ u s-slaten taʼ l-Eġittu+ biex jiġu kontrina!” 7 U qamu minnufih u ħarbu fid-dlam taʼ fil-għaxija+ u ħallew it-tined u ż-żwiemel+ u l-ħmir tagħhom—il-kamp kif kien—u ħarbu biex isalvaw ruħhom.+
8 Meta dawn l-imġiddmin waslu f’tarf il-kamp, daħlu f’tinda minnhom u bdew jieklu u jixorbu u ħadu minn hemm fidda u deheb u lbies; u telqu u ħbewhom. Wara dan reġgħu lura u daħlu f’tinda oħra u ħadu xi affarijiet minn hemm u telqu u ħbewhom.+
9 Fl-aħħar bdew jgħidu wieħed lill-ieħor: “Mhux sew li qed nagħmlu. Dan il-jum huwa jum t’aħbar tajba!+ Jekk noqogħdu lura u nistennew sad-dawl taʼ fil-għodu, il-ħtija tilħaqna.+ Mela issa ejja mmorru u nwasslu l-aħbar f’dar is-sultan.” 10 Għalhekk, marru u sejħu lill-għassiesa tal-bibien+ tal-belt u tawhom l-aħbar billi qalulhom: “Dħalna fil-kamp tas-Sirjani, u ma kien hemm ħadd u ma kien jinstemaʼ ħadd, imma kien hemm biss iż-żwiemel u l-ħmir marbutin u t-tined kif kienu tħallew.”+ 11 Fil-pront l-għassiesa tal-bibien għajtu u rrapportaw dan fid-dar tas-sultan.
12 Minnufih is-sultan qam bil-lejl u qal lill-qaddejja tiegħu:+ “Ħa ngħidilkom jien, jekk jogħġobkom, x’għamlulna s-Sirjani.+ Jafu li aħna bil-ġuħ;+ u għalhekk ħarġu mill-kamp biex jinħbew fir-rabaʼ,+ u qalu, ‘Issa joħorġu mill-belt u naqbduhom ħajjin, u nidħlu fil-belt.’” 13 Imbagħad wieħed mill-qaddejja tiegħu wieġeb u qal: “Jekk jogħġbok, ħa jintgħażlu xi wħud u jieħdu ħames żwiemel milli fadal fil-belt.+ Ara! Huma bħall-folla kollha taʼ Israel li fadal fil-belt. Ara! Huma bħall-folla kollha taʼ Israel li nqerdet.+ Ejja nibagħtu naraw.” 14 Għaldaqstant ħadu żewġ karrijiet biż-żwiemel u s-sultan bagħathom għal wara l-kamp tas-Sirjani, u qal: “Morru u araw.” 15 U marru warajhom sal-Ġordan; u t-triq kollha kienet mimlija lbies u għodod+ li s-Sirjani kienu rmew huma u jgħaġġlu biex jaħarbu.+ Imbagħad il-messaġġiera ġew lura u rrapportaw dan lis-sultan.
16 U n-nies ħarġu u ħatfu l-priża+ mill-kamp tas-Sirjani; u għalhekk sea dqiq sar jiswa xekel, u żewġ seat xgħir saru jiswew xekel, skond il-kelma+ taʼ Ġeħova. 17 U l-ajjutant, li maʼ idu kien iserraħ+ is-sultan, kien inħatar mis-sultan stess biex jieħu ħsieb bieb il-belt; u n-nies għaffġuh+ f’bieb il-belt, u miet, bħalma kien qal il-bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ meta tkellem dakinhar li s-sultan niżel għandu. 18 Għalhekk, ġara eżatt bħalma qal il-bniedem taʼ l-Alla l-veru lis-sultan, meta qal: “Żewġ seat xgħir ikunu jiswew xekel u sea dqiq fin ikun jiswa xekel għada bħalissa fil-bieb tas-Samarija.”+ 19 Imma l-ajjutant wieġeb lill-bniedem taʼ l-Alla l-veru u qal: “Anki kieku Ġeħova jiftaħ bwieb l-għargħar fis-smewwiet, kif jistaʼ jkun li jiġri skond din il-kelma?”+ Għal dan qallu: “Ara, se tarah b’għajnejk, imma ma tikolx minnu.”+ 20 Għaldaqstant hekk ġralu,+ meta n-nies għaffġuh+ f’bieb il-belt u miet.
8 U Eliżew kellem lill-mara li lil binha kien tah il-ħajja mill-ġdid,+ u qalilha: “Qum u itlaq, int u taʼ darek, u għix bħala barranija jkun fejn ikun li tistaʼ tgħix bħala barranija;+ għax Ġeħova sejjaħ il-ġuħ,+ u dan se jdum fil-pajjiż sebaʼ snin.”+ 2 Għalhekk, il-mara qamet u għamlet skond il-kelma tal-bniedem taʼ l-Alla l-veru u telqet,+ hi u taʼ darha,+ u bdiet tgħix bħala barranija fl-art tal-Filistin+ fejn għamlet sebaʼ snin.
3 U ġara wara sebaʼ snin li l-mara reġgħet lura mill-art tal-Filistin u marret titlob lis-sultan+ għal darha u għall-għalqa tagħha. 4 Issa s-sultan kien qed ikellem lil Geħażi,+ il-qaddej tal-bniedem taʼ l-Alla l-veru, u qallu: “Għidli, jekk jogħġbok, l-affarijiet kbar kollha li għamel Eliżew.”+ 5 U ġara li waqt li kien qed jirrakkonta lis-sultan kif lill-mejjet kien tah il-ħajja mill-ġdid,+ il-mara li lil binha kien tah il-ħajja mill-ġdid ġiet titlob lis-sultan għal darha u għall-għalqa tagħha.+ Fil-pront Geħażi qal: “Sidi+ s-sultan, din hi l-mara, u dan hu binha li Eliżew tah il-ħajja mill-ġdid.” 6 Malli semaʼ hekk, is-sultan staqsa lill-mara dwar dan, u hi rrakkontatlu l-istorja.+ Imbagħad is-sultan taha uffiċjal tal-palazz,+ u qallu: “Erġaʼ agħtiha dak kollu li hu tagħha u l-prodotti kollha taʼ l-għalqa minn dakinhar li telqet mill-pajjiż s’issa.”+
7 U Eliżew mar Damasku;+ u Ben-ħadad+ is-sultan tas-Sirja kien marid. Għaldaqstant ngħatatlu l-aħbar: “Il-bniedem taʼ l-Alla l-veru+ ġie hawnhekk.” 8 Għalhekk, hu qal lil Ħażagħel:+ “Ħu rigal+ miegħek u mur iltaqaʼ mal-bniedem taʼ l-Alla l-veru, u staqsih+ x’jgħid Ġeħova permezz tiegħu u għidlu, ‘Se nfiq minn din il-marda?’” 9 Għalhekk, Ħażagħel mar jiltaqaʼ miegħu u ħa rigal miegħu, iva, kull xorta taʼ ħaġa tajba minn Damasku, daqs it-tagħbija t’erbgħin ġemel, u wasal u waqaf quddiemu u qallu: “Ibnek,+ Ben-ħadad, is-sultan tas-Sirja, bagħatni għandek biex jistaqsik, ‘Se nfiq minn din il-marda?’” 10 Imbagħad Eliżew qallu: “Mur għidlu, ‘Se tfiq żgur,’ imma Ġeħova wrieni+ li se jmut żgur.”+ 11 U waqqaf ħarstu u baqaʼ jħares ċass lejh tant li ħassu imbarazzat. Imbagħad il-bniedem taʼ l-Alla l-veru nfaqaʼ jibki.+ 12 Għal dan, Ħażagħel qal: “Għalfejn qed jibki sidi?” Qallu: “Għax naf xi ħsara+ se tagħmel lil ulied Israel. Il-postijiet fortifikati tagħhom se tagħtihom in-nar, u l-aqwa rġiel tagħhom se toqtolhom bis-sejf, u se tfarrak+ lil uliedhom u ċċarrat lin-nisa tqal tagħhom.”+ 13 Għal dan, Ħażagħel qal: “X’inhu l-qaddej tiegħek, ħlief kelb,+ biex jagħmel din il-ħaġa kbira?” Imma Eliżew qal: “Ġeħova wrieni li int se tkun sultan fuq is-Sirja.”+
14 Wara dan, telaq minn ħdejn Eliżew u mar għand sidu, li qallu: “X’qallek Eliżew?” U dak wieġbu: “Qalli, ‘Se tfiq żgur.’”+ 15 U l-għada qabad gverta, xarrabha fl-ilma u firixha fuq wiċċ is-sultan,+ u dan miet.+ U Ħażagħel+ beda jsaltan minfloku.
16 U fil-ħames sena taʼ Ġeħoram+ bin Aħab is-sultan taʼ Israel, waqt li Ġeħosafat kien sultan taʼ Ġuda, Ġeħoram+ bin Ġeħosafat is-sultan taʼ Ġuda sar sultan. 17 Tnejn u tletin sena kellu meta sar sultan, u dam isaltan tmien snin f’Ġerusalemm.+ 18 U mexa fit-triq tas-slaten taʼ Israel,+ bħalma kienu għamlu dawk taʼ dar Aħab;+ għax kien ħa b’martu lil bint Aħab,+ u kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova. 19 U Ġeħova ma riedx jeqred lil Ġuda+ minħabba David il-qaddej tiegħu,+ bħalma kien wiegħdu, li jagħti lilu u lil uliedu musbieħ għal dejjem.+
20 Fi żmienu l-Edomin+ irvellaw minn taħt idejn Ġuda, u mbagħad għażlu sultan+ biex jaħkem fuqhom. 21 Għaldaqstant, Ġeħoram mar Sagħir bil-karrijiet kollha miegħu. U ġara li bil-lejl qam u ħabat għall-Edomin li kienu dawru lilu u lill-kapijiet tal-karrijiet; u n-nies ħarbu lejn it-tined tagħhom. 22 Imma Edom baqaʼ jirvella minn taħt idejn Ġuda sa llum. Kien f’dak iż-żmien ukoll li Libna+ bdiet tirvella.
23 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġeħoram u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? 24 Fl-aħħar, Ġeħoram imtedd maʼ missirijietu+ u ndifen maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David.+ U ibnu Aħażija+ beda jsaltan minfloku.
25 Fis-sena tnax taʼ Ġeħoram bin Aħab is-sultan taʼ Israel, Aħażija bin Ġeħoram is-sultan taʼ Ġuda sar sultan.+ 26 Tnejn u għoxrin sena kellu Aħażija meta beda jsaltan, u dam isaltan sena f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Għatalija+ li nannuha kien Għomri+ s-sultan taʼ Israel. 27 U mexa fit-triq taʼ dar Aħab+ u kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ bħal dar Aħab, għax kien qarib taʼ dar Aħab biż-żwieġ.+ 28 Għaldaqstant mar maʼ Ġeħoram bin Aħab għall-gwerra kontra Ħażagħel+ is-sultan tas-Sirja f’Ramot-gilegħad,+ imma s-Sirjani darbu+ lil Ġeħoram. 29 Għalhekk, is-Sultan Ġeħoram+ reġaʼ lura Ġeżragħel+ biex ifiq mill-feriti li għamlulu s-Sirjani f’Rama* meta ġġieled kontra Ħażagħel is-sultan tas-Sirja. U Aħażija+ bin Ġeħoram is-sultan taʼ Ġuda, mar jara lil Ġeħoram bin Aħab f’Ġeżragħel, għax kien marid.
9 U l-profeta Eliżew sejjaħ lil wieħed minn ulied+ il-profeti u qallu: “Xammar il-libsa*+ u ħu dan il-flixkun+ żejt f’idek u mur Ramot-gilegħad.+ 2 Meta tasal hemmhekk, mur ara lil Ġeħu,+ bin Ġeħosafat, bin Nimsi; u idħol u qajmu minn fost ħutu u ħudu fil-kamra taʼ ġewwanett.+ 3 U ħu l-flixkun taż-żejt u sawbu fuq rasu+ u għid, ‘Hekk qal Ġeħova: “Qed nidilkek+ bħala sultan+ fuq Israel.”’ U iftaħ il-bieb u aħrab u toqgħodx tistenna.”
4 U l-qaddej, il-qaddej tal-profeta, telaq għal Ramot-gilegħad. 5 Meta wasal, il-kapijiet tal-qawwa militari kienu bil-qiegħda. U hu qal: “Għandi kelma għalik,+ O kap.” U Ġeħu qal: “Għal min minna lkoll?” U qallu: “Għalik, O kap.” 6 Għalhekk, qam u daħal id-dar; u sawwablu ż-żejt fuq rasu u qallu: “Hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel, ‘Qed nidilkek bħala sultan+ fuq il-poplu taʼ Ġeħova,+ jiġifieri, fuq Israel. 7 U trid taħbat għal dar Aħab sidek, u jien nitħallas+ għad-demm tal-qaddejja tiegħi l-profeti u d-demm kollu tal-qaddejja taʼ Ġeħova minn id Ġeżabel.+ 8 U d-dar kollha t’Aħab tgħib; u jien neqred minn dar Aħab+ lill-irġiel u s-subien kollha,+ sa l-iktar wieħed baxx+ f’Israel. 9 U nagħmel lil dar Aħab bħal dar Ġerobogħam+ bin Nebat u bħal dar Bagħsa+ bin Aħija. 10 U lil Ġeżabel jikluha l-klieb+ fil-medda art f’Ġeżragħel, u ma jkun hemm ħadd biex jidfinha.’” B’dan il-kliem, fetaħ il-bieb u ħarab.+
11 U Ġeħu ħareġ ħdejn il-qaddejja taʼ sidu, u dawn bdew jgħidulu: “Kollox sew?+ Dan il-miġnun+ għala ġie għalik?” Imma hu qalilhom: “Tafu kif inhu dan ir-raġel u kif jitkellem.” 12 Imma qalulu: “Mhux veru! Għidilna l-verità, jekk jogħġbok.” Imbagħad qalilhom: “Hekk u hekk kellimni u qalli, ‘Hekk qal Ġeħova: “Qed nidilkek bħala sultan fuq Israel.”’”+ 13 Għal dan, ilkoll kemm huma malajr malajr qabdu ħwejjiġhom+ u qegħduhom taħtu fuq it-taraġ għeri, u bdew idoqqu l-qarn+ u jgħidu: “Ġeħu sar sultan!”+ 14 U Ġeħu,+ bin Ġeħosafat, bin Nimsi+ kkonfoffa+ kontra Ġeħoram.
U Ġeħoram kien qiegħed għassa f’Ramot-gilegħad,+ hu u Israel kollu, minħabba Ħażagħel+ is-sultan tas-Sirja. 15 Iktar tard is-Sultan Ġeħoram+ mar lura Ġeżragħel+ biex ifiq mill-feriti li għamlulu s-Sirjani meta ġġieled kontra Ħażagħel is-sultan tas-Sirja.+
Issa Ġeħu qal: “Jekk taqblu,+ tħallu lil ħadd jaħrab mill-belt biex imur u jwassal l-aħbar f’Ġeżragħel.” 16 U Ġeħu rikeb u mar Ġeżragħel; u Ġeħoram kien mimdud hemmhekk, u Aħażija+ s-sultan taʼ Ġuda kien niżel jara lil Ġeħoram. 17 U l-għassies+ kien fuq it-torri+ f’Ġeżragħel,+ u ra l-irġiel taʼ Ġeħu ġejjin ilebbtu miegħu ġemgħa sħiħa, u minnufih qal: “Qed nara ġemgħa sħiħa taʼ rġiel.” U Ġeħoram qal: “Ħu suldat tal-kavallerija u ibagħtu jiltaqaʼ magħhom, u għidlu jistaqsi, ‘Paċi hemm?’”+ 18 Għaldaqstant, rikkieb fuq żiemel mar jiltaqaʼ miegħu u qallu: “Hekk qal is-sultan, ‘Paċi hemm?’” Imma Ġeħu qal: “X’għandek x’taqsam mal-‘paċi’?+ Ejja warajja!”
U l-għassies+ irrapporta u qal: “Il-messaġġier wasal sa ħdejhom, imma ma ġiex lura.” 19 Għalhekk, bagħat it-tieni rikkieb fuq żiemel, li meta wasal ħdejhom qal: “Hekk qal is-sultan, ‘Paċi hemm?’” Imma Ġeħu qal: “X’għandek x’taqsam mal-‘paċi’?+ Ejja warajja!”
20 U l-għassies irrapporta u qal: “Wasal sa ħdejhom, imma ma ġiex lura; u s-sewqan hu bħas-sewqan taʼ Ġeħu+ li nannuh huwa Nimsi,+ għax isuq bħal miġnun.”+ 21 U Ġeħoram qal: “Arma l-karru!”+ Għalhekk, ramalu l-karru tal-gwerra u Ġeħoram is-sultan taʼ Israel u Aħażija+ s-sultan taʼ Ġuda ħarġu, kull wieħed fuq il-karru tiegħu tal-gwerra. Waqt li kienu sejrin jiltaqgħu maʼ Ġeħu, sabuh fil-medda art taʼ Nabot+ il-Ġeżragħeli.
22 U ġara li malli Ġeħoram ra lil Ġeħu, hu mill-ewwel qal: “Paċi hemm, Ġeħu?” Imma hu qal: “X’paċi+ jistaʼ jkun hemm sakemm jibqgħu ż-żína t’ommok Ġeżabel+ u l-ħafna sħarijiet tagħha?”+ 23 Minnufih Ġeħoram dawwar il-karru biex jaħrab u qal lil Aħażija: “Dan ingann,+ Aħażija!” 24 U Ġeħu qabad qaws f’idu+ u spara għal Ġeħoram bejn dirgħajh, u l-vleġġa ħarġet minn qalbu, u waqaʼ fil-karru tiegħu tal-gwerra.+ 25 Imbagħad qal lil Bidkar l-ajjutant tiegħu:+ “Erfgħu; itfgħu fl-għalqa taʼ Nabot il-Ġeżragħeli;+ għax ftakar li jien u int konna qed insuqu karru b’żewġ żwiemel kull wieħed wara Aħab missieru, u Ġeħova nnifsu ddikjara+ dan kontrih: 26 ‘“Id-demm+ taʼ Nabot u d-demm taʼ wliedu+ rajtu l-bieraħ,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “u se nħallsek+ f’din il-medda art,” hija l-kelma taʼ Ġeħova.’ Għalhekk issa, erfgħu u itfgħu fil-medda art skond il-kelma taʼ Ġeħova.”+
27 U Aħażija+ s-sultan taʼ Ġuda ra dan u ħarab mit-triq ħdejn id-dar tal-ġnien.+ (Iktar tard Ġeħu mar warajh u qal: “Lilu wkoll! Aħbtu għalih!” U ħabtu għalih waqt li kien tielaʼ bil-karru lejn Gur ħdejn Iblegħam.+ U kompla jaħrab lejn Megiddo+ u miet hemmhekk.+ 28 Imbagħad il-qaddejja tiegħu ġarrewh f’karru lejn Ġerusalemm, u difnuh hemmhekk fil-qabar tiegħu maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David.+ 29 U kien fis-sena ħdax taʼ Ġeħoram+ bin Aħab li Aħażija+ kien sar sultan fuq Ġuda.)
30 Fl-aħħar, Ġeħu wasal Ġeżragħel,+ u Ġeżabel+ semgħet b’dan. U żebgħet+ għajnejha b’żebgħa sewda u għamlet xagħarha sabiħ+ u marret tħares ’l isfel mit-tieqa.+ 31 U Ġeħu daħal mill-bieb. U hi qalet: “Ħabatlu tajjeb lil Żimri+ meta qatel lil sidu?” 32 Għal dan għolla wiċċu lejn it-tieqa u qal: “Min hu miegħi? Min?”+ Immedjatament, tnejn jew tlieta mill-uffiċjali tal-palazz+ ħarsu ’l isfel lejh. 33 Għalhekk, qal: “Itfgħuha għal isfel!”+ U tefgħuha, u ftit minn demmha tar fuq il-ħajt u fuq iż-żwiemel; u hu baqaʼ għaddej+ minn fuqha. 34 Imbagħad daħal u kiel u xorob u qal: “Jekk jogħġobkom, ħudu ħsieb din il-misħuta+ u idfnuha, għax hi bint sultan.”+ 35 Imma meta marru biex jidfnuha, ma sabu xejn minnha ħlief l-għadam taʼ rasha u s-saqajn u l-pali taʼ idejha.+ 36 Meta reġgħu lura u qalulu b’dan, hu qalilhom: “Hija l-kelma taʼ Ġeħova li qal permezz+ tal-qaddej tiegħu Elija t-Tisbi, meta qal, ‘Fil-medda art f’Ġeżragħel il-klieb se jieklu l-laħam taʼ Ġeżabel.+ 37 U l-ġisem mejjet taʼ Ġeżabel se jsir bħad-demel+ f’wiċċ l-għalqa fil-medda art f’Ġeżragħel, sabiex ma jgħidux: “Din hi Ġeżabel.”’”+
10 Issa Aħab kellu sebgħin+ tifel fis-Samarija.+ Għalhekk, Ġeħu kiteb ittri u bagħathom is-Samarija lill-prinċpijiet+ taʼ Ġeżragħel, lix-xjuħ+ u lil dawk li kienu jieħdu ħsieb ulied Aħab, jgħidu: 2 “Issa, mela, meta taslilkom din l-ittra se jkun hemm magħkom ulied sidkom, u jkollkom il-karrijiet tal-gwerra u ż-żwiemel+ u belt fortifikata u armi. 3 Araw min hu l-aħjar u l-iktar rett fost ulied sidkom u qegħduh fuq it-tron taʼ missieru.+ Imbagħad iġġieldu għal dar sidkom.”
4 U bdew jibżgħu ferm u jgħidu: “Ara! Żewġ slaten+ ma setgħux jiqfulu, u issa aħna kif nistgħu niqfulu?”+ 5 Għaldaqstant, dak li kien fuq id-dar u dak li kien fuq il-belt u x-xjuħ u dawk li kienu jieħdu ħsieb it-tfal+ bagħtu jgħidu lil Ġeħu: “Aħna l-qaddejja tiegħek, u kulma tgħidilna nagħmluh. M’aħna se nagħmlu lil ħadd sultan. Agħmel dak li jidhirlek li hu tajjeb f’għajnejk.”
6 Għal dan, bagħtilhom it-tieni ittra tgħid: “Jekk intom tiegħi,+ u se tobdu minn leħni, aqbdu ras l-irġiel, ulied+ sidkom, u ejjew għandi għada bħalissa f’Ġeżragħel.”+
Issa wlied is-sultan, sebgħin raġel, kienu maʼ l-irġiel distinti tal-belt li kienu jrabbuhom. 7 U ġara li malli waslitilhom l-ittra, huma qabdu lil ulied is-sultan u qatluhom, sebgħin raġel,+ u wara qiegħdu rjushom fil-qfief u bagħtuhomlu Ġeżragħel. 8 Imbagħad il-messaġġier+ daħal u qallu: “Ġabu l-irjus+ taʼ wlied is-sultan.” Għalhekk qallu: “Poġġuhom f’żewġt igzuz fid-daħla taʼ bieb il-belt sa fil-għodu.”+ 9 U fil-għodu ħareġ barra. Imbagħad waqaf u qal lill-poplu kollu: “Intom nies sewwa.+ Ara, jien ikkonfoffajt+ kontra sidi, u qtiltu;+ imma lil dawn kollha min qatilhom? 10 Kunu afu, mela, li xejn minn dak li jgħid Ġeħova ma jaqaʼ fl-art+ bla ma jitwettaq, minn dak li Ġeħova qal kontra dar Aħab;+ u Ġeħova għamel dak li qal permezz tal-qaddej tiegħu Elija.”+ 11 U Ġeħu baqaʼ għaddej joqtol lil kulmin kien għad fadal minn dar Aħab f’Ġeżragħel u lill-irġiel distinti tiegħu kollha+ u lil dawk li kien jaf sew u lill-qassisin tiegħu,+ sakemm ma ħallielu lil ħadd ħaj.+
12 U qam u telaq lejn is-Samarija. U fi triqtu għadda minn ħdejn id-dar tar-rgħajja fejn jintrabtu n-nagħaġ. 13 U Ġeħu ltaqaʼ maʼ ħut+ Aħażija+ s-sultan taʼ Ġuda. Meta qalilhom, “Min intom?” huma wiġbuh: “Aħna ħut Aħażija, u sejrin nistaqsu kif inhuma wlied is-sultan u wlied is-sultana.”* 14 Fil-pront qal: “Aqbduhom ħajjin!”+ Għalhekk, qabduhom ħajjin u qatluhom ħdejn il-ġiebja tad-dar fejn jintrabtu n-nagħaġ, tnejn u erbgħin raġel, u ma ħalliex wieħed minnhom ħaj.+
15 Hu u sejjer minn hemmhekk iltaqaʼ maʼ Ġeħonadab+ bin Rekab+ li kien ġej jiltaqaʼ miegħu. U bierku+ u qallu: “Hija qalbek retta miegħi, bħalma qalbi hi retta maʼ qalbek?”+
Għal dan, Ġeħonadab qal: “Iva.”
“Jekk inhu hekk, agħtini idek.”
Għalhekk, tah idu. U tellgħu fuq il-karru miegħu.+ 16 Imbagħad qallu: “Imxi miegħi u ara kif jien ma nittollera l-ebda rivalità+ lejn Ġeħova.” U ħallewh jirkeb miegħu fil-karru tal-gwerra. 17 Fl-aħħar waslu s-Samarija. U ħabat għal dawk kollha li kien għad fadal minn dar Aħab fis-Samarija, sakemm qeridhom għalkollox,+ skond il-kelma li Ġeħova kien qal lil Elija.+
18 Iktar minn hekk, Ġeħu ġabar lin-nies kollha flimkien u qalilhom: “Aħab, minn banda waħda, qiem lil Bagħal ftit.+ Ġeħu, mill-banda l-oħra, se jqimu ħafna. 19 Għalhekk, issa, sejħu ħdejja lill-profeti+ kollha taʼ Bagħal, dawk kollha li jqimuh+ u l-qassisin kollha tiegħu.+ Tħallu ’l ħadd barra, għax għandi sagrifiċċju kbir għal Bagħal. Min ma jkunx hawn ma jibqax ħaj.” Imma Ġeħu kien qed jaġixxi b’makakkerija,+ bl-iskop li jeqred lil kulmin kien iqim lil Bagħal.
20 U Ġeħu qal: “Iddikjaraw* assemblea solenni għal Bagħal.” Għaldaqstant iddikjarawha. 21 U Ġeħu bagħat jgħid f’Israel kollu,+ u ġew dawk kollha li jqimu lil Bagħal. U ma kienx hemm wieħed li ma ġiex. U baqgħu ġejjin fid-dar taʼ Bagħal,+ u d-dar taʼ Bagħal imtliet minn tarf sa tarf. 22 Imbagħad qal lil dak li kien jieħu ħsieb il-post fejn jinżamm l-ilbies: “Oħroġ l-ilbies għal dawk kollha li jqimu lil Bagħal.” Għalhekk, ħarġilhom il-ħwejjeġ. 23 Imbagħad Ġeħu daħal maʼ Ġeħonadab+ bin Rekab fid-dar taʼ Bagħal. U qal lill-aduraturi taʼ Bagħal: “Fittxu bir-reqqa u araw li ma jkun hawn ħadd magħkom li jqim lil Ġeħova, imma dawk biss li jqimu lil Bagħal.”+ 24 Fl-aħħar daħlu biex joffru s-sagrifiċċji u l-offerti tal-ħruq, u Ġeħu qiegħed tmenin raġel fuq barra għad-dispożizzjoni tiegħu u kompla jgħid: “Jekk jaħrab xi wieħed mill-irġiel li qed nagħtikom f’idejkom, ruħ dak li jkun tħallas għal ruħ l-ieħor.”+
25 U ġara li malli temm joffri l-offerta tal-ħruq, Ġeħu minnufih qal lill-ġerrejja u lill-ajjutanti: “Idħlu, oqtluhom! Tħallu ’l ħadd joħroġ.”+ U l-ġerrejja u l-ajjutanti+ bdew jaħbtu għalihom b’xifer is-sejf u jitfgħu l-iġsma tagħhom ’il barra, u baqgħu deħlin sal-parti li kienet tissejjaħ il-belt, fid-dar taʼ Bagħal. 26 Imbagħad ħarġu l-pilastri sagri+ tad-dar taʼ Bagħal u ħarqu+ kull wieħed minnhom. 27 Iktar minn hekk, waqqgħu l-pilastru sagru taʼ Bagħal+ u waqqgħu d-dar taʼ Bagħal,+ u għamluha latrina+ kif għadha sal-ġurnata taʼ llum.
28 B’hekk, Ġeħu qered għalkollox lil Bagħal minn Israel. 29 Madankollu, id-dnubiet taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb,+ Ġeħu ma warrabx milli jsegwihom, jiġifieri, l-għoġiela tad-deheb+ li kienu wieħed f’Betel u l-ieħor f’Dan.+ 30 Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Ġeħu: “Talli aġixxejt tajjeb billi għamilt dak li hu sewwa f’għajnejja,+ u għamilt mid-dar t’Aħab skond kulma kelli f’qalbi,+ uliedek joqogħdu għan-nom tiegħek fuq it-tron taʼ Israel sar-rabaʼ ġenerazzjoni.”+ 31 U Ġeħu nnifsu ma ħax ħsieb li jimxi mal-liġi taʼ Ġeħova l-Alla taʼ Israel b’qalbu kollha.+ Ma warrabx mid-dnubiet taʼ Ġerobogħam li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+
32 Dak iż-żmien Ġeħova beda jaqtaʼ minn Israel biċċa art wara l-oħra; u Ħażagħel+ ħabat għalihom fit-territorju kollu taʼ Israel, 33 mill-Ġordan lejn tlugħ ix-xemx, l-art kollha taʼ Gilegħad,+ tal-Gadin+ u r-Rubenin+ u l-Manassin,+ minn Għarogħer,+ li qiegħda ħdejn il-wied* taʼ l-Arnon, iva, Gilegħad u l-Basan.+
34 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġeħu u kulma għamel u l-atti setgħanin kollha tiegħu, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 35 Fl-aħħar, Ġeħu mtedd maʼ missirijietu,+ u difnuh fis-Samarija; u ibnu Ġeħogħaħaż+ beda jsaltan minfloku. 36 U ż-żmien li Ġeħu dam isaltan fuq Israel kien tmienja u għoxrin sena fis-Samarija.
11 Issa Għatalija+ omm Aħażija+ rat li binha miet. Għalhekk, qamet u qerdet lin-nisel irjali kollu.+ 2 Madankollu, Ġeħoseba+ bint is-Sultan Ġeħoram, oħt Aħażija, ħadet lil Ġeħogħas+ bin Aħażija u serqitu minn fost ulied is-sultan li kienu se jingħataw il-mewt, iva, lilu u lil dik li kienet treddgħu, u daħħlitu fil-kamra tas-sodda taʼ ġewwa, u żammewh moħbi+ minn wiċċ Għatalija, u ma nqatilx. 3 U baqaʼ magħha fid-dar taʼ Ġeħova moħbi għal sitt snin, waqt li Għatalija kienet qed issaltan fuq il-pajjiż.+
4 U fis-sebaʼ sena, Ġeħojada+ bagħat għall-kapijiet tal-mijiet tal-gwardji persunali Karin+ u tal-ġerrejja+ u ħadhom u daħħalhom miegħu fid-dar taʼ Ġeħova. U għamel patt+ magħhom u ġegħelhom jaħilfu+ fid-dar taʼ Ġeħova, u wara dan uriehom lil bin is-sultan. 5 U kkmandahom: “Hekk agħmlu: Terz minnkom jidħlu f’jum is-Sabat u jgħassu sew dar is-sultan;+ 6 u terz joqogħdu f’Bieb+ il-Pedament u terz joqogħdu fil-bieb taʼ wara l-ġerrejja; u għassu sew id-dar+ skond meta jmisskom. 7 U żewġ taqsimiet minnkom joħorġu lkoll f’jum is-Sabat, u għandhom jgħassu sew id-dar taʼ Ġeħova minħabba s-sultan. 8 U oqogħdu dawramejt mas-sultan, kull wieħed bl-armi tiegħu f’idu; u kulmin jipprova jgħaddi minn bejn ir-ringieli jinqatel. U ibqgħu mas-sultan meta joħroġ u meta jidħol.”
9 U l-kapijiet tal-mijiet+ għamlu skond kulma ordnalhom Ġeħojada l-qassis. Għalhekk, kull wieħed minnhom ħa lill-irġiel tiegħu li kienu deħlin f’jum is-Sabat,+ flimkien maʼ dawk li suppost kienu ħerġin f’jum is-Sabat, u ġew għand Ġeħojada l-qassis. 10 Imbagħad il-qassis ta lill-kapijiet tal-mijiet il-lanez u t-tarki tondi li kienu tas-Sultan David u li kienu fid-dar taʼ Ġeħova.+ 11 U l-ġerrejja+ baqgħu kull wieħed bl-armi tiegħu f’idu, min-naħa tal-lemin tad-dar san-naħa tax-xellug tad-dar, ħdejn l-artal+ u ħdejn id-dar, dawramejt mas-sultan. 12 Imbagħad ħareġ lil bin+ is-sultan u qiegħed fuqu d-dijadema+ u t-Testimonjanza;+ u hekk għamluh sultan+ u dilkuh.+ U bdew iċapċpu idejhom+ u jgħidu: “Ħa jgħix is-sultan!”+
13 Meta Għatalija semgħet il-ħoss tan-nies jiġru, fil-pront marret ħdejn in-nies fid-dar taʼ Ġeħova.+ 14 Imbagħad ħarset, u kien hemm is-sultan wieqaf ħdejn il-kolonna+ kif kienet id-drawwa, u l-kapijiet u dawk li jdoqqu t-trumbetti+ kienu ħdejn is-sultan, u n-nies kollha tal-pajjiż kienu qed jifirħu+ u jdoqqu t-trumbetti. Minnufih Għatalija+ ċarrtet ħwejjiġha u bdiet tgħajjat: “Konfoffa! Konfoffa!”+ 15 Imma Ġeħojada l-qassis ordna lill-kapijiet tal-mijiet, il-maħturin minn fost il-qawwa militari,+ u qalilhom: “Oħorġuha minn bejn ir-ringieli, u kulmin imur warajha ħa jingħata l-mewt bis-sejf!”+ Għax il-qassis kien qalilhom: “Tagħtuhiex il-mewt fid-dar taʼ Ġeħova.” 16 Għalhekk, meddew idejhom fuqha u għaddewha mid-daħla taż-żwiemel+ taʼ dar is-sultan,+ u nqatlet hemmhekk.+
17 Imbagħad Ġeħojada għamel il-patt+ bejn Ġeħova+ u s-sultan+ u l-poplu, biex ikunu l-poplu taʼ Ġeħova; kif ukoll bejn is-sultan u l-poplu.+ 18 Wara dan, in-nies kollha tal-pajjiż daħlu fid-dar taʼ Bagħal u ġarrfu l-artali tiegħu;+ u x-xbihat tiegħu kissruhom għalkollox,+ u lil Mattan,+ il-qassis taʼ Bagħal, qatluh quddiem l-artali.+
U l-qassis ħatar indokraturi biex jieħdu ħsieb id-dar taʼ Ġeħova.+ 19 Iktar minn hekk, hu ħa lill-kapijiet tal-mijiet u l-gwardji persunali Karin+ u l-ġerrejja+ u n-nies kollha tal-pajjiż, sabiex iniżżlu lis-sultan mid-dar taʼ Ġeħova; u għaddew mill-bieb+ tal-ġerrejja u fl-aħħar waslu f’dar is-sultan; u hu qagħad fuq it-tron+ tas-slaten. 20 U n-nies kollha tal-pajjiż komplew jifirħu;+ u l-belt ma kellhiex tfixkil, u lil Għatalija kienu qatluha bis-sejf ħdejn dar is-sultan.+
21 Sebaʼ snin kellu Ġeħogħas+ meta beda jsaltan.+
12 Fis-sebaʼ sena taʼ Ġeħu,+ Ġeħogħas+ sar sultan, u dam isaltan erbgħin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Sibjah minn Bir-xeba. 2 U Ġeħogħas għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova matul il-jiem kollha li kien istruwit minn Ġeħojada l-qassis.+ 3 Kienu biss il-postijiet għall-qima* li ma tneħħewx.+ In-nies kienu għadhom joffru s-sagrifiċċji u d-duħħan tas-sagrifiċċji fil-postijiet għall-qima.
4 U Ġeħogħas qal lill-qassisin:+ “Il-flus kollha għall-offerti+ mqaddsin li jinġiebu fid-dar taʼ Ġeħova+—l-ammont stipulat li għandu jħallas kulħadd,+ il-flus li jingħataw min-nies* li jkunu għamlu xi wegħdi,+ u l-flus kollha li kull wieħed iġib fid-dar taʼ Ġeħova skond kemm tqanqlu qalbu+— 5 ħa jiħduhom il-qassisin, kull wieħed mingħand dawk li jkun jaf;+ u huma min-naħa tagħhom isewwu x-xquq tad-dar kulfejn hemm xi xaqq.”+
6 U ġara li sas-sena tlieta u għoxrin tas-Sultan Ġeħogħas, il-qassisin kienu għadhom ma sewwewx ix-xquq tad-dar.+ 7 Għalhekk, is-Sultan Ġeħogħas sejjaħ lil Ġeħojada+ l-qassis u lill-qassisin u qalilhom: “Għala m’intomx issewwu x-xquq tad-dar? Mela, issa tiħdux iktar flus mingħand dawk li tafu, imma agħtuhom għax-xquq tad-dar.”+ 8 Għaldaqstant, il-qassisin qablu li ma jiħdux iktar flus mingħand in-nies u li ma jsewwuhx huma x-xquq tad-dar.
9 Ġeħojada l-qassis imbagħad ħa kaxxa+ u taqqab toqba fl-għatu tagħha u qegħedha ħdejn l-artal fuq il-lemin hekk kif dak li jkun jidħol fid-dar taʼ Ġeħova, u hemmhekk il-qassisin, l-għassiesa tal-bibien,+ kienu jqiegħdu l-flus+ kollha li kienu qed jinġiebu fid-dar taʼ Ġeħova. 10 U kien jiġri li malli kienu jaraw li hemm ħafna flus fil-kaxxa, is-segretarju+ tas-sultan u l-qassis il-kbir kienu jitilgħu, u jorbtu f’soror il-flus li kien hemm fid-dar taʼ Ġeħova u jgħodduhom.+ 11 U kienu jagħtu l-flus magħdudin f’idejn dawk li nħatru biex jieħdu ħsieb+ ix-xogħol fid-dar taʼ Ġeħova. Min-naħa tagħhom, dawn kienu jużawhom biex iħallsu lil dawk li kienu jaħdmu l-injam u lill-bennejja li kienu qed jaħdmu fid-dar taʼ Ġeħova, 12 u lill-ħaddiema fil-ġebel u lin-naġġara tal-ġebel,+ u biex jixtru l-injam u l-ġebel minġur ħalli jsewwu x-xquq tad-dar taʼ Ġeħova u għal dak kollu li kien jintefaq biex tissewwa d-dar.
13 Imma bil-flus li kienu qed jinġiebu fid-dar taʼ Ġeħova ma saru ebda bwieqi tal-fidda, imqassijiet li jitfu l-ftila,+ skutelli,+ trumbetti,+ u ebda tip t’oġġett tad-deheb jew tal-fidda għad-dar taʼ Ġeħova;+ 14 għax kienu jagħtuhom lil dawk li kienu jieħdu ħsieb ix-xogħol, u bihom kienu jsewwu d-dar taʼ Ġeħova.+ 15 U ma kinux jitolbu kont+ mill-irġiel li kienu jingħataw il-flus f’idejhom biex jagħtuhom lil dawk li kienu jieħdu ħsieb ix-xogħol,+ għax kienu jaħdmu b’fedeltà.+ 16 U l-flus taʼ l-offerti għall-ħtija+ u l-flus taʼ l-offerti għad-dnub ma kinux jinġiebu fid-dar taʼ Ġeħova. Għalhekk, dawn saru tal-qassisin.+
17 Kien dak iż-żmien li Ħażagħel+ is-sultan tas-Sirja telaʼ jiġġieled kontra Gat+ u ħadha taħt idejh; u wara dan Ħażagħel għamel il-ħsieb li*+ jitlaʼ kontra Ġerusalemm.+ 18 Għal dan, Ġeħogħas is-sultan taʼ Ġuda ħa l-offerti mqaddsin kollha+ li kienu qaddsu missirijietu Ġeħosafat u Ġeħoram u Aħażija, is-slaten taʼ Ġuda, u l-offerti li kien qaddes hu u d-deheb kollu li kien hemm fit-teżori tad-dar taʼ Ġeħova u d-dar tas-sultan u bagħathom+ lil Ħażagħel is-sultan tas-Sirja. U b’hekk dan irtira minn kontra Ġerusalemm.
19 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġeħogħas u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? 20 Madankollu, il-qaddejja tiegħu+ qamu u ngħaqdu flimkien f’konfoffa+ u ħabtu għal Ġeħogħas fid-dar+ taʼ l-Għolja,*+ fit-triq li tinżel lejn Silla. 21 U Ġożakar bin Simegħat u Ġeħożabad+ bin Somer, il-qaddejja tiegħu, kienu dawk li ħabtu għalih, u b’hekk miet. U difnuh maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David; u ibnu Amażija+ beda jsaltan minfloku.
13 Fis-sena tlieta u għoxrin taʼ Ġeħogħas+ bin Aħażija+ s-sultan taʼ Ġuda, Ġeħogħaħaż+ bin Ġeħu+ sar sultan fuq Israel fis-Samarija u dam isaltan sbatax-il sena. 2 U għamel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova+ u mexa wara d-dnub taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li bih ġiegħel lil Israel jidneb.+ Ma warrabx minnu. 3 U r-rabja taʼ Ġeħova+ xegħlet kontra Israel, u għalhekk tul jiemhom kollha tahom f’idejn Ħażagħel+ is-sultan tas-Sirja u f’idejn Ben-ħadad+ bin Ħażagħel.
4 Maż-żmien, Ġeħogħaħaż taffa+ l-korla taʼ Ġeħova, u għalhekk Ġeħova semgħu;+ għax kien ra l-moħqrija fuq Israel,+ peress li s-sultan tas-Sirja kien ħaqarhom.+ 5 Għaldaqstant, Ġeħova ta lil Israel salvatur,+ u b’hekk huma ħelsu minn taħt idejn is-Sirja, u wlied Israel baqgħu jgħammru fi djarhom bħalma kienu jagħmlu qabel.+ 6 (Biss ma telqux id-dnub taʼ dar Ġerobogħam, li bih ġiegħel lil Israel jidneb.+ Fih imxew;+ anki l-arblu sagru+ baqaʼ wieqaf fis-Samarija.) 7 U Ġeħogħaħaż ma kienx baqagħlu nies ħlief ħamsin rikkieb taż-żwiemel u għaxar karrijiet u għaxart elef raġel bil-mixi,+ għax is-sultan tas-Sirja kien qeridhom,+ sabiex jagħmilhom bħat-trab li joħroġ fid-dris.+
8 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġeħogħaħaż u kulma għamel u l-atti setgħanin tiegħu, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 9 Fl-aħħar, Ġeħogħaħaż imtedd maʼ missirijietu, u difnuh fis-Samarija;+ u ibnu Ġeħogħas+ beda jsaltan minfloku.
10 Fis-sena sebgħa u tletin taʼ Ġeħogħas is-sultan taʼ Ġuda, Ġeħogħas+ bin Ġeħogħaħaż sar sultan fuq Israel fis-Samarija u dam isaltan sittax-il sena. 11 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ Ma telaqx id-dnubiet kollha taʼ Ġerobogħam bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+ Fihom mexa.
12 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġeħogħas u kulma għamel u l-atti setgħanin tiegħu u kif iġġieled+ kontra Amażija s-sultan taʼ Ġuda, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 13 Fl-aħħar, Ġeħogħas imtedd maʼ missirijietu, u Ġerobogħam*+ qagħad fuq it-tron tiegħu. U Ġeħogħas indifen fis-Samarija mas-slaten taʼ Israel.+
14 U Eliżew+ marad bil-marda li kien se jmut biha.+ Għalhekk, Ġeħogħas is-sultan taʼ Israel niżel għandu u beda jibki fuq wiċċu u jgħid: “Missieri,+ missieri, il-karru tal-gwerra taʼ Israel u r-rikkieba taż-żwiemel tiegħu!”*+ 15 U Eliżew qallu: “Ħu qaws u xi vleġeġ.” U ħa qaws u xi vleġeġ. 16 U qal lis-sultan taʼ Israel: “Agħmel idek mal-qaws.” U għamel idu mal-qaws, u Eliżew qiegħed idejh fuq idejn+ is-sultan. 17 Imbagħad qal: “Iftaħ it-tieqa lejn il-lvant.” U fetaħha. Fl-aħħar, Eliżew qallu: “Spara!” U spara. Imbagħad qallu: “Il-vleġġa taʼ salvazzjoni taʼ Ġeħova, iva, il-vleġġa taʼ salvazzjoni+ kontra s-Sirja! U int se tidrob lis-Sirja f’Afek+ sa ma ttemmha.”
18 U kompla jgħidlu: “Aqbad il-vleġeġ.” U qabadhom. Imbagħad qal lis-sultan taʼ Israel: “Idrob l-art.” U darab l-art tliet darbiet u waqaf.+ 19 U l-bniedem taʼ l-Alla l-veru+ għadab għalih; għaldaqstant qallu: “Suppost drabt ħames jew sitt darbiet! Kieku għamilt hekk kont tidrob lis-Sirja sa ma ttemmha, imma issa tidrobha biss tliet darbiet.”+
20 Wara dan, Eliżew miet u difnuh.+ U kien hemm qtajjaʼ taʼ ħallelin+ Mowabin+ li regolarment kienu jidħlu fil-pajjiż fil-bidu tas-sena. 21 U waqt li xi nies kienu qed jidfnu lil wieħed raġel, raw qatgħa ħallelin. Malajr malajr tefgħu lir-raġel fil-qabar t’Eliżew u telqu ’l hemm. Meta r-raġel mess maʼ l-għadam t’Eliżew, hu mill-ewwel ħa l-ħajja+ u qam fuq saqajh.+
22 U Ħażagħel+ is-sultan tas-Sirja baqaʼ jaħqar+ lil Israel il-jiem kollha taʼ Ġeħogħaħaż. 23 Madankollu, Ġeħova wriehom qalb tajba+ u ħenn+ għalihom u dar lejhom minħabba l-patt tiegħu+ m’Abraham,+ Iżakk,+ u Ġakobb;+ u ma riedx jeqridhom,+ u ma keċċihomx minn quddiem wiċċu s’issa. 24 Fl-aħħar, Ħażagħel is-sultan tas-Sirja miet, u ibnu Ben-ħadad beda jsaltan minfloku. 25 U Ġeħogħas bin Ġeħogħaħaż ħa lura minn id Ben-ħadad bin Ħażagħel il-bliet li dan kien ħa minn id Ġeħogħaħaż missieru fil-gwerra. Tliet darbiet għelbu Ġeħogħas, u ħa lura l-bliet taʼ Israel.+
14 Fit-tieni sena taʼ Ġeħogħas+ bin Ġeħogħaħaż is-sultan taʼ Israel, Amażija+ bin Ġeħogħas is-sultan taʼ Ġuda sar sultan. 2 Ħamsa u għoxrin sena kellu meta beda jsaltan, u dam isaltan disgħa u għoxrin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ġeħogħaddin+ minn Ġerusalemm. 3 U għamel dak li hu rett f’għajnejn Ġeħova,+ biss mhux bħal David missieru.+ Għamel skond kulma kien għamel missieru Ġeħogħas.+ 4 Kienu biss il-postijiet għall-qima* li ma tneħħewx.+ In-nies kienu għadhom joffru s-sagrifiċċji u d-duħħan tas-sagrifiċċji fil-postijiet għall-qima.+ 5 U ġara li, malli s-saltna ssodat f’idejh, hu beda joqtol+ lill-qaddejja tiegħu li kienu qatlu lis-sultan, missieru.+ 6 U lil ulied il-qattilin ma qatilhomx, skond dak li hemm miktub fil-ktieb tal-liġi taʼ Mosè li Ġeħova ta bi kmand meta qal:+ “Il-missirijiet m’għandhomx jingħataw il-mewt għall-ulied, u l-ulied m’għandhomx jingħataw il-mewt għall-missirijiet; imma kull wieħed għandu jingħata l-mewt għal dnubu stess.”+ 7 Hu qatel lill-Edomin+ f’Wied il-Melħ,+ għaxart elef raġel, u ħa f’idejh lil Sela fil-gwerra, u bdiet tissejjaħ Ġoktel u baqgħet tissejjaħ hekk sa llum il-ġurnata.
8 Kien wara dan li Amażija bagħat messaġġiera għand Ġeħogħas, bin Ġeħogħaħaż, bin Ġeħu, is-sultan taʼ Israel, biex jgħidlu: “Ejja hawnhekk ħa niltaqgħu wiċċ imbwiċċ.”+ 9 Għal dan, Ġeħogħas is-sultan taʼ Israel bagħat jgħid lil Amażija s-sultan taʼ Ġuda: “Ix-xewka li kienet fil-Libanu bagħtet tgħid liċ-ċedru+ li kien fil-Libanu, ‘Agħti lil bintek biex tkun mart ibni.’ Madankollu, bhima salvaġġa tar-rabaʼ li kienet fil-Libanu għaddiet minn hemmhekk u għaffġet ix-xewka.+ 10 Int bla dubju għelibt+ lil Edom, u qalbek ġegħlitek tintrefaʼ.+ Gawdi l-unur+ u għammar f’darek. Għala għandek tieħu sehem fil-ġlied+ meta qiegħed minn taħt+ u jkollok taqaʼ, int u Ġuda miegħek?” 11 Iżda Amażija ma tax widen.+
Għalhekk, Ġeħogħas is-sultan taʼ Israel telaʼ, u ltaqgħu wiċċ imbwiċċ,+ hu u Amażija s-sultan taʼ Ġuda, f’Bet-xemex,+ li hi taʼ Ġuda. 12 U Israel għeleb lil Ġuda,+ u dawn ħarbu, kull wieħed lejn it-tinda tiegħu. 13 U f’Bet-xemex, Ġeħogħas is-sultan taʼ Israel qabad lil Amażija s-sultan taʼ Ġuda, bin Ġeħogħas, bin Aħażija, u mbagħad ħadu miegħu Ġerusalemm u waqqaʼ parti mis-sur taʼ Ġerusalemm minn Bieb Efrajm+ sal-Bieb tal-Kantuniera,+ erbaʼ mitt kubitu. 14 U ħa d-deheb u l-fidda kollha u l-oġġetti kollha li kienu fid-dar taʼ Ġeħova+ u t-teżori tad-dar tas-sultan u xi ostaġġi u mar lura s-Samarija.
15 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġeħogħas, dak li għamel u l-atti setgħanin tiegħu u kif iġġieled kontra Amażija s-sultan taʼ Ġuda, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 16 Fl-aħħar, Ġeħogħas imtedd maʼ missirijietu+ u ndifen fis-Samarija+ mas-slaten taʼ Israel, u ibnu Ġerobogħam*+ beda jsaltan minfloku.
17 U Amażija+ bin Ġeħogħas is-sultan taʼ Ġuda għex ħmistax-il sena+ oħra wara l-mewt taʼ Ġeħogħas+ bin Ġeħogħaħaż is-sultan taʼ Israel. 18 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Amażija, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda?+ 19 Fl-aħħar ngħaqdu f’konfoffa kontrih+ f’Ġerusalemm, u ħarab lejn Lakis;+ imma bagħtu jfittxuh f’Lakis u qatluh hemmhekk.+ 20 Għalhekk, ġarrewh fuq iż-żwiemel u ndifen+ f’Ġerusalemm maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David.+ 21 Imbagħad in-nies kollha taʼ Ġuda ħadu lil Għażarija,*+ li dak iż-żmien kellu sittax-il sena,+ u għamluh sultan minflok missieru Amażija.+ 22 Kien hu li bena Elat+ u reġaʼ taha lil Ġuda wara li s-sultan imtedd maʼ missirijietu.
23 Fis-sena ħmistax t’Amażija bin Ġeħogħas is-sultan taʼ Ġuda, Ġerobogħam+ bin Ġeħogħas is-sultan taʼ Israel sar sultan fis-Samarija u dam isaltan wieħed u erbgħin sena. 24 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova. Ma telaqx id-dnubiet kollha taʼ Ġerobogħam bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+ 25 Hu rrestawra l-fruntiera taʼ Israel mid-daħla taʼ Ħamat+ sal-baħar taʼ l-Għaraba,+ skond il-kelma li Ġeħova l-Alla taʼ Israel qal permezz tal-qaddej tiegħu Ġona+ bin Amittaj, il-profeta li kien minn Gat-ħefer.+ 26 Għax Ġeħova kien ra s-sofferenza kollha mrar li ġarrab Israel.+ Ma kien fadal ħadd, lanqas l-iktar wieħed baxx, u lanqas ma kien hemm min jgħin lil Israel.+ 27 Iżda Ġeħova kien wiegħed li ma jħassarx isem Israel minn taħt is-smewwiet.+ Għaldaqstant salvahom+ permezz taʼ id Ġerobogħam bin Ġeħogħas.
28 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġerobogħam u kulma għamel u l-atti setgħanin tiegħu, kif iġġieled u kif reġaʼ ta l-bliet taʼ Damasku+ u Ħamat+ lil Ġuda u Israel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 29 Fl-aħħar, Ġerobogħam imtedd maʼ missirijietu, mas-slaten taʼ Israel, u ibnu Żakkarija+ beda jsaltan minfloku.
15 Fis-sena sebgħa u għoxrin taʼ Ġerobogħam is-sultan taʼ Israel, Għażarija*+ bin Amażija+ s-sultan taʼ Ġuda sar sultan. 2 Sittax-il sena kellu meta beda jsaltan, u dam isaltan tnejn u ħamsin sena f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Ġekolija, minn Ġerusalemm. 3 U għamel dak li hu rett f’għajnejn Ġeħova, skond kulma kien għamel missieru Amażija.+ 4 Biss il-postijiet għall-qima* ma tneħħewx.+ In-nies kienu għadhom joffru s-sagrifiċċji u d-duħħan tas-sagrifiċċji fil-postijiet għall-qima.+ 5 Fl-aħħar, Ġeħova kkastiga lis-sultan,+ u baqaʼ bil-ġdiem+ sa jum mewtu, u kompla jgħammar f’daru meħlus minn dmirijietu,+ waqt li Ġotam+ bin is-sultan kien fuq id-dar, jiġġudika+ lin-nies tal-pajjiż. 6 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Għażarija u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? 7 Fl-aħħar, Għażarija mtedd maʼ missirijietu,+ u difnuh maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David; u ibnu Ġotam beda jsaltan minfloku.+
8 Fis-sena tmienja u tletin t’Għażarija+ s-sultan taʼ Ġuda, Żakkarija+ bin Ġerobogħam sar sultan fuq Israel fis-Samarija u dam isaltan sitt xhur. 9 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, bħalma kienu għamlu missirijietu.+ Ma telaqx id-dnubiet taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+ 10 Imbagħad Sallum bin Ġabes ikkonfoffa+ kontrih u ħebb+ għalih f’Iblegħam+ u qatlu u beda jsaltan minfloku. 11 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Żakkarija huma miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel. 12 Hekk kienet il-kelma+ li Ġeħova qal lil Ġeħu, meta qallu:+ “Uliedek+ joqogħdu għan-nom tiegħek fuq it-tron taʼ Israel sar-rabaʼ ġenerazzjoni.” U hekk sar.+
13 U Sallum bin Ġabes sar sultan fis-sena disgħa u tletin t’Użżija+ s-sultan taʼ Ġuda, u kompla jsaltan għal xahar qamri sħiħ fis-Samarija.+ 14 Imbagħad Menaħem+ bin Gadi telaʼ minn Tirsa+ u ġie s-Samarija u ħebb għal Sallum+ bin Ġabes fis-Samarija u qatlu; u beda jsaltan minfloku. 15 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Sallum u l-konfoffa+ li kien għamel huma miktubin fi ktieb il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel. 16 Kien dak iż-żmien li Menaħem ħareġ minn Tirsa u ħabat għal Tifsa u kulma kien hemm fiha u t-territorju tagħha; ma ċeditlux, u għalhekk ħabat għaliha. U ċarrtilha n-nisa tqal tagħha kollha.+
17 Fis-sena disgħa u tletin+ t’Għażarija s-sultan taʼ Ġuda, Menaħem bin Gadi sar sultan fuq Israel u dam isaltan għaxar snin fis-Samarija. 18 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ Tul ħajtu kollha ma telaqx id-dnubiet kollha taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb+. 19 U Pul+ is-sultan taʼ l-Assirja+ daħal fil-pajjiż. Għalhekk, Menaħem ta+ lil Pul elf talent fidda,+ sabiex jgħinu ħalli s-saltna tissoda taħt idejh.+ 20 U Menaħem ġab il-fidda minn fuq dahar Israel, mingħand l-irġiel qalbenin u setgħanin kollha,+ li kellhom jagħtu lis-sultan taʼ l-Assirja ħamsin xekel fidda kull wieħed. Wara dan, is-sultan taʼ l-Assirja mar lura, u ma baqax fil-pajjiż. 21 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Menaħem+ u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 22 Fl-aħħar, Menaħem imtedd maʼ missirijietu, u ibnu Pekaħija+ beda jsaltan minfloku.
23 Fis-sena ħamsin t’Għażarija s-sultan taʼ Ġuda, Pekaħija bin Menaħem sar sultan fuq Israel fis-Samarija u dam isaltan sentejn.+ 24 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ Ma telaqx id-dnubiet taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+ 25 Imbagħad Pekaħ+ bin Remalija l-ajjutant+ tiegħu kkonfoffa+ kontrih u ħebb għalih fis-Samarija fit-torri taʼ dar+ is-sultan kif ukoll għal Argob u Arje, u kellu miegħu ħamsin raġel minn ulied Gilegħad. Għalhekk, qatlu u beda jsaltan minfloku. 26 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Pekaħija u kulma għamel huma miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel.
27 Fis-sena tnejn u ħamsin t’Għażarija s-sultan taʼ Ġuda, Pekaħ+ bin Remalija+ sar sultan fuq Israel fis-Samarija u dam isaltan għoxrin sena. 28 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ Ma telaqx id-dnubiet taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+ 29 Fi żmien Pekaħ is-sultan taʼ Israel, ġie Tiglat-pileser+ is-sultan taʼ l-Assirja+ u ħa lil Ijon+ u Abel-bet-magħka+ u Ġanogħa u Kedes+ u Ħasor+ u Gilegħad+ u l-Galilija,+ l-art kollha taʼ Naftali,+ u ġarrhom fl-eżilju lejn l-Assirja.+ 30 Fl-aħħar, Ħosegħa+ bin Elah għamel konfoffa+ kontra Pekaħ bin Remalija u ħebb għalih+ u qatlu; u beda jsaltan minfloku fis-sena għoxrin taʼ Ġotam+ bin Użżija. 31 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Pekaħ u kulma għamel huma miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel.
32 Fit-tieni sena taʼ Pekaħ bin Remalija s-sultan taʼ Israel, Ġotam+ bin Użżija+ s-sultan taʼ Ġuda sar sultan. 33 Ħamsa u għoxrin sena kellu meta beda jsaltan, u dam isaltan sittax-il sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ġerusa bint Sadok.+ 34 U għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova.+ Għamel skond kulma kien għamel missieru Użżija.+ 35 Biss il-postijiet għall-qima ma tneħħewx. In-nies kienu għadhom joffru s-sagrifiċċji u d-duħħan tas-sagrifiċċji fil-postijiet għall-qima.+ Kien hu li bena l-bieb taʼ fuq tad-dar taʼ Ġeħova.+ 36 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġotam, dak li għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda?+ 37 Dak iż-żmien Ġeħova bagħat+ kontra Ġuda lil Resin+ is-sultan tas-Sirja u lil Pekaħ+ bin Remalija. 38 Fl-aħħar, Ġotam imtedd maʼ missirijietu u ndifen maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David missieru;+ u ibnu Aħaż+ beda jsaltan minfloku.
16 Fis-sena sbatax taʼ Pekaħ bin Remalija, Aħaż+ bin Ġotam is-sultan taʼ Ġuda sar sultan. 2 Għoxrin sena kellu Aħaż meta beda jsaltan, u dam isaltan sittax-il sena f’Ġerusalemm; u m’għamilx dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova Alla tiegħu bħal David missieru.+ 3 U mexa fit-triq tas-slaten taʼ Israel,+ u saħansitra għadda lil ibnu min-nar,+ skond l-affarijiet mistkerrhin+ tal-ġnus li Ġeħova keċċa minħabba wlied Israel. 4 U kompla joffri s-sagrifiċċji u d-duħħan tas-sagrifiċċji fil-postijiet għall-qima*+ u fuq l-għoljiet+ u taħt kull siġra tħaddar.+
5 Imbagħad Resin+ is-sultan tas-Sirja u Pekaħ+ bin Remalija s-sultan taʼ Israel telgħu jiggwerraw kontra Ġerusalemm u għamlu assedju kontra Aħaż, imma ma setgħux jirbħu.+ 6 Dak iż-żmien Resin is-sultan tas-Sirja reġaʼ ta l-belt t’Elat+ lil Edom, u mbagħad neħħa l-Lhud minn Elat; u l-Edomin daħlu Elat u baqgħu jgħammru hemmhekk sa llum. 7 Għalhekk, Aħaż bagħat messaġġiera għand Tiglat-pileser+ is-sultan taʼ l-Assirja biex jgħidlu: “Jien il-qaddej tiegħek+ u ibnek. Itlaʼ u salvani+ minn idejn is-sultan tas-Sirja u minn idejn is-sultan taʼ Israel, li qamu kontrija.” 8 Għaldaqstant, Aħaż ħa l-fidda u d-deheb li kien hemm fid-dar taʼ Ġeħova u fit-teżori taʼ dar is-sultan+ u bagħathom lis-sultan taʼ l-Assirja b’tixħim.+ 9 Minħabba f’hekk, is-sultan taʼ l-Assirja semaʼ minnu u s-sultan taʼ l-Assirja telaʼ Damasku+ u ħadha taħt idejh+ u ġarr in-nies tagħha fl-eżilju lejn Kir,+ u lil Resin+ qatlu.
10 Imbagħad is-Sultan Aħaż+ mar Damasku jiltaqaʼ maʼ Tiglat-pileser+ is-sultan taʼ l-Assirja, u ra l-artal+ li kien hemm f’Damasku. Għalhekk, is-Sultan Aħaż bagħat lil Urijah il-qassis id-disinn u l-mudell taʼ l-artal, skond kif kien maħdum eżatt.+ 11 U Urijah+ il-qassis bena l-artal.+ Sakemm is-Sultan Aħaż ġie minn Damasku, Urijah il-qassis għamel l-artal skond kulma kien bagħatlu s-Sultan Aħaż minn Damasku. 12 Meta s-sultan ġie minn Damasku ra l-artal; u s-sultan resaq lejn l-artal+ u għamel offerti fuqu.+ 13 U ħaraq*+ l-offerta tal-ħruq+ u l-offerta tal-qmuħ tiegħu+ u sawwab l-offerta tax-xorb+ u raxxax id-demm tas-sagrifiċċji taʼ sħubija* fuq l-artal. 14 U l-artal tar-ram aħmar+ li kien quddiem Ġeħova ressqu minn quddiem id-dar, minn bejn l-artal tiegħu u d-dar taʼ Ġeħova,+ u qiegħdu fuq in-naħa tat-tramuntana taʼ l-artal tiegħu. 15 U s-Sultan Aħaż ordna lil Urijah+ il-qassis: “Fuq l-artal il-kbir aħraq l-offerta tal-ħruq taʼ fil-għodu,+ kif ukoll l-offerta tal-qmuħ taʼ fil-għaxija+ u l-offerta tal-ħruq tas-sultan+ u l-offerta tal-qmuħ tiegħu u l-offerta tal-ħruq tan-nies kollha tal-pajjiż u l-offerta tal-qmuħ u l-offerti tax-xorb tagħhom; u roxx fuqu d-demm kollu taʼ l-offerta tal-ħruq u d-demm kollu taʼ xi sagrifiċċju. U inkwantu għall-artal tar-ram aħmar ħallih fi ħsiebi.” 16 U Urijah+ il-qassis għamel skond kulma ordnalu s-Sultan Aħaż.+
17 Iżjed minn hekk, is-Sultan Aħaż qattaʼ+ biċċiet il-panewijiet tal-ġnub+ tal-karrijiet+ u neħħiehom minn mal-vaski;+ u niżżel il-baħar*+ minn fuq il-barrin tar-ram aħmar+ li kienu taħtu u qiegħdu fuq paviment tal-ġebel. 18 U l-parti msaqqfa għas-Sabat li kienu bnew fid-dar u d-daħla taʼ barra tas-sultan neħħiehom mid-dar taʼ Ġeħova minħabba s-sultan taʼ l-Assirja.
19 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Aħaż, dak li għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? 20 Fl-aħħar, Aħaż imtedd maʼ missirijietu u ndifen maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David;+ u ibnu Ħeżekija+ beda jsaltan minfloku.
17 Fis-sena tnax t’Aħaż is-sultan taʼ Ġuda, Ħosegħa+ bin Elah sar sultan fis-Samarija+ fuq Israel u dam isaltan disaʼ snin. 2 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, biss mhux bħas-slaten taʼ Israel li ġew qablu.+ 3 U Salmaneser+ is-sultan taʼ l-Assirja+ telaʼ kontrih, u Ħosegħa sar qaddej tiegħu u beda jħallsu l-ħaraġ.+ 4 Madankollu, is-sultan taʼ l-Assirja skopra+ li Ħosegħa kien qed jikkonfoffa kontrih billi bagħat messaġġiera għand So, is-sultan taʼ l-Eġittu,+ u ma ġabx il-ħaraġ lis-sultan taʼ l-Assirja bħalma kien għamel fis-snin taʼ qabel. Għaldaqstant, is-sultan taʼ l-Assirja qaflu u żammu marbut il-ħabs.+
5 U s-sultan taʼ l-Assirja telaʼ kontra l-pajjiż kollu u telaʼ lejn is-Samarija u assedjaha+ għal tliet snin. 6 Fid-disaʼ sena taʼ Ħosegħa, is-sultan taʼ l-Assirja rebaħ is-Samarija+ u ġarr lil Israel fl-eżilju+ lejn l-Assirja u żammhom jgħammru f’Ħala+ u f’Ħabor ħdejn ix-xmara Gożan+ u fil-bliet tal-Medin.+
7 Issa dan ġara għax ulied Israel kienu dinbu+ kontra Ġeħova Alla tagħhom, li ħariġhom mill-art taʼ l-Eġittu minn taħt idejn il-Fargħun is-sultan taʼ l-Eġittu,+ u bdew jibżgħu minn allat oħrajn;+ 8 u baqgħu mexjin maʼ l-istatuti+ tal-ġnus li Ġeħova kien keċċa minn quddiem ulied Israel, u maʼ l-istatuti li kienu għamlu s-slaten taʼ Israel; 9 u wlied Israel fittxew affarijiet li ma kinux sewwa għal Ġeħova Alla tagħhom+ u baqgħu jibnu postijiet għall-qima*+ fil-bliet kollha tagħhom, mit-torri+ taʼ l-għassiesa sal-belt fortifikata; 10 u waqqfu pilastri sagri+ u arbli sagri+ fuq kull għolja kbira+ u taħt kull siġra tħaddar;+ 11 u f’dawk il-postijiet għall-qima komplew joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji bħall-ġnus+ li Ġeħova kien ħa fl-eżilju minħabba fihom, u komplew jagħmlu affarijiet ħżiena biex joffendu+ lil Ġeħova.
12 U baqgħu jaqdu l-idoli moqżieża daqs id-demel,+ li dwarhom Ġeħova qalilhom: “Tagħmlux din il-ħaġa”;+ 13 u Ġeħova baqaʼ jwissi+ lil Israel+ u lil Ġuda+ permezz tal-profeti kollha tiegħu+ u l-viżjonarji kollha,+ billi jgħidilhom: “Duru lura minn triqatkom il-ħżiena+ u ħarsu l-kmandamenti tiegħi,+ l-istatuti tiegħi,+ skond il-liġi kollha+ li kkmandajt lil missirijietkom+ u li bgħattilkom permezz tal-qaddejja tiegħi l-profeti”;+ 14 u ma semgħux, imma baqgħu jwebbsu rashom*+ bħalma għamlu missirijiethom li m’eżerċitawx il-fidi+ f’Ġeħova Alla tagħhom; 15 u baqgħu jiċħdu r-regolamenti tiegħu u l-patt+ li kien għamel maʼ missirijiethom u t-tfakkiriet tiegħu+ li wissiehom bihom, u segwew l-idoli fiergħa+ u saru fiergħa+ huma stess, iva, billi imitaw lill-ġnus li kienu mdawrin bihom u li dwarhom Ġeħova kien ikkmandahom biex ma jagħmlux bħalhom.+
16 U telqu l-kmandamenti kollha+ taʼ Ġeħova Alla tagħhom u għamlu statwi minn metall imdewweb,+ żewġ għoġiela,+ u għamlu arblu sagru,+ u bdew imilu quddiem l-armata kollha tas-smewwiet+ u jaqdu lil Bagħal;+ 17 u komplew jgħaddu lil uliedhom subien u bniet min-nar+ u jipprattikaw it-teħbir+ u jfittxu sinjali li bihom jaqraw il-futur,+ u baqgħu jbigħu+ lilhom infushom għal dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova biex joffenduh.+
18 Għalhekk, Ġeħova għadab ferm+ għal Israel, u neħħiehom minn quddiem wiċċu.+ Ma ħalla lil ħadd ħlief lit-tribù taʼ Ġuda.+
19 Lanqas in-nies taʼ Ġuda ma ħarsu l-kmandamenti taʼ Ġeħova Alla tagħhom,+ imma mxew maʼ l-istatuti li kien għamel Israel.+ 20 Għaldaqstant, Ġeħova ċaħad lin-nisel kollu+ taʼ Israel u ġegħelhom isofru u telaqhom f’idejn dawk li ħatfuhom, sakemm keċċiehom minn quddiemu.+ 21 Għax hu ċarrat lil Israel minn maʼ dar David, u huma għamlu sultan lil Ġerobogħam bin Nebat; u Ġerobogħam+ fired lil Israel milli jimxi wara Ġeħova, u ġegħelhom jidinbu bi dnub kbir.+ 22 U wlied Israel imxew wara d-dnubiet kollha li kien għamel Ġerobogħam.+ Ma telquhomx, 23 sakemm Ġeħova neħħa lil Israel minn quddiem wiċċu,+ bħalma kien qal permezz tal-qaddejja kollha tiegħu l-profeti.+ Għalhekk, Israel telaq minn artu u mar fl-eżilju lejn l-Assirja u għadu hemmhekk sa llum.+
24 Imbagħad is-sultan taʼ l-Assirja ġab nies minn Babilonja+ u Kuta u Għawwa+ u Ħamat+ u Sefarwajim+ u qegħedhom jgħammru fil-bliet tas-Samarija+ minflok ulied Israel; u dawn ħadu f’idejhom is-Samarija u għammru fi blietha. 25 U ġara li meta bdew jgħammru hemmhekk ma beżgħux+ minn Ġeħova. Għalhekk, Ġeħova bagħat l-iljuni+ f’nofshom, u bdew joqtluhom. 26 U bagħtu jgħidu lis-sultan taʼ l-Assirja: “Il-ġnus li ħadt fl-eżilju u li mbagħad qegħedthom fil-bliet tas-Samarija ma jafux ir-reliġjon taʼ l-Alla tal-pajjiż, u għalhekk hu qed jibgħat l-iljuni f’nofshom;+ u qed joqtluhom, għax m’hemm ħadd li jaf ir-reliġjon taʼ l-Alla tal-pajjiż.”
27 Għal dan, is-sultan taʼ l-Assirja ordna: “Ibagħtu hemmhekk qassis+ minn dawk li ġarrejtu fl-eżilju minn dak il-pajjiż, sabiex imur u jgħammar hemmhekk u jgħallimhom ir-reliġjon taʼ l-Alla tal-pajjiż.” 28 Għaldaqstant, wieħed mill-qassisin li kienu nġarru fl-eżilju mis-Samarija ġie u beda jgħammar f’Betel,+ u beda jgħallimhom kif għandhom jibżgħu minn Ġeħova.+
29 Madankollu, kull ġens differenti għamel alla għalih,+ u mbagħad qegħduh fis-santwarji fil-postijiet għall-qima li kienu għamlu s-Samaritani, kull ġens differenti, fil-bliet tagħhom fejn kienu qed jgħammru. 30 U n-nies taʼ Babilonja għamlu lil Sukkot-benot, u n-nies taʼ Kut+ għamlu lil Nergal, u n-nies taʼ Ħamat għamlu lil Asima. 31 U l-Għawwin+ għamlu lil Nibħaż u lil Tartak; u s-Sefarwajin+ kienu jaħarqu lil uliedhom fin-nar+ għal Adrammelek u Anammelek, l-allat taʼ Sefarwajim. 32 U bdew jibżgħu minn Ġeħova u għamlu minn nieshom stess qassisin+ għall-postijiet għall-qima, u dawn kienu jaqdu għan-nom tagħhom fis-santwarji fil-postijiet għall-qima. 33 Kienu jibżgħu minn Ġeħova+ imma jqimu lill-allat tagħhom,+ skond ir-reliġjon tal-ġnus minfejn ittieħdu fl-eżilju.+
34 Sa llum għadhom jagħmlu skond ir-reliġjonijiet tagħhom taʼ qabel.+ Ma kien hemm ħadd li jibżaʼ minn Ġeħova+ u ħadd li jagħmel skond l-istatuti u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu+ u l-liġi+ u l-kmandament+ li Ġeħova kien ikkmanda lil ulied Ġakobb,+ li semmieh Israel;+ 35 meta Ġeħova għamel patt+ magħhom u kkmandahom: “Tibżgħux minn allat oħrajn,+ u tmilux quddiemhom u lanqas taqduhom jew toffrulhom sagrifiċċji.+ 36 Imma minn Ġeħova, li ħariġkom mill-art taʼ l-Eġittu b’qawwa kbira u bi driegħ maħruġ ’il barra,+ minnu għandkom tibżgħu,+ u quddiemu għandkom tmilu,+ u lilu għandkom toffru s-sagrifiċċji.+ 37 U r-regolamenti+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ u l-liġi u l-kmandament li kitbilkom,+ ħudu ħsieb li tagħmluhom dejjem;+ u tibżgħux minn allat oħrajn. 38 U tinsewx il-patt li għamilt magħkom;+ u tibżgħux minn allat oħrajn.+ 39 Imma ibżgħu minn Ġeħova+ Alla tagħkom, għax hu li jeħliskom minn id l-għedewwa kollha tagħkom.”+
40 U m’obdewx, imma għamlu skond ir-reliġjon tagħhom taʼ qabel.+ 41 U dawn il-ġnus saru jibżgħu minn Ġeħova,+ imma kienu jaqdu lix-xbihat minquxin tagħhom. U kemm uliedhom kif ukoll ulied uliedhom baqgħu jagħmlu bħal missirijiethom sa llum.
18 U ġara li fit-tielet sena taʼ Ħosegħa+ bin Elah is-sultan taʼ Israel, Ħeżekija+ bin Aħaż+ is-sultan taʼ Ġuda sar sultan. 2 Ħamsa u għoxrin sena kellu meta beda jsaltan, u dam isaltan disgħa u għoxrin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Abi bint Żakkarija.+ 3 U għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova,+ skond kulma kien għamel David missieru.+ 4 Kien hu li neħħa l-postijiet għall-qima*+ u kisser il-pilastri sagri+ u qaċċat l-arblu sagru+ u farrak is-serp tar-ram aħmar+ li kien għamel Mosè;+ għax sa dak iż-żmien ulied Israel kienu baqgħu joffrulu d-duħħan tas-sagrifiċċji,+ u lill-idolu kienu jsejħulu s-serp tar-ram aħmar.+ 5 Hu fada f’Ġeħova l-Alla taʼ Israel;+ u warajh ma kien hemm ħadd bħalu fost is-slaten kollha taʼ Ġuda,+ u lanqas fost dawk li ġew qablu.+ 6 U baqaʼ mqabbad maʼ Ġeħova.+ Ma warrabx minn warajh, imma kompla jħares il-kmandamenti li Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+ 7 U Ġeħova kien miegħu.+ F’kulma kien jagħmel kien jaġixxi bil-prudenza;+ u rribella kontra s-sultan taʼ l-Assirja u ma qdiehx.+ 8 U kien hu li ħarbat lill-Filistin+ sa Gaża+ kif ukoll it-territorji tagħha, mit-torri+ taʼ l-għassiesa sal-belt fortifikata.
9 U ġara fir-rabaʼ sena tas-Sultan Ħeżekija, jiġifieri, fis-sebaʼ sena taʼ Ħosegħa+ bin Elah is-sultan taʼ Israel, li Salmaneser+ is-sultan taʼ l-Assirja telaʼ kontra s-Samarija u assedjaha.+ 10 U rebħuha+ wara kważi tliet snin; fis-sitt sena taʼ Ħeżekija, jiġifieri, fid-disaʼ sena taʼ Ħosegħa s-sultan taʼ Israel, is-Samarija ntrebħet.+ 11 Wara dan, is-sultan taʼ l-Assirja+ ħa lil Israel fl-eżilju+ lejn l-Assirja u ħalliehom f’Ħala+ u f’Ħabor+ ħdejn ix-xmara Gożan u fil-bliet tal-Medin,+ 12 għax ma semgħux+ minn leħen Ġeħova Alla tagħhom, imma baqgħu jiksru l-patt tiegħu,+ iva, kulma kien ikkmandahom+ Mosè,+ il-qaddej taʼ Ġeħova. La semgħuh u lanqas wettquh.
13 U fis-sena erbatax tas-Sultan Ħeżekija, Sennakerib+ is-sultan taʼ l-Assirja+ telaʼ kontra l-bliet fortifikati kollha taʼ Ġuda u ħadhom f’idejh. 14 Għalhekk, Ħeżekija s-sultan taʼ Ġuda bagħat jgħid lis-sultan taʼ l-Assirja f’Lakis: “Jien dnibt. Tiġġilidx iktar kontrija. Se nagħmel kulma timponi fuqi.”+ Għaldaqstant, is-sultan taʼ l-Assirja ordna li Ħeżekija s-sultan taʼ Ġuda jagħtih tliet mitt talent fidda+ u tletin talent deheb. 15 Għalhekk, Ħeżekija tah il-fidda kollha li kienet fid-dar taʼ Ġeħova+ u fit-teżori taʼ dar is-sultan.+ 16 U Ħeżekija qalaʼ l-bibien tat-tempju taʼ Ġeħova+ u l-koxox tal-bibien li Ħeżekija s-sultan taʼ Ġuda kien kesa+ u ta d-deheb tagħhom lis-sultan taʼ l-Assirja.
17 U s-sultan taʼ l-Assirja+ bagħat lit-Tartan*+ u lir-Rabsaris* u lir-Rabsake*+ minn Lakis+ lejn Ġerusalemm għand is-Sultan Ħeżekija b’qawwa militari kbira, sabiex jitilgħu u jmorru Ġerusalemm. U dawn telgħu u waslu u waqfu ħdejn il-kanal+ taʼ l-għadira taʼ fuq,+ ħdejn it-triq ewlenija li tagħti għall-għalqa tal-ħassiel.+ 18 U bdew isejħu lis-sultan, imma minflok ħarġu jiltaqgħu magħhom Eljakim+ bin Ħilkija, li kien jieħu ħsieb id-dar, u Sebnah+ is-segretarju u Ġowaħ bin Asaf ir-reġistratur.
19 Għaldaqstant, ir-Rabsake+ qalilhom: “Jekk jogħġobkom, għidu lil Ħeżekija, ‘Hekk qal is-sultan il-kbir,+ is-sultan taʼ l-Assirja: “X’inhi din il-fiduċja li fdajt fiha?+ 20 Int għedt (imma bil-kliem biss), ‘Għandi l-istrateġija+ u s-setgħa għall-gwerra.’ Issa f’min fdajt, biex irribellajt+ kontrija? 21 Ara, int fdajt fl-appoġġ taʼ din il-qasba mkissra,+ l-Eġittu,+ li jekk raġel iserraħ fuqha tidħol fil-pala taʼ idu u tinfidhielu. Hekk hu l-Fargħun,+ is-sultan taʼ l-Eġittu, għal kulmin jafda fih. 22 U jekk tgħiduli, ‘F’Ġeħova+ Alla tagħna fdajna,’+ mhux tiegħu kienu l-postijiet għall-qima+ u l-artali li neħħa Ħeżekija,+ filwaqt li jgħid lil Ġuda u Ġerusalemm, ‘Milu quddiem dan l-artal f’Ġerusalemm’?”’+ 23 Mela issa, agħmel imħatra,+ jekk jogħġbok, maʼ sidi s-sultan taʼ l-Assirja: nagħtik elfejn żiemel u naraw jekk, min-naħa tiegħek, intix kapaċi tqiegħed rikkieba fuqhom.+ 24 Allura kif tistaʼ tkeċċi gvernatur li huwa fost wieħed mill-iċken qaddejja taʼ sidi,+ meta int trid tafda fl-Eġittu għall-karrijiet+ u r-rikkieba taż-żwiemel?+ 25 U issa taħseb li jien tlajt kontra dan il-post biex nagħmlu ħerba mingħajr l-awtorizzazzjoni taʼ Ġeħova? Ġeħova nnifsu qalli,+ ‘Itlaʼ kontra dan il-pajjiż, u agħmlu ħerba.’”
26 Għal dan, Eljakim+ bin Ħilkija u Sebnah+ u Ġowaħ+ qalu lir-Rabsake:+ “Jekk jogħġbok, tkellem mal-qaddejja tiegħek bil-lingwa Sirjana,+ għax aħna nifhmuk; u tkellimniex bil-lingwa tal-Lhud+ ħalli ma jisimgħux in-nies taʼ fuq is-sur.” 27 Imma r-Rabsake qalilhom: “Jaqaw sidi bagħatni ngħid dan il-kliem lil sidkom u lilkom? Mhux lill-irġiel bil-qiegħda fuq is-sur, sabiex jieklu ħmieġhom stess+ u jixorbu l-awrina tagħhom stess magħkom?”+
28 U r-Rabsake baqaʼ wieqaf hemmhekk, jgħajjat b’leħen għoli bil-lingwa tal-Lhud;+ u kompla jitkellem u jgħid: “Isimgħu l-kelma tas-sultan il-kbir,+ is-sultan taʼ l-Assirja. 29 Hekk qal is-sultan, ‘Tħallux lil Ħeżekija jqarraq bikom, għax hu ma jistax jeħliskom minn taħt idejja.+ 30 U tħallux lil Ħeżekija jġegħelkom tafdaw f’Ġeħova,+ billi jgħidilkom: “Żgur li Ġeħova se jeħlisna,+ u din il-belt ma tingħatax f’idejn is-sultan taʼ l-Assirja.”+ 31 Tisimgħux minn Ħeżekija; għax hekk qal is-sultan taʼ l-Assirja: “Agħmlu ftehim miegħi, u oħorġu u ejjew għandi, u ħa jiekol kull wieħed minnkom mid-dielja tiegħu u kull wieħed mit-tina tiegħu+ u ħa jixrob kull wieħed l-ilma tal-ġiebja tiegħu,+ 32 sakemm niġi u niħodkom f’art bħall-art tagħkom,+ art tal-qmuħ u taʼ l-inbid ġdid, art tal-ħobż+ u taʼ l-għelieqi tad-dwieli,+ art tas-siġar taż-żebbuġ u taʼ l-għasel;+ u tibqgħu tgħixu u ma tmutux. U tisimgħux minn Ħeżekija għax hu qed jipprova jħajjarkom billi jgħidilkom, ‘Ġeħova nnifsu se jeħlisna.’+ 33 Jaqaw kien hemm xi wieħed mill-allat tal-ġnus li b’xi mod ħeles+ lil artu minn taħt idejn is-sultan taʼ l-Assirja?+ 34 Fejn huma l-allat taʼ Ħamat+ u Arfad?+ Fejn huma l-allat taʼ Sefarwajim,+ Ħena,+ u Iwwa?+ Ħelsuha lis-Samarija minn taħt idejja?+ 35 Min fost l-allat kollha taʼ l-artijiet ħeles lil artu minn taħt idejja,+ biex Ġeħova jeħles lil Ġerusalemm minn taħt idejja?”’”+
36 U n-nies baqgħu siktin+ u ma wiġbuhx+ kelma, għax il-kmand tas-sultan kien jgħid: “Twiġbuhx.”+ 37 Imma Eljakim+ bin Ħilkija, li kien jieħu ħsieb id-dar, u Sebnah+ is-segretarju u Ġowaħ+ bin Asaf ir-reġistratur marru għand Ħeżekija bi ħwejjiġhom imċarrtin+ u qalulu bil-kliem tar-Rabsake.
19 U ġara li malli s-Sultan Ħeżekija+ semaʼ dan, hu ċarrat ħwejġu+ u libes ilbies taʼ l-ixkora+ u daħal fid-dar taʼ Ġeħova.+ 2 Barra minn hekk, hu bagħat lil Eljakim,+ li kien jieħu ħsieb id-dar, u lil Sebnah+ is-segretarju u lix-xjuħ fost il-qassisin għand il-profeta Isaija+ bin Għamoż+ lebsin ilbies taʼ l-ixkora. 3 U qalulu: “Hekk qal Ħeżekija, ‘Dan il-jum huwa jum taʼ niket,+ taʼ ċanfir,+ u taʼ insolenza bi stmerrija;+ għax l-ulied waslu f’fomm il-ġuf,+ imma m’hemmx saħħa biex jitwieldu.+ 4 Għandu mnejn Ġeħova Alla tiegħek jismaʼ+ l-kliem kollu tar-Rabsake* li ntbagħat minn sidu s-sultan taʼ l-Assirja biex iwaqqaʼ għaċ-ċajt+ lill-Alla l-ħaj, u jitlob kont minnu għall-kliem li semaʼ Ġeħova Alla tiegħek.+ U int itlob+ għan-nom tal-fdal+ li għad baqaʼ.’”
5 Għalhekk, il-qaddejja tas-Sultan Ħeżekija marru għand Isaija.+ 6 U Isaija qalilhom: “Dan għidulu lil sidkom, ‘Hekk qal Ġeħova:+ “Tibżax+ minħabba l-kliem li smajt u li l-qaddejja tas-sultan taʼ l-Assirja maqdruni bih.+ 7 Ara, se nqiegħed spirtu+ fih, u hu jismaʼ rapport+ u jmur lura lejn pajjiżu; u nġiegħlu jaqaʼ bis-sejf f’pajjiżu stess.”’”+
8 Wara dan, ir-Rabsake+ semaʼ li s-sultan taʼ l-Assirja kien telaq minn Lakis,+ u għalhekk reġaʼ lura għandu u sabu jiġġieled kontra Libna.+ 9 U semagħhom jgħidu dwar Tirħaka s-sultan taʼ l-Etjopja: “Ara! Ħareġ jiġġieled kontrik.” Għaldaqstant reġaʼ bagħat messaġġiera+ għand Ħeżekija biex jgħidlu: 10 “Hekk għidulu lil Ħeżekija s-sultan taʼ Ġuda, ‘Tħallix lil Alla tiegħek li qed tafda fih iqarraq bik,+ billi jgħidlek: “Ġerusalemm+ mhix se tingħata f’idejn is-sultan taʼ l-Assirja.”+ 11 Ara! Int stess smajt x’għamlu s-slaten taʼ l-Assirja lill-pajjiżi kollha, kif ħarbtuhom;*+ u taħseb li int se teħlisha?+ 12 Jaqaw ħelsuhom l-allat+ tal-ġnus li missirijieti għamluhom ħerba, lil Gożan+ u Ħaran+ u Reżef u wlied Għeden+ li kienu f’Tel-assar?+ 13 Fejn hu—is-sultan taʼ Ħamat+ u s-sultan t’Arfad+ u s-sultan tal-bliet taʼ Sefarwajim, taʼ Ħena, u taʼ Iwwa?’”+
14 Imbagħad Ħeżekija ħa l-ittra minn id il-messaġġiera u qraha,+ u Ħeżekija telaʼ lejn id-dar taʼ Ġeħova u firixha quddiem Ġeħova.+ 15 U Ħeżekija beda jitlob+ quddiem Ġeħova u jgħid: “O Ġeħova l-Alla taʼ Israel,+ li qiegħed bil-qiegħda fuq il-kerubini,+ int waħdek l-Alla l-veru tas-saltniet kollha+ taʼ l-art.+ Int għamilt is-smewwiet+ u l-art.+ 16 Mejjel widintek u ismaʼ,+ O Ġeħova. Iftaħ għajnejk+ u ara, O Ġeħova, u ismaʼ l-kliem li Sennakerib bagħat biex iwaqqaʼ għaċ-ċajt+ lill-Alla l-ħaj. 17 Huwa fatt, O Ġeħova, li s-slaten taʼ l-Assirja ħarbtu lill-ġnus u l-artijiet tagħhom.+ 18 U tefgħulhom l-allat tagħhom fin-nar, għax ma kienu allat+ xejn imma xogħol idejn il-bniedem,+ injam u ġebel; għalhekk qerduhom. 19 U issa, O Ġeħova Alla tagħna,+ salvana,+ jekk jogħġbok, minn idejh, sabiex is-saltniet kollha taʼ l-art ikunu jafu li int, O Ġeħova, int waħdek Alla.”+
20 U Isaija bin Għamoż bagħat jgħid lil Ħeżekija: “Hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel,+ ‘Dak li tlabtni+ dwar Sennakerib is-sultan taʼ l-Assirja smajtu.+ 21 Din hi l-kelma li Ġeħova qal kontrih:
22 Lil min waqqajt għaċ-ċajt+ u maqdart?+
Kontra min għollejt leħnek+
U terfaʼ għajnejk fl-għoli?+
Kontra l-Qaddis taʼ Israel!+
23 Bil-messaġġiera tiegħek+ waqqajt għaċ-ċajt lil Ġeħova u għedt,+
‘Bil-kotra taʼ karrijiet tal-gwerra li għandi, jien+—
Jien se nitlaʼ fl-għoli tal-muntanji,+
L-iktar partijiet ’il bogħod tal-Libanu;+
U naqtaʼ ċ-ċedri kbar tiegħu,+ l-aħjar siġar tal-ġnibru tiegħu.+
U nidħol fl-iktar post imbiegħed fejn jgħammar, il-foresta tas-siġar tal-frott tiegħu.+
24 Inħaffer u nixrob ilmijiet barranin,
U nnixxef b’qiegħ saqajja l-kanali kollha tan-Nil taʼ l-Eġittu.’+
25 Ma smajtx?+ Sa minn żmien twil ilu hekk iddeċidejt li nagħmel.+
Minn jiem mgħoddija sawwartu dan.+
Issa se nġiegħlu jseħħ.+
U ninqeda bik biex il-bliet fortifikati nagħmilhom gozz rovini abbandunati.+
26 U l-abitanti tagħhom se jkollhom idejhom dgħajfin;+
Se jibżgħu u jistħu.+
Se jiddgħajfu bħall-ħaxix tar-rabaʼ u bħall-ħaxix aħdar tari,+
Ħaxix taʼ fuq il-bjut+ li jitħassar bir-riħ jaħraq mil-lvant.+
27 U jien naf tajjeb+ meta int toqgħod bil-qiegħda bil-kwiet u meta toħroġ+ u meta tidħol,
U meta tirrabja għalija,+
28 Għax ir-rabja li għandek għalija+ u l-għajat tiegħek waslu f’widnejja.+
U se nqiegħed il-ganċ tiegħi fi mnieħrek u l-ilġiem tiegħi bejn xofftejk,+
U rreġġgħek lura mit-triq li ġejt minnha.”+
29 “‘U dan ikun is-sinjal għalik:+ Din is-sena jittiekel dak li jinbet miż-żerriegħa mxerrda,+ u fit-tieni sena l-qmuħ li jinbtu waħedhom; imma fit-tielet sena iżirgħu ż-żerriegħa+ u aħsdu u ħawlu l-għelieqi bid-dwieli u kulu frotthom.+ 30 U dawk taʼ dar Ġuda li jeħilsuha, dawk li jifdal,+ se jniżżlu l-għeruq u jtellgħu l-frott.+ 31 Għax minn Ġerusalemm se joħroġ fdal,+ u mill-Muntanja Sijon ikun hemm dawk li jeħilsuha.+ Iż-żelu nnifsu+ taʼ Ġeħova taʼ l-armati se jagħmel dan.
32 “‘Huwa għalhekk li Ġeħova qal dan dwar is-sultan taʼ l-Assirja:+ “Ma jidħolx f’din il-belt+ u ebda vleġġa+ ma jispara hemmhekk, u la jersaq lejha b’tarka u lanqas itellaʼ kontriha rampa għall-assedju.+ 33 Mit-triq li ġie minnha se jerġaʼ lura, u f’din il-belt ma jidħolx, hija l-kelma taʼ Ġeħova.+ 34 U żgur niddefendi+ din il-belt biex insalvaha minħabba fija stess+ u minħabba David il-qaddej tiegħi.”’”+
35 U ġara dak il-lejl li l-anġlu taʼ Ġeħova ħareġ u qatel mija u ħamsa u tmenin elf ruħ fil-kamp+ taʼ l-Assirjani.+ Meta n-nies qamu kmieni fil-għodu, sabuhom ilkoll iġsma mejtin.+ 36 Għalhekk, Sennakerib+ is-sultan taʼ l-Assirja rtira mill-battalja u telaq u mar lura,+ u qagħad Ninwe.+ 37 U ġara li meta kien qed imil fid-dar taʼ Nisrok+ l-alla tiegħu,+ uliedu Adrammelek u Sareser qatluh bis-sejf,+ u huma nfushom ħarbu lejn l-art t’Ararat.+ U ibnu Esar-ħaddon+ beda jsaltan minfloku.
20 Dak iż-żmien Ħeżekija marad u kien qed imut.+ Għaldaqstant, il-profeta Isaija+ bin Għamoż daħal ħdejh u qallu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Agħti ordnijiet lil taʼ darek,+ għax m’intix se ddum ħaj; dalwaqt tmut.’”+ 2 Għalhekk, dar wiċċu mal-ħajt+ u beda jitlob lil Ġeħova+ u jgħid: 3 “Nissupplikak,* O Ġeħova, ftakar,+ jekk jogħġbok, kif jien imxejt+ quddiemek bil-verità+ u b’qalb sħiħa,+ u għamilt dak li hu tajjeb f’għajnejk.”+ U Ħeżekija beka fuq li beka.+
4 U ġara li lanqas laħaq ħareġ fil-bitħa tan-nofs li ma ġietx għand Isaija kelmet Ġeħova+ tgħid: 5 “Erġaʼ lura u għid lil Ħeżekija l-mexxej+ tal-poplu tiegħi, ‘Hekk qal Ġeħova l-Alla+ taʼ David missierek: “Jien smajt+ it-talba tiegħek.+ Rajt id-dmugħ tiegħek.+ Ara, se nfejqek.+ Fit-tielet jum se titlaʼ fid-dar taʼ Ġeħova.+ 6 U nżidlek ħmistax-il sena oħra maʼ ħajtek, u lilek u lil din il-belt neħliskom minn idejn is-sultan taʼ l-Assirja, u niddefendi+ lil din il-belt minħabba fija stess u minħabba David il-qaddej tiegħi.”’”+
7 U Isaija żied jgħid: “Ġibu ċappa tin niexef u pressat.”+ Għalhekk, ġabuha u qegħduhielu fuq il-musmar,+ u wara dan hu fieq.+
8 Sadanittant, Ħeżekija kien qal lil Isaija: “X’inhu s-sinjal+ li juri li Ġeħova se jfejjaqni u li fit-tielet jum se nitlaʼ fid-dar taʼ Ġeħova?” 9 Għal dan, Isaija qal: “Dan hu s-sinjal+ mingħand Ġeħova li Ġeħova se jwettaq il-kelma li qal: Trid li d-dell jimxi għaxar tarġiet ’il quddiem jew għaxra lura?” 10 U Ħeżekija qal: “Ħaġa ħafifa li d-dell jitwal għaxar tarġiet, imma mhux li d-dell imur għaxar tarġiet lura.”+ 11 U l-profeta Isaija beda jsejjaħ lil Ġeħova; u d-dell li kien niżel mexxieh lura bil-mod il-mod fuq it-taraġ, jiġifieri, fuq it-taraġ t’Aħaż, għaxar tarġiet lura.+
12 Dak iż-żmien Berodak-baladan+ bin Baladan is-sultan taʼ Babilonja+ bagħat xi ittri+ u rigal lil Ħeżekija għax kien semaʼ li Ħeżekija kien marad. 13 U Ħeżekija semaʼ mill-irġiel u wriehom kulma kien hemm fid-dar tat-teżor tiegħu,+ il-fidda u d-deheb+ u ż-żejt tal-balzmu+ u ż-żejt tajjeb u l-armerija tiegħu u kulma kien hemm fit-teżori tiegħu. Ma kien hemm xejn f’daru u fid-dominju kollu tiegħu li Ħeżekija ma wrihulhomx.+
14 Imbagħad il-profeta Isaija mar għand is-Sultan Ħeżekija u qallu:+ “X’qalu dawn l-irġiel u minfejn ġew għandek?”+ U Ħeżekija qallu: “Ġew minn art imbiegħda, minn Babilonja.” 15 U kompla jgħidlu: “X’raw mid-dar tiegħek?” U Ħeżekija qal: “Kulma hawn f’dari rawh. Ma kien hemm xejn li ma wrejthomx mit-teżori tiegħi.”+
16 Imbagħad Isaija qal lil Ħeżekija: “Ismaʼ l-kelma taʼ Ġeħova,+ 17 ‘“Ara! Għad jiġu jiem meta kulma hu f’darek+ u kulma ħażnu missirijietek sa llum se jinġarr lejn Babilonja.+ Xejn ma jitħalla,”+ qal Ġeħova. 18 “U xi wħud minn uliedek stess, li se joħorġu minnek u li int se ssir missierhom, se jittieħdu+ u jsiru uffiċjali+ tal-palazz fil-palazz tas-sultan taʼ Babilonja.”’”+
19 Għal dan, Ħeżekija qal lil Isaija: “Il-kelma taʼ Ġeħova li għedt hi tajba.”+ U żied jgħid: “Mhux hekk hu, ladarba l-paċi u l-verità+ se jkomplu fi żmieni?”+
20 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ħeżekija u l-atti setgħanin kollha tiegħu u kif għamel l-għadira+ u l-kanal+ u mbagħad ġab l-ilma fil-belt, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? 21 Fl-aħħar, Ħeżekija mtedd maʼ missirijietu;+ u ibnu Manasse beda jsaltan minfloku.+
21 Tnax-il sena kellu Manasse+ meta beda jsaltan, u dam isaltan ħamsa u ħamsin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ħefsiba. 2 U għamel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ skond l-affarijiet mistkerrhin tal-ġnus+ li Ġeħova kien keċċa minn quddiem ulied Israel. 3 Għalhekk, reġaʼ bena l-postijiet għall-qima* li kien qered missieru Ħeżekija,+ u tellaʼ artali lil Bagħal u għamel arblu sagru, bħalma kien għamel Aħab+ is-sultan taʼ Israel; u beda jmil quddiem+ l-armata kollha tas-smewwiet+ u jaqdihom.+ 4 U bena artali fid-dar taʼ Ġeħova,+ li dwarha Ġeħova kien qal: “F’Ġerusalemm se nqiegħed ismi.”+ 5 U bena artali għall-armata kollha tas-smewwiet+ f’żewġ btieħi tad-dar taʼ Ġeħova.+ 6 U għadda lil ibnu stess min-nar,+ u pprattika l-maġija+ u fittex sinjali li bihom jaqra l-futur u ħatar medji taʼ l-ispirti+ u nies li xogħolhom kien li jbassru+ l-ġrajjiet. Għamel kemm felaħ dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, biex joffendih.
7 Iktar minn hekk, ix-xbieha skolpita+ taʼ l-arblu sagru li kien għamel qegħedha fid-dar+ li dwarha Ġeħova kien qal lil David u lil ibnu Salamun: “F’din id-dar u f’Ġerusalemm, li jien għażilt mit-tribujiet kollha taʼ Israel, se nqiegħed ismi għal żmien indefinit.+ 8 U ma nerġax inġiegħel lil sieq Israel twarrab mill-art li tajt lil missirijiethom,+ dment li joqogħdu attenti li jagħmlu skond kulma kkmandajthom,+ iva, il-liġi kollha li kkmandahom il-qaddej tiegħi Mosè.” 9 Imma ma tawx widen,+ u Manasse baqaʼ jħajjarhom biex jagħmlu iktar ħażen+ mill-ġnus+ li Ġeħova kien qered għalkollox minn quddiem ulied Israel.
10 U Ġeħova kompla jitkellem permezz tal-qaddejja tiegħu l-profeti,+ u jgħid: 11 “Minħabba li Manasse+ s-sultan taʼ Ġuda għamel dawn l-affarijiet mistkerrhin,+ l-azzjonijiet tiegħu kienu agħar minn dak kollu li għamlu l-Amurrin+ li ġew qablu, u ġiegħel lil Ġuda jidneb+ bl-idoli tiegħu moqżieża daqs id-demel. 12 Huwa għalhekk li Ġeħova l-Alla taʼ Israel qal dan, ‘Ara, se nġib gwaj fuq Ġerusalemm+ u Ġuda, li jekk xi ħadd jismaʼ dwaru widnejh it-tnejn iżarżru.+ 13 U se nifrex fuq Ġerusalemm il-ħabel tal-kejl+ li ntuża għas-Samarija+ u l-istess invell li ntuża għal dar Aħab;+ u se nimsaħ+ lil Ġerusalemm bħalma wieħed jimsaħ skutella bla widna, li jimsaħha u jaqlibha wiċċha ’l isfel.+ 14 U se nitlaq lill-fdal+ taʼ wirti+ u nagħtihom f’idejn l-għedewwa tagħhom, u jsiru għall-għedewwa kollha tagħhom bħal priża li tinħataf u tinsteraq,+ 15 talli għamlu dak li hu ħażin f’għajnejja u baqgħu joffenduni, minn dakinhar li missirijiethom ħarġu mill-Eġittu sal-ġurnata taʼ llum.’”+
16 U Manasse xerred ukoll kwantità kbira wisq taʼ demm innoċenti,+ sakemm mela lil Ġerusalemm minn tarf sa tarf, minbarra d-dnub li bih ġiegħel lil Ġuda jidneb billi jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ 17 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Manasse u kulma għamel u d-dnub li dineb bih, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? 18 Fl-aħħar, Manasse mtedd maʼ missirijietu+ u ndifen fil-ġnien taʼ daru, fil-ġnien t’Użża;+ u ibnu Amon beda jsaltan minfloku.
19 Tnejn u għoxrin sena kellu Amon+ meta beda jsaltan, u dam isaltan sentejn+ f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Mesullemet bint Ħarus minn Ġotba. 20 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, bħalma kien għamel missieru Manasse.+ 21 U baqaʼ miexi fit-triq kollha li mexa fiha missieru,+ u kompla jaqdi lill-idoli moqżieża daqs id-demel+ li kien qeda missieru u jmil quddiemhom. 22 B’hekk, telaq lil Ġeħova+ l-Alla taʼ missirijietu, u ma mexiex fit-triq taʼ Ġeħova.+ 23 Fl-aħħar, xi wħud mill-qaddejja t’Amon ikkonfoffaw kontrih u qatlu lis-sultan+ f’daru stess. 24 Imma n-nies tal-pajjiż qatlu lil dawk kollha li kkonfoffaw+ kontra s-Sultan Amon. Imbagħad in-nies tal-pajjiż għamlu lil ibnu Ġosija+ sultan minfloku. 25 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Amon, dak li għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? 26 Għalhekk, difnuh f’qabru fil-ġnien t’Użża;+ u ibnu Ġosija+ beda jsaltan minfloku.
22 Tmien snin kellu Ġosija+ meta beda jsaltan, u dam isaltan wieħed u tletin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ġedida bint Għadaja minn Boskat.+ 2 U għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova+ u mexa fit-triq kollha taʼ David missieru,+ u ma żvijax lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.+
3 U ġara fis-sena tmintax tas-Sultan Ġosija li s-sultan bagħat lil Safan,+ bin Asalija, bin Mesullam, is-segretarju, lejn id-dar taʼ Ġeħova, u qallu: 4 “Itlaʼ s’għand Ħilkija+ l-qassis il-kbir,+ u ħa jlesti l-flus+ li qed jinġiebu fid-dar taʼ Ġeħova+ u li l-għassiesa tal-bibien+ ġabru mingħand il-poplu; 5 u ħa jingħataw f’idejn dawk li jieħdu ħsieb ix-xogħol+ fid-dar taʼ Ġeħova, dawk li nħatru, sabiex jagħtuhom lil dawk li qegħdin fid-dar taʼ Ġeħova biex isewwu x-xquq tad-dar,+ 6 lin-nies tas-sengħa u lill-bennejja u lill-ħaddiema fil-ġebel, u biex jixtru l-injam u l-ġebel minġur ħalli jsewwu d-dar.+ 7 Imma m’għandux jintalab kont minnhom tal-flus li qed jingħataw f’idejhom,+ għax qed jaħdmu b’fedeltà.”+
8 Iktar tard, Ħilkija+ l-qassis il-kbir qal lil Safan+ is-segretarju:+ “Sibt il-ktieb tal-liġi+ fid-dar taʼ Ġeħova!” Għalhekk, Ħilkija ta l-ktieb lil Safan, u dan beda jaqrah. 9 Imbagħad Safan is-segretarju daħal għand is-sultan u wieġeb lis-sultan u qal: “Il-qaddejja tiegħek battlu l-flus li kien hemm fid-dar, u tawhom f’idejn dawk li qed jieħdu ħsieb ix-xogħol fid-dar taʼ Ġeħova, dawk li nħatru.”+ 10 U Safan is-segretarju kompla jgħid lis-sultan: “Ħilkija l-qassis tani ktieb.”+ U Safan beda jaqrah quddiem is-sultan.
11 U ġara li, malli semaʼ l-kliem tal-liġi, is-sultan minnufih ċarrat ħwejġu.+ 12 Imbagħad is-sultan ordna lil Ħilkija l-qassis, lil Aħikam+ bin Safan, lil Għakbor bin Mikaja, lil Safan is-segretarju, u lil Għasaja+ l-qaddej tas-sultan u qalilhom: 13 “Morru, staqsu+ lil Ġeħova għan-nom tiegħi u tal-poplu u taʼ Ġuda kollu dwar il-kliem taʼ dan il-ktieb li nstab; għax kbira l-korla taʼ Ġeħova+ li xegħlet kontrina minħabba li missirijietna+ ma semgħux mill-kliem taʼ dan il-ktieb u m’għamlux skond kulma hemm miktub dwarna.”+
14 Għaldaqstant, Ħilkija l-qassis u Aħikam, Għakbor, Safan, u Għasaja marru għand il-profetessa Ħulda+ mart Sallum, bin Tikwa, bin Ħarħas, dak li kien jieħu ħsieb l-ilbies,+ waqt li kienet qed tgħammar f’Ġerusalemm fil-parti l-ġdida tal-belt; u marru jkellmuha.+ 15 U hi qaltilhom: “Hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel,+ ‘Għidu lir-raġel li bagħatkom għandi: 16 “Hekk qal Ġeħova, ‘Ara, se nġib gwaj+ fuq dan il-post u fuq l-abitanti tiegħu,+ iva, il-kliem kollu+ li s-sultan taʼ Ġuda qara fil-ktieb;+ 17 talli telquni u marru joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji lil allat oħrajn+ sabiex joffenduni bix-xogħol kollu taʼ idejhom,+ u l-korla tiegħi xegħlet kontra dan il-post u mhix se tintefa.’”’+ 18 U lis-sultan taʼ Ġuda li bagħatkom tistaqsu lil Ġeħova, dan għandkom tgħidulu, ‘Hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel inkwantu għall-kliem li smajt:+ 19 “Talli rattabt qalbek,+ u b’hekk umiljajt+ ruħek minħabba Ġeħova meta smajt dak li jien għedt kontra dan il-post u l-abitanti tiegħu, li se jsir oġġett taʼ stagħġib u saħta,+ u ċarratt+ ħwejġek u bdejt tibki quddiemi, jien, iva, jien, smajtek,” hija l-kelma taʼ Ġeħova.+ 20 “Għalhekk, se niġbrok+ maʼ missirijietek, u se tinġabar fis-sliem+ fil-post tiegħek tad-dfin, u għajnejk ma jarawx il-gwaj kollu li se nġib fuq dan il-post.”’” U wasslu r-risposta lis-sultan.
23 Imbagħad is-sultan bagħat jiġbor għandu lix-xjuħ kollha taʼ Ġuda u Ġerusalemm.+ 2 U s-sultan telaʼ lejn id-dar taʼ Ġeħova, u miegħu l-irġiel kollha taʼ Ġuda u l-abitanti kollha taʼ Ġerusalemm, kif ukoll il-qassisin+ u l-profeti u n-nies kollha, mill-kbir saż-żgħir;+ u beda jaqralhom+ il-kliem kollu tal-ktieb+ tal-patt+ li kien instab fid-dar taʼ Ġeħova.+ 3 U s-sultan qagħad wieqaf ħdejn il-kolonna+ u għamel il-patt+ quddiem Ġeħova, biex jimxi+ wara Ġeħova u jħares il-kmandamenti+ u t-testimonjanzi*+ u l-istatuti tiegħu+ b’qalbu kollha+ u b’ruħu kollha+ billi jwettaq il-kliem taʼ dan il-patt li kien miktub f’dan il-ktieb.+ Għaldaqstant, in-nies kollha qablu mal-patt.+
4 U s-sultan ordna lil Ħilkija+ l-qassis il-kbir u lill-qassisin tat-tieni grad u lill-għassiesa tal-bibien+ biex joħorġu mit-tempju taʼ Ġeħova l-għodod kollha li kienu ntgħamlu għal Bagħal+ u għall-arblu sagru+ u għall-armata kollha tas-smewwiet.+ Imbagħad ħaraqhom barra Ġerusalemm fir-rabaʼ mtarraġ taʼ Kidron,+ u ġab it-trab tagħhom f’Betel.+ 5 U temm ix-xogħol tal-qassisin taʼ l-allat barranin, li s-slaten taʼ Ġuda kienu ġabuhom biex joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji fil-postijiet għall-qima* fil-bliet taʼ Ġuda u l-inħawi taʼ madwar Ġerusalemm, kif ukoll taʼ dawk li kienu joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji lil Bagħal,+ lix-xemx u lill-qamar u lill-kostellazzjonijiet taż-żodjaku u lill-armata kollha tas-smewwiet.+ 6 Iżjed minn hekk, hu ħareġ l-arblu sagru+ mid-dar taʼ Ġeħova u ħadu barra Ġerusalemm, lejn il-wied* taʼ Kidron, u ħarqu+ fil-wied taʼ Kidron u ġabu trab u tefaʼ t-trab tiegħu fejn kienu jindifnu+ n-nies komuni. 7 Barra minn hekk, hu ġarraf id-djar tal-prostituti rġiel tat-tempju+ li kienu fid-dar taʼ Ġeħova, fejn in-nisa kienu jinsġu t-tined bħala santwarji għall-arblu sagru.
8 Imbagħad ħareġ lill-qassisin kollha mill-bliet taʼ Ġuda, sabiex il-postijiet għall-qima fejn il-qassisin kienu joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji ma jħallihomx adattati għall-qima, minn Geba+ sa Bir-xeba;+ u ġarraf il-postijiet għall-qima li kienu fid-daħla tal-bieb taʼ Ġożwè, il-kap tal-belt, li kien fuq ix-xellug int u dieħel minn bieb il-belt. 9 Imma l-qassisin+ tal-postijiet għall-qima ma kinux jitilgħu ħdejn l-artal taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm, imma kienu jieklu ħobż bla ħmira+ fost ħuthom. 10 U lil Tofet,+ li qiegħed fil-wied taʼ wlied Ħinnom,+ ma ħalliehx adattat għall-qima, sabiex ħadd ma jkun jistaʼ jgħaddi lil ibnu jew lil bintu min-nar+ għal Molek.+ 11 U ż-żwiemel li s-slaten taʼ Ġuda kienu taw lix-xemx ma ħallihomx ikomplu jidħlu fid-dar taʼ Ġeħova, ħdejn il-kamra taʼ l-ikel+ taʼ Natan-melek, l-uffiċjal tal-palazz, li kienet fil-portiċi; u l-karrijiet tax-xemx+ ħaraqhom fin-nar. 12 U l-artali li kienu fuq il-bejt+ taʼ l-għorfa t’Aħaż li għamlu s-slaten taʼ Ġuda, u l-artali+ li għamel Manasse fiż-żewġ btieħi tad-dar taʼ Ġeħova, is-sultan ġarrafhom u farrakhom hemmhekk, u tefaʼ t-trab tagħhom fil-wied taʼ Kidron. 13 U l-postijiet għall-qima li kienu quddiem+ Ġerusalemm u fuq il-lemin tal-Muntanja tar-Rovina,* li Salamun+ is-sultan taʼ Israel kien bena lil Għastoret,+ il-ħaġa moqżieża tas-Sidonin, u lil Kemos,+ il-ħaġa moqżieża taʼ Mowab, u lil Milkom,+ il-ħaġa mistkerrha taʼ wlied Għammon, is-sultan ma ħallihomx adattati għall-qima. 14 U kisser+ il-pilastri sagri u qaċċat l-arbli sagri u mela posthom bl-għadam tal-bnedmin. 15 Barra minn hekk, l-artal li kien f’Betel,+ il-post għall-qima li kien għamel Ġerobogħam+ bin Nebat, li ġiegħel lil Israel jidneb,+ iva, l-artal u l-post għall-qima ġarrafhom. Imbagħad ħaraq il-post għall-qima; ġabu trab u ħaraq l-arblu sagru.
16 Imbagħad Ġosija dar u ra l-postijiet għad-dfin li kien hemm fuq il-muntanja. Għalhekk, bagħat iġib l-għadam mill-postijiet għad-dfin u ħaraqhom+ fuq l-artal, sabiex ma jħallihx adattat għall-qima, skond il-kelma taʼ Ġeħova+ li kien xandar il-bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ li kien xandar dawn l-affarijiet. 17 Imbagħad qal: “X’inhi din il-lapida li qed nara?” U n-nies tal-belt qalulu: “Dan hu l-post fejn indifen+ il-bniedem taʼ l-Alla l-veru li ġie minn Ġuda+ u li xandar dawn l-affarijiet li int għamilt kontra l-artal taʼ Betel.”+ 18 Għalhekk, qalilhom: “Ħalluh jistrieħ.+ Tħallu ’l ħadd iċaqlaq l-għadam tiegħu.” Għaldaqstant ħallewlu għadmu kif kien m’għadam il-profeta+ li kien ġie mis-Samarija.
19 Iżjed minn hekk, Ġosija neħħa s-santwarji kollha+ fil-postijiet għall-qima li kien hemm fil-bliet+ tas-Samarija u li kienu bnewhom is-slaten+ taʼ Israel biex joffendu+ lil Alla. U għamlilhom eżatt kif għamel f’Betel.+ 20 Għaldaqstant, lill-qassisin kollha+ tal-postijiet għall-qima li kien hemm issagrifikahom fuq l-artali u ħaraq fuqhom l-għadam tal-bnedmin.+ Imbagħad reġaʼ lura Ġerusalemm.
21 Imbagħad is-sultan ordna lill-poplu kollu: “Iċċelebraw Qbiż+ lil Ġeħova Alla tagħkom skond kif hemm miktub f’dan il-ktieb tal-patt.”+ 22 Għax ma kien sar l-ebda Qbiż bħal dan minn żmien l-imħallfin li kienu jiġġudikaw lil Israel,+ u lanqas matul iż-żmien kollu tas-slaten taʼ Israel u s-slaten taʼ Ġuda.+ 23 Imma fis-sena tmintax tas-Sultan Ġosija ġie ċelebrat dan il-Qbiż lil Ġeħova f’Ġerusalemm.+
24 U Ġosija neħħa wkoll il-medji taʼ l-ispirti+ u dawk li xogħolhom kien li jbassru l-ġrajjiet+ u t-terafim*+ u l-idoli moqżieża daqs id-demel+ u l-qżiżijiet kollha+ li kienu tfaċċaw fl-art taʼ Ġuda u f’Ġerusalemm, sabiex ikun jistaʼ verament iwettaq il-kliem tal-liġi+ li kien miktub fil-ktieb+ li Ħilkija l-qassis kien sab fid-dar taʼ Ġeħova.+ 25 U qablu ma kienx hemm sultan bħalu li reġaʼ lura lejn+ Ġeħova b’qalbu kollha u b’ruħu kollha+ u bil-forza kollha tiegħu, skond il-liġi kollha taʼ Mosè; u lanqas warajh ma qam wieħed bħalu.
26 Madankollu, Ġeħova ma reġax lura mit-tħeġġiġ kbir tar-rabja tiegħu, li bih ir-rabja tiegħu kienet qed tħeġġeġ kontra Ġuda+ minħabba l-affarijiet kollha li bihom Manasse ġegħelhom joffenduh.+ 27 Imma Ġeħova qal: “Lil Ġuda+ wkoll se nneħħih minn quddiem wiċċi,+ bħalma neħħejt lil Israel;+ u se niċħad lil din il-belt li għażilt, iva, lil Ġerusalemm, u lid-dar li dwarha għedt, ‘Ismi se jibqaʼ hemmhekk.’”+
28 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġosija u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? 29 Fi żmienu l-Fargħun Neko,+ is-sultan taʼ l-Eġittu, kien tielaʼ jiltaqaʼ mas-sultan taʼ l-Assirja ħdejn ix-xmara Ewfrat+ u s-Sultan Ġosija mar għal kontrih;+ imma qatlu+ f’Megiddo+ malli rah. 30 Għalhekk, il-qaddejja tiegħu ġarrewh mejjet f’karru minn Megiddo u ġabuh Ġerusalemm+ u difnuh f’qabru. Imbagħad in-nies tal-pajjiż ħadu lil Ġeħogħaħaż+ bin Ġosija u dilkuh u għamluh sultan minflok missieru.
31 Tlieta u għoxrin sena kellu Ġeħogħaħaż+ meta beda jsaltan, u dam isaltan tliet xhur f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ħamutal+ bint Ġeremija minn Libna. 32 U beda jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, skond kulma kienu għamlu missirijietu.+ 33 U l-Fargħun Neko+ rabtu+ f’Ribla+ fl-art taʼ Ħamat, biex ma jħallihx isaltan f’Ġerusalemm, u mbagħad ta multa+ lill-pajjiż taʼ mitt talent fidda+ u talent wieħed deheb.+ 34 Iżjed minn hekk, il-Fargħun Neko għamel lil Eljakim+ bin Ġosija sultan minflok missieru Ġosija u biddillu ismu għal Ġeħojakim; u lil Ġeħogħaħaż qabdu u ħadu l-Eġittu, fejn eventwalment miet.+ 35 U Ġeħojakim ta l-fidda+ u d-deheb lill-Fargħun. Imma sabiex jagħti l-fidda skond l-ordni tal-Fargħun intaxxa+ lill-pajjiż. U ġabar il-fidda u d-deheb mingħand in-nies tal-pajjiż skond ir-rata individwali tat-taxxa+ taʼ kull wieħed, biex jagħtihom lill-Fargħun Neko.
36 Ħamsa u għoxrin sena kellu Ġeħojakim+ meta beda jsaltan, u dam isaltan ħdax-il sena f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Żebida bint Pedaja minn Rumah. 37 U kompla jagħmel dak li hu ħażin+ f’għajnejn Ġeħova, skond kulma kienu għamlu missirijietu.+
24 Fi żmienu ġie Nebukadnessar+ is-sultan taʼ Babilonja, u Ġeħojakim sar qaddej tiegħu+ għal tliet snin. Imma mbagħad dan dar u rribella kontrih. 2 U Ġeħova beda jibgħat kontrih qtajjaʼ taʼ ħallelin Kaldin+ u qtajjaʼ taʼ ħallelin Sirjani u qtajjaʼ taʼ ħallelin Mowabin+ u qtajjaʼ taʼ ħallelin minn ulied Għammon, u baqaʼ jibgħathom kontra Ġuda biex jeqirdu, skond il-kelma+ li Ġeħova kien qal permezz tal-qaddejja tiegħu l-profeti. 3 Kien biss bl-ordni taʼ Ġeħova li dan seħħ kontra Ġuda, biex ineħħih+ minn quddiem wiċċu minħabba d-dnubiet taʼ Manasse+ għal kulma kien għamel; 4 kif ukoll għad-demm innoċenti+ li kien xerred, u b’hekk mela lil Ġerusalemm b’demm innoċenti, u Ġeħova ma riedx jaħfer.+
5 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġeħojakim+ u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? 6 Fl-aħħar, Ġeħojakim imtedd maʼ missirijietu,+ u ibnu Ġeħojakin beda jsaltan minfloku.
7 U s-sultan taʼ l-Eġittu qatt iżjed+ ma ħareġ minn pajjiżu,+ għax is-sultan taʼ Babilonja kien ħa kulma kellu s-sultan taʼ l-Eġittu+ mill-wied*+ taʼ l-Eġittu sax-xmara Ewfrat.+
8 Tmintax-il sena kellu Ġeħojakin+ meta beda jsaltan, u dam isaltan tliet xhur f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Neħusta bint Elnatan minn Ġerusalemm. 9 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, skond kulma kien għamel missieru.+ 10 Matul dak iż-żmien, il-qaddejja taʼ Nebukadnessar is-sultan taʼ Babilonja telgħu Ġerusalemm, u b’hekk il-belt kienet assedjata.+ 11 U Nebukadnessar is-sultan taʼ Babilonja telaʼ kontra l-belt, waqt li l-qaddejja tiegħu kienu qed jassedjawha.+
12 Fl-aħħar, Ġeħojakin is-sultan taʼ Ġuda ħareġ għand is-sultan taʼ Babilonja,+ hu flimkien m’ommu+ u l-qaddejja tiegħu u l-prinċpijiet tiegħu u l-uffiċjali tal-palazz tiegħu; u s-sultan taʼ Babilonja ħadu bħala lsir fit-tmien+ sena tiegħu bħala sultan. 13 Imbagħad ħareġ minn hemmhekk it-teżori kollha tad-dar taʼ Ġeħova u t-teżori taʼ dar is-sultan,+ u kisser l-għodod kollha tad-deheb+ li Salamun is-sultan taʼ Israel kien għamel fit-tempju taʼ Ġeħova, eżatt kif kien qal Ġeħova. 14 U ħa fl-eżilju+ lil Ġerusalemm kollha u lill-prinċpijiet kollha+ u lill-irġiel setgħanin u qalbenin kollha+—għaxart elef ħa fl-eżilju—kif ukoll lil kull bniedem tas-sengħa+ u lil kull bennej tas-swar. Ħadd ma tħalla ħlief il-klassi baxxa+ tan-nies tal-pajjiż. 15 Għalhekk, ħa lil Ġeħojakin+ fl-eżilju lejn Babilonja;+ u lil omm is-sultan+ u n-nisa tas-sultan u l-uffiċjali tal-palazz tiegħu+ u l-irġiel importanti tal-pajjiż ġarrhom bħala eżiljati minn Ġerusalemm għal Babilonja. 16 U lill-qalbenin kollha, sebat elef raġel, u lin-nies tas-sengħa u lill-bennejja tas-swar, elf ruħ, l-irġiel setgħanin kollha tajbin għall-gwerra, is-sultan taʼ Babilonja ħadhom Babilonja bħala eżiljati.+ 17 Iżjed minn hekk, is-sultan taʼ Babilonja+ qiegħed lil zijuh Mattanija+ minfloku. Imbagħad biddillu ismu f’Sedekija.+
18 Wieħed u għoxrin sena kellu Sedekija+ meta beda jsaltan, u dam isaltan ħdax-il sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ħamutal+ bint Ġeremija minn Libna. 19 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, skond kulma kien għamel Ġeħojakim.+ 20 Dan il-ħażen qanqal ir-rabja+ taʼ Ġeħova għal Ġerusalemm u Ġuda, sakemm keċċiehom minn quddiem wiċċu.+ U Sedekija rribella kontra s-sultan taʼ Babilonja.+
25 U ġara li fid-disaʼ+ sena tiegħu bħala sultan, fl-għaxar xahar, fl-għaxar+ jum tax-xahar, ġie Nebukadnessar,+ is-sultan taʼ Babilonja,+ hu u l-qawwa militari kollha tiegħu, kontra Ġerusalemm u waqqaf il-kamp kontriha u bena ħajt taʼ l-assedju dawramejt.+ 2 U l-belt baqgħet assedjata sas-sena ħdax tas-Sultan Sedekija. 3 Fid-disaʼ+ jum tar-rabaʼ xahar il-ġuħ+ ħrax fil-belt, u ma kienx hemm ħobż+ għan-nies tal-pajjiż. 4 U l-belt ġiet minfuda,+ u l-gwerriera kollha ħarbu bil-lejl mill-bieb taʼ bejn iż-żewġ ħitan li hemm ħdejn il-ġnien tas-sultan,+ waqt li l-Kaldin+ kienu madwar il-belt kollha; u s-sultan telaq+ fid-direzzjoni taʼ l-Għaraba.+ 5 U waħda mill-qawwiet militari tal-Kaldin+ marret għal wara s-sultan, u laħquh+ fil-pjanuri tad-deżert taʼ Ġeriko;+ u l-qawwa militari kollha li kellu miegħu xterdet. 6 Imbagħad qabdu lis-sultan+ u ħaduh għand is-sultan taʼ Babilonja f’Ribla,+ sabiex tinqatagħlu s-sentenza. 7 U wlied Sedekija nqatlu quddiem għajnejh;+ u lil Sedekija għamieh,+ u mbagħad rabtu bi rbit tar-ram aħmar+ u ħadu f’Babilonja.+
8 U fil-ħames xahar fis-sebaʼ jum tax-xahar, jiġifieri, fis-sena dsatax+ tas-Sultan Nebukadnessar, is-sultan taʼ Babilonja, Nebużaradan,+ il-kap tal-gwardji persunali tas-sultan, il-qaddej tas-sultan taʼ Babilonja, ġie f’Ġerusalemm.+ 9 U ħaraq id-dar taʼ Ġeħova+ u d-dar tas-sultan+ u d-djar kollha f’Ġerusalemm;+ u d-dar taʼ kull raġel importanti ħaraqha bin-nar.+ 10 U l-qawwa militari kollha tal-Kaldin li kienet mal-kap tal-gwardji ġarrfu s-swar taʼ Ġerusalemm dawramejt.+ 11 U lill-bqija tan-nies+ li kien għad fadal fil-belt u lil dawk li kienu marru jagħtu ruħhom f’idejn is-sultan taʼ Babilonja u lill-bqija tal-folla, Nebużaradan, il-kap tal-gwardji, ħadhom fl-eżilju.+ 12 U lil xi wħud mill-foqra+ tal-pajjiż il-kap tal-gwardji ħalliehom jibqgħu biex jieħdu ħsieb id-dwieli u jagħmlu xogħol obbligatorju.+ 13 U l-Kaldin kissru biċċiet il-kolonni+ tar-ram aħmar li kienu fid-dar taʼ Ġeħova u l-karrijiet+ u l-baħar tar-ram aħmar+ li kienu fid-dar taʼ Ġeħova, u ġarrew ir-ram tagħhom lejn Babilonja.+ 14 U ħadu r-reċipjenti għall-irmied u l-pali u l-imqassijiet li jitfu l-ftila u l-kwies u l-għodod kollha+ tar-ram aħmar li kienu jużaw biex jaqdu bihom. 15 U l-kap tal-gwardji ħa r-reċipjenti għall-ġamar u l-iskutelli li kienu tad-deheb pur+ u dawk tal-fidda pura.+ 16 U inkwantu għaż-żewġ kolonni, il-baħar, u l-karrijiet li Salamun kien għamel għad-dar taʼ Ġeħova, ma kienx hemm mezz kif jintiżen ir-ram aħmar taʼ dawn l-għodod kollha.+ 17 Kull kolonna kienet twila tmintax-il kubitu,+ u l-kaptell+ taʼ fuqha kien tar-ram aħmar; u l-għoli tal-kaptell kien tliet kubiti; u l-parti maħduma xibka u r-rummien+ mad-dawra kollha tal-kaptell kienu kollha tar-ram aħmar; u t-tieni kolonna kellha l-istess affarijiet fuq il-parti maħduma xibka.
18 Iktar minn hekk, il-kap tal-gwardji ħa lil Seraja,+ il-qassis ewlieni, u lil Sofonija,+ it-tieni qassis, u lil tliet għassiesa tal-bibien;+ 19 u mill-belt ħa wkoll uffiċjal tal-palazz li kien jikkmanda lill-gwerriera, u lil ħamest irġiel minn dawk li kienu jistgħu jersqu quddiem is-sultan u li nstabu fil-belt; u lis-segretarju tal-kap taʼ l-armata, dak li jiġbor lin-nies tal-pajjiż għall-militar, u lil sittin raġel min-nies tal-pajjiż li nstabu fil-belt;+ 20 u lil dawn Nebużaradan,+ il-kap tal-gwardji, imbagħad qabadhom+ u ħadhom għand is-sultan taʼ Babilonja f’Ribla.+ 21 U s-sultan taʼ Babilonja darabhom+ u tahom il-mewt f’Ribla fl-art taʼ Ħamat.+ B’hekk, Ġuda telaq minn artu u mar fl-eżilju.+
22 U lin-nies+ li tħallew fl-art taʼ Ġuda, li Nebukadnessar, is-sultan taʼ Babilonja, ħalliehom warajh, ħatrilhom fuqhom lil Gedalija,+ bin Aħikam,+ bin Safan.+ 23 Meta l-kapijiet kollha tal-qawwiet militari,+ huma u l-irġiel li kellhom magħhom, semgħu li s-sultan taʼ Babilonja kien ħatar lil Gedalija, huma minnufih ġew għand Gedalija f’Mispa,+ jiġifieri, Ismagħel bin Netanija u Ġoħanan bin Kareja u Seraja bin Tanħumet in-Netofati u Ġagħżanija bin il-Magħkati, huma u l-irġiel li kellhom magħhom. 24 Imbagħad Gedalija ħalfilhom,+ lilhom u lill-irġiel li kellhom magħhom, u qalilhom: “Tibżgħux tkunu l-qaddejja tal-Kaldin. Għammru fil-pajjiż u aqdu lis-sultan taʼ Babilonja, u jaħbtilkom tajjeb.”+
25 U ġara fis-sebaʼ+ xahar li Ismagħel,+ bin Netanija, bin Elisama, min-nisel irjali, ġie flimkien m’għaxart irġiel u ħabtu għal Gedalija+ u qatluh, lilu u lil-Lhud u l-Kaldin li kienu miegħu f’Mispa.+ 26 Imbagħad in-nies kollha, miż-żgħir sal-kbir, u l-kapijiet tal-qawwiet militari qamu u marru l-Eġittu;+ għax bdew jibżgħu mill-Kaldin.+
27 Fl-aħħar ġara fis-sena sebgħa u tletin taʼ l-eżilju taʼ Ġeħojakin,+ is-sultan taʼ Ġuda, fit-tnax-il xahar, fis-sebgħa u għoxrin tax-xahar, li Evil-merodak,+ is-sultan taʼ Babilonja, fis-sena li sar sultan, refaʼ ras+ Ġeħojakin, is-sultan taʼ Ġuda, u ħarġu mill-ħabs; 28 u beda jkellmu b’qalb tajba, u mbagħad għolla t-tron tiegħu ’l fuq mit-tronijiet tas-slaten li kienu miegħu f’Babilonja.+ 29 U biddel il-ħwejjeġ tiegħu tal-ħabs,+ u baqaʼ jiekol il-ħobż+ quddiemu tul ħajtu kollha. 30 U s-sultan baqaʼ jagħtih porzjon taʼ ikel,+ dak li kien imissu kuljum, tul ħajtu kollha.
Mhux Gilgal taʼ ħdejn Ġeriko imma Gilgal fir-reġjun mimli għoljiet taʼ ħdejn Betel.
Jew, “li lilu naqdi.”
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.
Is-Sabat kien minn inżul ix-xemx tal-Ġimgħa sa nżul ix-xemx tas-Sibt. Ara Eżo 16:23, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “Ħażżem ġenbejk.”
Letteralment, “laħam.”
Jew, “li lilu naqdi.”
Ifisser “Ħaġa Mqabbża ’l Barra; Art Għolja.” Dan il-post kien fis-Samarija.
Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “borra.”
Taqsira taʼ “Ramot-gilegħad.”
Letteralment, “Ħażżem ġenbejk.”
Letteralment, “is-sinjura.”
Letteralment, “Qaddsu.”
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “mill-erwieħ.”
Letteralment, “dawwar wiċċu biex.”
Ara t-2Sa 5:9, in-nota taʼ taħt.
Jiġifieri, Ġerobogħam II.
Dan il-kliem jistaʼ jinvolvi talba għall-għajnuna mingħand Alla jew ir-rappreżentanti tiegħu.
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Jiġifieri, Ġerobogħam II.
Imsejjaħ ukoll “Użżija.”
Imsejjaħ ukoll “Użżija.”
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “għamel idaħħnu.”
Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-qassis, l-aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.
Ara l-1Sl 7:23, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “iwebbsu għonqhom.”
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
“It-Tartan.” It-titlu tal-kmandant militari ewlieni.
“Ir-Rabsaris.” It-titlu taʼ l-uffiċjal ewlieni tal-palazz.
“Ir-Rabsake.” Jew, “il-kuppier ewlieni.”
Ara t-2Sl 18:17, in-nota taʼ taħt, “Ir-Rabsake.”
Jew, “iddedikawhom għall-qerda.” Ara Eżo 22:20, in-nota taʼ taħt.
Jew, “nitolbok bil-ħerqa.”
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Jew, “it-tfakkiriet.”
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.
Jiġifieri, il-Muntanja taż-Żebbuġ, b’mod partikulari l-parti t’isfelnett magħrufa wkoll bħala l-Muntanja taʼ l-Offiża.
Ara Ġen 31:19, in-nota taʼ taħt.
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.