L-Ewwel tas-Slaten
jew, skond is-Settanta Griega, IT-TIELET TAS-SLATEN
1 Issa s-Sultan David kien xiħ,+ imdaħħal fiż-żmien; u kienu jgħattuh bil-ħwejjeġ, imma ma kienx jisħon. 2 Għalhekk, il-qaddejja tiegħu qalulu: “Ħa jfittxu tfajla, verġni,+ għal sidna s-sultan, u din taqdi+ lis-sultan u tieħu ħsiebu;+ u timtedd fi ħdanek,+ u sidna s-sultan żgur iżomm sħun.”+ 3 U marru jfittxu tfajla sabiħa fit-territorju kollu taʼ Israel, u fl-aħħar sabu lil Abisag+ is-Sunamija+ u ġabuha għand is-sultan. 4 U t-tfajla kienet sabiħa ferm;+ u bdiet tieħu ħsieb is-sultan u taqdih, u s-sultan ma kellux x’jaqsam magħha.
5 Sadanittant, Adonija+ bin Ħaggit+ beda jitgħolla+ u jgħid: “Jien se nsaltan!”+ U ordna li jagħmlulu karru u li jkollu rikkieba taż-żwiemel u ħamsin raġel jiġru quddiemu.+ 6 U missieru qatt ma weġġagħlu s-sentimenti tiegħu u qallu: “Għala għamilt hekk?”+ U hu kien ukoll sabiħ f’surtu,+ u ommu kienet wilditu wara Absalom. 7 U ssieħeb maʼ Ġowab bin Seruja u m’Abjatar+ il-qassis, u dawn offrew l-għajnuna tagħhom lil Adonija bħala s-segwaċi tiegħu.+ 8 Imma Sadok+ il-qassis u Benaja+ bin Ġeħojada u Natan+ il-profeta u Simgħi+ u Regħi u l-irġiel setgħanin+ taʼ David ma involvewx ruħhom+ m’Adonija.
9 Maż-żmien, Adonija għamel sagrifiċċju+ taʼ nagħaġ u baqar u annimali msemmnin ħdejn il-ġebla taʼ Żoħelet, li qiegħda viċin Għajn-rogel,+ u stieden lil ħutu kollha, ulied is-sultan,+ u lill-irġiel kollha taʼ Ġuda, qaddejja tas-sultan. 10 Iżda lil Natan il-profeta u lil Benaja u lill-irġiel setgħanin u lil ħuh Salamun ma stidinhomx. 11 Issa Natan+ qal lil Bat-seba,+ omm Salamun:+ “Ma smajtx li Adonija bin Ħaggit+ sar sultan, u sidna David ma jaf b’xejn? 12 Għalhekk, issa, jekk jogħġbok, ħa nagħtik parir għaqli,+ u eħles ruħek u ruħ ibnek Salamun.+ 13 Mur u idħol għand is-Sultan David, u għidlu, ‘Mhux int kont, sidi s-sultan, li ħlift lill-ilsira tiegħek, u għedt: “Ibnek Salamun isir sultan warajja, u hu joqgħod fuq it-tron tiegħi”?+ Allura għala sar sultan Adonija?’ 14 Ara! Waqt li tkun għadek qed titkellem mas-sultan, nidħol jien warajk, u nikkonferma kliemek.”+
15 Għalhekk, Bat-seba daħlet għand is-sultan fil-kamra taʼ ġewwa,+ u s-sultan kien xjaħ sew,+ u Abisag+ is-Sunamija kienet qed taqdi lis-sultan. 16 Imbagħad Bat-seba mielet u nxteħtet fl-art+ quddiem is-sultan, u s-sultan qalilha: “Xi trid tistaqsini?”+ 17 Għal dan qaltlu: “Sidi,+ kont int li ħlift b’Ġeħova Alla tiegħek lill-ilsira tiegħek, ‘Ibnek Salamun isir sultan warajja, u hu joqgħod fuq it-tron tiegħi.’+ 18 U issa, ara, Adonija+ sar sultan, u sidi s-sultan ma jaf b’xejn.+ 19 Hu ssagrifika kwantità kbira taʼ barrin u annimali msemmnin u nagħaġ, u stieden lil ulied is-sultan kollha+ u lil Abjatar+ il-qassis u lil Ġowab+ il-kap taʼ l-armata; imma lil Salamun il-qaddej tiegħek ma stidnux.+ 20 U int sidi s-sultan—għajnejn+ Israel kollu huma fuqek, biex tgħidilhom min se joqgħod fuq it-tron taʼ sidi s-sultan warajh.+ 21 U jiġri li malli sidi s-sultan jimtedd maʼ missirijietu,+ lili kif ukoll lil ibni Salamun iqisuna ħatjin.”
22 U, ara, waqt li kienet għadha qed titkellem mas-sultan, daħal Natan il-profeta.+ 23 Minnufih qalu lis-sultan: “Hawn Natan il-profeta!” Imbagħad daħal għand is-sultan u nxteħet fl-art quddiem is-sultan b’wiċċu maʼ l-art.+ 24 U Natan qal: “Sidi s-sultan, kont int li għedt, ‘Adonija jsir sultan warajja, u hu joqgħod fuq it-tron tiegħi’?+ 25 Għax illum hu niżel jissagrifika+ kwantità kbira taʼ barrin u annimali msemmnin u nagħaġ, u stieden lil ulied is-sultan kollha u lill-kapijiet taʼ l-armata u lil Abjatar il-qassis;+ u hemm qegħdin jieklu u jixorbu quddiemu u jgħidu, ‘Ħa jgħix is-Sultan Adonija!’+ 26 Imma lili, il-qaddej tiegħek, lili u lil Sadok+ il-qassis u lil Benaja+ bin Ġeħojada u lil Salamun il-qaddej tiegħek ma stidinniex.+ 27 Jekk din il-ħaġa ġiet minn sidi s-sultan, mela int m’għarraftx lill-qaddej tiegħek+ min għandu joqgħod fuq it-tron taʼ sidi s-sultan warajh.”
28 U s-Sultan David wieġeb u qal: “Sejħuli lil Bat-seba.”+ U din daħlet għand is-sultan u waqfet quddiem is-sultan. 29 U s-sultan ħalef+ u qal: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova+ li fdieli+ ruħi+ min-niket kollu,+ 30 bħalma ħliftlek b’Ġeħova l-Alla taʼ Israel, meta għedt, ‘Ibnek Salamun isir sultan warajja, u hu joqgħod fuq it-tron tiegħi minfloki!’ hekk nagħmel illum.”+ 31 Imbagħad Bat-seba mielet u nxteħtet wiċċha fl-art+ quddiem is-sultan u qalet: “Ħa jgħix għal dejjem sidi s-Sultan David!”+
32 Minnufih, is-Sultan David qal: “Sejħuli lil Sadok+ il-qassis u lil Natan il-profeta u lil Benaja+ bin Ġeħojada.” U dawn daħlu quddiem is-sultan. 33 U s-sultan qalilhom: “Ħudu magħkom lill-qaddejja+ taʼ sidkom, u rikkbu lil ibni Salamun fuq il-bagħla tiegħi+ u mexxuh u niżżluh sa Giħon.+ 34 U Sadok il-qassis u Natan il-profeta għandhom jidilkuh+ hemmhekk bħala sultan fuq Israel; u intom doqqu l-qarn+ u għidu, ‘Ħa jgħix is-Sultan Salamun!’+ 35 U itilgħu warajh, u hu jidħol u joqgħod fuq it-tron tiegħi; u hu jkun is-sultan minfloki, u lilu ninkarigah biex ikun mexxej fuq Israel u fuq Ġuda.” 36 Fil-pront Benaja bin Ġeħojada wieġeb lis-sultan u qallu: “Amen!+ Ħa jgħid hekk ukoll Ġeħova l-Alla taʼ sidi s-sultan.+ 37 Bħalma Ġeħova kien maʼ sidi s-sultan,+ ħa jkun maʼ Salamun ukoll,+ u ħa jagħmel it-tron tiegħu akbar+ mit-tron taʼ sidi s-Sultan David.”
38 U Sadok+ il-qassis u Natan+ il-profeta u Benaja+ bin Ġeħojada u l-Keretin+ u l-Peletin+ niżlu u rikkbu lil Salamun fuq il-bagħla tas-Sultan David,+ u ħaduh Giħon.+ 39 Imbagħad Sadok il-qassis ħa l-qarn taż-żejt+ mit-tinda+ u dilek+ lil Salamun; u bdew idoqqu l-qarn, u l-poplu kollu nfexx jgħid: “Ħa jgħix is-Sultan Salamun!”+ 40 Wara dan, il-poplu kollu telaʼ warajh, u n-nies kienu qed idoqqu l-flawti+ u jifirħu b’ferħ kbir,+ tant li l-art+ riedet tinqasam bl-istorbju tagħhom.
41 U Adonija u l-mistidnin kollha taʼ miegħu semgħu dan kollu, hekk kif spiċċaw jieklu.+ Malli Ġowab semaʼ l-ħoss tal-qarn, hu mill-ewwel qal: “Xi jfisser dan l-istorbju u l-għagħa li qamet fil-belt?”+ 42 Waqt li kien għadu qed jitkellem, ara, ġie Ġonatan+ bin Abjatar il-qassis. U Adonija qal: “Idħol, għax int raġel qalbieni, u ġġib aħbar tajba.”+ 43 Imma Ġonatan wieġeb u qal lil Adonija: “Le! Sidna s-Sultan David għamel lil Salamun sultan.+ 44 Għalhekk, is-sultan bagħat miegħu lil Sadok il-qassis u lil Natan il-profeta u lil Benaja bin Ġeħojada u lill-Keretin u l-Peletin, u rikkbuh fuq il-bagħla tas-sultan.+ 45 Imbagħad Sadok il-qassis u Natan il-profeta dilkuh bħala sultan+ f’Giħon; wara dan telgħu minn hemm jifirħu, u qamet għagħa fil-belt. Dak kien l-istorbju li smajtu.+ 46 Barra minn hekk, Salamun qagħad fuq it-tron tas-saltna.+ 47 U, ħaġ’oħra, il-qaddejja tas-sultan daħlu għand sidna s-Sultan David biex jixtiqulu l-ġid, u qalulu, ‘Ħa jagħmel Alla tiegħek isem Salamun iktar glorjuż minn ismek, u ħa jagħmel it-tron tiegħu akbar mit-tron tiegħek!’+ Għal dan, is-sultan miel fuq is-sodda.+ 48 U s-sultan qal ukoll, ‘Ikun imbierek+ Ġeħova l-Alla taʼ Israel, li llum għażel wieħed biex joqgħod fuq it-tron tiegħi, u dan qed narah b’għajnejja stess!’”+
49 U l-mistidnin kollha li kienu m’Adonija bdew jitriegħdu u qamu u kull wieħed mar għal triqtu.+ 50 U Adonija beda jibżaʼ minħabba Salamun. Għalhekk, qam u telaq u qabad mal-qrun taʼ l-artal.+ 51 Fl-aħħar, lil Salamun wasallu rapport jgħid: “Adonija qed jibżaʼ mis-Sultan Salamun; u hu qabad mal-qrun taʼ l-artal, u qed jgħid, ‘Qabel xejn ħa jaħlifli s-Sultan Salamun li ma jagħtix il-mewt lill-qaddej tiegħu bis-sejf.’” 52 Għal dan, Salamun qal: “Jekk isir raġel qalbieni, ma taqagħlux xagħra waħda+ fl-art; imma jekk jinstab fih il-ħażen,+ ikollu jmut.”+ 53 U s-Sultan Salamun bagħat għalih u niżżluh mill-artal. Imbagħad daħal u miel quddiem is-Sultan Salamun; u Salamun qallu: “Mur lejn darek.”+
2 U lil David beda joqroblu jum mewtu;+ u lil ibnu Salamun tah dan il-kmand: 2 “Jien sejjer fit-triq li jgħaddu minnha n-nies kollha taʼ l-art,+ u int agħmel il-ħila+ u kun raġel.+ 3 U żomm l-obbligu lejn Ġeħova Alla tiegħek billi timxi fi triqatu,+ billi tħares l-istatuti, il-kmandamenti, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ u t-testimonjanzi* tiegħu, skond dak li hu miktub fil-liġi taʼ Mosè,+ sabiex taġixxi bil-prudenza f’kulma tagħmel u kulfejn iddur; 4 u b’hekk Ġeħova jwettaq il-kelma tiegħu li qal dwari,+ ‘Jekk uliedek+ joqogħdu attenti għal triqithom billi jimxu+ quddiemi bil-verità+ b’qalbhom kollha+ u b’ruħhom kollha, ma jonqosx li jkun hemm raġel minn nislek li joqgħod fuq it-tron taʼ Israel.’+
5 “U int stess taf x’għamilli Ġowab bin Seruja+ b’dak li għamel lil żewġ kapijiet taʼ l-armati taʼ Israel, lil Abner+ bin Ner u lil Għamasa+ bin Ġeter,+ meta qatilhom u ġab id-demm+ tal-gwerra fi żmien il-paċi u ċappas bid-demm tal-gwerra ċ-ċinturin li kien madwar ġenbejh u s-sandli li kien f’saqajh. 6 Aġixxi skond l-għerf li għandek,+ u tħallix xjuħitu tinżel bis-sliem+ fil-Qabar.*+
7 “U għandek turi qalb tajba bl-imħabba maʼ wlied Barżillaj+ il-Gilegħadi, u huma jkunu fost dawk li jieklu mal-mejda tiegħek;+ għax b’dan il-mod resqu+ lejja meta ħrabt minn quddiem ħuk Absalom.+
8 “U miegħek hemm Simgħi+ bin Gera l-Benjamini minn Baħurim,+ u kien hu li seħitni b’saħta li tweġġaʼ+ dakinhar li kont sejjer Maħanajm;+ u kien hu li niżel jiltaqaʼ miegħi ħdejn il-Ġordan,+ u b’hekk jien ħliftlu b’Ġeħova, u għedtlu, ‘Ma nagħtikx il-mewt bis-sejf.’+ 9 U issa tħallihx bla kastig,+ għax int raġel għaref+ u taf tajjeb x’għandek tagħmillu, u trid tniżżillu xjuħitu+ fil-Qabar bid-demm.”+
10 Imbagħad David imtedd maʼ missirijietu+ u ndifen fil-Belt taʼ David.+ 11 U ż-żmien li David dam isaltan fuq Israel kien erbgħin sena.+ F’Ħebron+ saltan sebaʼ snin,+ u f’Ġerusalemm saltan tlieta u tletin sena.+
12 U Salamun qagħad fuq it-tron taʼ David missieru;+ u saltnatu ssaħħet ħafna.+
13 Maż-żmien, Adonija bin Ħaggit ġie għand Bat-seba,+ omm Salamun, u hi qaltlu: “Bil-paċi ġejt?”+ u qalilha: “Bil-paċi.” 14 U kompla jgħid: “Għandi xi ħaġa x’ngħidlek.” Għalhekk, qaltlu: “Tkellem.”+ 15 U hu kompla: “Int taf tajjeb li s-saltna suppost saret tiegħi, u li Israel kollu kien qed jistenna li* jien insir sultan;+ imma s-saltna daret u saret taʼ ħija, għax kien minn Ġeħova li saret tiegħu.+ 16 U issa ħaġa waħda nitlob mingħandek. Iċċaħħadnix minnha.”+ Għaldaqstant qaltlu: “Tkellem.” 17 U qalilha: “Jekk jogħġbok, għid lil Salamun, is-sultan, (għax hu ma jċaħħdekx minnha) biex jagħtini lil Abisag+ is-Sunamija+ bħala marti.” 18 Għal dan, Bat-seba qalet: “Tajjeb! Jien stess inkellimlek lis-sultan.”
19 Għalhekk, Bat-seba daħlet għand is-Sultan Salamun biex tkellmu għal Adonija.+ Is-sultan qam mill-ewwel+ biex jiltaqaʼ magħha u miel quddiemha.+ Imbagħad qagħad fuq it-tron tiegħu u ġab tron għal omm is-sultan, sabiex toqgħod bil-qiegħda fuq lemintu.+ 20 U hi qaltlu: “Hemm ħaġa żgħira li nixtieq mingħandek. Iċċaħħadnix minnha.” Għalhekk, is-sultan qalilha: “Għidli, ommi; mhux se nċaħħdek minnha.” 21 U hi kompliet: “Ħa tingħata Abisag is-Sunamija lil ħuk Adonija bħala martu.” 22 U s-Sultan Salamun wieġeb lil ommu: “U għala qed titlobni lil Abisag is-Sunamija għal Adonija? Itlobni wkoll is-saltna għalih+ (għax hu ħija akbar minni),+ iva, għalih u għal Abjatar+ il-qassis u għal Ġowab+ bin Seruja.”+
23 Għalhekk, is-Sultan Salamun ħalef b’Ġeħova, u qal: “Jalla jagħmilli hekk Alla, u iktar minn hekk,+ jekk ma kienx kontra ruħu stess li Adonija qal din il-ħaġa.+ 24 U issa, daqskemm hu ħaj Ġeħova+ li waqqafni fis-sod+ u qed iżommni fuq it-tron taʼ David missieri+ u li għamilli dar+ bħalma qal,+ illum Adonija jingħata l-mewt.”+ 25 Immedjatament, is-Sultan Salamun bagħat l-ordni permezz taʼ Benaja+ bin Ġeħojada; u dan ħabat għalih u hu miet.+
26 U s-sultan qal lil Abjatar+ il-qassis: “Mur Għanatot+ lejn l-għelieqi tiegħek! Għax int jistħoqqlok il-mewt;+ imma llum ma nagħtikx il-mewt, għax ġarrejt l-arka tal-Mulej Sovran Ġeħova+ quddiem David missieri,+ u għax sofrejt tul iż-żmien kollu li sofra missieri.”+ 27 Għalhekk, Salamun keċċa lil Abjatar milli jaqdi bħala qassis taʼ Ġeħova, biex iwettaq il-kelma li Ġeħova kien tkellem kontra dar Għeli+ f’Silo.+
28 U r-rapport wasal għand Ġowab+—għax Ġowab kien lest li jsegwi lil Adonija,+ għalkemm ma kienx lest li jsegwi lil Absalom+—u Ġowab ħarab lejn it-tinda+ taʼ Ġeħova u beda jżomm sod mal-qrun taʼ l-artal.+ 29 Imbagħad lis-Sultan Salamun qalulu: “Ġowab ħarab lejn it-tinda taʼ Ġeħova, u qiegħed hemmhekk ħdejn l-artal.” Għalhekk, Salamun bagħat lil Benaja bin Ġeħojada u qal: “Mur, aħbat għalih!”+ 30 U Benaja wasal sat-tinda taʼ Ġeħova u qallu: “Hekk qal is-sultan, ‘Oħroġ minn hemm!’” Imma hu qal: “Le! Għax hawn+ immut.” Għalhekk, Benaja wassal ir-risposta lis-sultan, u qallu: “Hekk qal Ġowab, u hekk wiġibni.” 31 Imbagħad is-sultan qallu: “Agħmel kif qal u aħbat għalih; u idfnu u neħħi minn fuqi u minn fuq dar missieri d-demm+ li xerred Ġowab bla ma kien mistħoqq.+ 32 U Ġeħova jġib lura demmu fuq rasu,+ għax hu ħabat għal żewġt irġiel li kienu aħjar u iktar ġusti minnu,+ u qatilhom bis-sejf, meta missieri David ma kien jaf b’xejn,+ jiġifieri, lil Abner+ bin Ner il-kap taʼ l-armata taʼ Israel+ u lil Għamasa+ bin Ġeter il-kap taʼ l-armata taʼ Ġuda.+ 33 U demmhom jiġi lura fuq ras Ġowab u fuq ras nislu u jibqaʼ għal żmien indefinit;*+ imma għal David+ u għal nislu u għal daru u għat-tron tiegħu jkun hemm il-paċi għal żmien indefinit minn Ġeħova.”+ 34 U Benaja bin Ġeħojada telaʼ+ u ħabat għalih u qatlu;+ u difnu f’daru stess fix-xagħri. 35 Wara dan, is-sultan qiegħed lil Benaja+ bin Ġeħojada minfloku fuq l-armata;+ u lil Sadok il-qassis, is-sultan qiegħdu minflok Abjatar.+
36 Fl-aħħar, is-sultan bagħat għal Simgħi+ u qallu: “Ibni dar f’Ġerusalemm, u għix hemmhekk u toħroġx minn hemm biex tmur ’l hemm u ’l hawn. 37 U kun af bla dubju li dakinhar li toħroġ u taqsam il-wied* taʼ Kidron+ int tmut żgur.+ Il-ħtija taʼ demmek tkun fuq rasek stess.”+ 38 Għal dan, Simgħi qal lis-sultan: “Il-kelma hi tajba. Bħalma qal sidi s-sultan hekk jagħmel il-qaddej tiegħek.” U Simgħi baqaʼ jgħix f’Ġerusalemm għal ħafna jiem.
39 U ġara wara tliet snin li tnejn mill-ilsiera+ taʼ Simgħi ħarbu għal għand Akis+ bin Magħka s-sultan taʼ Gat;+ u n-nies ġew jgħidu lil Simgħi, u qalulu: “Ara! L-ilsiera tiegħek qegħdin Gat.” 40 Minnufih, Simgħi qam, xedd sarġ lill-ħmar tiegħu, u mar Gat għand Akis ifittex lill-ilsiera tiegħu; b’hekk Simgħi mar u ġab lill-ilsiera tiegħu minn Gat. 41 Imbagħad lil Salamun qalulu: “Simgħi ħareġ minn Ġerusalemm lejn Gat u issa ġie lura.” 42 Għal dan, is-sultan bagħat isejjaħ+ lil Simgħi u qallu: “Ma ġegħeltekx jien taħlef b’Ġeħova sabiex inwissik,+ billi għedtlek, ‘Kun af bla dubju li dakinhar li toħroġ u tmur ’l hemm u ’l hawn int tmut żgur,’ u m’għedtlix int, ‘Tajba l-kelma li smajt’?+ 43 Allura, għala ma żammejtx il-ħalfa li għamilt quddiem Ġeħova+ u l-kmand li tajtek bl-akbar serjetà?”+ 44 U s-sultan kompla jgħid lil Simgħi: “Int taf bil-ħsara kollha li għamilt lil David missieri,+ u f’qalbek dan tafu tajjeb; u Ġeħova se jġib lura fuq rasek stess il-ħsara li għamilt.+ 45 Imma s-Sultan Salamun ikun imbierek,+ u t-tron taʼ David ikun stabbilit fis-sod quddiem Ġeħova għal dejjem.”*+ 46 Għalhekk, is-sultan ta l-kmand lil Benaja bin Ġeħojada, li mbagħad ħareġ u ħabat għalih u qatlu.+
U s-saltna ssaħħet f’idejn Salamun.+
3 U Salamun tħallat b’rabta taż-żwieġ+ mal-Fargħun is-sultan taʼ l-Eġittu, u ħa lil bint il-Fargħun+ u ġabha fil-Belt taʼ David,+ sakemm spiċċa jibni daru+ u d-dar taʼ Ġeħova+ u l-ħajt taʼ Ġerusalemm dawramejt.+ 2 U n-nies kienu qed joffru sagrifiċċji f’ċerti postijiet għall-qima,*+ għax sa dakinhar kienet għadha ma nbnietx dar għal isem Ġeħova.+ 3 U Salamun baqaʼ jħobb+ lil Ġeħova billi jimxi maʼ l-istatuti taʼ David missieru.+ U hu kien joffri regolarment is-sagrifiċċji u d-duħħan taʼ dawk l-offerti f’postijiet għall-qima.+
4 Għaldaqstant, is-sultan mar Gibegħon+ biex joffri sagrifiċċji hemmhekk, għax dak kien il-post ewlieni għall-qima.+ Elf sagrifiċċju tal-ħruq offra Salamun fuq dak l-artal.+ 5 Waqt li kien Gibegħon, Ġeħova deher+ lil Salamun f’ħolma+ bil-lejl; u Alla qallu: “Itlobni xi tridni nagħtik.”+ 6 Għal dan, Salamun qal: “Int urejt qalb tajba bl-imħabba kbira+ mal-qaddej tiegħek David missieri skond kif mexa quddiemek bil-verità u bis-sewwa+ u b’qalb retta miegħek; u int bqajt turih din il-qalb tajba bl-imħabba tant kbira, u għalhekk tajtu iben biex joqgħod fuq it-tron tiegħu kif inhu llum.+ 7 U issa, Ġeħova Alla tiegħi, int stess għamilt lill-qaddej tiegħek sultan minflok David missieri, u jien m’iniex ħlief naqra taʼ tifel.+ Ma nafx kif noħroġ u kif nidħol.+ 8 U l-qaddej tiegħek qiegħed f’nofs il-poplu tiegħek li int għażilt,+ poplu kotran li ma jistax jingħadd jew jitqies tant kemm hu kotran.+ 9 Għalhekk, agħti lill-qaddej tiegħek qalb ubbidjenti biex jiġġudika+ lill-poplu tiegħek, biex jagħraf bejn it-tajjeb u l-ħażin;+ għax min kapaċi jiġġudika+ lil dan il-poplu tiegħek tant diffiċli?”+
10 U din kienet ħaġa sabiħa f’għajnejn Ġeħova, li Salamun kien talab hekk.+ 11 U Alla kompla jgħidlu: “Talli tlabt din il-ħaġa u ma tlabtx li jkollok għomor twil jew rikkezzi+ jew li nagħtik il-ħajja taʼ l-għedewwa tiegħek, u tlabt li jkollok l-abbiltà li tifhem biex tismaʼ l-każi ġudizzjarji,+ 12 se nagħmel skond kliemek.+ Ara! Se nagħtik qalb għarfa u li tifhem,+ u b’hekk ma jkun eżista ħadd bħalek qablek, u lanqas warajk ma jqum xi ħadd bħalek.+ 13 Barra minn hekk, tul jiemek kollha nagħtik dak li ma tlabtx,+ kemm rikkezzi+ u kemm glorja, u b’hekk jiġri li fost is-slaten qatt ma jkun eżista wieħed bħalek.+ 14 U jekk timxi fi triqati billi żżomm mar-regolamenti+ u l-kmandamenti tiegħi, bħalma mexa David missierek,+ jien intawwallek jiemek ukoll.”+
15 Meta Salamun qam,+ hu ntebaħ li kellu ħolma. Imbagħad mar Ġerusalemm u waqaf quddiem l-arka+ tal-patt taʼ Ġeħova u offra sagrifiċċji tal-ħruq u offerti taʼ sħubija*+ u għamel ikla+ għall-qaddejja tiegħu kollha.+
16 Dak iż-żmien daħlu għand is-sultan żewġ nisa, prostituti,+ u waqfu quddiemu.+ 17 Imbagħad waħda minnhom qalet: “Skużani, sidi,+ jien u din il-mara ngħixu f’dar waħda, u jien kelli tarbija ħdejha fid-dar. 18 U ġara li fit-tielet jum li kelli t-tarbija, din il-mara wkoll kellha tarbija. U konna flimkien. Ma kien hemm ħadd stranġier magħna fid-dar, ħadd ħliefna t-tnejn fid-dar kollha. 19 Iktar tard it-tifel taʼ din il-mara miet bil-lejl, għax hi mteddet fuqu. 20 Għalhekk, f’nofs taʼ lejl hi qamet u ħadet lil ibni minn ħdejja waqt li l-ilsira tiegħek kienet rieqda u medditu fi ħdanha, u lil binha l-mejjet medditu fi ħdani. 21 Meta qomt fil-għodu biex irredda’+ lil ibni, hu kien mejjet. Għalhekk, flejtu sew, u rajt li dan ma kienx ibni li kont ulidt.” 22 Iżda l-mara l-oħra qalet: “Le, imma ibni hu l-ħaj u ibnek hu l-mejjet!” Sadanittant, il-mara kienet qed tgħid: “Le, imma ibnek hu l-mejjet u ibni hu l-ħaj.” U baqgħu sejrin hekk quddiem is-sultan.+
23 Fl-aħħar, is-sultan qal: “Din qed tgħid, ‘Dan hu ibni, il-ħaj, u ibnek hu l-mejjet!’ u l-oħra qed tgħid, ‘Le, imma ibnek hu l-mejjet u ibni hu l-ħaj!’” 24 U s-sultan kompla jgħid:+ “Irġiel, ġibuli sejf.” Għaldaqstant ġabu sejf quddiem is-sultan. 25 U qal is-sultan: “Aqsmu t-tifel il-ħaj fi tnejn u agħtu nofs lil waħda u nofs lill-oħra.” 26 Minnufih, il-mara li binha kien il-ħaj qalet lis-sultan (għax l-emozzjonijiet ġewwinin tagħha+ tqanqlu għal binha,+ u għalhekk qalet): “Skużani,+ sidi! Agħtuha t-tifel il-ħaj. Bl-ebda mod m’għandkom toqtluh.” Sadanittant, il-mara l-oħra bdiet tgħid: “La jkun tiegħi u lanqas tiegħek. Aqsmuh!”+ 27 Għal dan, is-sultan wieġeb u qal: “Agħtuha t-tifel il-ħaj, u bl-ebda mod m’għandkom toqtluh. Hi ommu.”
28 U Israel kollu semaʼ bid-deċiżjoni ġudizzjarja+ li ħa s-sultan; u mtlew bil-biżaʼ minħabba s-sultan,+ għax raw li l-għerf+ t’Alla kien fih biex iwettaq il-ġustizzja.
4 U s-Sultan Salamun kompla jsaltan fuq Israel kollu.+ 2 U dawn huma l-prinċpijiet+ li kellu: Għażarija bin Sadok,+ il-qassis; 3 Eliħoref u Aħija, ulied Sisa, is-segretarji;+ Ġeħosafat+ bin Aħilud, ir-reġistratur; 4 u Benaja+ bin Ġeħojada kien fuq l-armata,+ u Sadok u Abjatar+ kienu qassisin; 5 u Għażarija bin Natan+ kien fuq id-deputati, u Żabud bin Natan kien qassis, il-ħabib+ tas-sultan; 6 u Aħisar kien fuq id-dar, u Adoniram+ bin Għabda, fuq dawk miktubin għal xogħol forzat.+
7 U Salamun kellu tnax-il deputat fuq Israel kollu, u dawn ipprovdew l-ikel lis-sultan u lil taʼ daru. Lil kull wieħed minnhom kien imissu d-dmir li jipprovdi l-ikel xahar fis-sena.+ 8 U dawn kienu l-ismijiet tagħhom: Bin Ħur, fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm;+ 9 bin Deker, f’Makas u f’Sagħlbim+ u Bet-xemex+ u Elon-bet-ħanan; 10 bin Ħesed, f’Arubbot (dan kellu Sokoh u l-art kollha taʼ Ħefer);+ 11 bin Abinadab, l-għoljiet kollha taʼ Dor+ (Tafat, bint Salamun, saret martu); 12 Bagħna bin Aħilud, f’Tagħnak+ u Megiddo+ u Bet-segħan kollu,+ li jinsab ħdejn Saretan+ taħt Ġeżragħel,+ minn Bet-segħan s’Abel-meħola+ sar-reġjun tal-Ġokmegħam;+ 13 bin Geber, f’Ramot-gilegħad+ (hu kellu l-irħula tat-tined taʼ Ġajir+ bin Manasse, f’Gilegħad;+ u kellu r-reġjun taʼ l-Argob,+ fil-Basan:+ sittin belt kbira bis-swar u l-istaneg tar-ram aħmar); 14 Aħinadab bin Iddo, f’Maħanajm;+ 15 Aħimgħas, f’Naftali+ (dan ukoll ħa lil bint Salamun, Basemat, bħala martu);+ 16 Bagħna bin Ħusaj, f’Aser+ u Begħalot; 17 Ġeħosafat bin Paruħa, f’Issakar;+ 18 Simgħi+ bin Ela, f’Benjamin;+ 19 Geber bin Uri, fl-art taʼ Gilegħad,+ l-art taʼ Siħon+ is-sultan taʼ l-Amurrin,+ u t’Għog+ is-sultan tal-Basan,+ u kien hemm deputat wieħed fuq id-deputati l-oħrajn kollha tal-pajjiż.
20 Ġuda u Israel kienu ħafna, bħar-ramel taʼ ħdejn il-baħar daqskemm kienu kotrana,+ u kienu jieklu u jixorbu u jifirħu.+
21 U Salamun ħakem fuq is-saltniet kollha mix-Xmara*+ sa l-art tal-Filistin u sal-fruntiera taʼ l-Eġittu. Dawn kienu jġibu r-rigali u jaqdu lil Salamun il-jiem kollha taʼ ħajtu.+
22 U b’mod regulari l-ikel taʼ kuljum għal Salamun kien tletin kor+ dqiq fin u sittin kor dqiq, 23 għaxar baqriet smien u għoxrin baqra tal-mergħa u mitt nagħġa, minbarra xi ċriev+ u għażżiel*+ u ċerti ċriev żgħar u daqquq imsemmen. 24 Għax hu kellu sottomess lejh kulma kien hemm fuq din in-naħa tax-Xmara,+ minn Tifsa sa Gaża,+ u wkoll is-slaten kollha fuq din in-naħa tax-Xmara;+ u kellu l-paċi+ fir-reġjuni tiegħu kollha, kullimkien. 25 U Ġuda+ u Israel baqgħu jgħammru fis-sigurtà,+ kulħadd taħt id-dielja tiegħu u taħt it-tina tiegħu,+ minn Dan sa Bir-xeba,+ il-jiem kollha taʼ Salamun.
26 U Salamun kellu erbgħin elf stalla għaż-żwiemel+ tal-karrijiet tiegħu+ u tnax-il elf rikkieb.
27 U dawn id-deputati+ pprovdew l-ikel lis-Sultan Salamun u lil kulmin kien jersaq mal-mejda tas-Sultan Salamun, kull wieħed fix-xahar tiegħu. Huma kienu jaraw li ma jkun hemm xejn nieqes. 28 U kienu jġibu x-xgħir u t-tiben għaż-żwiemel u għall-gruppi taż-żwiemel+ kulfejn kien hemm bżonn, kull wieħed skond fejn kien jiġi mqabbad.+
29 U Alla baqaʼ jagħti lil Salamun ħafna għerf+ u abbiltà li jifhem+ u qalb+ mimlija dehen, bħar-ramel f’xatt il-baħar.+ 30 U l-għerf taʼ Salamun kien iktar vast+ mill-għerf tan-nies kollha taʼ l-Orjent+ u mill-għerf kollu taʼ l-Eġittu.+ 31 U kien iktar għaref minn kwalunkwe bniedem ieħor, minn Etan+ l-Eżraħi u Ħeman+ u Kalkol+ u Darda wlied Maħol; u l-fama tiegħu laħqet il-ġnus kollha taʼ madwar.+ 32 U kien jaf jitkellem tlett elef proverbju,+ u l-għanjiet tiegħu+ kienu elf u ħamsa. 33 U kien jitkellem dwar is-siġar, miċ-ċedru tal-Libanu+ saż-żuf+ li jikber fil-ħajt; u kien jitkellem dwar il-bhejjem+ u t-tjur+ u l-ħlejjaq li jitħarrku+ u l-ħut.+ 34 U kienu jiġu mill-popli kollha biex jisimgħu l-għerf taʼ Salamun,+ u anki mis-slaten kollha taʼ l-art li semgħu b’għerfu.+
5 U Ħiram+ is-sultan taʼ Tir+ bagħat lill-qaddejja tiegħu+ għand Salamun, għax kien semaʼ li kienu dilku lilu sultan minflok missieru; għax Ħiram dejjem ħabbu lil David.+ 2 Min-naħa tiegħu, Salamun bagħat jgħid lil Ħiram:+ 3 “Int taf tajjeb li David missieri ma setax jibni dar għal isem Ġeħova Alla tiegħu minħabba l-gwerer+ li dawruh bihom l-għedewwa, sakemm Ġeħova qegħedhom taħt qiegħ saqajh. 4 U issa Ġeħova Alla tiegħi tani l-mistrieħ minn kullimkien.+ M’hemm ħadd jopponini, u m’hu qed jiġri xejn ħażin.+ 5 U qed naħseb li nibni dar għal isem Ġeħova Alla tiegħi,+ bħalma Ġeħova wiegħed lil David missieri meta qallu, ‘Ibnek li jien se nqiegħed fuq it-tron tiegħek minflokok, hu jkun il-wieħed li jibni d-dar għal ismi.’+ 6 U issa ordna li jaqtgħuli ċedri mil-Libanu;+ u l-qaddejja tiegħi jkunu mal-qaddejja tiegħek, u l-pagi tal-qaddejja tiegħek nagħtihomlok skond kulma tgħidli, għax int taf tajjeb li fostna m’hemm ħadd li jaf jaqtaʼ s-siġar bħas-Sidonin.”+
7 U ġara li malli Ħiram+ semaʼ kliem Salamun, beda jifraħ ferm, u qal: “Ikun imbierek+ Ġeħova llum talli ta lil David iben għaref+ fuq dan il-poplu kotran!”+ 8 Għaldaqstant, Ħiram bagħat jgħid lil Salamun: “Smajt x’bgħatt tgħidli. Jien se nagħmel kulma jogħġbok rigward l-injam tas-siġar taċ-ċedru u l-injam tas-siġar tal-ġnibru.+ 9 Il-qaddejja tiegħi stess iniżżluhom mil-Libanu+ sal-baħar; u jien, min-naħa tiegħi, nagħmilhom f’ċattri taʼ l-injam biex imorru bil-baħar eżatt safejn tavżani int;+ u jien nara li jinqasmu hemmhekk, u mbagħad int ġorrhom; u int, min-naħa tiegħek, tagħmilli pjaċir jekk tipprovdi l-ikel għal taʼ dari.”+
10 Għalhekk, Ħiram ta l-injam tas-siġar taċ-ċedru u l-injam tas-siġar tal-ġnibru lil Salamun skond kemm għoġbu. 11 U Salamun ta lil Ħiram għoxrin elf kor+ qamħ bħala provvisti taʼ l-ikel għal taʼ daru u għoxrin kor żejt minn żebbuġ misħuq.+ Hekk baqaʼ jagħtih Salamun lil Ħiram sena wara l-oħra.+ 12 U Ġeħova, min-naħa tiegħu, ta l-għerf lil Salamun bħalma kien wiegħdu;+ u kien hemm il-paċi bejn Ħiram u Salamun, u t-tnejn li huma għamlu patt.
13 U s-Sultan Salamun baqaʼ jġib lil dawk miktubin għal xogħol forzat minn Israel kollu; u dawk miktubin għal xogħol forzat+ kienu tletin elf raġel. 14 U kien jibgħathom il-Libanu fi gruppi t’għaxart elef kull xahar. Kienu jagħmlu xahar il-Libanu, u xahrejn id-dar;+ u Adoniram+ kien fuq dawk miktubin+ għal xogħol forzat.+ 15 U Salamun kellu+ sebgħin elf raġel li jġorru t-tagħbija+ u tmenin elf li jaqtgħu l-ġebel+ mill-muntanja,+ 16 minbarra d-deputati+ li Salamun kellu biex jieħdu ħsieb ix-xogħol: tlett elef u tliet mitt mgħallem+ fuq in-nies li kienu attivi fix-xogħol. 17 Għalhekk, is-sultan ordna li jaqtgħu ġebel kbir, ġebel jiswa ħafna flus,+ biex jitqiegħed il-pedament+ tad-dar b’ġebel minġur.+ 18 U l-bennejja taʼ Salamun u l-bennejja taʼ Ħiram u l-Gebalin+ qatgħu l-ġebel, u ppreparaw l-injam u l-ġebel biex jibnu d-dar.
6 U ġara fis-sena erbaʼ mija u tmenin wara li wlied Israel ħarġu mill-art taʼ l-Eġittu,+ fir-rabaʼ sena,+ fix-xahar taʼ Żiw,+ jiġifieri, it-tieni xahar,+ wara li Salamun sar sultan fuq Israel, illi hu beda jibni d-dar taʼ Ġeħova.+ 2 U d-dar li s-Sultan Salamun bena+ lil Ġeħova kienet twila sittin kubitu,+ wiesgħa għoxrin, u għolja tletin kubitu.+ 3 U l-loġġa+ quddiem it-tempju tad-dar kienet twila għoxrin kubitu, quddiem il-wisaʼ tad-dar. Il-fond tagħha kien għaxar kubiti, quddiem id-dar.
4 U għad-dar għamel twieqi b’fetħa li tidjieq.+ 5 Iżjed minn hekk, mal-ħajt tad-dar tellaʼ bini fil-ġenb dawramejt, mal-ħitan tad-dar madwar it-tempju u l-kamra taʼ ġewwanett,+ u għamel kmamar fil-ġnub+ dawramejt. 6 Il-kamra tal-ġenb fil-pjan t’isfelnett kienet wiesgħa ħames kubiti, u dik fil-pjan tan-nofs kienet wiesgħa sitt kubiti, u tat-tielet pjan kienet wiesgħa sebaʼ kubiti; għax il-ħitan taʼ barra tad-dar għamilhom imtarrġin+ mad-dawra kollha, sabiex il-ħitan tad-dar ma jiġux minfudin.+
7 U hi u tinbena, id-dar kienet qed tinbena bil-ġebel tal-barriera+ diġà lest; u ma kinux jinstemgħu mrietel u mnanar u għodod tal-ħadid fid-dar+ waqt li kienet qed tinbena. 8 Id-daħla+ għall-kamra tal-ġenb t’isfelnett kienet fuq in-naħa tal-lemin tad-dar, u b’garigor kienu jitilgħu għal tan-nofs, u minn tan-nofs għat-tielet waħda. 9 U kompla jibni d-dar sabiex ilestiha,+ u minn ġewwa d-dar ksieha bit-travi u b’ringieli taʼ l-injam taċ-ċedru.+ 10 Iktar minn hekk, il-kmamar tal-ġenb+ li kienu mal-ħitan tad-dar kollha bniehom għoljin ħames kubiti, u dawn kienu jżommu mad-dar bi travi+ taċ-ċedru.
11 Sadanittant, il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Salamun,+ tgħid:+ 12 “Rigward din id-dar li qed tibni, jekk timxi maʼ l-istatuti tiegħi+ u twettaq id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi+ u tħares il-kmandamenti kollha tiegħi billi timxi magħhom,+ jien ukoll inwettaq miegħek il-kelma tiegħi li għedt lil David missierek;+ 13 u ngħammar f’nofs ulied Israel,+ u ma nitlaqx lill-poplu tiegħi Israel.”+
14 U Salamun kompla jibni d-dar sabiex ilestiha.+ 15 U bena l-ħitan tad-dar fuq ġewwa bi twavel taċ-ċedru. Mill-art tad-dar sat-travi tas-saqaf ksieh bl-injam fuq ġewwa; u kesa l-art tad-dar bi twavel tal-ġnibru.+ 16 Iżjed minn hekk, bena parti t’għoxrin kubitu fuq in-naħa taʼ wara tad-dar bi twavel taċ-ċedru, mill-art sat-travi, u fid-dar bena l-kamra taʼ ġewwanett,+ l-Iktar Qaddis.+ 17 U d-dar kienet erbgħin kubitu, jiġifieri, it-tempju+ fuq quddiem.+ 18 U l-injam taċ-ċedru fid-dar fuq ġewwa kien minqux b’ornamenti għamla taʼ qargħa*+ u girlandi tal-ward.+ Kullimkien kien injam taċ-ċedru; il-ġebla ma kinitx tidher.
19 U ħejja l-kamra taʼ ġewwanett+ fid-dar, biex hemmhekk iqiegħed l-arka+ tal-patt+ taʼ Ġeħova. 20 U l-kamra taʼ ġewwanett kienet twila għoxrin kubitu, wiesgħa għoxrin kubitu,+ u għolja għoxrin kubitu; u ksieha bid-deheb pur,+ u kesa l-artal+ bl-injam taċ-ċedru. 21 U Salamun kesa+ d-dar minn ġewwa bid-deheb pur,+ u għamel xogħol taʼ ktajjen+ tad-deheb għaddej quddiem il-kamra taʼ ġewwanett,+ u din ksieha bid-deheb. 22 U d-dar kollha kemm hi ksieha bid-deheb,+ sakemm id-dar kollha kienet lesta; u l-artal+ li kien lejn il-kamra taʼ ġewwanett ksieh kollu bid-deheb.+
23 Iżjed minn hekk, fil-kamra taʼ ġewwanett għamel żewġ kerubini+ mill-injam tas-siġra żejtnija, kull wieħed għoli għaxar kubiti.+ 24 U ġewnaħ wieħed tal-kerubin kien ħames kubiti, u l-ġewnaħ l-ieħor tal-kerubin kien ħames kubiti. Għaxar kubiti kien hemm mit-tarf taʼ ġewnaħ wieħed sat-tarf tal-ġewnaħ l-ieħor tiegħu.+ 25 U t-tieni kerubin kien għaxar kubiti. Iż-żewġ kerubini kienu taʼ l-istess qjies u taʼ l-istess għamla. 26 L-għoli taʼ kerubin wieħed kien għaxar kubiti, u daqshekk ukoll kien l-għoli tal-kerubin l-ieħor. 27 Imbagħad poġġa l-kerubini fid-dar taʼ ġewwa, u ġwinħajn il-kerubini kienu mifruxin.+ B’hekk, il-ġewnaħ taʼ wieħed kien jilħaq il-ħajt u l-ġewnaħ tal-kerubin l-ieħor kien jilħaq il-ħajt l-ieħor; u ġwinħajhom kienu lejn nofs id-dar, imissu ġewnaħ maʼ ġewnaħ.+ 28 Iktar minn hekk, hu kesa l-kerubini bid-deheb.+
29 U l-ħitan kollha tad-dar dawramejt naqqaxhom b’tinqix taʼ kerubini+ u taʼ siġar tal-palm+ u taʼ ward,+ kemm il-kamra taʼ ġewwa u kemm taʼ barra; 30 u l-art+ tad-dar ksieha bid-deheb, kemm il-kamra taʼ ġewwa u kemm taʼ barra. 31 U d-daħla għall-kamra taʼ ġewwanett għamlilha bibien+ mill-injam tas-siġra żejtnija:+ pilastri tal-ġnub, koxox tal-bibien u parti minn ħamsa. 32 U ż-żewġ bibien kienu mill-injam tas-siġra żejtnija, u naqqax fuqhom kerubini u siġar tal-palm u ward, u ksiehom bid-deheb; u xerred id-deheb fuq il-kerubini u s-siġar tal-palm minquxin. 33 U l-koxox kwadri tal-bieb taʼ l-injam tas-siġra żejtnija għad-daħla tat-tempju għamilhom bl-istess mod. 34 U ż-żewġ bibien kienu taʼ l-injam tal-ġnibru.+ Bieb minnhom kellu żewġ bibien jintlewew fi tnejn billi jduru fuq il-pernijiet, u l-bieb l-ieħor ukoll kellu żewġ bibien jintlewew fi tnejn billi jduru fuq il-pernijiet.+ 35 U naqqax kerubini u siġar tal-palm u ward, u dawn ir-rappreżentazzjonijiet ksiehom bil-folji tad-deheb.+
36 U bena l-ħajt tal-bitħa taʼ ġewwa+ bi tliet filati+ ġebel minġur u filata travi taċ-ċedru.
37 Fir-rabaʼ sena d-dar taʼ Ġeħova kellha l-pedament+ imqiegħed, fix-xahar qamri taʼ Żiw;+ 38 u fis-sena ħdax, fix-xahar qamri taʼ Bul, jiġifieri, fit-tmien xahar, id-dar tlestiet+ bid-dettalji kollha tagħha u skond il-pjanta kollha tagħha;+ u għalhekk dam jibniha sebaʼ snin.
7 U Salamun dam jibni daru tlettax-il sena,+ u hekk lesta daru minn kollox.+
2 U bena d-Dar tal-Foresta tal-Libanu+ b’tul taʼ mitt kubitu, wisaʼ taʼ ħamsin kubitu, u għoli taʼ tletin kubitu, fuq erbaʼ ringieli kolonni taʼ l-injam taċ-ċedru; u fuq il-kolonni kien hemm travi+ taċ-ċedru. 3 U l-parti taʼ fuq tad-dar kienet miksija bl-injam taċ-ċedru+ u kienet tistrieħ fuq it-travi li kienu fuq il-ħamsa u erbgħin kolonna. Kien hemm ħmistax f’ringiela. 4 U kellha tliet ringieli twieqi bil-gwarniċ, fetħa għad-dawl+ faċċata taʼ fetħa oħra għad-dawl fi tliet saffi. 5 U d-daħliet kollha u l-koxox tal-bibien kellhom gwarniċ kwadru,+ kif kellha wkoll in-naħa taʼ quddiem taʼ fetħa għad-dawl faċċata taʼ fetħa għad-dawl fi tliet saffi.
6 U l-Loġġa tal-Kolonni għamilha twila ħamsin kubitu u wiesgħa tletin kubitu; u quddiemhom kien hemm loġġa oħra bil-kolonni u msaqqfa.
7 U għamel il-loġġa tal-ġudizzju fejn kien jiġġudika,+ il-Loġġa tat-Tron;+ u ksewha bl-injam taċ-ċedru mill-art sat-travi tas-saqaf.+
8 U d-dar tiegħu fejn kellu jgħammar, fil-bitħa l-oħra,+ kienet lil hinn mid-dar tal-Loġġa. Kienet maħduma bħalha. U Salamun bena dar bħal din il-Loġġa għal bint il-Fargħun,+ li hu kien ħadha b’martu.
9 Dawn kollha kienu minn ġebel jiswa ħafna flus+ maqtugħ skond il-qisien, minġur, u maqtugħ bis-serrieq tal-ġebel, minn ġewwa u minn barra, u mill-pedament sal-gwarniċun, u minn barra sal-bitħa l-kbira.+ 10 U l-ġebel jiswa ħafna flus imqiegħed bħala pedament kien ġebel kbir, ġebel t’għaxar kubiti u ġebel taʼ tmien kubiti. 11 U fuqu kien hemm ġebel jiswa ħafna flus maqtugħ skond il-qisien, minġur, u wkoll injam taċ-ċedru. 12 U l-bitħa l-kbira kellha ħajt dawramejt bi tliet filati+ ġebel minġur u filata travi taċ-ċedru; u hekk ukoll kienu l-bitħa taʼ ġewwa+ tad-dar+ taʼ Ġeħova, u l-loġġa+ tad-dar.
13 U s-Sultan Salamun bagħat għal Ħiram+ biex jiġi minn Tir. 14 Dan kien bin armla mit-tribù taʼ Naftali, u missieru kien raġel minn Tir,+ ħaddiem fir-ram aħmar.+ Kien mimli għerf dwar kull xorta taʼ xogħol fir-ram aħmar u kien jifhem fih+ u jaf ħafna dwaru. Għaldaqstant, hu ġie għand is-Sultan Salamun u beda jagħmel ix-xogħol kollu li kellu.
15 U fforma ż-żewġ kolonni mir-ram aħmar imdewweb,+ kull kolonna twila tmintax-il kubitu, u l-qjies tad-dawra taʼ kull waħda miż-żewġ kolonni kien taʼ tnax-il kubitu.*+ 16 U għamel żewġ kaptelli għal fuq il-kolonni, magħmulin minn ram aħmar imdewweb.+ L-għoli taʼ kaptell minnhom kien ħames kubiti, u l-għoli tal-kaptell l-ieħor kien ħames kubiti. 17 Kien hemm xbieki, u ktajjen immaljati bħala ornamenti,+ għall-kaptelli li kienu fuq il-kolonni;+ sebgħa għal kaptell minnhom, u sebgħa għall-kaptell l-ieħor. 18 U għamel żewġ ringieli rummien dawramejt fuq kull parti maħduma xibka biex jiksi l-kaptelli li kienu fuq il-kolonni; u l-istess għamel għall-kaptell l-ieħor.+ 19 U l-kaptelli li kienu fuq il-kolonni ħdejn il-loġġa kellhom għamla taʼ ġilju+ għoli erbaʼ kubiti. 20 U l-kaptelli kienu fuq iż-żewġ kolonni u eżatt fuq iż-żaqq li kienet imdawra bil-parti maħduma xibka; u kien hemm mitejn rummiena+ f’ringieli dawramejt maʼ kull kaptell.
21 U waqqaf il-kolonni+ tal-loġġa+ tat-tempju. Waqqaf il-kolonna tal-lemin u sejħilha Ġakin,* u mbagħad waqqaf il-kolonna tax-xellug u sejħilha Bogħaż.* 22 U fuq ras il-kolonni kien hemm għamla taʼ ġilju. U bil-mod il-mod ix-xogħol tal-kolonni tlesta.
23 U għamel il-baħar* minn metall imdewweb+ għaxar kubiti minn xifer sa xifer, u kien tond; u l-għoli tiegħu kien ħames kubiti, u kien jeħtieġ ħabel taʼ tletin kubitu biex idur miegħu dawramejt.+ 24 U kien hemm ornamenti+ għamla taʼ qargħa*+ taħt ix-xifer tiegħu dawramejt, għaxra f’kubitu wieħed, madwar il-baħar kollu,+ b’żewġ ringieli t’ornamenti għamla taʼ qargħa mdewbin miegħu fl-istess forma. 25 Kien wieqaf fuq tnax-il barri,+ tlieta jħarsu lejn it-tramuntana, tlieta jħarsu lejn il-punent, tlieta jħarsu lejn in-nofsinhar, u tlieta jħarsu lejn il-lvant; u l-baħar kien fuqhom, u l-warrani tagħhom kien lejn in-nofs.+ 26 U l-ħxuna tiegħu kienet wisaʼ taʼ id;+ u x-xifer tiegħu kien maħdum bħax-xifer taʼ kies, bħal warda tal-ġilju.+ U kien ikun fih+ elfejn bat+ ilma.
27 U mbagħad għamel għaxar karrijiet+ tar-ram aħmar, kull karru twil erbaʼ kubiti, wiesaʼ erbaʼ kubiti, u għoli tliet kubiti. 28 U l-karrijiet kienu maħdumin hekk: kellhom panewijiet fil-ġnub, u l-panewijiet tal-ġnub kienu bejn it-traversi. 29 U fuq il-panewijiet tal-ġnub li kienu bejn it-traversi kien hemm iljuni,+ barrin,+ u kerubini,+ kif ukoll fuq it-traversi. Fuq u taħt l-iljuni u l-barrin kien hemm girlandi+ mdendlin. 30 U kull karru kellu erbaʼ roti tar-ram aħmar, b’fusien tar-ram aħmar; u l-erbaʼ partijiet tal-kantunieri kienu jservu taʼ riffidiet għalihom. Ir-riffidiet, li kienu fformati bil-girlandi għaddejjin minn riffieda għal oħra, kienu taħt il-vaska. 31 U l-qjies tal-fetħa tagħha, minn ġewwanett sar-riffidiet u ’l fuq, kien taʼ [?] kubiti;* u l-fetħa tal-karru kienet tonda, f’għamla taʼ pedestall għoli kubitu u nofs, u fuq il-fetħa tiegħu kien hemm affarijiet minquxin. U l-panewijiet tal-ġnub kienu kwadri, mhux tondi. 32 U l-erbaʼ roti kienu taħt il-panewijiet tal-ġnub, u r-roti kellhom riffidiet li kienu taħt il-ġnub tal-karru; u kull rota kienet għolja kubitu u nofs. 33 U r-roti kienu maħdumin bħar-roti taʼ mirkeb.+ Ir-riffidiet tagħhom u ċ-ċrieki tagħhom u l-imgħażel tagħhom u l-buttun tagħhom kienu kollha magħmulin mill-metall imdewweb. 34 U kien hemm erbaʼ riffidiet maʼ l-erbaʼ kantunieri taʼ kull karru; ir-riffidiet kienu biċċa waħda mal-karru. 35 U fin-naħa taʼ fuq tal-karru kien hemm pedestall għoli kubitu u nofs, bid-dawra tonda; u l-ġnub u l-panewijiet tal-ġnub fin-naħa taʼ fuq tal-karru kienu biċċa waħda miegħu. 36 Iżjed minn hekk, hu naqqax+ fuq il-pjanċi taʼ ġnubu u fuq il-panewijiet tiegħu tal-ġnub kerubini, iljuni u siġar tal-palm skond l-ispazju tagħhom, u girlandi dawramejt.+ 37 Hekk għamilhom l-għaxar karrijiet;+ kollha fformati bl-istess mod,+ bl-istess qjies, bl-istess għamla.
38 U għamel għaxar vaski+ tar-ram aħmar. Kull vaska kienet tesaʼ erbgħin bat. Kull vaska kienet erbaʼ kubiti. Kien hemm vaska waħda fuq kull wieħed mill-għaxar karrijiet. 39 Imbagħad qiegħed ħames karrijiet fuq in-naħa tal-lemin tad-dar, u ħamsa fuq ix-xellug tad-dar;+ u l-baħar qiegħdu fuq in-naħa tal-lemin tad-dar fil-lvant, lejn in-nofsinhar.+
40 U Ħiram+ għamel il-vaski+ u l-pali+ u l-iskutelli.+ U fl-aħħar Ħiram temm+ ix-xogħol kollu li għamel lis-Sultan Salamun għad-dar taʼ Ġeħova: 41 Iż-żewġ kolonni+ u l-kaptelli forma taʼ skutelli+ li kienu fuq iż-żewġ kolonni, u ż-żewġ partijiet maħdumin xibka+ biex jiksu ż-żewġ kaptelli tondi taʼ fuq il-kolonni, 42 u l-erbaʼ mitt rummiena+ għaż-żewġ partijiet maħdumin xibka, żewġ ringieli rummien fuq kull parti maħduma xibka, biex jiksu ż-żewġ kaptelli forma taʼ skutelli li kienu fuq iż-żewġ kolonni; 43 u l-għaxar karrijiet+ u l-għaxar vaski+ fuq il-karrijiet, 44 u l-baħar+ u t-tnax-il barri taħt il-baħar;+ 45 u r-reċipjenti għall-irmied u l-pali u l-iskutelli u l-għodod kollha,+ li Ħiram għamel mir-ram aħmar illostrat lis-Sultan Salamun għad-dar taʼ Ġeħova. 46 Kien fid-Distrett tal-Ġordan,+ bejn Sukkot+ u Saretan,+ li s-sultan għamilhom minn metall imdewweb f’forom tat-tafal.
47 U Salamun ma wiżen l-ebda għodda+ għax il-kwantità tagħhom kienet kbira b’mod straordinarju.+ Il-piż tar-ram aħmar baqaʼ mhux magħruf.+ 48 U l-għodod kollha li kellhom x’jaqsmu mad-dar taʼ Ġeħova, l-artal+ tad-deheb u l-mejda+ li fuqha kien hemm il-ħobż tal-preżenza, Salamun għamilhom tad-deheb, 49 u l-gandlieri,+ ħamsa fuq il-lemin u ħamsa fuq ix-xellug quddiem il-kamra taʼ ġewwanett, tad-deheb pur,+ u l-ward+ u l-imsiebaħ+ u l-imqassijiet li jżommu l-ftila,+ kollha tad-deheb, 50 u l-bwieqi u l-imqassijiet li jitfu l-ftila+ u l-iskutelli+ u l-kwies+ u r-reċipjenti għall-ġamar,+ kollha tad-deheb pur, u l-bażijiet taʼ fuq u t’isfel għall-pernijiet tal-bibien+ tad-dar taʼ ġewwa, jiġifieri, taʼ l-Iktar Qaddis, u għall-bibien+ tad-dar tat-tempju,+ kollha tad-deheb.
51 Fl-aħħar, ix-xogħol kollu li kellu jagħmel is-Sultan Salamun fejn tidħol id-dar taʼ Ġeħova tlesta;+ u Salamun beda jdaħħal l-affarijiet li tqaddsu minn David missieru;+ il-fidda u d-deheb u l-oġġetti poġġiehom fit-teżori tad-dar taʼ Ġeħova.+
8 Dak iż-żmien Salamun+ laqqaʼ+ lix-xjuħ+ taʼ Israel, il-kapijiet kollha tat-tribujiet,+ il-kapijiet ewlenin tal-missirijiet,+ taʼ wlied Israel, mas-Sultan Salamun f’Ġerusalemm, biex itellaʼ l-arka tal-patt+ taʼ Ġeħova mill-Belt taʼ David,+ jiġifieri, Sijon.+ 2 Għalhekk, l-irġiel kollha taʼ Israel iltaqgħu għand is-Sultan Salamun fix-xahar qamri t’Etanim fil-festa,+ jiġifieri, fis-sebaʼ xahar.+ 3 Ġew ix-xjuħ kollha taʼ Israel, u l-qassisin bdew iġorru+ l-Arka.+ 4 U tellgħu l-arka taʼ Ġeħova u t-tinda+ tal-laqgħa+ u l-għodod imqaddsin kollha li kien hemm fit-tinda; il-qassisin u l-Leviti+ tellgħuhom.+ 5 U s-Sultan Salamun u miegħu l-ġemgħa kollha taʼ Israel, dawk li żammew l-appuntament miegħu, kienu quddiem l-Arka, joffru sagrifiċċji+ taʼ nagħaġ u baqar li ma setgħux jitqiesu jew jingħaddu daqskemm kienu kotrana.+
6 Imbagħad il-qassisin daħħlu l-arka+ tal-patt taʼ Ġeħova f’postha,+ fil-kamra taʼ ġewwanett tad-dar, l-Iktar Qaddis, taħt ġwinħajn il-kerubini.+
7 Għax il-kerubini kellhom ġwinħajhom mifruxin fuq il-post fejn kienet l-Arka, u b’hekk il-kerubini żammew l-Arka u l-lasti tagħha mgħottijin minn fuq.+ 8 Imma l-lasti+ kienu twal, u b’hekk it-truf tal-lasti setgħu jidhru mill-Qaddis quddiem il-kamra taʼ ġewwanett, imma ma kinux jidhru minn barra. U hemmhekk għadhom sa dan il-jum.+ 9 Ma kien hemm xejn fl-Arka ħlief iż-żewġ twavel tal-ġebel+ li Mosè qiegħed+ hemmhekk fil-Ħoreb, meta Ġeħova għamel patt+ maʼ wlied Israel waqt li kienu ħerġin mill-art taʼ l-Eġittu.+
10 U ġara li meta l-qassisin ħarġu mill-post qaddis, is-sħaba+ mliet id-dar taʼ Ġeħova. 11 U l-qassisin+ ma setgħux jieqfu hemmhekk biex jaqdu+ minħabba s-sħaba, għax il-glorja+ taʼ Ġeħova mliet id-dar taʼ Ġeħova.+ 12 Imbagħad Salamun qal: “Ġeħova nnifsu qal li kellu jgħammar fid-dalma ħoxna.+ 13 Jien irnexxieli nibnilek dar bħala post eżaltat fejn toqgħod,+ post stabbilit+ biex tgħammar fih għal żmien indefinit.”+
14 U s-sultan dawwar wiċċu lejn il-kongregazzjoni kollha taʼ Israel u beda jberikha,+ waqt li l-kongregazzjoni kollha taʼ Israel kienet bil-wieqfa. 15 U kompla jgħid: “Imbierek Ġeħova+ l-Alla taʼ Israel, li tkellem b’fommu maʼ David+ missieri u ġab it-twettiq b’idu stess,+ meta qal, 16 ‘Minn dakinhar li ħriġt lill-poplu tiegħi Israel mill-Eġittu m’għażiltx+ belt mit-tribujiet kollha taʼ Israel biex nibni dar+ għal ismi+ ħalli jibqaʼ hemmhekk; imma se nagħżel lil David biex ikun fuq il-poplu tiegħi Israel.’+ 17 U David missieri xtaq minn qalbu li jibni dar għal isem Ġeħova l-Alla taʼ Israel.+ 18 Imma Ġeħova qal lil David missieri, ‘Talli xtaqt minn qalbek li tibni dar għal ismi, int għamilt tajjeb, għax dan xtaqtu minn qalbek.+ 19 Biss mhux int tibni d-dar, imma ibnek li se jitnissel minnek* hu l-wieħed li jibni d-dar għal ismi.’+ 20 U Ġeħova wettaq il-kelma+ li qal, sabiex jien inqum minflok David missieri u noqgħod fuq it-tron taʼ Israel,+ bħalma kien qal Ġeħova, u nibni d-dar għal isem Ġeħova l-Alla taʼ Israel,+ 21 u nsib post hemmhekk għall-Arka fejn hemm il-patt+ taʼ Ġeħova li hu għamel maʼ missirijietna meta kien qed joħroġhom mill-art taʼ l-Eġittu.”
22 U Salamun qagħad bil-wieqfa quddiem l-artal+ taʼ Ġeħova, quddiem il-kongregazzjoni kollha taʼ Israel, u mbagħad fetaħ idejh lejn is-smewwiet;+ 23 u qal: “O Ġeħova l-Alla taʼ Israel,+ m’hemmx Alla bħalek+ fis-smewwiet hemm fuq jew fl-art hawn taħt, int li tħares il-patt u l-qalb tajba bl-imħabba+ mal-qaddejja tiegħek+ li mexjin quddiemek b’qalbhom kollha,+ 24 int li żammejt il-wegħda li għamilt lill-qaddej tiegħek David missieri, u b’hekk il-wegħda għamiltha b’fommok, u wettaqtha b’idek, kif inhu llum.+ 25 U issa, O Ġeħova l-Alla taʼ Israel, żomm il-wegħda li għamilt lill-qaddej tiegħek David missieri, meta għedt, ‘Ma jonqosx li jkun hemm raġel minn nislek quddiemi biex joqgħod fuq it-tron taʼ Israel,+ sakemm uliedek joqogħdu attenti għal triqithom billi jimxu quddiemi bħalma mxejt quddiemi int.’ 26 U issa, O Alla taʼ Israel, ħalli l-wegħda+ li wegħedt lill-qaddej tiegħek David missieri tkun taʼ min jafdaha, jekk jogħġbok.
27 “Imma tassew li Alla se jgħammar fuq l-art?+ Ara! Is-smewwiet+ infushom, iva, is-sema tas-smewwiet,+ ma jesgħukx;+ kemm inqas, mela, din id-dar+ li bnejt jien! 28 Dur lejn it-talba tal-qaddej tiegħek u lejn is-supplika* tiegħu+ għall-ħniena,+ O Ġeħova Alla tiegħi, biex tismaʼ l-għajta bil-ħrara u t-talba li biha l-qaddej tiegħek qed jitlob quddiemek illum;+ 29 sabiex għajnejk ikunu miftuħin+ fuq din id-dar lejl u nhar, fuq il-post li dwaru int għedt, ‘Ismi se jkun hemmhekk,’+ biex tismaʼ t-talba li biha l-qaddej tiegħek jitlob lejn dan il-post.+ 30 U ismaʼ s-supplika għall-ħniena+ min-naħa tal-qaddej tiegħek u tal-poplu tiegħek Israel li biha jitolbu lejn dan il-post; u jalla tismaʼ fil-post fejn tgħammar, fis-smewwiet,+ u tismaʼ u taħfer.+
31 “Meta raġel jidneb kontra għajru,+ u dan jisħtu b’saħta biex iġibu taħt il-piena tas-saħta,+ u hu jiġi b’dik is-saħta quddiem l-artal tiegħek f’din id-dar, 32 ismaʼ mis-smewwiet, u aġixxi u ġġudika lill-qaddejja tiegħek billi lill-bniedem mill-agħar tiddikjarah mill-agħar u tħallsu t’għemilu,+ u billi lill-ġust tiddikjarah ġust+ u troddlu skond is-sewwa tiegħu.+
33 “Meta l-poplu tiegħek Israel jisfa megħlub quddiem l-għadu+ għax ikun baqaʼ jidneb kontrik,+ u n-nies jerġgħu lura għandek+ u jfaħħru lil ismek+ u jitolbuk+ u jissupplikawk għall-ħniena f’din id-dar,+ 34 ismaʼ mis-smewwiet, u aħfer id-dnub tal-poplu tiegħek Israel+ u ġibhom lura+ fl-art li tajt lil missirijiethom.+
35 “Meta s-sema jingħalaq u ma tagħmilx xita,+ għax ikunu baqgħu jidinbu+ kontrik, u huma jitolbu lejn dan il-post+ u jfaħħru lil ismek u jduru lura minn dnubhom, għax tkun għakkisthom,+ 36 ismaʼ int mis-smewwiet, u aħfer id-dnub tal-qaddejja tiegħek, iva, tal-poplu tiegħek Israel, għax int tgħallimhom+ it-triq it-tajba li għandhom jimxu fiha;+ u ibgħat ix-xita+ fuq l-art li int tajt lill-poplu tiegħek bħala wirt.
37 “Jekk jaqaʼ l-ġuħ+ fil-pajjiż, jekk titfaċċa xi pesta,+ jekk l-uċuħ tar-rabaʼ jitħassru bir-riħ jaħraq, jekk ikun hemm il-moffa,+ il-ġurati,+ il-wirdien;+ jekk l-għadu tagħhom jassedjahom ġewwa bliethom—kull xorta taʼ kastig, kull xorta taʼ mard— 38 kwalunkwe talba,+ kwalunkwe supplika għall-ħniena+ li ssir min-naħa taʼ xi raġel jew tal-poplu kollu tiegħek Israel,+ għax kull wieħed jaf l-uġigħ taʼ qalbu,+ u jiftaħ idejh lejn din id-dar,+ 39 ismaʼ int mis-smewwiet,+ il-post stabbilit fejn tgħammar,+ u aħfer+ u aġixxi+ u agħti lil kull wieħed skond triqatu kollha,+ għax int taf lil qalbu+ (għax int biss taf tajjeb qalb ulied il-bnedmin kollha);+ 40 sabiex huma jibżgħu+ minnek il-jiem kollha li jibqgħu ħajjin fuq wiċċ l-art li tajt lil missirijietna.+
41 “Kif ukoll lill-barrani,+ li m’huwiex parti mill-poplu tiegħek Israel u li jiġi minn art imbiegħda minħabba ismek+ 42 (għax se jisimgħu dwar ismek il-kbir+ u dwar idek b’saħħitha+ u dwar driegħek maħruġ ’il barra), u jiġi u jitlob lejn din id-dar,+ 43 isimgħu mis-smewwiet, il-post stabbilit fejn tgħammar,+ u agħmel skond dak kollu li jsejjaħlek għalih il-barrani;+ sabiex il-popli kollha taʼ l-art isiru jafu lil ismek,+ u b’hekk jibżgħu minnek bħalma jagħmel il-poplu tiegħek Israel u jkunu jafu li ismek stess ġie msejjaħ fuq din id-dar li bnejt jien.+
44 “Jekk in-nies tiegħek joħorġu għall-gwerra+ kontra l-għadu tagħhom fit-triq li tibgħathom int,+ u huma jitolbu+ lil Ġeħova fid-direzzjoni tal-belt li int għażilt+ u d-dar li jien bnejt għal ismek,+ 45 ismaʼ wkoll mis-smewwiet it-talba tagħhom u s-supplika tagħhom għall-ħniena, u wettaq il-ġudizzju għalihom.+
46 “Jekk jidinbu kontrik+ (għax m’hemm ebda bniedem li ma jidnibx),+ u int tagħdab għalihom u tabbandunahom f’idejn l-għadu, u dawk li jaqbduhom jiħduhom fil-jasar lejn il-pajjiż taʼ l-għadu fil-bogħod jew fil-viċin;+ 47 u huma jiġu f’sensihom fil-pajjiż fejn ikunu ttieħdu lsiera,+ u jerġgħu lura+ u jissupplikawk+ għall-ħniena fil-pajjiż taʼ dawk li qabduhom,+ billi jgħidu, ‘Dnibna+ u żbaljajna,+ aġixxejna bil-ħażen’;+ 48 u jerġgħu lura lejk b’qalbhom kollha+ u b’ruħhom kollha waqt li jkunu fil-pajjiż taʼ l-għedewwa tagħhom li ħaduhom fil-jasar, u jitolbuk fid-direzzjoni t’arthom li int tajt lil missirijiethom, il-belt li int għażilt u d-dar li jien bnejt għal ismek;+ 49 ismaʼ int mis-smewwiet, il-post stabbilit fejn tgħammar,+ it-talba tagħhom u s-supplika tagħhom għall-ħniena, u wettaq il-ġudizzju għalihom,+ 50 u aħfer+ lin-nies tiegħek li kienu dinbu+ kontrik u n-nuqqasijiet kollha tagħhom+ li naqsuk bihom;+ u qanqal lil dawk li qabduhom biex jitħassruhom+ u dawn jitħassruhom 51 (għax huma l-poplu tiegħek u wirtek,+ li int ħriġt mill-Eġittu,+ mill-forn tal-ħadid),+ 52 sabiex għajnejk ikunu miftuħin lejn is-supplika għall-ħniena tal-qaddej tiegħek u lejn is-supplika għall-ħniena+ tal-poplu tiegħek Israel, billi tismagħhom f’kulma jitolbuk.+ 53 Għax mill-popli kollha taʼ l-art+ int lilhom warrabt apparti bħala wirtek, bħalma għedt permezz taʼ Mosè+ l-qaddej tiegħek meta kont qed toħroġ lil missirijietna mill-Eġittu, O Mulej Sovran Ġeħova.”
54 U ġara li malli Salamun spiċċa jitlob lil Ġeħova b’din it-talba kollha u s-supplika għall-ħniena, hu qam minn quddiem l-artal taʼ Ġeħova, fejn kien għarkopptejh+ b’idejh miftuħin lejn is-smewwiet;+ 55 u qam bil-wieqfa+ u bierek+ lill-kongregazzjoni kollha taʼ Israel b’leħen għoli, billi qal: 56 “Ikun imbierek Ġeħova,+ li ta post taʼ mistrieħ lill-poplu tiegħu Israel skond kulma wiegħed.+ Ma naqsitx kelma waħda+ mill-wegħda tajba kollha li wiegħed permezz tal-qaddej tiegħu Mosè.+ 57 Ħa jkun magħna Ġeħova Alla tagħna+ bħalma kien maʼ missirijietna.+ Ħalli qatt ma jitlaqna jew jabbandunana,+ 58 u b’hekk immejlu qalbna+ lejh biex nimxu fi triqatu kollha+ u nħarsu l-kmandamenti+ u r-regolamenti+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu,+ li kkmanda lil missirijietna. 59 U ħa jkun kliemi, li bih issupplikajt lil Ġeħova għall-ħniena, qrib+ Ġeħova Alla tagħna bil-lejl u bi nhar sabiex hu jwettaq il-ġudizzju għall-qaddej tiegħu u l-ġudizzju għall-poplu tiegħu Israel skond ma jkun jinħtieġ jum+ wara l-ieħor; 60 sabiex il-popli kollha taʼ l-art ikunu jafu+ li Ġeħova hu l-Alla l-veru.+ M’hemmx ħliefu.+ 61 U qalbkom trid tkun sħiħa+ maʼ Ġeħova Alla tagħna billi timxu mar-regolamenti tiegħu u tħarsu l-kmandamenti tiegħu kif inhu llum.”
62 U s-sultan u Israel kollu miegħu offrew sagrifiċċju grandjuż quddiem Ġeħova.+ 63 U Salamun offra s-sagrifiċċji taʼ sħubija+ li kellu joffri lil Ġeħova, tnejn u għoxrin elf baqra u mija u għoxrin elf nagħġa,+ sabiex is-sultan u wlied Israel kollha jkunu jistgħu jinawguraw+ id-dar taʼ Ġeħova. 64 Dakinhar is-sultan kellu jqaddes il-parti tan-nofs tal-bitħa li tinsab quddiem id-dar taʼ Ġeħova,+ għax is-sagrifiċċju tal-ħruq u l-offerta tal-qmuħ u l-biċċiet tax-xaħam tas-sagrifiċċji taʼ sħubija kellu joffrihom hemmhekk, peress li l-artal tar-ram aħmar+ li jinsab quddiem Ġeħova kien żgħir wisq biex jesaʼ s-sagrifiċċju tal-ħruq u l-offerta tal-qmuħ u l-biċċiet tax-xaħam+ tas-sagrifiċċji taʼ sħubija. 65 U f’dik l-okkażjoni Salamun kompla bil-festa,+ u Israel kollu miegħu, kongregazzjoni kbira+ li ġiet mid-daħla taʼ Ħamat+ u sa mill-wied* taʼ l-Eġittu,+ quddiem Ġeħova Alla tagħna sebat ijiem u sebat ijiem oħra,+ erbatax-il jum. 66 Fit-tmien jum bagħat lin-nies;+ u dawn bierku lis-sultan u marru lura d-dar, jithennew+ u jħossuhom ferħanin f’qalbhom+ minħabba t-tjubija kollha+ li Ġeħova wera mal-qaddej tiegħu David u mal-poplu tiegħu Israel.
9 U ġara li malli Salamun lesta mill-bini tad-dar+ taʼ Ġeħova u tad-dar tas-sultan+ u taʼ kull ħaġa sabiħa li Salamun għoġbu jagħmel,+ 2 Ġeħova deher lil Salamun għat-tieni darba, bħalma kien deherlu f’Gibegħon.+ 3 U Ġeħova qallu: “Smajt it-talba tiegħek+ u s-supplika* tiegħek li biha tlabt quddiemi għall-ħniena. Jien qaddist+ din id-dar li bnejt int billi qegħedt ismi+ hemmhekk għal żmien indefinit; u għajnejja+ u qalbi se jkunu hemmhekk dejjem.+ 4 U int, jekk timxi+ quddiemi, bħalma mexa David+ missierek, bl-integrità+ tal-qalb u b’mod rett+ billi tagħmel skond kulma kkmandajtek,+ u tħares ir-regolamenti+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+ 5 jien ukoll nistabbilixxi t-tron taʼ saltnatek fuq Israel għal żmien indefinit, bħalma wegħedt lil David missierek, meta għedt, ‘Ma jonqosx li jkun hemm raġel minn nislek li joqgħod fuq it-tron taʼ Israel.’+ 6 Jekk intom u wliedkom idduru lura għalkollox milli timxu warajja+ u ma tħarsux il-kmandamenti u l-istatuti li tajtkom, u tmorru taqdu lil allat oħrajn+ u tmilu quddiemhom, 7 jien ukoll neqred lil Israel minn fuq wiċċ l-art li tajtu;+ u d-dar li qaddist għal ismi narmiha minn quddiemi,+ u Israel isir bħal qawl+ u oġġett taʼ tgħajjir fost il-popli kollha. 8 U din id-dar issir ħerba sħiħa.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejha jibqaʼ ċċassat,+ isaffar bi stagħġib, u jgħid, ‘Ġeħova għalfejn għamlilhom hekk lil din l-art u din id-dar?’+ 9 U jkollhom jgħidu, ‘Kien għaliex telqu lil Ġeħova Alla tagħhom li kien ħareġ lil missirijiethom mill-art taʼ l-Eġittu,+ u qabdu m’allat oħrajn+ u mielu quddiemhom u qdewhom. Huwa għalhekk li Ġeħova ġab fuqhom dan il-gwaj kollu.’”+
10 U ġara wara għoxrin sena, li fihom Salamun bena ż-żewġt idjar, id-dar taʼ Ġeħova+ u d-dar tas-sultan,+ 11 (Ħiram+ is-sultan taʼ Tir kien għen lil Salamun+ billi tah injam tas-siġar taċ-ċedru u injam tas-siġar tal-ġnibru u deheb kemm għoġbu,)+ li dak iż-żmien is-Sultan Salamun ta lil Ħiram għoxrin belt fl-art tal-Galilija.+ 12 Għaldaqstant, Ħiram ħareġ minn Tir biex jara l-bliet li tah Salamun, u ma kinux xierqa f’għajnejh.+ 13 Għalhekk qallu: “Dawn xi bliet tajtni, ħija?” U baqgħu jissejħu l-Art taʼ Kabul* sal-ġurnata taʼ llum.
14 Sadanittant, Ħiram bagħat lis-sultan mija u għoxrin talent deheb.+
15 Issa dan hu r-rakkont taʼ dawk miktubin għal xogħol forzat+ li s-Sultan Salamun sejjaħ biex jibnu d-dar taʼ Ġeħova+ u daru stess u l-Għolja*+ u l-ħajt+ taʼ Ġerusalemm u Ħasor+ u Megiddo+ u Geżer.+ 16 (Il-Fargħun, is-sultan taʼ l-Eġittu, kien telaʼ u qabad lil Geżer u ħaraqha bin-nar, u qatel lill-Kangħanin+ li kienu jgħammru fil-belt. Għalhekk, hu taha lil bintu,+ mart Salamun, bħala għotja tat-tluq.) 17 U Salamun bena Geżer u Bet-ħoron t’Isfel,+ 18 u Bagħalat+ u Tamar* fix-xagħri, fil-pajjiż, 19 u l-bliet kollha għall-imħażen+ li saru taʼ Salamun, il-bliet għall-karrijiet,+ il-bliet għar-rikkieba taż-żwiemel, u l-affarijiet sbieħ+ li Salamun xtaq jibni f’Ġerusalemm u fil-Libanu u fl-art kollha taħt id-dominju tiegħu. 20 U n-nies kollha li kien fadal mill-Amurrin,+ mill-Ħittin,+ mill-Pereżin,+ mill-Ħiwwin,+ u mill-Ġebusin,+ li ma kinux parti minn ulied Israel,+ 21 lil uliedhom li tħallew warajhom fl-art u li wlied Israel ma setgħux jeqirduhom,*+ Salamun baqaʼ jobbligahom jagħmlu xogħol forzat bħala lsiera sal-ġurnata taʼ llum.+ 22 U Salamun m’għamel lil ħadd ilsir minn ulied Israel;+ għax huma kienu l-gwerriera, il-qaddejja, il-prinċpijiet, l-ajjutanti, u l-kapijiet tas-sewwieqa tal-karrijiet tiegħu u tar-rikkieba taż-żwiemel tiegħu.+ 23 Kien hemm ħames mija u ħamsin kap tad-deputati. Dawn kienu jieħdu ħsieb ix-xogħol taʼ Salamun u kienu l-imgħallmin fuq in-nies attivi fix-xogħol.+
24 U bint il-Fargħun+ ħarġet mill-Belt taʼ David+ u telgħet lejn id-dar li kien bnielha. Kien wara dan li hu bena l-Għolja.+
25 U Salamun baqaʼ joffri tliet+ darbiet fis-sena sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji taʼ sħubija fuq l-artal li kien bena għal Ġeħova,+ u kien jiġi offrut id-duħħan tas-sagrifiċċji fuq l-artal,+ li kien quddiem Ġeħova; u lesta d-dar.+
26 U s-Sultan Salamun għamel flotta taʼ bastimenti f’Għesjon-geber,+ li qiegħed ħdejn Elot,+ max-xatt tal-Baħar l-Aħmar fl-art t’Edom.+ 27 U flimkien mal-qaddejja taʼ Salamun, Ħiram kien jibgħat fil-flotta tal-bastimenti lill-qaddejja tiegħu stess,+ baħrin, għax dawn kellhom għarfien tal-baħar. 28 U marru Ofir+ u ħadu minn hemm erbaʼ mija u għoxrin talent deheb+ u ġabuh lis-Sultan Salamun.
10 Issa s-sultana taʼ Xeba+ bdiet tismaʼ dwar il-fama taʼ Salamun b’konnessjoni maʼ isem Ġeħova.+ Għalhekk, ġiet biex tipprovah b’mistoqsijiet taʼ taħbil il-moħħ.+ 2 Fl-aħħar waslet Ġerusalemm b’għadd impressjonanti taʼ nies li kienu qed jakkumpanjawha,+ iġmla+ jġorru żejt tal-balzmu+ u ħafna u ħafna deheb u ħaġar prezzjuż; u ġiet għand Salamun u bdiet tkellmu fuq dak kollu li kien għal qalbha.+ 3 Salamun, min-naħa tiegħu, qagħad iwiġbilha l-mistoqsijiet kollha tagħha.+ Ma kien hemm xejn li s-sultan ma kienx jaf u ma setax iwiġbilha.+
4 Meta s-sultana taʼ Xeba rat l-għerf kollu taʼ Salamun+ u d-dar li kien bena,+ 5 u l-ikel tal-mejda tiegħu+ u kif il-qaddejja tiegħu kienu jpoġġu mal-mejda u s-servizz taʼ dawk li kienu jservu l-ikel u lbieshom u x-xorb tiegħu+ u s-sagrifiċċji tal-ħruq li kien joffri regolarment fid-dar taʼ Ġeħova, baqgħet miblugħa.*+ 6 Għaldaqstant qalet lis-sultan: “Il-kliem li smajt f’pajjiżi dwarek u dwar l-għerf tiegħek huwa minnu.+ 7 Iżda m’emmintx il-kliem li ntqal sakemm ġejt u rajt b’għajnejja. U, ara! Lanqas in-nofs ma kienu qaluli.+ L-għerf u l-ġid tiegħek jisbqu l-affarijiet li smajt.+ 8 Henjin in-nies tiegħek;+ henjin+ huma dawn il-qaddejja tiegħek li qegħdin weqfin quddiemek il-ħin kollu, jisimgħu l-għerf tiegħek!+ 9 Ħa jkun imbierek Ġeħova Alla tiegħek,+ li tgħaxxaq+ bik billi poġġiek fuq it-tron taʼ Israel;+ għax peress li Ġeħova għandu mħabba dejjiema* għal Israel,+ hu ħatrek bħala sultan+ biex twettaq il-ġustizzja+ u s-sewwa.”+
10 Imbagħad tat+ lis-sultan mija u għoxrin talent deheb+ u kwantità kbira ferm taʼ żejt tal-balzmu+ u ħaġar prezzjuż. Qatt ma reġgħet ngħatat kwantità taʼ żejt tal-balzmu daqskemm is-sultana taʼ Xeba tat lis-Sultan Salamun.
11 U l-flotta taʼ bastimenti taʼ Ħiram+ li kienet qed iġġorr id-deheb minn Ofir+ ġabet ukoll minn Ofir ammont kbir ferm taʼ injam tas-siġar tas-sandlu+ u ħaġar prezzjuż.+ 12 U s-sultan għamel mill-injam tas-siġar tas-sandlu tip t’appoġġ għad-dar taʼ Ġeħova+ u għad-dar tas-sultan, kif ukoll arpi+ u strumenti tal-korda+ għall-għannejja. Sal-ġurnata taʼ llum għadu qatt ma ġie jew deher injam tas-siġar tas-sandlu bħal dan.
13 U s-Sultan Salamun ta lis-sultana taʼ Xeba kulma għoġobha u kulma talbitu, apparti l-affarijiet li s-Sultan Salamun taha b’idu miftuħa.+ Imbagħad, hi daret u telqet lejn pajjiżha, flimkien mal-qaddejja tagħha.+
14 U d-deheb+ li kien jasal għand Salamun f’sena waħda kien jiżen sitt mija u sitta u sittin talent deheb,+ 15 minbarra dak li kien jiddaħħal mill-merkanti li jivvjaġġaw u l-qligħ min-negozjanti u mis-slaten+ kollha taʼ l-Għarab+ u mill-gvernaturi tal-pajjiż.
16 U s-Sultan Salamun għamel mitejn tarka kbira tad-deheb imħallat+ (kull tarka kbira ksieha b’sitt mitt xekel deheb),+ 17 u tliet mitt tarka żgħira tad-deheb imħallat (kull tarka żgħira ksieha bi tliet miniet deheb).+ Imbagħad is-sultan qegħedhom fid-Dar tal-Foresta tal-Libanu.+
18 Iżjed minn hekk, is-sultan għamel tron+ kbir taʼ l-avorju+ u ksieh bid-deheb irfinut.+ 19 Kien hemm sitt tarġiet għat-tron, u t-tron kellu tinda tonda fuqu u dirgħajn maż-żewġt iġnub tas-siġġu, u kien hemm żewġ iljuni+ ħdejn id-dirgħajn.+ 20 U kien hemm tnax-il iljun wieqaf fuq is-sitt tarġiet, kemm fuq naħa u kemm fuq oħra. L-ebda saltna oħra ma kellha tron bħalu.+
21 U r-reċipjenti kollha tax-xorb tas-Sultan Salamun kienu tad-deheb, u r-reċipjenti kollha tad-Dar tal-Foresta tal-Libanu+ kienu tad-deheb pur.+ Ma kien hemm xejn tal-fidda; fi żmien Salamun din ma kienet meqjusa xejn. 22 Għax is-sultan kellu flotta taʼ bastimenti taʼ Tarsis+ fuq il-baħar flimkien mal-flotta taʼ bastimenti taʼ Ħiram. Darba kull tliet snin il-flotta taʼ bastimenti taʼ Tarsis kienet tiġi b’deheb+ u fidda, avorju,+ u xadini u paguni.
23 Għalhekk, is-Sultan Salamun kellu iktar rikkezzi+ u għerf+ mis-slaten l-oħrajn kollha taʼ l-art. 24 U n-nies kollha taʼ l-art kienu jfittxu li jaraw lil Salamun biex jisimgħu l-għerf li Alla kien qegħedlu f’qalbu.+ 25 U kull sena+ kulħadd kien iġib l-għotja tiegħu,+ oġġetti tal-fidda+ u oġġetti tad-deheb u lbies u armi+ u żejt tal-balzmu, żwiemel u bgħula.+
26 U Salamun baqaʼ jiġmaʼ iktar karrijiet u żwiemel tal-ġiri; u kellu elf u erbaʼ mitt karru u tnax-il elf żiemel tal-ġiri,+ u kien iżommhom fil-bliet għall-karrijiet u f’Ġerusalemm, qrib is-sultan.+
27 U s-sultan għamel il-fidda f’Ġerusalemm bħall-ġebel,+ u l-injam taċ-ċedru bħas-siġar tal-ġummajż li hemm fis-Sefela daqskemm kienu kotrana.+
28 U mill-Eġittu kienu jiġu importati ż-żwiemel għal Salamun, u l-kumpanija tal-merkanti tas-sultan kienet tixtri merħla sħiħa taʼ żwiemel bil-prezz li tkun tat.+ 29 U karru kien jiġi importat mill-Eġittu għal sitt mitt biċċa tal-fidda, u żiemel għal mija u ħamsin; u hekk ukoll kienu jagħmlu s-slaten kollha tal-Ħittin+ u s-slaten tas-Sirja. Kien permezz tagħhom li kienu jimportaw.
11 U s-Sultan Salamun ħabb ħafna nisa barranin+ flimkien maʼ bint il-Fargħun,+ nisa Mowabin,+ Għammonin,+ Edomin,+ Sidonin,+ u Ħittin,+ 2 mill-ġnus li għalihom Ġeħova kien qal lil ulied Israel: “M’għandkomx tidħlu fosthom,+ u huma m’għandhomx jidħlu fostkom; għax żgur idawrulkom qalbkom biex tmorru wara l-allat tagħhom.”+ Maʼ dawn intrabat Salamun+ biex iħobbhom. 3 U kellu sebaʼ mitt mara, kollha prinċipessi, u tliet mitt konkubina; u n-nisa tiegħu bil-mod il-mod+ dawrulu qalbu. 4 U ġara li meta Salamun xjaħ,+ in-nisa tiegħu dawrulu+ qalbu biex imur wara allat oħrajn;+ u qalbu ma baqgħetx sħiħa+ maʼ Ġeħova Alla tiegħu bħalma kienet qalb David missieru. 5 U Salamun beda jmur wara Għastoret,+ l-alla mara tas-Sidonin, u wara Milkom,+ il-ħaġa moqżieża taʼ l-Għammonin. 6 U Salamun beda jagħmel dak li hu ħażin+ f’għajnejn Ġeħova, u ma mexiex għalkollox wara Ġeħova bħal David missieru.+
7 Kien imbagħad li Salamun bena post għall-qima*+ lil Kemos,+ il-ħaġa moqżieża+ taʼ Mowab, fuq il-muntanja+ taʼ quddiem+ Ġerusalemm, u lil Molek, il-ħaġa moqżieża taʼ wlied Għammon. 8 Hekk għamel għan-nisa barranin kollha tiegħu+ li kienu qed joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji u jagħmlu sagrifiċċji lill-allat tagħhom.+
9 U Ġeħova għadab+ għal Salamun, għax qalbu kienet daret minn Ġeħova l-Alla taʼ Israel,+ dak li deherlu darbtejn.+ 10 U kkmandah dwar din il-ħaġa, biex b’hekk ma jmurx wara allat oħrajn;+ imma ma ħarisx dak li kkmandah Ġeħova. 11 U Ġeħova qal lil Salamun: “Talli għamilt hekk u ma żammejtx il-patt tiegħi u l-istatuti tiegħi li tajtek bi kmand, jien żgur inċarrat is-saltna minn fuqek, u nagħtiha lill-qaddej tiegħek.+ 12 Madankollu, ma nagħmilx dan fi żmienek,+ minħabba David missierek.+ Inċarratha minn id ibnek.+ 13 Biss ma nċarratx is-saltna kollha.+ Tribù wieħed nagħtih lil ibnek, minħabba David il-qaddej tiegħi+ u minħabba Ġerusalemm li jien għażilt.”+
14 U Ġeħova beda jqajjem wieħed li jopponi+ lil Salamun,+ jiġifieri, lil Ħadad l-Edomi minn nisel is-sultan. Dan kien f’Edom.+ 15 Kien ġara li meta David ħabat għal Edom,+ u Ġowab il-kap taʼ l-armata telaʼ jidfen lill-maqtulin, hu pprova joqtol lil kull raġel u tifel f’Edom.+ 16 (Għax Ġowab u Israel kollu baqgħu jgħixu hemmhekk sitt xhur sakemm qatlu lil kull raġel u tifel f’Edom.) 17 U Ħadad ħarab, hu flimkien maʼ xi rġiel Edomin mill-qaddejja taʼ missieru, u mar l-Eġittu, meta Ħadad kien għadu żgħir. 18 Għalhekk, ħarġu minn Midjan+ u daħlu f’Faran u ħadu xi rġiel magħhom minn Faran+ u marru l-Eġittu għand il-Fargħun is-sultan taʼ l-Eġittu, li mbagħad tah dar. Ħasiblu wkoll għall-ħobż, u tah biċċa art. 19 U Ħadad baqaʼ jingħoġob iktar u iktar+ f’għajnejn il-Fargħun, tant li tah mara,+ oħt il-mara tiegħu stess, oħt Taħfenes is-sultana.* 20 Maż-żmien, oħt Taħfenes wilditlu lil ibnu Genubat, u Taħfenes ħadet ħsieb li jaqtgħulu l-ħalib+ fid-dar tal-Fargħun; u Genubat baqaʼ f’dar il-Fargħun fost ulied il-Fargħun.
21 U Ħadad semaʼ fl-Eġittu li David kien imtedd maʼ missirijietu+ u li Ġowab il-kap taʼ l-armata kien miet ukoll.+ Għalhekk, Ħadad qal lill-Fargħun: “Ibgħatni,+ ħa mmur f’pajjiżi.” 22 Imma l-Fargħun staqsieh: “X’jonqsok hawn miegħi biex issa trid tmur f’pajjiżek?” Għal dan qallu: “Xejn; imma qis li tibgħatni.”
23 U Alla qajjimlu opponent ieħor,+ jiġifieri, lil Reżon bin Eljada, li kien ħarab minn sidu Ħadadgħeżer+ is-sultan taʼ Soba.+ 24 Hu kien ġabar xi rġiel miegħu u sar il-kap taʼ qatgħa ħallelin, meta David qatel lin-nies taʼ Soba.+ Imbagħad, marru Damasku+ u għammru hemmhekk u bdew isaltnu f’Damasku. 25 U baqaʼ jopponi lil Israel il-jiem kollha taʼ Salamun,+ u dan minbarra l-ħsara li għamel Ħadad; waqt li kien isaltan fuq is-Sirja, hu baqaʼ jistmerr+ lil Israel.
26 U kien hemm Ġerobogħam+ bin Nebat, Efrajmi minn Sereda, qaddej taʼ Salamun,+ u ommu kienet armla jisimha Serugħa. Idu wkoll bdiet tintrefaʼ kontra s-sultan.+ 27 U din hi r-raġuni għala idu ntrefgħet kontra s-sultan: Salamun kien bena l-Għolja.*+ U kien għalaq il-fetħa fil-ħajt tal-Belt taʼ David missieru.+ 28 Issa Ġerobogħam kien raġel setgħan u qalbieni.+ Meta Salamun ra li ż-żagħżugħ kien jaħdem iebes,+ hu qabbdu jindokra+ lil dawk kollha taʼ dar Ġużeppi+ li kellhom jagħtu servizz obbligatorju.+ 29 U ġara f’dak iż-żmien partikulari li Ġerobogħam ħareġ minn Ġerusalemm, u fit-triq sabu l-profeta Aħija+ s-Siloni,+ u Aħija kellu fuqu libsa ġdida; u kienu huma t-tnejn biss fir-rabaʼ. 30 Aħija mbagħad qabad il-libsa l-ġdida li kienet fuqu u ċarratha+ fi tnax-il biċċa.+ 31 U qal lil Ġerobogħam:
“Ħu għaxar biċċiet għalik; għax hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel, ‘Ara, jien se nċarrat is-saltna minn id Salamun, u lilek nagħtik għaxar tribujiet.+ 32 U hu jibqagħlu tribù wieħed+ minħabba l-qaddej tiegħi David+ u minħabba Ġerusalemm,+ il-belt li jien għażilt mit-tribujiet kollha taʼ Israel. 33 Dan għax huma telquni+ u bdew imilu quddiem Għastoret,+ l-alla mara tas-Sidonin, quddiem Kemos,+ l-alla taʼ Mowab, u quddiem Milkom,+ l-alla taʼ wlied Għammon; u ma mxewx fi triqati billi għamlu s-sewwa f’għajnejja, u ma ħarsux l-istatuti u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi bħalma għamel David missieru. 34 Imma m’iniex se nieħu s-saltna kollha minn idejh, għax nagħmlu kap ewlieni tul ħajtu kollha, minħabba David il-qaddej tiegħi li jien għażilt,+ għax hu ħares il-kmandamenti u l-istatuti tiegħi. 35 Imma nieħu s-saltna minn idejn ibnu u nagħtiha lilek, iva, għaxar tribujiet.+ 36 U lil ibnu nagħtih tribù, sabiex David il-qaddej tiegħi jibqaʼ jkollu musbieħ li jkun dejjem quddiemi f’Ġerusalemm,+ il-belt li jien għażilt għalija biex inqiegħed ismi hemmhekk.+ 37 U lilek nieħdok, u int issaltan fuq kulma tixxennaq għalih ruħek,+ u ssir sultan fuq Israel. 38 U jiġri li, jekk tobdi kulma nikkmandak, u timxi fi triqati u tagħmel dak li hu sewwa f’għajnejja billi tħares l-istatuti u l-kmandamenti tiegħi, bħalma għamel David il-qaddej tiegħi,+ jien inkun miegħek+ u nibnilek dar dejjiema, bħalma bnejt għal David,+ u nagħtik lil Israel. 39 U jien numilja lil nisel David minħabba dan,+ imma mhux għal dejjem.’”+
40 U Salamun beda jipprova joqtol lil Ġerobogħam.+ Għalhekk, Ġerobogħam qam u ħarab+ lejn l-Eġittu għand Sisak+ is-sultan taʼ l-Eġittu, u baqaʼ l-Eġittu sa ma miet Salamun.
41 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Salamun u kulma għamel u l-għerf kollu tiegħu, m’humiex dawn miktubin fi ktieb il-ġrajjiet taʼ Salamun? 42 U ż-żmien li Salamun dam isaltan f’Ġerusalemm fuq Israel kollu kien erbgħin sena.+ 43 Imbagħad Salamun imtedd maʼ missirijietu,+ u ndifen fil-Belt taʼ David+ missieru; u ibnu Reħobogħam+ beda jsaltan minfloku.
12 U Reħobogħam+ mar Sikem, għax Israel kollu kien mar Sikem+ biex jagħmlu sultan. 2 U ġara li Ġerobogħam+ bin Nebat semaʼ b’dan waqt li kien għadu l-Eġittu (għax kien ħarab minħabba s-Sultan Salamun, u b’hekk Ġerobogħam kien jgħammar l-Eġittu),+ 3 u bagħtu għalih. Imbagħad, Ġerobogħam u l-kongregazzjoni kollha taʼ Israel ġew u bdew ikellmu lil Reħobogħam, u qalulu:+ 4 “Missierek, min-naħa tiegħu, għamel il-madmad tagħna iebes, u issa int ħaffef+ is-servizz iebes taʼ missierek u l-madmad tqil+ li qegħdilna fuqna, u aħna naqduk.”+
5 Għal dan, hu qalilhom: “Itilqu u tlett ijiem oħra erġgħu ejjew għandi.”+ Għalhekk, in-nies telqu. 6 U s-Sultan Reħobogħam mar jieħu parir mingħand ix-xjuħ+ li kienu qdew lil missieru Salamun waqt li kien għadu ħaj, u qalilhom: “X’parir tagħtuni? Kif għandi nwieġeb lil dawn in-nies?”+ 7 Għaldaqstant, huma qalulu: “Jekk illum trid tkun qaddej taʼ dawn in-nies u taqdihom,+ wiġibhom u kellimhom bil-kelma t-tajba;+ u huma żgur isiru qaddejja tiegħek għal dejjem.”+
8 Madankollu, hu injora l-parir li kienu tawh ix-xjuħ, u mar jieħu parir mingħand iż-żgħażagħ li trabbew miegħu+ u li kienu qed jaqduh.+ 9 U qalilhom: “X’parir toffruli?+ Kif inwiġbuhom lil dawn in-nies li kellmuni u qaluli, ‘Ħaffef il-madmad li qegħdilna fuqna missierek’?”+ 10 U ż-żgħażagħ li kienu trabbew miegħu qalulu: “Hekk għidilhom+ lil dawn in-nies li kellmuk u qalulek, ‘Missierek, min-naħa tiegħu, għamlilna madmad tqil, imma int ħaffifhulna’; hekk għidilhom, ‘Sebgħi ż-żgħir se jkun eħxen minn ġenbejn missieri.+ 11 U issa missieri, min-naħa tiegħu, għabba fuqkom madmad tqil; imma jien se nżid mal-madmad tagħkom.+ Missieri sawwatkom bil-frosti, imma jien insawwatkom bil-frosti bil-ponot.’”+
12 U Ġerobogħam u n-nies kollha ġew għand Reħobogħam fit-tielet jum, bħalma kien qalilhom is-sultan meta qal: “Erġgħu ejjew għandi fit-tielet jum.”+ 13 U s-sultan beda jwieġeb lin-nies bl-aħrax,+ u injora l-parir li kienu tawh ix-xjuħ.+ 14 U kellimhom skond il-parir taż-żgħażagħ,+ u qalilhom: “Missieri, min-naħa tiegħu, għamlilkom il-madmad tagħkom tqil; imma jien, min-naħa tiegħi, se nżid mal-madmad tagħkom. Missieri sawwatkom bil-frosti, imma jien insawwatkom bil-frosti bil-ponot.”+ 15 U s-sultan ma tax widen lin-nies,+ għax il-mod kif żvolġew l-affarijiet kien minn Ġeħova,+ sabiex titwettaq il-kelma+ li Ġeħova qal permezz t’Aħija+ s-Siloni lil Ġerobogħam bin Nebat.
16 Meta Israel kollu ra li s-sultan ma kienx tah widen, in-nies wieġbu lis-sultan: “X’sehem għandna maʼ David?+ M’għandniex wirt maʼ bin Ġesse. Mur lejn allatek,+ O Israel. Issa aħseb għal darek int, O David!”+ U Israel mar lura lejn it-tined tiegħu. 17 U fuq ulied Israel li kienu jgħammru fil-bliet taʼ Ġuda baqaʼ jsaltan Reħobogħam.+
18 Imbagħad is-Sultan Reħobogħam bagħat lil Adoram,+ li kien fuq dawk miktubin għal xogħol forzat,+ imma Israel kollu ħaġġru,+ u miet. U s-Sultan Reħobogħam irnexxielu jitlaʼ fuq il-karru u jaħrab lejn Ġerusalemm. 19 U l-Israelin komplew bl-irvell+ tagħhom kontra d-dar taʼ David sal-ġurnata taʼ llum.+
20 U ġara li malli Israel kollu semaʼ li Ġerobogħam kien ġie lura, huma mill-ewwel bagħtu jsejħulu biex jiġi fil-ġemgħa u għamluh sultan fuq Israel kollu.+ Ħadd ma segwa lid-dar taʼ David ħlief it-tribù taʼ Ġuda.+
21 Meta Reħobogħam wasal Ġerusalemm,+ hu fil-pront laqqaʼ d-dar kollha taʼ Ġuda u t-tribù taʼ Benjamin,+ mija u tmenin elf raġel mill-aqwa li kienu b’saħħithom għall-gwerra, biex jiġġieldu kontra d-dar taʼ Israel, sabiex is-saltna tinġieb lura għand Reħobogħam bin Salamun. 22 Imbagħad il-kelma taʼ l-Alla l-veru ġiet għand Semajja,+ il-bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ tgħid: 23 “Għid lil Reħobogħam bin Salamun is-sultan taʼ Ġuda u lid-dar kollha taʼ Ġuda u Benjamin u l-bqija tal-poplu, 24 ‘Hekk qal Ġeħova: “Titilgħux tiġġieldu kontra ħutkom ulied Israel.+ Morru lura, kull wieħed lejn daru, għax kien minni li seħħet din il-ħaġa.”’”+ Għalhekk, huma obdew il-kelma taʼ Ġeħova,+ u marru lura d-dar skond il-kelma taʼ Ġeħova.+
25 U Ġerobogħam bena Sikem+ fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm u għammar hemmhekk. Imbagħad, telaq minn hemm u bena Penwel.+ 26 U Ġerobogħam beda jgħid f’qalbu:+ “Issa s-saltna terġaʼ lura għand id-dar taʼ David.+ 27 Jekk dan il-poplu jibqaʼ jmur joffri sagrifiċċji fid-dar taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm,+ qalb dan il-poplu żgur terġaʼ lura lejn sidhom Reħobogħam is-sultan taʼ Ġuda; u lili joqtluni+ u jerġgħu lura għand Reħobogħam is-sultan taʼ Ġuda.” 28 Għaldaqstant, is-sultan ħa parir+ u għamel żewġ għoġiela+ tad-deheb u qal lill-poplu: “Huwa wisq għalikom li titilgħu Ġerusalemm. Hawn hu Alla tiegħek,+ O Israel, li tellgħek u ħarġek mill-art taʼ l-Eġittu.”+ 29 Għalhekk, poġġa wieħed f’Betel,+ u l-ieħor f’Dan.+ 30 U din il-ħaġa kkaġunat id-dnub,+ u n-nies kienu jmorru ’l bogħod sa Dan biex iqimu l-għoġol.
31 U beda jagħmel santwarju fil-postijiet għall-qima*+ u ħatar qassisin minn fost il-poplu kollu, li ma kinux minn ulied Levi.+ 32 U Ġerobogħam għamel festa fit-tmien xahar fil-ħmistax-il jum, bħall-festa li kien hemm f’Ġuda,+ sabiex jagħmel l-offerti fuq l-artal li kien bena f’Betel,+ biex joffri sagrifiċċji lill-għoġiela li kien għamel; u lill-qassisin tal-postijiet għall-qima li kien bena qegħedhom f’Betel biex jaqdu hemmhekk. 33 U beda jagħmel offerti fuq l-artal li kien bena f’Betel fil-ħmistax-il jum tat-tmien xahar, fix-xahar li qabad u għażel minn rajh;+ u għamel festa għal ulied Israel biex joffri fuq l-artal id-duħħan tas-sagrifiċċji.+
13 U kien hemm bniedem+ t’Alla li ħareġ minn Ġuda u mar Betel skond il-kelma+ taʼ Ġeħova, waqt li Ġerobogħam kien wieqaf ħdejn l-artal+ biex joffri d-duħħan tas-sagrifiċċji.+ 2 Imbagħad għajjat kontra l-artal skond il-kelma taʼ Ġeħova u qal: “O artal, artal, hekk qal Ġeħova, ‘Ara! Għad jitwieled iben fid-dar taʼ David, li jkun jismu Ġosija!+ Dan jissagrifika fuqek lill-qassisin tal-postijiet għall-qima* li qed joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji fuqek, u jaħraq fuqek l-għadam tan-nies.’”+ 3 U dakinhar ta sinjal+ taʼ l-għaġeb, u qal: “Dan hu s-sinjal taʼ l-għaġeb li Ġeħova tkellem dwaru: Ara! L-artal jinqasam, u l-irmied bix-xaħam* jixxerred minn fuqu.”
4 U ġara, malli s-sultan semaʼ l-kelma mgħajta minn dan il-bniedem t’Alla kontra l-artal f’Betel, li Ġerobogħam mill-ewwel ħareġ idu minn fuq l-artal, u qal: “Aqbduh!”+ Minnufih l-id li ħareġ kontrih nixfitlu, u ma setax jiġbidha lura lejh.+ 5 U l-artal inqasam min-nofs u l-irmied bix-xaħam ixxerred minn fuq l-artal, skond is-sinjal taʼ l-għaġeb li dan il-bniedem t’Alla kien ta bil-kelma taʼ Ġeħova.+
6 Is-sultan issa qal lil dan il-bniedem taʼ l-Alla l-veru: “Taffi l-korla taʼ Ġeħova Alla tiegħek, jekk jogħġbok, u itlob għalija sabiex tingħatali idi lura.”+ Għal dan, il-bniedem taʼ l-Alla l-veru taffa+ l-korla taʼ Ġeħova, u id is-sultan ngħatatlu lura u ġiet għal li kienet.+ 7 U s-sultan issokta jgħid lill-bniedem taʼ l-Alla l-veru: “Ejja miegħi d-dar u kul xi ħaġa,+ u ħallini nagħtik rigal.”+ 8 Imma l-bniedem taʼ l-Alla l-veru qal lis-sultan: “Lanqas kieku kellek tagħtini nofs darek+ ma niġi miegħek+ u niekol il-ħobż u nixrob l-ilma f’dan il-post. 9 Għax hekk ġejt kmandat permezz tal-kelma taʼ Ġeħova, ‘La tikolx ħobż+ jew tixrob ilma, u terġax lura mit-triq li għaddejt minnha.’” 10 U għadda minn triq oħra, u ma reġax lura mit-triq li għadda minnha biex jiġi Betel.
11 U ċertu profeta xiħ+ kien joqgħod Betel, u wliedu marru għandu u rrakkontawlu kulma għamel dakinhar il-bniedem taʼ l-Alla l-veru f’Betel u l-kliem li kien qal lis-sultan, u qalu b’dan lil missierhom. 12 Imbagħad missierhom qalilhom: “Mela ’l fejn mar?” U wliedu wrewh it-triq li qabad il-bniedem taʼ l-Alla l-veru li kien ġie minn Ġuda. 13 U qal lil uliedu: “Xidduli l-ħmar bis-sarġ.” B’hekk huma xeddewlu l-ħmar,+ u hu rikbu u telaq.
14 U mar għal wara l-bniedem taʼ l-Alla l-veru u sabu bil-qiegħda taħt is-siġra l-kbira.+ Imbagħad qallu: “Int dak il-bniedem taʼ l-Alla l-veru li ġie minn Ġuda?”+ u l-ieħor qallu: “Jien hu.” 15 U kompla jgħidlu: “Ejja miegħi d-dar u kul il-ħobż.” 16 Imma hu qal: “Ma nistax niġi lura miegħek jew niġi għandek, u ma nistax niekol ħobż jew nixrob ilma miegħek f’dan il-post.+ 17 Għax intqalli permezz tal-kelma taʼ Ġeħova,+ ‘La tikolx ħobż jew tixrob ilma hemmhekk. Terġax lura mit-triq li għaddejt minnha.’”+ 18 Għal dan qallu: “Jien ukoll profeta bħalek, u anġlu+ kellimni skond il-kelma taʼ Ġeħova u qalli, ‘Għidlu jiġi lura miegħek id-dar sabiex jiekol il-ħobż u jixrob l-ilma.’” (Hu qarraq bih.)+ 19 Għalhekk, mar lura miegħu sabiex jiekol il-ħobż għandu u jixrob l-ilma.+
20 U ġara, waqt li kienu bil-qiegħda mal-mejda, li l-kelma+ taʼ Ġeħova ġiet għand il-profeta li kien ġabu lura; 21 u beda jsejjaħ lill-bniedem taʼ l-Alla l-veru li kien ġie minn Ġuda u jgħidlu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Talli rribellajt+ kontra l-ordni taʼ Ġeħova u ma ħaristx il-kmandament li tak Ġeħova Alla tiegħek,+ 22 imma mort lura sabiex tiekol il-ħobż u tixrob l-ilma fil-post li dwaru għedtlek: “La tikolx ħobż jew tixrob ilma,” ġismek mejjet ma jidħolx fil-post fejn indifnu missirijietek.’”+
23 U wara li kiel il-ħobż u xorob, hu mill-ewwel xeddlu l-ħmar bis-sarġ, jiġifieri, lill-profeta li kien ġab lura miegħu. 24 U dan telaq. Iktar tard, sabu ljun+ fit-triq u qatlu,+ u l-ġisem mejjet tiegħu kien mitfugħ fit-triq. U l-ħmar kien ħdejh, u l-iljun kien ħdejn il-ġisem mejjet. 25 U għaddew xi rġiel, u raw il-ġisem mejjet mitfugħ fit-triq u l-iljun wieqaf ħdejn il-ġisem mejjet. Imbagħad daħlu u bdew jitkellmu dwar dan fil-belt fejn kien jgħix il-profeta x-xiħ.
26 Meta l-profeta li kien ġabu lura mit-triq semaʼ dwar dan, hu mill-ewwel qal: “Dak huwa l-bniedem taʼ l-Alla l-veru li rribella kontra l-ordni taʼ Ġeħova;+ u għalhekk Ġeħova tah lill-iljun, sabiex iqattgħu u joqtlu, skond il-kelma li qallu Ġeħova.”+ 27 U qal lil uliedu: “Xidduli l-ħmar bis-sarġ.” U xeddewhulu.+ 28 U telaq u sab il-ġisem mejjet mitfugħ fit-triq bil-ħmar u l-iljun weqfin ħdejn il-ġisem mejjet. L-iljun ma kienx kielu l-ġisem, lanqas ma kien qattaʼ l-ħmar.+ 29 U l-profeta refaʼ l-ġisem mejjet tal-bniedem taʼ l-Alla l-veru, qiegħdu fuq il-ħmar, u ġabu lura. U l-profeta x-xiħ daħal f’beltu biex jibkih u jidfnu. 30 Għalhekk, qiegħed il-ġisem mejjet fil-qabar tiegħu stess; u qagħdu jibkuh+ u jgħidu: “Jaħasra, ħija!” 31 U wara li difnu qal lil uliedu: “Meta mmut idfnuni fl-istess post fejn hu midfun il-bniedem taʼ l-Alla l-veru. Għadmi qegħduh ħdejn għadmu.+ 32 Għax dak li għajjat skond il-kelma taʼ Ġeħova kontra l-artal+ li hemm f’Betel u kontra s-santwarji kollha fil-postijiet għall-qima+ li qegħdin fil-bliet tas-Samarija+ se jseħħ żgur.”+
33 Wara din il-ġrajja, Ġerobogħam ma darx lura minn triqtu l-ħażina, imma reġaʼ ħatar qassisin għall-postijiet għall-qima minn fost il-poplu kollu.+ U kulmin kien jixtieq, hu kien jagħtih is-setgħa f’idu,+ u jgħidlu: “Ħa jsir wieħed mill-qassisin tal-postijiet għall-qima.” 34 U din il-ħaġa saret id-dnub taʼ dar Ġerobogħam,+ id-dnub li wassalha biex titqaċċat u tinqered għalkollox minn fuq wiċċ l-art.+
14 F’dak iż-żmien partikulari, Abija bin Ġerobogħam marad.+ 2 Għalhekk, Ġerobogħam qal lil martu: “Qum, jekk jogħġbok, u ilbes ilbies ieħor+ sabiex ma jagħrfux li int mart Ġerobogħam, u mur Silo. Ara! Hemmhekk jinsab il-profeta Aħija,+ dak li qal li jien kont se nsir sultan fuq dan il-poplu.+ 3 Ħu f’idejk għaxar ħobżiet+ u xi ftajjar u flixkun+ għasel, u mur għandu.+ U hu jgħidlek x’se jiġri mit-tifel.”+
4 U mart Ġerobogħam għamlet hekk. Għaldaqstant qamet u marret Silo+ u waslet id-dar t’Aħija. Issa Aħija ma setax jara, għax għajnejh kienu tgħammxu bix-xjuħija.+
5 U Ġeħova kien qal lil Aħija: “Ara, ġejja l-mara taʼ Ġerobogħam biex titolbok tgħidilha dwar binha, għax hu marid. Hekk u hekk għandek tgħidilha. U jiġri li malli tiġi, hi tipprova taħbi min hi.”+
6 U ġara li malli Aħija semaʼ l-passi tagħha hi u dieħla, qalilha: “Idħol mart Ġerobogħam.+ Għalfejn qed tipprova taħbi min int meta jien mibgħut għandek b’messaġġ iebes? 7 Mur, għid lil Ġerobogħam, ‘Hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel: “Talli għollejtek minn fost il-poplu tiegħek, sabiex nagħmlek mexxej tal-poplu tiegħi Israel,+ 8 u ċarratt+ is-saltna minn fuq id-dar taʼ David u tajtha lilek, u int ma sirtx bħal David il-qaddej tiegħi, li ħares il-kmandamenti tiegħi u mexa warajja b’qalbu kollha billi għamel biss dak li hu sewwa f’għajnejja,+ 9 imma aġixxejt agħar minn taʼ qablek, u mort tagħmel alla ieħor+ u xbihat minn metall imdewweb+ biex toffendini,+ u lili tfajtni wara dahrek;+ 10 minħabba dan, se nġib gwaj fuq dar Ġerobogħam, u se neqred minn dar Ġerobogħam lill-irġiel u lis-subien kollha,+ sa l-iktar wieħed baxx f’Israel;+ u niknes lil dar Ġerobogħam,+ bħalma wieħed jeħles mill-ħmieġ sakemm jarmih.+ 11 Dak li jmut fil-belt minn dar Ġerobogħam jikluh il-klieb;+ u dak li jmut fl-għalqa jikluh it-tjur tas-smewwiet,+ għax Ġeħova nnifsu qal dan.”’
12 “U int qum u mur id-dar. Meta saqajk jidħlu fil-belt, it-tifel imut. 13 U Israel kollu jibkih+ u jidfnu, għax dan biss mid-dar taʼ Ġerobogħam se jidħol fil-qabar; għax Ġeħova l-Alla taʼ Israel sab xi ħaġa tajba fih fid-dar taʼ Ġerobogħam.+ 14 U Ġeħova jqajjem sultan+ fuq Israel li jeqred lil dar Ġerobogħam fil-ġurnata msemmija, u xi ngħidu jekk dan jiġri issa stess?+ 15 U Ġeħova se jidrob lil Israel, u dan isir bħal qasba li tixxejjer fl-ilma;+ u jaqlaʼ+ lil Israel minn din l-art tajba+ li ta lil missirijiethom, u jxerridhom+ lil hinn mix-Xmara,*+ talli għamlu l-arbli sagri,+ u b’hekk offendew+ lil Ġeħova. 16 U jitlaq lil Israel+ minħabba d-dnubiet taʼ Ġerobogħam li bihom dineb hu u ġiegħel lil Israel jidneb ukoll.”+
17 Imbagħad mart Ġerobogħam qamet u telqet u waslet Tirsa.+ Hekk kif rifset l-għatba tad-dar, it-tifel miet. 18 U difnuh, u Israel kollu bkieh, skond il-kelma li Ġeħova qal permezz tal-qaddej tiegħu Aħija l-profeta.
19 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġerobogħam, kif iġġieled+ u kif saltan, huma miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel. 20 U ż-żmien li Ġerobogħam dam isaltan kien tnejn u għoxrin sena, u wara mtedd maʼ missirijietu;+ u ibnu Nadab+ beda jsaltan minfloku.
21 U Reħobogħam+ bin Salamun kien sar sultan f’Ġuda. Wieħed u erbgħin sena kellu Reħobogħam meta beda jsaltan, u dam isaltan sbatax-il sena f’Ġerusalemm, il-belt+ li Ġeħova kien għażel mit-tribujiet kollha+ taʼ Israel biex iqiegħed ismu hemmhekk.+ U ommu kien jisimha Nagħma l-Għammonija.+ 22 U n-nies taʼ Ġuda għamlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ u għalhekk qanqluh+ għall-għira* iktar milli kienu għamlu missirijiethom bid-dnubiet li dinbu bihom.+ 23 U huma wkoll baqgħu jibnu postijiet għall-qima*+ u pilastri sagri+ u arbli sagri+ fuq kull għolja kbira+ u taħt kull siġra tħaddar.+ 24 U fil-pajjiż kien hemm ukoll irġiel prostituti tat-tempju.+ Huma għamlu skond l-affarijiet mistkerrhin tal-ġnus li Ġeħova kien keċċa minn quddiem ulied Israel.+
25 U fil-ħames sena tas-Sultan Reħobogħam ġara li Sisak+ is-sultan taʼ l-Eġittu telaʼ kontra Ġerusalemm. 26 U ħa t-teżori tad-dar taʼ Ġeħova u t-teżori tad-dar tas-sultan;+ kollox ħa.+ U ħa t-tarki kollha tad-deheb li kien għamel Salamun.+ 27 Għaldaqstant, is-Sultan Reħobogħam għamel minflokhom tarki tar-ram aħmar, u ħalliehom f’idejn il-kapijiet tal-ġerrejja,+ l-għassiesa mal-bieb taʼ dar is-sultan.+ 28 U kulmeta s-sultan kien imur lejn id-dar taʼ Ġeħova, il-ġerrejja kienu jġorruhom, u mbagħad jiħduhom lura fil-kamra tal-ġerrejja.+
29 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Reħobogħam u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taż-żminijiet tas-slaten taʼ Ġuda? 30 U l-gwerer bejn Reħobogħam u Ġerobogħam ma waqfux.+ 31 Fl-aħħar, Reħobogħam imtedd maʼ missirijietu u ndifen maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David.+ U ommu kien jisimha Nagħma l-Għammonija.+ U ibnu Abijam+ beda jsaltan minfloku.
15 U fis-sena tmintax tas-Sultan Ġerobogħam+ bin Nebat,+ Abijam sar sultan fuq Ġuda.+ 2 Dam isaltan tliet snin f’Ġerusalemm; u ommu kien jisimha Magħka+ u nannuha kien Abisalom.+ 3 U mexa fid-dnubiet kollha li missieru għamel qablu; u qalbu ma kinitx sħiħa+ maʼ Ġeħova Alla tiegħu, bħal qalb David missieru.+ 4 Għax, minħabba David,+ Ġeħova Alla tiegħu tah musbieħ+ f’Ġerusalemm billi qajjem lil ibnu warajh u ħalla lil Ġerusalemm teżisti,+ 5 għax David għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova, u ma warrab xejn minn dak li Hu kkmandah il-jiem kollha taʼ ħajtu,+ ħlief fil-kwistjoni t’Urija l-Ħitti.+ 6 U kien hemm il-gwerer bejn Reħobogħam u Ġerobogħam il-jiem kollha taʼ ħajtu.+
7 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Abijam u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? U kien hemm gwerer ukoll bejn Abijam u Ġerobogħam.+ 8 Fl-aħħar, Abijam imtedd maʼ missirijietu u difnuh fil-Belt taʼ David;+ u ibnu Asa+ beda jsaltan minfloku.
9 Fis-sena għoxrin taʼ Ġerobogħam is-sultan taʼ Israel, Asa sar is-sultan taʼ Ġuda. 10 U dam isaltan wieħed u erbgħin sena f’Ġerusalemm; u nanntu kien jisimha Magħka+ u nannuha kien Abisalom.+ 11 U Asa għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova, bħal David missieru.+ 12 Għaldaqstant warrab l-irġiel prostituti tat-tempju mill-pajjiż+ u neħħa l-idoli kollha moqżieża daqs id-demel+ li għamlu missirijietu.+ 13 Anki lil nanntu Magħka+ neħħieha minn sultana omm,*+ għax kienet għamlet idolu moqżież għall-qima taʼ l-arblu sagru; u Asa qaċċat l-idolu moqżież tagħha+ u ħarqu+ fil-wied taʼ Kidron.+ 14 Imma l-postijiet għall-qima*+ ma neħħihomx.+ Madankollu, qalb Asa baqgħet sħiħa maʼ Ġeħova tul jiemu kollha.+ 15 U beda jdaħħal fid-dar taʼ Ġeħova l-affarijiet li tqaddsu minn missieru u l-affarijiet li qaddes hu stess, fidda u deheb u diversi oġġetti.+
16 U kien hemm il-gwerer bejn Asa u Bagħsa+ s-sultan taʼ Israel il-jiem kollha tagħhom. 17 Għalhekk, Bagħsa s-sultan taʼ Israel telaʼ kontra Ġuda u beda jibni Rama+ biex ma jħalli lil ħadd joħroġ mingħand Asa, is-sultan taʼ Ġuda, jew jidħol għandu.+ 18 Għal dan, Asa ħa l-fidda u d-deheb kollu li kien baqaʼ fit-teżori tad-dar taʼ Ġeħova u t-teżori tad-dar tas-sultan u tahom f’idejn il-qaddejja tiegħu; u s-Sultan Asa bagħathom għand Ben-ħadad,+ bin Tabrimmon, bin Ħeżjon, is-sultan tas-Sirja,+ li kien jgħammar f’Damasku,+ u qallu: 19 “Hemm patt bejni u bejnek, bejn missieri u missierek. Ara, jien bgħattlek rigal+ taʼ fidda u deheb. U int ejja u ikser il-patt maʼ Bagħsa s-sultan taʼ Israel, sabiex jitlaq minn hawn.”+ 20 Għalhekk, Ben-ħadad semaʼ mis-Sultan Asa u bagħat lill-kapijiet tal-qawwiet militari tiegħu kontra l-bliet taʼ Israel u ħabat għal Ijon+ u Dan+ u Abel-bet-magħka+ u Kinneret kollha, sa l-art kollha taʼ Naftali.+ 21 U ġara li, malli Bagħsa semaʼ b’dan, minnufih hu waqaf jibni Rama+ u kompla jgħammar f’Tirsa.+ 22 U s-Sultan Asa, min-naħa tiegħu, laqqaʼ lil Ġuda kollu+—ħadd ma tħalla barra—u huma ġarrew il-ġebel taʼ Rama u l-injam tagħha, li Bagħsa kien qed jibni bihom; u s-Sultan Asa użahom biex jibni Geba+ f’Benjamin, u Mispa.+
23 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Asa u l-atti setgħanin kollha tiegħu u kulma għamel u l-bliet li bena, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? Imma fi xjuħitu+ qabditu marda f’saqajh.+ 24 Fl-aħħar, Asa mtedd maʼ missirijietu+ u ndifen maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David missieru;+ u ibnu Ġeħosafat+ beda jsaltan minfloku.
25 U Nadab,+ bin Ġerobogħam, sar sultan fuq Israel fit-tieni sena t’Asa s-sultan taʼ Ġuda; u dam isaltan sentejn fuq Israel. 26 U kompla jagħmel dak li hu ħażin+ f’għajnejn Ġeħova u baqaʼ miexi fit-triq taʼ missieru+ u fid-dnub tiegħu li bih ġiegħel lil Israel jidneb.+ 27 U Bagħsa+ bin Aħija taʼ dar Issakar beda jikkonfoffa kontrih; u Bagħsa ħabat għalih f’Gibbeton,+ li kienet tal-Filistin, waqt li Nadab u Israel kollu kienu qed jassedjaw lil Gibbeton. 28 U Bagħsa qatlu fit-tielet sena t’Asa s-sultan taʼ Ġuda u beda jsaltan minfloku.+ 29 U ġara li malli sar sultan, hu qatel lid-dar kollha taʼ Ġerobogħam. Minn dar Ġerobogħam ma ħalla ’l ħadd li jieħu n-nifs għax qeridhom ilkoll, skond il-kelma li Ġeħova kien qal permezz tal-qaddej tiegħu Aħija s-Siloni,+ 30 minħabba d-dnubiet taʼ Ġerobogħam li bihom dineb+ hu u ġiegħel lil Israel jidneb ukoll u minħabba l-offiża li biha offenda lil Ġeħova l-Alla taʼ Israel.+ 31 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Nadab u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 32 U kien hemm il-gwerer bejn Asa u Bagħsa s-sultan taʼ Israel il-jiem kollha tagħhom.+
33 Fit-tielet sena t’Asa s-sultan taʼ Ġuda, Bagħsa bin Aħija sar sultan fuq Israel kollu f’Tirsa u dam isaltan erbgħa u għoxrin sena.+ 34 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova+ u baqaʼ miexi fit-triq taʼ Ġerobogħam+ u fid-dnub tiegħu li bih ġiegħel lil Israel jidneb.+
16 Il-kelma taʼ Ġeħova issa ġiet għand Ġeħu+ bin Ħanani+ kontra Bagħsa, tgħid: 2 “Minħabba li għollejtek mit-trab+ sabiex nagħmlek il-mexxej tal-poplu tiegħi Israel,+ imma int imxejt fit-triq taʼ Ġerobogħam+ u ġegħelt lill-poplu tiegħi Israel jidneb billi joffendini bid-dnubiet tiegħu,+ 3 arani, se niknes lil Bagħsa u lil daru, u nagħmel lil daru bħal dar Ġerobogħam bin Nebat.+ 4 Kulmin imut fil-belt minn dar Bagħsa jikluh il-klieb; u kulmin imut fl-għalqa minn daru jikluh it-tjur tas-smewwiet.”+
5 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Bagħsa u dak li għamel u l-atti setgħanin tiegħu, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 6 Fl-aħħar, Bagħsa mtedd maʼ missirijietu u ndifen f’Tirsa;+ u ibnu Elah beda jsaltan minfloku. 7 Barra minn hekk, permezz tal-profeta Ġeħu, bin Ħanani, il-kelma taʼ Ġeħova kienet ġiet kontra Bagħsa u daru,+ kemm minħabba l-ħażen kollu li għamel f’għajnejn Ġeħova billi offendieh+ b’għemil idejh,+ u b’hekk issir bħad-dar Ġerobogħam, u kemm minħabba li qatel lil Nadab.+
8 Fis-sena sitta u għoxrin t’Asa s-sultan taʼ Ġuda, Elah bin Bagħsa sar sultan fuq Israel f’Tirsa u dam isaltan sentejn. 9 U l-qaddej tiegħu Żimri,+ il-kap taʼ nofs il-karrijiet, beda jikkonfoffa kontrih, waqt li dan kien Tirsa jixrob+ u jisker fid-dar t’Arsa, li kien jieħu ħsieb id-dar+ f’Tirsa. 10 U Żimri ħebb għalih u qatlu+ fis-sena sebgħa u għoxrin t’Asa s-sultan taʼ Ġuda, u beda jsaltan minfloku. 11 U ġara li meta beda jsaltan, malli qagħad fuq it-tron, hu qatel lid-dar kollha taʼ Bagħsa. Ma ħallielu ħaj lill-ebda raġel jew tifel u la lil xi ħadd bid-dritt+ li jivvendika ruħu għal demmu+ u lanqas lil xi ħabib. 12 Hekk Żimri ġab fix-xejn id-dar kollha taʼ Bagħsa,+ skond il-kelma li Ġeħova+ kien qal kontra Bagħsa permezz tal-profeta Ġeħu,+ 13 minħabba d-dnubiet kollha taʼ Bagħsa u d-dnubiet taʼ ibnu Elah+ li bihom dinbu huma u ġiegħlu lil Israel jidneb ukoll billi joffendi lil Ġeħova l-Alla taʼ Israel bl-idoli fiergħa tiegħu.+ 14 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Elah u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel?
15 Fis-sena sebgħa u għoxrin t’Asa s-sultan taʼ Ġuda, Żimri sar sultan għal sebat ijiem+ f’Tirsa, waqt li n-nies kienu kkampjati biex jattakkaw lil Gibbeton,+ li kienet tal-Filistin. 16 U n-nies li kienu kkampjati hemmhekk semgħu l-aħbar: “Żimri kkonfoffa u qatel lis-sultan.” Għalhekk, Israel kollu għamel lil Għomri,+ il-kap taʼ l-armata, sultan fuq Israel dakinhar fil-kamp. 17 Imbagħad Għomri u Israel kollu miegħu telgħu minn Gibbeton u assedjaw+ lil Tirsa. 18 U ġara li malli Żimri ra li l-belt kienet inqabdet, mar fit-torri taʼ dar is-sultan u ħaraq id-dar tas-sultan bih b’kollox u miet bin-nar,+ 19 għad-dnubiet li dineb bihom billi għamel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova+ għax mexa fit-triq taʼ Ġerobogħam u fid-dnub tiegħu li bih ġiegħel lil Israel jidneb ukoll.+ 20 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Żimri u l-konfoffa tiegħu li kkonfoffa biha, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel?
21 Kien imbagħad li l-poplu taʼ Israel inqasam f’żewġ naħat.+ In-nies taʼ naħa waħda bdew isegwu lil Tibni bin Ginat biex jagħmluh sultan, u l-oħrajn segwew lil Għomri. 22 Fl-aħħar, in-nies li kienu wara Għomri għelbu lin-nies taʼ wara Tibni bin Ginat; u Tibni nqatel, u beda jsaltan Għomri.
23 Fis-sena wieħed u tletin t’Asa s-sultan taʼ Ġuda, Għomri sar sultan fuq Israel u dam isaltan tnax-il sena. F’Tirsa saltan sitt snin. 24 U xtara l-muntanja tas-Samarija minn Semer għal żewġ talenti fidda, u beda jibni fuq il-muntanja u semma l-belt li bena Samarija, għal Semer sid il-muntanja.+ 25 U Għomri baqaʼ jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova u għamel agħar minn dawk kollha taʼ qablu.+ 26 U baqaʼ jimxi fit-triq kollha taʼ Ġerobogħam bin Nebat+ u fid-dnub tiegħu li bih ġiegħel lil Israel jidneb u joffendi lil Ġeħova l-Alla taʼ Israel bl-idoli fiergħa tiegħu.+ 27 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Għomri, dak li għamel u l-atti setgħanin tiegħu, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 28 Fl-aħħar, Għomri mtedd maʼ missirijietu u ndifen fis-Samarija; u ibnu Aħab+ beda jsaltan minfloku.
29 U Aħab bin Għomri sar sultan fuq Israel fis-sena tmienja u tletin t’Asa s-sultan taʼ Ġuda; u Aħab bin Għomri kompla jsaltan fuq Israel fis-Samarija+ tnejn u għoxrin sena. 30 U f’għajnejn Ġeħova, Aħab bin Għomri għamel agħar minn dawk kollha taʼ qablu.+ 31 U ġara, bħallikieku kienet ħaġa żgħira+ li jimxi fid-dnubiet taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li hu ħa b’martu+ lil Ġeżabel+ bint Etbagħal, is-sultan tas-Sidonin,+ u beda jmur u jaqdi lil Bagħal+ u jmil quddiemu. 32 Iktar minn hekk, waqqaf artal lil Bagħal fid-dar+ li bena lil Bagħal fis-Samarija. 33 U Aħab għamel arblu sagru;+ u Aħab għamel ferm iktar affarijiet biex joffendi+ lil Ġeħova l-Alla taʼ Israel mis-slaten kollha taʼ Israel li ġew qablu.
34 Fi żmienu, Ħijel il-Beteli bena Ġeriko. Meta qiegħed il-pedament tagħha sofra t-telfa t’Abiram, l-ewwel imwieled tiegħu, u meta waqqaf il-bibien tagħha sofra t-telfa taʼ Segub, l-iżgħar wieħed minn uliedu, skond il-kelma li Ġeħova kien qal permezz taʼ Ġożwè bin Nun.+
17 U Elija+ t-Tisbi, wieħed mill-abitanti taʼ Gilegħad,+ qal lil Aħab: “Daqskemm hu ħaj+ Ġeħova l-Alla taʼ Israel li ninsab wieqaf quddiemu,*+ matul dawn is-snin la jkun hawn nida u lanqas xita,+ ħlief bl-ordni taʼ kelmti!”+
2 Issa l-kelma+ taʼ Ġeħova ġiet għandu, tgħid: 3 “Itlaq minn hawn, u dur lejn il-lvant u nħeba+ fil-wied* taʼ Kerit li qiegħed fil-lvant tal-Ġordan. 4 U ixrob mill-wied,+ u jien nordna ċ-ċawluni+ jipprovdulek l-ikel hemmhekk.”+ 5 U immedjatament, hu telaq u għamel skond il-kelma taʼ Ġeħova,+ u għalhekk mar u beda jgħammar ħdejn il-wied taʼ Kerit fil-lvant tal-Ġordan. 6 U ċ-ċawluni bdew iġibulu l-ħobż u l-laħam fil-għodu u l-ħobż u l-laħam fil-għaxija, u kien jixrob mill-wied.+ 7 Imma ġara wara ftit jiem li l-wied ixxotta,+ għax ma kinitx niżlet xita fl-art.
8 Issa l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandu, tgħid:+ 9 “Qum, mur Sarefat,+ li hi taʼ Sidon, u għammar hemmhekk. Ara! Jien se nikkmanda lil waħda mara, armla, biex tipprovdilek l-ikel.” 10 Għaldaqstant qam u mar Sarefat u wasal fid-daħla tal-belt; u kien hemm waħda mara, armla, tiġbor il-ħatab. Għalhekk, sejħilha u qalilha: “Jekk jogħġbok, ġibli boqqa ilma f’reċipjent biex nixrob.”+ 11 Hi u sejra ġġibhulu, hu sejħilha u qalilha: “Jekk jogħġbok, ġibli wkoll biċċa ħobż+ miegħek.” 12 Għal dan, qaltlu: “Daqskemm Ġeħova Alla tiegħek hu ħaj,+ m’għandix ftajjar,+ imma għandi ponn+ dqiq fil-ġarra l-kbira u ftit żejt+ fil-ġarra ż-żgħira; u, ara, qed niġbor ftit ħatab, u mbagħad irrid nidħol u nagħmel xi ħaġa għalija u għal ibni, u nikluha u mmutu.”+
13 Imbagħad Elija qalilha: “Tibżax.+ Idħol u agħmel kif għedt. Biss l-ewwel agħmel ftira żgħira għalija minn dak li hemm,+ u ġibhieli hawn barra, u mbagħad wara tistaʼ tagħmel xi ħaġa għalik u għal ibnek. 14 Għax hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel, ‘Il-ġarra l-kbira tad-dqiq ma tinħeliex, u l-ġarra ż-żgħira taż-żejt ma tispiċċax sal-jum li fih Ġeħova jibgħat ix-xita fuq wiċċ l-art.’”+ 15 Għalhekk, marret u għamlet kif qalilha Elija; u baqgħet tiekol, hi flimkien miegħu u taʼ darha, għal bosta jiem.+ 16 U l-ġarra l-kbira tad-dqiq ma nħlietx, u l-ġarra ż-żgħira taż-żejt ma spiċċatx,+ skond il-kelma li Ġeħova qal permezz t’Elija.
17 U wara dawn l-affarijiet, bin il-mara, sidt id-dar, marad, u l-marda tiegħu tant iggravat li ma kienx baqagħlu iżjed nifs fih.+ 18 Għal dan, hi qalet lil Elija: “X’għandi x’naqsam miegħek,+ O bniedem taʼ l-Alla l-veru? Int ġejt għandi biex tfakkarni fl-iżball tiegħi+ u toqtolli lil ibni.” 19 Imma hu qalilha: “Agħtini lil ibnek.” U ħadu minn ħdanha u ġarru fl-għorfa,+ fejn kien qed joqgħod, u meddu fuq soddtu stess.+ 20 U beda jsejjaħ lil Ġeħova u jgħid: “O Ġeħova Alla tiegħi,+ se ġġib il-ħsara wkoll fuq l-armla li qed ngħix magħha bħala barrani billi toqtlilha lil binha?” 21 U mtedd fuq it-tifel+ tliet darbiet u sejjaħ lil Ġeħova u qal: “O Ġeħova Alla tiegħi, jekk jogħġbok, ħalli ruħ+ it-tifel terġaʼ lura fih.” 22 Fl-aħħar, Ġeħova semaʼ leħen Elija,+ u ruħ it-tifel reġgħet lura fih u hu ħa l-ħajja.+ 23 Elija mbagħad ħa t-tifel, niżżlu mill-għorfa, u daħħlu d-dar u tah lil ommu; u Elija qalilha: “Ara, ibnek ħaj.”+ 24 Għal dan, il-mara qalet lil Elija: “Issa naf tassew li int bniedem t’Alla+ u li l-kelma taʼ Ġeħova li tinsab fuq fommok hija vera.”+
18 U ġara wara ħafna jiem+ li kelmet Ġeħova ġiet għand Elija fit-tielet sena, tgħid: “Mur, idher quddiem Aħab, għax jien determinat li nibgħat ix-xita fuq wiċċ l-art.”+ 2 Għaldaqstant, Elija mar biex jidher quddiem Aħab, waqt li fis-Samarija kien hemm ġuħ kbir.+
3 Sadanittant, Aħab sejjaħ lil Għobadija, li kien jiħodlu ħsieb id-dar.+ (Issa Għobadija kien wera li jibżaʼ ħafna+ minn Ġeħova. 4 Meta Ġeżabel+ kienet qiegħda teqred lill-profeti taʼ Ġeħova,+ Għobadija ħa mitt profeta u żammhom moħbijin fl-għerien ħamsin, ħamsin, u pprovdielhom il-ħobż u l-ilma.)+ 5 U Aħab qal lil Għobadija: “Dur mal-pajjiż u mur ħdejn kull għajn taʼ l-ilma u f’kull wied.* Forsi nsibu daqsxejn ħaxix aħdar+ u nżommu ż-żwiemel u l-bgħula ħajjin u ma jinqerdux iktar bhejjem.”+ 6 Għalhekk, qasmu l-art li kellhom jgħaddu minnha bejniethom. Aħab mar minn triq, u Għobadija mar minn triq oħra.+
7 Waqt li Għobadija kien għaddej fi triqtu, ara, Elija kien hemm biex jiltaqaʼ miegħu.+ Hu mill-ewwel għarfu u nxteħet wiċċu fl-art+ u qallu: “Dan int, sidi+ Elija?” 8 Għal dan, hu qallu: “Jien hu. Mur u għid lil sidek,+ ‘Hawn hu Elija.’” 9 Imma hu qallu: “Xi dnub+ għamilt biex se terħi lill-qaddej tiegħek f’id Aħab ħalli joqtolni? 10 Daqskemm Ġeħova Alla tiegħek hu ħaj,+ m’hemmx ġens jew saltna li sidi ma bagħatx ifittxek fiha. U wara li qalulu, ‘M’huwiex hawn,’ hu ġiegħel lis-saltna u l-ġens jaħilfu li ma setgħux isibuk.+ 11 U issa int qed tgħidli, ‘Mur, għid lil sidek: “Hawn hu Elija.”’ 12 Imbagħad meta nħallik l-ispirtu+ taʼ Ġeħova żgur iġorrok lejn ma nafx fejn; u jien inkun għedt lil Aħab, u hu ma jsibekx u żgur joqtolni,+ għax il-qaddej tiegħek ilu jibżaʼ minn Ġeħova mindu kien żgħir.+ 13 Jaqaw lil sidi ma qalulux x’għamilt meta Ġeżabel qatlet lill-profeti taʼ Ġeħova, kif żammejt lil xi profeti taʼ Ġeħova moħbijin, mitt raġel, ħamsin f’kull għar,+ u bqajt nipprovdilhom il-ħobż u l-ilma?+ 14 U issa int qed tgħidli, ‘Mur, għid lil sidek: “Hawn hu Elija.”’ U żgur joqtolni.”+ 15 Madankollu, Elija qallu: “Daqskemm hu ħaj+ Ġeħova taʼ l-armati+ li ninsab wieqaf quddiemu,* illum se nidher quddiem is-sultan.”
16 Għalhekk, Għobadija telaq biex jiltaqaʼ m’Aħab u qallu. U Aħab mar jiltaqaʼ m’Elija.
17 U ġara li, malli Aħab ra lil Elija, Aħab mill-ewwel qallu: “Dan int, il-bniedem li ġiegħel lil Israel jiġi mwarrab?”+
18 Għal dan qallu: “Mhux jien ġegħelt lil Israel jiġi mwarrab,+ imma int u dar missierek,+ għax tlaqtu l-kmandamenti taʼ Ġeħova,+ u mortu timxu wara l-Bagħalim.+ 19 U issa ibgħat messaġġ u iġbor lil Israel kollu quddiemi fuq il-Muntanja Karmel+ flimkien maʼ l-erbaʼ mija u ħamsin profeta taʼ Bagħal+ u l-erbaʼ mitt profeta taʼ l-arblu sagru,+ li jieklu mill-mejda taʼ Ġeżabel.”+ 20 U Aħab bagħat għal ulied Israel kollha u ġabar flimkien lill-profeti+ fuq il-Muntanja Karmel.
21 Imbagħad Elija resaq lejn in-nies kollha u qal: “Kemm se ddumu zzappu fuq żewġ opinjonijiet differenti?+ Jekk Ġeħova hu l-Alla l-veru, morru warajh;+ imma jekk hu Bagħal il-wieħed veru, morru warajh.” U n-nies ma qalux kelma waħda biex iwiġbuh. 22 U Elija kompla jgħid lin-nies: “Jien baqaʼ bħala profeta taʼ Ġeħova,+ jien biss, waqt li profeti taʼ Bagħal hemm erbaʼ mija u ħamsin. 23 Issa ħa jagħtuna żewġ barrin żgħar, u ħa jagħżlu għalihom barri żgħir u jqattgħuh biċċiet u jqegħduh fuq il-ħatab, imma ma jagħtuhx in-nar. U jien inħejji l-barri ż-żgħir l-ieħor, u nqiegħdu fuq il-ħatab, imma ma nagħtihx in-nar. 24 U intom sejħu l-isem taʼ l-alla tagħkom,+ u jien, min-naħa tiegħi, insejjaħ isem Ġeħova; u l-Alla l-veru li jwieġeb bin-nar+ ikun hu l-Alla l-veru.”+ Għal dan, il-poplu kollu wieġeb u qal: “Tajjeb.”
25 Imbagħad Elija qal lill-profeti taʼ Bagħal: “Agħżlu barri żgħir għalikom u ħejjuh intom l-ewwel, għax intom qegħdin fil-maġġuranza; u sejħu isem l-alla tagħkom, imma tagħtuhx in-nar.” 26 Għaldaqstant ħadu l-barri ż-żgħir li tahom. Imbagħad ħejjewh u qagħdu jsejħu isem Bagħal minn fil-għodu sa nofsinhar, u jgħidu: “O Bagħal, wiġibna!” Imma ma nstemaʼ l-ebda leħen,+ u ħadd ma wiġibhom.+ U baqgħu jzappu madwar l-artal li kienu għamlu. 27 U f’nofsinhar Elija beda jidħaq bihom+ u jgħidilhom: “Għajtulu kemm tifilħu, għax hu alla;+ żgur ħsiebu f’ħaġa oħra, u jrid imur il-latrina+ għax għandu bżonn jagħmel.+ Jew forsi rieqed u jeħtieġ iqum!”+ 28 U bdew jgħajtulu kemm jifilħu u jqattgħu+ ġisimhom stess skond id-drawwa tagħhom bl-istalletti u l-lanez, sakemm ħarġu d-demm li beda jċarċar fuqhom. 29 U ġara li għadda nofsinhar u huma komplew iġibu ruħhom taʼ profeti+ sal-ħin li tiġi preżentata l-offerta tal-qmuħ, imma baqaʼ ma nstemaʼ l-ebda leħen, u ħadd ma wiġibhom, u ħadd ma ta kashom.+
30 Fl-aħħar, Elija qal lin-nies kollha: “Ersqu lejja.” U n-nies kollha resqu lejh. U beda jsewwi l-artal taʼ Ġeħova li kien imġarraf.+ 31 Għalhekk, Elija ħa tnax-il ġebla, skond l-għadd tat-tribujiet taʼ wlied Ġakobb, li l-kelma taʼ Ġeħova kienet ġiet għandu,+ tgħid: “Ismek isir Israel.”+ 32 U mill-ġebel bena artal+ f’isem Ġeħova+ u madwar l-artal kollu għamel gandott, bejn wieħed u ieħor daqs l-art li tinżeraʼ b’żewġ seat żerriegħa. 33 Wara dan, poġġa l-ħatab+ f’ordni u qattaʼ l-barri żgħir u qiegħdu fuq il-ħatab. U qal: “Imlew erbaʼ ġarar kbar bl-ilma u ferrgħu l-ilma fuq l-offerta tal-ħruq u fuq il-ħatab.” 34 Imbagħad qal: “Erġgħu agħmlu hekk.” U reġgħu għamlu hekk. U qal: “Erġgħu agħmlu hekk għat-tielet darba.” Għalhekk, reġgħu għamlu hekk għat-tielet darba. 35 B’hekk, l-ilma ġera madwar l-artal kollu, u l-gandott imtela bl-ilma.
36 U ġara fil-ħin+ li tiġi preżentata l-offerta tal-qmuħ li l-profeta Elija resaq u qal: “O Ġeħova, l-Alla t’Abraham,+ Iżakk,+ u Israel,+ għarraf illum li int Alla f’Israel+ u li jien il-qaddej tiegħek u li skond kelmtek+ għamilt dawn l-affarijiet kollha. 37 Wiġibni, O Ġeħova, wiġibni, ħalli dawn in-nies ikunu jafu li int, Ġeħova,+ int l-Alla l-veru u int innifsek reġġajtilhom qalbhom lura.”+
38 Għal dan, in-nar+ taʼ Ġeħova niżel u ħataf l-offerta tal-ħruq+ u l-ħatab u l-ġebel u t-trab, u xorob l-ilma tal-gandott.+ 39 Hekk kif in-nies kollha raw dan, huma nxteħtu wiċċhom fl-art+ u qalu: “Ġeħova hu l-Alla l-veru! Ġeħova hu l-Alla l-veru!” 40 Imbagħad Elija qalilhom: “Aqbdu ’l-profeti taʼ Bagħal! Tħallu ’l ħadd minnhom jaħrab!” Minnufih qabduhom, u Elija niżżilhom fil-wied taʼ Kison+ u qatilhom hemmhekk.+
41 Imbagħad Elija qal lil Aħab: “Itlaʼ, kul u ixrob;+ għax jinstemaʼ jidwi l-ħoss taʼ xita bil-qliel.”+ 42 U Aħab telaʼ jiekol u jixrob. U Elija telaʼ fuq il-quċċata tal-Karmel u niżel kobba maʼ l-art+ u żamm wiċċu bejn irkopptejh.+ 43 Imbagħad qal lill-qaddej tiegħu: “Itlaʼ, jekk jogħġbok, u ħares lejn id-direzzjoni tal-baħar.” Għalhekk, dak telaʼ u ħares u mbagħad qal: “M’hemm xejn.” U għal sebaʼ darbiet issokta jgħidlu, “Erġaʼ mur.”+ 44 U mas-sebaʼ darba dak qal: “Ara! Hemm sħaba ċkejkna daqs il-pala taʼ id raġel tielgħa mill-baħar.”+ Issa hu qal: “Itlaʼ, għid lil Aħab, ‘Arma l-karru!+ U inżel ħalli ma tinqabadx fix-xita qalila!’” 45 U ġara sadanittant li s-smewwiet iddallmu bis-sħab u qam ir-riħ+ u bdiet nieżla xita bil-qliel.+ U Aħab baqaʼ għaddej riekeb fi triqtu lejn Ġeżragħel.+ 46 U id Ġeħova kienet fuq Elija,+ u b’hekk hu xammar il-libsa*+ u telaq jiġri qabel Aħab it-triq kollha sa Ġeżragħel.+
19 Imbagħad Aħab+ qal lil Ġeżabel+ b’kulma għamel Elija u kif dan qatel lill-profeti kollha bis-sejf.+ 2 Għalhekk, Ġeżabel bagħtet messaġġier għand Elija, tgħidlu: “Jalla jagħmlu hekk l-allat,+ u iktar minn hekk,+ jekk s’għada bħalissa ma nkunx għamilt minn ruħek bħalma sar minn ruħ kull wieħed minnhom!” 3 U beda jibżaʼ. Għaldaqstant qam u ħarab biex isalva ruħu+ u mar Bir-xeba,+ li hi taʼ Ġuda.+ U ħalla lill-qaddej tiegħu hemmhekk. 4 U mbagħad hu mar fix-xagħri u vvjaġġa għal jum, u fl-aħħar ġie ħdejn siġra tal-ġummar+ u qagħad bil-qiegħda taħtha. U beda jitlob li ruħu tmut u jgħid: “Biżżejjed! Issa, O Ġeħova, ħudli ruħi,+ għax m’iniex aħjar minn missirijieti.”
5 Fl-aħħar imtedd u raqad taħt is-siġra tal-ġummar.+ Imma, ara, anġlu+ beda jmissu!+ U qallu: “Qum u kul.” 6 U hu ħares u lemaħ ħdejn rasu ftira+ fuq xi ġebel sħun u buqar ilma. U qabad jiekol u jixrob, u mbagħad reġaʼ mtedd. 7 Iktar tard l-anġlu+ taʼ Ġeħova reġaʼ ġie t-tieni darba u messu u qallu: “Qum u kul, għax il-vjaġġ huwa wisq għalik.”+ 8 Għalhekk, qam u kiel u xorob, u bis-saħħa taʼ dak in-nutriment baqaʼ sejjer erbgħin jum+ u erbgħin lejl sal-muntanja taʼ l-Alla l-veru, il-Ħoreb.+
9 Fl-aħħar daħal f’għar,+ biex iqattaʼ l-lejl hemmhekk; u ġiet għandu l-kelma taʼ Ġeħova, tgħid: “X’int tagħmel hawn, Elija?”+ 10 U hu qal: “Għert ħafna+ minħabba Ġeħova l-Alla taʼ l-armati; għax ulied Israel telqu l-patt tiegħek,+ l-artali tiegħek ġarrfuhom,+ u lill-profeti tiegħek qatluhom bis-sejf,+ u b’hekk jien biss baqaʼ;+ u qed jipprovaw jiħduli ħajti.”+ 11 Imma Alla qallu: “Mur, u ieqaf fuq il-muntanja quddiem Ġeħova.”+ U, ara! Ġeħova kien għaddej,+ u riħ b’saħħtu u qawwi beda jifraq il-muntanji u jaqsam il-blat quddiem Ġeħova.+ (Ġeħova ma kienx fir-riħ.) U wara r-riħ kien hemm theżżiża.+ (Ġeħova ma kienx fit-theżżiża.) 12 U wara t-theżżiża kien hemm nar.+ (Ġeħova ma kienx fin-nar.) U wara n-nar kien hemm leħen kalm u baxx.+ 13 U ġara li malli semgħu, Elija mill-ewwel għatta wiċċu bil-libsa tiegħu taʼ profeta+ u ħareġ u waqaf fid-daħla taʼ l-għar; u ġie leħen għandu, u qallu: “X’int tagħmel hawn, Elija?”+ 14 U hu qal: “Jien għert ħafna minħabba Ġeħova l-Alla taʼ l-armati; għax ulied Israel telqu l-patt tiegħek,+ l-artali tiegħek ġarrfuhom, u lill-profeti tiegħek qatluhom bis-sejf, u b’hekk jien biss baqaʼ; u qed jipprovaw jiħduli ħajti.”+
15 Issa Ġeħova qallu: “Mur, erġaʼ lura fi triqtek lejn ix-xagħri taʼ Damasku;+ u idħol u idlek+ lil Ħażagħel+ bħala sultan tas-Sirja. 16 U idlek lil Ġeħu,+ li nannuh huwa Nimsi,+ bħala sultan fuq Israel; u lil Eliżew+ bin Safat minn Abel-meħola+ idilku bħala profeta minflokok.+ 17 U jiġri li min jaħrab mis-sejf taʼ Ħażagħel,+ joqtlu Ġeħu,+ u min jaħrab mis-sejf taʼ Ġeħu, joqtlu Eliżew.+ 18 U jien ħallejt sebat elef ruħ f’Israel,+ kull irkoppa li ma niżlitx quddiem Bagħal,+ u kull fomm li ma bisux.”+
19 Għaldaqstant telaq minn hemm u sab lil Eliżew bin Safat waqt li dan kien qed jaħrat+ bi tnax-il par barrin, u hu kien mat-tnax-il wieħed. Għalhekk, Elija qasam għal ħdejh u tefagħlu fuqu l-libsa tiegħu taʼ profeta.+ 20 U hu ħalla l-barrin u mar jiġri wara Elija u qallu: “Jekk jogħġbok, ħallini nagħti bewsa lil missieri u lil ommi.+ Imbagħad niġi warajk.” Għalhekk qallu: “Mur, erġaʼ lura; x’għamiltlek jien biex inżommok?” 21 Għaldaqstant waqaf isegwih u dar lura u ħa żewġ barrin u ssagrifikahom,+ u bl-għodda+ tal-barrin għalla laħamhom u tah lin-nies, u bdew jieklu. Wara dan, qam u mar wara Elija u beda jaqdih.+
20 U Ben-ħadad+ is-sultan tas-Sirja ġemaʼ flimkien il-qawwiet militari kollha tiegħu kif ukoll tnejn u tletin sultan miegħu+ u żwiemel+ u karrijiet,+ u telaʼ u assedja+ l-belt tas-Samarija+ u ġġieled kontriha. 2 Imbagħad bagħat messaġġiera+ fil-belt għand Aħab is-sultan taʼ Israel. U qallu: “Hekk qal Ben-ħadad, 3 ‘Il-fidda u d-deheb tiegħek huma tiegħi, u n-nisa u wliedek, l-isbaħ fosthom, huma tiegħi.’”+ 4 Għalhekk, is-sultan taʼ Israel wieġeb u qal: “Kif tgħid int, sidi s-sultan; jien tiegħek flimkien maʼ dak kollu li għandi.”+
5 Iktar tard il-messaġġiera ġew lura u qalu: “Hekk qal Ben-ħadad, ‘Jien bgħatt ngħidlek: “Agħtini l-fidda u d-deheb tiegħek u n-nisa tiegħek u wliedek. 6 Imma għada madwar dan il-ħin jien nibgħatlek il-qaddejja tiegħi, u jfittxu sew fid-dar tiegħek u fid-djar tal-qaddejja tiegħek; u kulma hu sabiħ+ f’għajnejk jaqbduh f’idejhom u jiħduh.”’”
7 Għalhekk, is-sultan taʼ Israel sejjaħ lix-xjuħ kollha tal-pajjiż+ u qalilhom: “Kunu afu, jekk jogħġobkom, u araw li dan gwaj qed ifittex;+ għax hu bagħat jitlobni n-nisa tiegħi u wliedi u l-fidda u d-deheb tiegħi, u jien ma ċħadthomlux.” 8 Imbagħad ix-xjuħ kollha u l-poplu kollu qalulu: “Tobdihx, u taċċettax.” 9 Għalhekk, lill-messaġġiera taʼ Ben-ħadad qalilhom: “Għidu lil sidi s-sultan, ‘Dak kollu li bgħatt tgħid lill-qaddej tiegħek l-ewwel darba se nagħmlu; imma din il-ħaġa ma nistax nagħmilha.’” U l-messaġġiera marru u wasslulu r-risposta.
10 Issa Ben-ħadad bagħat jgħidlu: “Jalla jagħmluli hekk l-allat,+ u iktar minn hekk,+ jekk it-trab tas-Samarija jkun biżżejjed biex kull wieħed min-nies li għandi warajja jimla idu!”+ 11 Min-naħa tiegħu, is-sultan taʼ Israel wieġeb u qal: “Għidulu, ‘Ħalli dak li qed jitħażżem għall-gwerra+ ma joqgħodx jiftaħar bħal dak li jħoll ħżiemu wara l-gwerra.’”+ 12 U malli semaʼ dan il-kliem, waqt li hu u s-slaten kienu qed jixorbu+ fl-għerejjex, hu qal lill-qaddejja tiegħu: “Ħudu postkom!” U dawk bdew jieħdu posthom kontra l-belt.
13 U ċertu profeta resaq fuq Aħab is-sultan taʼ Israel+ u qallu: “Hekk qal Ġeħova,+ ‘Rajtha din il-folla kbira? Arani, illum nagħtiha f’idejk, u int tkun taf li jien Ġeħova.’”+ 14 Imbagħad Aħab qal: “Permezz taʼ min?” U wieġbu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Permezz taż-żgħażagħ taʼ mal-prinċpijiet tal-provinċji.’” Fl-aħħar qal: “U min se jibda l-battalja?” U wieġbu: “Int!”
15 U għadd iż-żgħażagħ taʼ mal-prinċpijiet tal-provinċji, u kienu mitejn u tnejn u tletin;+ u wara għadd in-nies kollha taʼ l-armata, ulied Israel kollha, u kienu sebat elef. 16 U bdew ħerġin f’nofsinhar meta Ben-ħadad kien qed jixrob u jisker+ fl-għerejjex, hu u s-slaten, it-tnejn u tletin sultan li kienu qed jgħinuh. 17 Meta ż-żgħażagħ+ taʼ mal-prinċpijiet tal-provinċji ħarġu l-ewwel, Ben-ħadad fil-pront bagħat lil xi wħud minn tiegħu; u ġew jgħidulu: “Ħarġu xi rġiel mis-Samarija.” 18 U qalilhom: “Jekk ħarġu għall-paċi, aqbduhom ħajjin; jekk ħarġu għall-battalja, aqbduhom ħajjin ukoll.”+ 19 U dawn huma li ħarġu mill-belt, iż-żgħażagħ taʼ mal-prinċpijiet tal-provinċji u l-qawwiet militari li kienu warajhom. 20 U kull wieħed beda joqtol lil dak li kien ġej kontrih; u s-Sirjani+ bdew jaħarbu,+ u l-Israelin marru għal warajhom, imma Ben-ħadad is-sultan tas-Sirja rnexxielu jaħrab fuq żiemel flimkien mar-rikkieba taż-żwiemel. 21 Iżda s-sultan taʼ Israel ħareġ u baqaʼ jaħbat għaż-żwiemel u l-karrijiet,+ u ħabat għas-Sirjani u l-qatla kienet kbira.
22 Iktar tard, il-profeta+ resaq fuq is-sultan taʼ Israel u qallu: “Mur, issaħħaħ,+ u kun af u ara x’għandek tagħmel;+ għax la tasal sena oħra s-sultan tas-Sirja jerġaʼ jitlaʼ kontrik.”+
23 U l-qaddejja tas-sultan tas-Sirja qalulu: “Alla tagħhom hu Alla tal-muntanji.+ Għalhekk kienu iktar b’saħħithom minna. Madankollu, ejja niġġildulhom fuq art wâtja u naraw jekk inkunux iktar b’saħħitna minnhom. 24 U min-naħa tiegħek agħmel hekk: Neħħi s-slaten+ minn posthom u qiegħed gvernaturi minflokhom.+ 25 U int ifforma qawwa militari għalik innifsek daqs il-qawwa militari li waqgħet minn miegħek, żiemel b’żiemel u karru b’karru; u ħa niġġildulhom fuq art wâtja u naraw jekk inkunux iktar b’saħħitna minnhom.”+ Għaldaqstant semaʼ minn kliemhom u għamel hekk.
26 U meta waslet sena oħra, Ben-ħadad ġabar is-Sirjani+ u telaʼ Afek+ jitqabad kontra Israel. 27 U wlied Israel inġabru u ħadu biżżejjed provvisti+ u ħarġu jiltaqgħu magħhom; u wlied Israel ikkampjaw quddiemhom bħal żewġ imrieħel żgħar tal-mogħoż, waqt li s-Sirjani, min-naħa tagħhom, kienu jimlew l-art.+ 28 Imbagħad il-bniedem taʼ l-Alla l-veru+ resaq lejn is-sultan taʼ Israel u kompla jgħidlu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Talli s-Sirjani qalu: “Ġeħova hu Alla tal-muntanji, u m’huwiex Alla tal-pjanuri l-baxxi,” se jkolli nagħti din il-folla kbira kollha f’idejk,+ u intom tkunu tafu li jien Ġeħova.’”+
29 U baqgħu kkampjati sebat ijiem, dawn quddiem dawk.+ U fis-sebaʼ jum bdiet il-battalja; u wlied Israel bdew joqtlu lis-Sirjani, mitt elf raġel bil-mixi f’jum wieħed. 30 U dawk li kien baqaʼ ħarbu lejn Afek,+ lejn il-belt; u waqaʼ s-sur fuq is-sebgħa u għoxrin elf raġel li kien baqaʼ.+ U Ben-ħadad ħarab+ u fl-aħħar wasal fil-belt u daħal fil-kamra taʼ ġewwanett.+
31 Għalhekk, il-qaddejja tiegħu qalulu: “Ara, issa, aħna smajna li s-slaten taʼ dar Israel huma slaten taʼ qalb tajba bl-imħabba.+ Jekk jogħġbok, ħallina nagħmlu lbies taʼ l-ixkora+ madwar ġenbejna+ u ħbula maʼ rasna, u mmorru għand is-sultan taʼ Israel. Forsi jħallilek ruħek ħajja.”+ 32 Għalhekk, ħażżmu ġenbejhom bl-ilbies taʼ l-ixkora, u għamlu l-ħbula maʼ rashom, u daħlu għand is-sultan taʼ Israel u qalulu: “Il-qaddej tiegħek Ben-ħadad qal, ‘Jekk jogħġbok, ħallili ruħi ħajja.’” Għal dan qalilhom: “Għadu ħaj? Dak ħija.” 33 Għaldaqstant, l-irġiel+ ħadu dan bħala sinjal tajjeb u malajr fehmu li hu kien ħa din id-deċiżjoni minn jeddu, u qalulu: “Ben-ħadad huwa ħuk.” U qalilhom: “Isa, ġibuh hawn.” Imbagħad Ben-ħadad ħareġ u mar għandu; u minnufih tellgħu fuq il-karru.+
34 Imbagħad Ben-ħadad qallu: “Il-bliet+ li ħa missieri mingħand missierek nerġaʼ nagħtihomlok; u agħżel it-toroq li trid f’Damasku bħalma għażel missieri fis-Samarija.”
U Aħab qallu: “U jien se nibagħtek b’dan il-patt.”+
Għaldaqstant għamel patt miegħu u bagħtu.
35 U ċertu raġel minn ulied il-profeti*+ qal lill-ħabib tiegħu skond il-kelma+ taʼ Ġeħova: “Sawwatni, jekk jogħġbok.” Imma r-raġel ma riedx isawtu. 36 Għalhekk, hu qallu: “Talli ma smajtx minn leħen Ġeħova, ara, meta titlaq minn ħdejja se joqtlok iljun.” Wara dan, hu telaq minn ħdejh, u sabu ljun+ u qatlu.+
37 U mar isib raġel ieħor u qallu: “Sawwatni, jekk jogħġbok.” Għalhekk, ir-raġel sawtu; sawtu u ferieh.
38 Imbagħad il-profeta telaq u qagħad wieqaf jistenna lis-sultan fit-triq, u għamel faxxa fuq għajnejh biex ma jintgħarafx.+ 39 U ġara li malli s-sultan kien għaddej minn hemmhekk, hu għajjat lis-sultan u qallu:+ “Il-qaddej tiegħek ħareġ fl-eqqel tal-battalja; u wieħed mill-irġiel warrab minn postu u ġabli raġel u qalli, ‘Oqgħod għassa taʼ dan ir-raġel. Jekk b’xi mod jirnexxilu jaħrab, ruħek+ ikollha tieħu post ruħu,+ jew inkella jkollok tħallas talent fidda.’+ 40 U meta l-qaddej tiegħek kien imħabbat ’l hemm u ’l hawn, dak għosfor.” Għal dan, is-sultan taʼ Israel qallu: “Hekk hu l-ġudizzju tiegħek. Int stess iddeċidejt.”+ 41 Malli qal hekk, hu malajr malajr neħħa l-faxxa minn fuq għajnejh, u s-sultan taʼ Israel għarfu li kien mill-profeti.+ 42 U mbagħad qallu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Talli tlaqt minn idejk ir-raġel li jien iddeċidejt li għandu jinqered,*+ ruħek tieħu post ruħu,+ u l-poplu tiegħek post il-poplu tiegħu.’”+ 43 Imbagħad is-sultan taʼ Israel telaq lejn daru, bin-nervi u mdejjaq,+ u wasal is-Samarija.+
21 U ġara wara dawn l-affarijiet li kien hemm għalqa tad-dwieli li kienet taʼ Nabot il-Ġeżragħeli, u din kienet f’Ġeżragħel,+ ħdejn il-palazz t’Aħab is-sultan tas-Samarija. 2 Għalhekk, Aħab kellem lil Nabot, u qallu: “Agħtini+ l-għalqa tad-dwieli tiegħek,+ sabiex nagħmilha ġnien+ tal-ħxejjex+ għalija, għax qiegħda viċin id-dar tiegħi; u minflokha nagħtik għalqa tad-dwieli aħjar minnha. Jew jekk jidhirlek li hu tajjeb f’għajnejk,+ nagħtik flus kemm tiswa.” 3 Imma Nabot qal lil Aħab: “Ma jgħaddilix minn moħħi,+ mill-ħarsa taʼ Ġeħova,+ li nagħtik wirt missirijieti.”+ 4 Għalhekk, Aħab mar id-dar, bin-nervi u mdejjaq minħabba kliem Nabot il-Ġeżragħeli, meta qallu: “M’iniex se nagħtik wirt missirijieti.” Imbagħad imtedd fuq soddtu u dawwar wiċċu+ u ma kielx.
5 U martu Ġeżabel+ daħlet ħdejh u qaltlu: “Għala għandek spirtu mnikket+ u m’intix tiekol?” 6 Għal dan wiġibha: “Għax kellimt lil Nabot il-Ġeżragħeli u għedtlu, ‘Agħtini l-għalqa tad-dwieli bil-flus. Jew, jekk tippreferi, nagħtik għalqa tad-dwieli oħra minflokha.’ Imma hu qalli, ‘M’iniex se nagħtik l-għalqa tad-dwieli tiegħi.’”+ 7 Imbagħad martu Ġeżabel qaltlu: “Hekk int issaltan fuq Israel?+ Qum, kul u ħalli qalbek tifraħ. Jien stess nagħtik l-għalqa tad-dwieli taʼ Nabot il-Ġeżragħeli.”+ 8 Għaldaqstant kitbet xi ittri+ f’isem Aħab u mmarkathom bis-siġill tiegħu,+ u bagħtet l-ittri lix-xjuħ+ u lin-nobbli li kienu jgħammru maʼ Nabot fil-belt tiegħu. 9 Imma fl-ittri li kitbet qalet:+ “Iddikjaraw sawma u araw li Nabot joqgħod bil-qiegħda f’ras il-poplu. 10 U qabbdu lil żewġt irġiel,+ tnejn m’huma tajbin għal xejn,+ biex joqogħdu bil-qiegħda quddiemu, u jixhdu kontrih+ u jgħidu, ‘Int sħitt ’l Alla u lis-sultan!’+ U oħorġuh u ħaġġruh sa ma jmut.”+
11 Għalhekk, l-irġiel taʼ beltu, ix-xjuħ u n-nobbli li kienu jgħammru fil-belt tiegħu, għamlu bħalma bagħtet tgħidilhom Ġeżabel, bħalma kien hemm miktub fl-ittri li kienet bagħtitilhom.+ 12 U ddikjaraw sawma+ u raw li Nabot joqgħod bil-qiegħda f’ras il-poplu. 13 Imbagħad tnejn mill-irġiel, m’huma tajbin għal xejn, daħlu u poġġew quddiemu; u dawn l-irġiel bdew jixhdu kontrih, jiġifieri, kontra Nabot, quddiem il-poplu, u qalu: “Nabot seħet lil Alla u lis-sultan!”+ Wara dan ħarġuh barra l-belt u ħaġġruh u miet.+ 14 Imbagħad bagħtu jgħidu lil Ġeżabel: “Nabot ġie mħaġġar u miet.”+
15 U ġara li malli Ġeżabel semgħet li Nabot ġie mħaġġar u miet, Ġeżabel qalet lil Aħab: “Qum, ħu l-għalqa tad-dwieli taʼ Nabot il-Ġeżragħeli,+ li ma riedx jagħtihielek bil-flus; għax Nabot m’għadux ħaj, imma miet.” 16 U hekk kif Aħab semaʼ li Nabot kien miet, hu mill-ewwel qam biex jinżel sa l-għalqa tad-dwieli taʼ Nabot il-Ġeżragħeli ħalli jiħodha.+
17 U l-kelma taʼ Ġeħova+ ġiet għand Elija+ t-Tisbi, tgħid: 18 “Qum, inżel iltaqaʼ m’Aħab is-sultan taʼ Israel, li qiegħed fis-Samarija.+ Hu jinsab fl-għalqa tad-dwieli taʼ Nabot, li niżel fiha biex jiħodha. 19 U għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Wara li qtilt,+ se tieħu l-wirt ukoll?”’+ U għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Fil-post+ fejn il-klieb lagħqu d-demm taʼ Nabot, il-klieb se jilagħqu d-demm tiegħek, iva, tiegħek.”’”+
20 U Aħab qal lil Elija: “Sibtni, ja għadu tiegħi?”+ Qallu: “Sibtek. ‘Talli begħt lilek innifsek biex tagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ 21 ara, se nġib gwaj fuqek;+ u niknes kollox warajk+ u neqred minn dar Aħab lill-irġiel u lis-subien kollha,+ sa l-iktar wieħed baxx f’Israel. 22 U nagħmel lil darek bħal dar Ġerobogħam+ bin Nebat u bħal dar Bagħsa+ bin Aħija, minħabba l-offiża li offendejtni biha int u mbagħad ġegħelt lil Israel jidneb ukoll.’+ 23 Iktar minn hekk, Ġeħova tkellem dwar Ġeżabel u qal, ‘Il-klieb stess se jieklu lil Ġeżabel fil-biċċa art f’Ġeżragħel.+ 24 Kulmin imut fil-belt minn dar Aħab jikluh il-klieb; u kulmin imut fl-għalqa jikluh it-tjur tas-smewwiet.+ 25 Ma kien hemm assolutament ħadd bħal Aħab,+ li biegħ lilu nnifsu biex jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, imħeġġeġ+ minn martu Ġeżabel.+ 26 U aġixxa b’mod mistkerrah ferm billi mar wara l-idoli moqżieża daqs id-demel,+ bħalma kienu għamlu l-Amurrin kollha, li Ġeħova kien keċċiehom minn quddiem ulied Israel.’”+
27 U malli semaʼ dan il-kliem, Aħab ċarrat ħwejġu u libes ilbies taʼ l-ixkora+ fuq il-laħam; u beda jsum u baqaʼ jimtedd fuq l-ixkejjer u jimxi b’qalbu maqtugħa.+ 28 U l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Elija t-Tisbi, tgħid: 29 “Rajt kif Aħab umilja ruħu minħabba fija?+ Talli umilja ruħu minħabba fija, ma nġibx il-gwaj fi żmienu.+ Fi żmien ibnu nġib il-gwaj fuq daru.”+
22 U għal tliet snin baqgħu jgħammru mingħajr gwerer bejn is-Sirja u Israel. 2 U fit-tielet sena Ġeħosafat+ is-sultan taʼ Ġuda niżel għand is-sultan taʼ Israel. 3 Imbagħad is-sultan taʼ Israel qal lill-qaddejja tiegħu: “Ma tafux li Ramot-gilegħad+ hi tagħna? Iżda xorta qed naħsbuha jekk niħduhiex minn idejn is-sultan tas-Sirja.” 4 U qal lil Ġeħosafat: “Tiġi miegħi niġġieldu f’Ramot-gilegħad?”+ U Ġeħosafat qal lis-sultan taʼ Israel: “Jien għal miegħek. In-nies tiegħi għal man-nies tiegħek.+ Iż-żwiemel tiegħi għal maż-żwiemel tiegħek.”
5 Madankollu, Ġeħosafat żied jgħid lis-sultan taʼ Israel: “Jekk jogħġbok, qabel xejn staqsi+ x’inhi l-kelma taʼ Ġeħova.” 6 Għalhekk, is-sultan taʼ Israel ġabar lill-profeti flimkien,+ madwar erbaʼ mitt raġel, u qalilhom: “Għandi jien immur għall-gwerra kontra Ramot-gilegħad, jew noqgħod lura?” U bdew jgħidulu: “Itlaʼ,+ u Ġeħova jagħtiha f’idejn is-sultan.”
7 Imma Ġeħosafat qal: “Hawnhekk m’għadx hawn profeta taʼ Ġeħova? Mela ħa nistaqsu permezz tiegħu.”+ 8 Għal dan, is-sultan taʼ Israel qal lil Ġeħosafat: “Għad fadal raġel wieħed li permezz tiegħu nistgħu nistaqsu lil Ġeħova;+ imma jien nobogħdu,+ għax hu ma jipprofetizzax affarijiet tajbin dwari imma ħżiena+—Mikaja bin Imla.” Madankollu, Ġeħosafat qal: “Ħa ma jgħidx ħaġa bħal din is-sultan.”+
9 Għaldaqstant, is-sultan taʼ Israel sejjaħ lil ċertu uffiċjal tal-palazz+ u qallu: “Ġib malajr lil Mikaja bin Imla.”+ 10 Issa s-sultan taʼ Israel u Ġeħosafat is-sultan taʼ Ġuda kienu bil-qiegħda kull wieħed fuq it-tron tiegħu, lebsin ilbies irjali,+ fil-qiegħa tad-dris fid-daħla tal-bieb tas-Samarija; u l-profeti kollha kienu qed jaġixxu bħala profeti quddiemhom.+ 11 Imbagħad Sedekija bin Kengħana għamel qrun tal-ħadid u qal: “Hekk qal Ġeħova,+ ‘B’dawn se timbotta lis-Sirjani sakemm teqridhom għalkollox.’”+ 12 U l-profeti l-oħrajn kollha bdew jipprofetizzaw bħalu, u jgħidu: “Itlaʼ Ramot-gilegħad u tirnexxi; u Ġeħova żgur jagħtiha f’idejn is-sultan.”+
13 U l-messaġġier li kien mar isejjaħ lil Mikaja qallu: “Ara! Il-profeti kollha qed jgħidu li s-sultan se jaħbatlu tajjeb. Ħa tkun kelmtek, jekk jogħġbok, bħall-kelma taʼ wieħed minnhom, u tkellem it-tajjeb.”+ 14 Imma Mikaja qal: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ dak li jgħidli Ġeħova, dak se ngħid.”+ 15 Imbagħad daħal għand is-sultan, u s-sultan qallu: “Mikaja, immorru Ramot-gilegħad għall-gwerra, jew noqogħdu lura?” Minnufih qallu: “Itlaʼ u tirnexxi; u Ġeħova jagħtiha f’idejn is-sultan.”+ 16 Għal dan, is-sultan qallu: “Kemm-il darba rrid inġiegħlek taħlef li m’għandek tgħidli xejn ħlief il-verità f’isem Ġeħova?”+ 17 Għalhekk qallu: “Li qed nara żgur hu lill-Israelin kollha mxerrdin+ fuq il-muntanji, bħal nagħaġ mingħajr ragħaj.+ U Ġeħova qal: ‘Dawn m’għandhomx sidien. Ħallihom imorru lura kull wieħed lejn daru fis-sliem.’”+
18 Imbagħad is-sultan taʼ Israel qal lil Ġeħosafat: “M’għedtlekx jien, ‘Se jipprofetizza dwari affarijiet ħżiena, mhux tajbin’?”+
19 U ssokta jgħid: “Għaldaqstant ismaʼ l-kelma taʼ Ġeħova:+ Li qed nara żgur hu lil Ġeħova bil-qiegħda fuq it-tron tiegħu+ u l-armata kollha tas-smewwiet wieqfa ħdejh, fuq il-lemin u fuq ix-xellug tiegħu.+ 20 U Ġeħova qal, ‘Min se jidħaq b’Aħab, sabiex jitlaʼ u jaqaʼ f’Ramot-gilegħad?’ U min beda jgħid ħaġa, u min beda jgħid oħra.+ 21 Fl-aħħar, spirtu+ minnhom ħareġ u waqaf quddiem Ġeħova u qal, ‘Jien nidħaq bih.’ U Ġeħova qallu, ‘Kif?’+ 22 U dak qallu, ‘Immur u nsir spirtu qarrieq f’fomm il-profeti kollha tiegħu.’+ Għalhekk, qal, ‘Se tidħaq bih, u iktar minn hekk, se tirbaħ.+ Mur u agħmel hekk.’+ 23 U issa Ġeħova qiegħed spirtu qarrieq f’fomm dawn il-profeti tiegħek kollha;+ imma Ġeħova ddikjara gwaj dwarek.”+
24 Issa Sedekija bin Kengħana resaq u ta daqqa taʼ ħarta lil Mikaja+ u qallu: “Eżattament minfejn għadda l-ispirtu taʼ Ġeħova mingħandi biex jitkellem miegħek?”+ 25 U Mikaja qallu: “Ara! Dakinhar li tidħol fil-kamra taʼ ġewwanett+ biex tinħeba se tara minfejn.”+ 26 Imbagħad is-sultan taʼ Israel qal: “Ħu lil Mikaja u agħtih lura lil Amon il-kap tal-belt u lil Ġowas bin is-sultan.+ 27 U għidilhom, ‘Hekk qal is-sultan:+ “Lil dan itfgħuh il-ħabs+ u agħtuh jiekol porzjon iżgħar taʼ ħobż+ u naqqsulu l-porzjon taʼ l-ilma sakemm niġi fis-sliem.”’”+ 28 Għal dan, Mikaja qal: “Jekk tassew terġaʼ lura fis-sliem, Ġeħova ma kellimnix.”+ U żied: “Isimgħu, O popli kollha.”+
29 U s-sultan taʼ Israel u Ġeħosafat is-sultan taʼ Ġuda telgħu Ramot-gilegħad.+ 30 Issa s-sultan taʼ Israel qal lil Ġeħosafat: “Jien se nilbes b’mod li ma nintgħarafx+ u nidħol fil-battalja,+ imma int ilbes ħwejġek.”+ Għaldaqstant, is-sultan taʼ Israel biddel u daħal fil-battalja.+ 31 Min-naħa tiegħu, is-sultan tas-Sirja kien ikkmanda lit-tnejn u tletin kap+ tal-karrijiet tiegħu: “Tiġġildux maż-żgħir u lanqas mal-kbir, imma mas-sultan taʼ Israel biss.”+ 32 U ġara li, malli l-kapijiet tal-karrijiet raw lil Ġeħosafat, huma qalu bejnhom u bejn ruħhom: “Dan żgur huwa s-sultan taʼ Israel.”+ Għalhekk, daru għalih biex jiġġildulu; u Ġeħosafat beda jgħajjat għall-għajnuna.+ 33 Hekk kif il-kapijiet tal-karrijiet raw li ma kienx is-sultan taʼ Israel, minnufih telqu minn warajh.+
34 U kien hemm raġel li ġibed il-qaws bla ħsieb taʼ xejn, u laqat lis-sultan taʼ Israel bejn il-kurazza u partijiet oħrajn taʼ l-armatura, u għalhekk dan qal lis-sewwieq tal-karru tiegħu:+ “Dawwar u oħroġni mill-kamp, għax ġejt ferut serjament.” 35 U l-battalja baqgħet tiħrax dakinhar, u s-sultan kellu jinżamm wieqaf fil-karru faċċata tas-Sirjani, u sa fil-għaxija miet;+ u d-demm mill-ferita baqaʼ jċarċar ġol-karru tal-gwerra.+ 36 U madwar inżul ix-xemx bdiet għaddejja mal-kamp l-għajta qawwija: “Kulħadd lejn beltu, u kulħadd lejn artu!”+ 37 Hekk miet is-sultan. Imbagħad ġabuh fis-Samarija, u difnuh fis-Samarija.+ 38 U ħaslu l-karru tal-gwerra ħdejn l-għadira tas-Samarija u l-klieb bdew jilagħqu d-demm tiegħu+ (u l-prostituti kienu jinħaslu hemmhekk), skond il-kelma li kien qal Ġeħova.+
39 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Aħab u kulma għamel u d-dar taʼ l-avorju+ li bena u l-bliet kollha li bena, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 40 Fl-aħħar, Aħab imtedd maʼ missirijietu;+ u ibnu Aħażija+ beda jsaltan minfloku.
41 U Ġeħosafat+ bin Asa kien sar sultan fuq Ġuda fir-rabaʼ sena t’Aħab is-sultan taʼ Israel. 42 Ħamsa u tletin sena kellu Ġeħosafat meta beda jsaltan, u dam isaltan ħamsa u għoxrin sena f’Ġerusalemm; u ommu kien jisimha Għażuba bint Silħi. 43 U baqaʼ miexi fit-triq kollha t’Asa missieru. Ma warrabx minnha, billi għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova.+ Biss il-postijiet għall-qima* ma tneħħewx. In-nies kienu għadhom joffru s-sagrifiċċji u d-duħħan tas-sagrifiċċji fil-postijiet għall-qima.+ 44 U Ġeħosafat baqaʼ fil-paċi mas-sultan taʼ Israel.+ 45 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġeħosafat u l-atti setgħanin tiegħu u kif iggwerra, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? 46 U l-bqija tal-prostituti rġiel+ tat-tempju li kien fadal minn żmien Asa missieru, hu neħħiehom mill-pajjiż.+
47 U f’Edom ma kienx hemm sultan;+ kien jaħkem deputat.+
48 U Ġeħosafat, min-naħa tiegħu, għamel bastimenti taʼ Tarsis+ biex imorru Ofir għad-deheb; imma ma marrux għax tfarrku f’Għesjon-geber.+ 49 Kien imbagħad li Aħażija bin Aħab qal lil Ġeħosafat: “Ħalli lill-qaddejja tiegħi jmorru mal-qaddejja tiegħek fuq il-bastimenti,” imma Ġeħosafat ma qabilx.+
50 Fl-aħħar, Ġeħosafat imtedd maʼ missirijietu+ u ndifen maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David+ missieru; u ibnu Ġeħoram+ beda jsaltan minfloku.
51 U Aħażija+ bin Aħab sar sultan fuq Israel fis-Samarija fis-sena sbatax taʼ Ġeħosafat is-sultan taʼ Ġuda, u dam isaltan sentejn fuq Israel. 52 U kompla jagħmel dak+ li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova u baqaʼ miexi fit-triq taʼ missieru+ u fit-triq t’ommu+ u fit-triq taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li kien ġiegħel lil Israel jidneb.+ 53 U kompla jaqdi lil Bagħal+ u jmil quddiemu u baqaʼ joffendi+ lil Ġeħova l-Alla taʼ Israel skond kulma kien għamel missieru.
Jew, “it-tfakkiriet.”
Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’vers 9 wkoll. Ara Appendiċi 4.
Letteralment, “dawwar wiċċu lejja biex.”
Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt.
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.
Jew, “żmien indefinit.”
Letteralment, “postijiet fl-għoli.”
Jew, “offerti taʼ sliem.” Offerti li fihom il-qassis, l-aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.
Jiġifieri, l-Ewfrat.
Jew, “ċriev ħfief.”
Frotta tonda u żgħira, x’aktarx mill-istess familja tad-dulliegħ.
Letteralment, “u ħajta taʼ tnax-il kubitu kienet tkejjel id-dawra taʼ kull waħda miż-żewġ kolonni.”
Ifisser “Hu Se Jwaqqaf fis-Sod.”
X’aktarx ifisser “Fis-Saħħa,” u jrid jinqara wara isem il-kolonna l-oħra, “Ġakin.”
Dan kien reċipjent kbir tar-ram aħmar li kien ikun fih l-ilma.
Ara l-1Sl 6:18, in-nota taʼ taħt.
In-numru hu nieqes fit-test oriġinali Ebrajk.
Letteralment, “li se joħroġ minn ġenbejk.” Ara Ġen 35:11, in-nota taʼ taħt.
Jew, “it-talba bil-ħerqa.”
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.
Jew, “it-talba bil-ħerqa.”
Jew, “l-Art li M’Hi Tajba għal Xejn”; forsi, “l-Art fil-Qjud.”
Ara t-2Sa 5:9, in-nota taʼ taħt.
“Tadmor,” Test Masoretiku Ebrajk (marġni), Pexitta Sirjaka (ara t-2Kr 8:4); Vulgata Latina, “Palmira.”
Jew, “jiddedikawhom għall-qerda.” Ara Eżo 22:20, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “ma kienx fadlilha spirtu fiha.”
Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “post fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “is-sinjura.”
Ara t-2Sa 5:9, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Ara Eżo 27:3, in-nota taʼ taħt.
Jiġifieri, l-Ewfrat.
Qabbel Eżo 34:14, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “is-sinjura.”
Letteralment, “postijiet fl-għoli.”
Jew, “li lilu naqdi.”
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt. F’vers 4 wkoll.
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt. F’vers 40 ukoll.
Jew, “li lilu naqdi.”
Letteralment, “ħażżem ġenbejh.”
“Ulied il-profeti” x’aktarx tirreferi għal skola taʼ tagħlim għall-profeti jew għal grupp taʼ profeti.
Jew, “iddedikajt għall-qerda.” Ara Eżo 22:20, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.