It-Tieni taʼ Samwel
jew, skond is-Settanta Griega, IT-TIENI TAS-SLATEN
1 U ġara, wara l-mewt taʼ Sawl, u meta David stess kien reġaʼ lura milli joqtol lill-Għamalekin,+ li David baqaʼ jgħammar jumejn f’Siklag.+ 2 U fit-tielet jum kien ġej raġel+ mill-kamp, mingħand Sawl, bi ħwejġu mċarrtin+ u bit-trab fuq rasu;+ u meta wasal ħdejn David, hu minnufih waqaʼ u nxteħet wiċċu fl-art.+
3 U David staqsieh: “Minfejn ġej?” u hu wieġbu: “Ħrabt mill-kamp taʼ Israel.” 4 U David issokta jgħidlu: “Kif spiċċat il-kwistjoni? Għidli, jekk jogħġbok.” U hu wieġbu: “In-nies ħarbu mill-battalja u wkoll ħafna min-nies waqgħu u mietu,+ u mietu saħansitra Sawl+ u ibnu Ġonatan.”+ 5 Imbagħad David staqsa liż-żagħżugħ li kien qed ikellmu: “Kif taf fiċ-ċert li miet Sawl u wkoll ibnu Ġonatan?”+ 6 U ż-żagħżugħ li kien qed ikellmu wieġbu: “Jien kont bla mistenni fuq il-Muntanja Gilbogħa,+ u kien hemm Sawl iserraħ fuq il-lanza tiegħu;+ u, ara, is-sewwieqa tal-karrijiet u r-rikkieba kienu laħquh.+ 7 Meta dar lura u rani, sejjaħli, u wiġibtu, ‘Hawn jien!’ 8 U ssokta jistaqsini, ‘Min int?’ u jien wiġibtu, ‘Jien Għamaleki.’+ 9 Imbagħad qalli, ‘Intefaʼ fuqi, jekk jogħġbok, u oqtolni, għax ħakmitni d-diqa tal-mewt, għaliex ħajti+ kollha għadha fija.’ 10 Għalhekk, intfajt fuqu u qtiltu,+ għax kont naf li ma setax jibqaʼ ħaj wara li kien waqaʼ. Imbagħad ħadt id-dijadema+ li kienet fuq rasu u l-brazzuletta li kienet fi driegħu, sabiex inġibhom lil sidi hawnhekk.”
11 Għal dan, David qabad u ċarrat ilbiesu,+ u hekk għamlu wkoll l-irġiel kollha li kienu miegħu. 12 U bdew inewħu u jibku,+ u samu+ sa fil-għaxija minħabba Sawl u minħabba ibnu Ġonatan u minħabba l-poplu taʼ Ġeħova u minħabba dar Israel,+ għaliex kienu mietu bis-sejf.
13 David issa staqsa liż-żagħżugħ li kien qed ikellmu: “Minfejn int?” u hu wieġbu: “Jien bin resident barrani, Għamaleki.”+ 14 Imbagħad David staqsieh: “Kif ma bżajtx+ tmidd idek biex teqred lill-midluk+ taʼ Ġeħova?” 15 U David sejjaħ lil wieħed miż-żgħażagħ u qallu: “Ersaq qribu. Aħbat għalih.” Għaldaqstant, ħabat għalih u hu miet.+ 16 David imbagħad qallu: “Il-ħtija taʼ demmek tkun fuq rasek stess,+ għaliex fommok stess xehed kontrik,+ meta għedt, ‘Jien qtilt lill-midluk taʼ Ġeħova.’”+
17 U David għanna din l-għanja taʼ niket+ minħabba Sawl u ibnu Ġonatan+ 18 u qal li wlied Ġuda+ kellhom jiġu mgħallmin “L-Għanja tal-Qaws.”+ Ara! Din hi miktuba fil-ktieb taʼ Ġasar:+
19 “Il-ġmiel, O Israel, inqatel fuq il-postijiet għoljin tiegħek.+
Kif waqgħu s-setgħanin!
Tħabbruhx fit-toroq t’Askelon,+
Li ma jmorrux jithennew il-bniet tal-Filistin,
Li ma jmorrux itiru bil-ferħ il-bniet taʼ l-irġiel mhux ċirkonċiżi.+
21 Ja muntanji taʼ Gilbogħa,+ ħalli ebda nida, ħalli ebda xita ma jkun hemm fuqkom, u ħalli lanqas ma jkun hemm għelieqi li jagħmlu l-frott li jistaʼ jiġi offrut lil Alla;+
Għax hemmhekk it-tarka tas-setgħanin tkasbret,
It-tarka taʼ Sawl, u b’hekk ma kien hemm ħadd midluk biż-żejt.+
22 Mid-demm tal-maqtulin, mix-xaħam tas-setgħanin,
Il-qaws taʼ Ġonatan lura ma darx,+
U s-sejf taʼ Sawl ma reġax lura mingħajr suċċess.+
23 Sawl u Ġonatan+ kollhom imħabba u ħlewwa matul ħajjithom,
U f’mewthom ma nfirdux.+
Eħfef mill-ajkli kienu,+
Setgħanin iktar mill-iljuni kienu.+
24 Intom bniet taʼ Israel, ibkuh lil Sawl,
Li libbiskom ilbies imżejjen bl-iskarlat,
Li qegħdilkom fuq ħwejjiġkom tiżjin tad-deheb.+
25 Kif waqgħu s-setgħanin f’nofs il-battalja!+
Ġonatan maqtul fuq il-postijiet għoljin tiegħek!+
26 Jien imnikket minħabba fik, ħija Ġonatan,
Ħelu ħafna kont miegħi.+
Imħabbtek għalija kienet tisboq l-imħabba min-nisa.+
U għabu l-armi tal-gwerra!”
2 U ġara wara dan li David staqsa lil Ġeħova+ u qallu: “Għandi nitlaʼ jien f’waħda mill-bliet taʼ Ġuda?” U Ġeħova wieġbu: “Itlaʼ.” U David issokta jgħidlu: “Fejn nitlaʼ?” Wieġbu: “Ħebron.”+ 2 Għalhekk, David telaʼ hemmhekk u miegħu telgħu wkoll iż-żewġ nisa tiegħu, Aħinogħam+ il-Ġeżragħelija u Abigajl+ mart Nabal il-Karmeli. 3 U David tellaʼ l-irġiel+ li kienu miegħu, kull wieħed bin-nies taʼ daru; u għammru fil-bliet tat-territorju taʼ Ħebron. 4 Imbagħad l-irġiel taʼ Ġuda+ ġew hemmhekk u dilku+ lil David bħala sultan fuq id-dar taʼ Ġuda.+
U ġew jgħidu lil David u qalulu: “L-irġiel taʼ Ġabes-gilegħad difnuh lil Sawl.” 5 Għalhekk, David bagħat messaġġiera għand l-irġiel taʼ Ġabes-gilegħad+ u qalilhom: “Jalla tkunu mberkin minn Ġeħova,+ għaliex intom urejtu din il-qalb tajba bl-imħabba+ maʼ sidkom, maʼ Sawl, billi dfintuh.+ 6 U issa jalla Ġeħova juri magħkom qalb tajba bl-imħabba+ u fiduċja sħiħa, u jien ukoll nuri magħkom din it-tjubija għaliex intom għamiltu din il-ħaġa.+ 7 U issa ħalli jissaħħu idejkom u uru li intom irġiel qalbenin,+ għax sidkom Sawl hu mejjet, u huwa saħansitra lili li n-nies taʼ dar Ġuda dilku bħala sultan+ fuqhom.”
8 U Abner,+ bin Ner, il-kap taʼ l-armata li kienet taʼ Sawl, ħa lil Is-boset,+ bin Sawl, u ħadu n-naħa l-oħra f’Maħanajm,+ 9 u għamlu sultan fuq Gilegħad,+ fuq l-Asurin, fuq Ġeżragħel,+ fuq Efrajm,+ fuq Benjamin,+ u fuq Israel kollu. 10 Erbgħin sena kellu Is-boset, bin Sawl, meta sar sultan fuq Israel, u dam isaltan sentejn. In-nies taʼ dar Ġuda+ biss kienu segwaċi taʼ David. 11 U l-għadd tal-jiem li David kien sultan f’Ħebron fuq id-dar taʼ Ġuda kien sebaʼ snin u sitt xhur.+
12 Maż-żmien, Abner, bin Ner, u l-qaddejja taʼ Is-boset, bin Sawl, ħarġu minn Maħanajm+ u marru Gibegħon.+ 13 U Ġowab,+ bin Seruja,+ u l-qaddejja taʼ David, ħarġu u iktar tard iltaqgħu flimkien ħdejn l-għadira taʼ Gibegħon; u baqgħu bil-qiegħda, dawn din in-naħa taʼ l-għadira u dawk dik in-naħa taʼ l-għadira. 14 Fl-aħħar, Abner qal lil Ġowab: “Ħa jqumu ż-żgħażagħ, jekk jogħġbok, u ħa jissaraw quddiemna.” U Ġowab qallu: “Ħa jqumu.” 15 Għalhekk, qamu u marru n-naħa l-oħra bl-għadd, tnax taʼ Benjamin u Is-boset,+ bin Sawl, u tnax mill-qaddejja taʼ David. 16 U ħatfu ras xulxin, u b’sejfu kull wieħed nifed ġenb l-ieħor, u b’hekk waqgħu flimkien. U dak il-post semmewh Ħelkat-ħassurim, li qiegħed f’Gibegħon.+
17 U l-ġlied kien aħrax għall-aħħar dakinhar, u Abner+ u l-irġiel taʼ Israel sa fl-aħħar kienu megħlubin mill-qaddejja taʼ David. 18 Issa t-tliet ulied taʼ Seruja+ inzertaw kienu hemmhekk, Ġowab,+ Abisaj,+ u Għasael;+ u Għasael kellu saqajh ħfief, bħal għażżiela*+ li tkun fil-kampanja. 19 U Għasael mar jiġri wara Abner, u ma riedx imur lejn il-lemin jew lejn ix-xellug biex jibqaʼ jiġri wara Abner. 20 Sa fl-aħħar, Abner ħares warajh u qal: “Dan int, Għasael?” u dan wieġbu: “Jien hu.” 21 Imbagħad Abner qallu: “Ikser lejn il-lemin jew lejn ix-xellug u aħtaf wieħed miż-żgħażagħ u ħudu għalik u ħu għalik dak li tneżżagħlu.”+ U Għasael ma riedx iwarrab milli jiġri warajh. 22 Għalhekk, Abner reġaʼ qal lil Għasael: “Warrab minn warajja u tiġrix warajja iktar. Għala għandi noqtlok?+ Kif inkun nistaʼ mbagħad nerfaʼ wiċċi lejn ħuk Ġowab?” 23 Imma hu baqaʼ jirrifjuta li jwarrab; u Abner darbu f’żaqqu+ bit-tarf t’isfel tal-lanza, u b’hekk il-lanza ħarġet minn ġo dahru; u waqaʼ hemmhekk u miet fejn kien. U ġara li dawk kollha li kienu jiġu fil-post fejn Għasael waqaʼ u miet kienu jieqfu hemmhekk.+
24 U Ġowab u Abisaj marru jiġru wara Abner. Fi nżul ix-xemx waslu ħdejn l-għolja t’Amma, li qiegħda quddiem Gija fit-triq li tagħti għax-xagħri taʼ Gibegħon.+ 25 U wlied Benjamin inġabru flimkien wara Abner, u saru ġemgħa waħda u baqgħu weqfin fuq il-quċċata t’għolja waħda. 26 U Abner beda jsejjaħ lil Ġowab u jgħidlu: “Se jibqaʼ s-sejf jiblaʼ+ bla tmiem? Tassew ma tafx li mrar se jkun hemm fl-aħħar?+ Allura, kemm se ddum biex tgħid lin-nies biex ma jibqgħux jiġru wara ħuthom?”+ 27 Għal dan, Ġowab wieġeb: “Daqskemm hu ħaj l-Alla l-veru,+ kieku int ma tkellimtx,+ kien ikun biss fil-għodu li n-nies kienu jieqfu milli jiġru kull wieħed wara ħuh.” 28 Ġowab issa daqq il-qarn,+ u n-nies kollha waqfu u ma baqgħux jiġru iktar wara Israel, u ma ssoktawx jiġġieldu iktar.
29 U Abner u l-irġiel tiegħu mxew minn ġo l-Għaraba+ dak il-lejl kollu u qasmu l-Ġordan+ u għaddew minn ġol-ħondoq kollu u fl-aħħar waslu Maħanajm.+ 30 U Ġowab dar lura u ma baqax jiġri wara Abner u beda jiġbor lin-nies kollha flimkien. U mill-qaddejja taʼ David kien hemm neqsin dsatax-il raġel u Għasael. 31 U l-qaddejja taʼ David, min-naħa tagħhom, kienu qatlu lil dawk taʼ Benjamin u mill-irġiel t’Abner—kien hemm tliet mija u sittin raġel li mietu.+ 32 U ġarrew lil Għasael+ u difnuh fil-qabar taʼ missieru,+ li qiegħed f’Betlehem.+ Imbagħad Ġowab u l-irġiel tiegħu baqgħu mexjin il-lejl kollu, u mas-sebħ waslu Ħebron.+
3 U l-gwerra bejn dar Sawl u dar David ħadet fit-tul;+ u David baqaʼ jissaħħaħ,+ u dar Sawl baqgħet tiddgħajjef iktar u iktar.+
2 Sadanittant, lil David twildulu l-ulied+ f’Ħebron,+ u l-ewwel imwieled tiegħu kien Amnon+ minn Aħinogħam+ il-Ġeżragħelija. 3 U t-tieni kien Kilegħab+ minn Abigajl+ mart Nabal il-Karmeli, u t-tielet kien Absalom,+ bin Magħka, bint Talmaj,+ is-sultan tal-Gesur. 4 U r-rabaʼ kien Adonija,+ bin Ħaggit,+ u l-ħames kien Sefatija,+ bin Abital. 5 U s-sitta kien Itregħam,+ bin Għegla, mart David. Dawn twieldu lil David f’Ħebron.
6 U ġara li, waqt li l-gwerra bejn dar Sawl u dar David kompliet sejra, Abner+ kien qed isaħħaħ kontinwament il-pożizzjoni tiegħu f’dar Sawl. 7 Issa Sawl kellu konkubina li kien jisimha Risfa,+ bint Ajja.+ Iktar tard Is-boset+ qal lil Abner: “Għala kellek x’taqsam mal-konkubina+ taʼ missieri?” 8 U Abner irrabja ħafna+ għall-kliem taʼ Is-boset u qallu: “Jien xi ras taʼ kelb+ taʼ Ġuda? Illum jien nibqaʼ nuri qalb tajba bl-imħabba lejn dar Sawl, missierek, lejn ħutu u l-ħbieb persunali tiegħu, u ma ħallejtekx issib ruħek f’idejn David; u madankollu int illum titlobni nagħti kont taʼ żball minħabba mara. 9 Jalla jagħmillu hekk Alla lil Abner, u iktar minn hekk,+ jekk, bħalma Ġeħova ħalef lil David,+ jien ma nagħmillux hekk, 10 u nieħu s-saltna minn dar Sawl u nistabbilixxi t-tron taʼ David fuq Israel u fuq Ġuda minn Dan sa Bir-xeba.”+ 11 U ma kellux il-ħila jgħid kelma waħda oħra biex iwieġeb lil Abner minħabba li kien jibżaʼ minnu.+
12 Għaldaqstant, Abner bagħat messaġġiera għand David dak il-ħin stess, u qallu: “Taʼ min hi l-art?” u żied: “Agħmel il-patt tiegħek miegħi, u, ara, idi tkun miegħek biex indawwar lil Israel kollu kemm hu lejk.”+ 13 Għal dan, qallu: “Tajjeb! Jien stess nagħmel patt miegħek. Ħaġa waħda biss qed nitlob mingħandek, jiġifieri, ‘Ma tistax tara lil wiċċi+ jekk l-ewwel ma ġġibx lil Mikal,+ bint Sawl, meta tiġi tara lil wiċċi.’” 14 Barra minn hekk, David bagħat messaġġiera għand Is-boset,+ bin Sawl, u qallu: “Agħtini lil marti Mikal, li jien tgħarrast magħha għal mitt prepuzju+ tal-Filistin.” 15 Għalhekk, Is-boset bagħat għaliha u ħadha mingħand żewġha, Paltijel,+ bin Lajs. 16 Imma żewġha baqaʼ miexi magħha, jibki hekk kif mexa warajha saħansitra sa Baħurim.+ Imbagħad Abner qallu: “Mur, erġaʼ lura!” U reġaʼ lura.
17 Sadanittant, Abner kien bagħat jgħarraf lix-xjuħ taʼ Israel, u qalilhom: “Kemm il-bieraħ u kemm qabel+ intom urejtu li qed tfittxu lil David bħala sultan fuqkom. 18 U issa aġixxu, għax Ġeħova nnifsu qal lil David, ‘B’id David+ il-qaddej tiegħi nsalva lill-poplu tiegħi Israel minn id il-Filistin u minn id l-għedewwa kollha tagħhom.’” 19 Imbagħad Abner tkellem ukoll biex jisimgħu Benjamin,+ u wara dan Abner mar ukoll jitkellem biex jisimgħu David f’Ħebron kulma kien tajjeb f’għajnejn Israel u f’għajnejn id-dar kollha taʼ Benjamin.
20 Meta Abner mar għand David f’Ħebron, u miegħu għoxrin raġel, David għamel festa+ għal Abner u għall-irġiel li kienu miegħu. 21 Imbagħad Abner qal lil David: “Ħa nqum u mmur u niġbor lil Israel kollu flimkien quddiem sidi s-sultan, sabiex jagħmlu patt miegħek, u int ċertament li ssir sultan fuq dak kollu li ruħek tixxennaq għalih.”+ Għalhekk, David bagħat lil Abner, u dan mar fi triqtu bis-sliem.+
22 U l-qaddejja taʼ David kienu ġejjin maʼ Ġowab minn attakk, u l-priża+ li ġabu magħhom kienet abbundanti. U Abner ma kienx maʼ David f’Ħebron, għax dan kien bagħtu, u kien sejjer fi triqtu bis-sliem. 23 U Ġowab+ u l-armata kollha li kienet miegħu daħlu, u lil Ġowab tawh l-aħbar u qalulu: “Abner,+ bin Ner,+ ġie għand is-sultan, u dan bagħtu, u qiegħed fi triqtu bis-sliem.” 24 Għalhekk, Ġowab daħal għand is-sultan u qallu: “X’għamilt?+ Ara! Abner ġie għandek. Għala bgħattu, u b’hekk hu rnexxielu jmur bis-sliem? 25 Tafu tajjeb lil Abner, bin Ner, li biex iqarraq bik ġie u biex ikun jaf meta toħroġ u meta tidħol+ u biex ikun jaf kulma qed tagħmel.”+
26 U Ġowab ħareġ minn quddiem David u bagħat messaġġiera wara Abner, u ġegħluh jerġaʼ lura+ mill-ġibjun taʼ Sira; u David ma kienx jaf b’dan. 27 Meta Abner ġie lura lejn Ħebron,+ Ġowab daħħlu ’l ġewwa mill-bieb biex ikellmu bil-kwiet.+ Madankollu, hemmhekk darbu f’żaqqu,+ u b’hekk miet minħabba d-demm taʼ ħuh Għasael.+ 28 Meta iktar tard David semaʼ b’dan, hu qal minnufih: “Jien u saltnati, mill-ħarsa taʼ Ġeħova, aħna innoċenti għal dejjem mill-ħtija taʼ demm+ Abner, bin Ner. 29 Jalla ddur lura fuq ras+ Ġowab u fuq id-dar kollha kemm hi taʼ missieru, u jalla ma jonqos qatt minn dar+ Ġowab raġel b’tisfija+ kontinwa jew wieħed imġiddem+ jew raġel li jdawwar id-dussies*+ jew xi ħadd li jmut bis-sejf jew xi ħadd li jittallab il-ħobż!”+ 30 Ġowab u ħuh Abisaj+ qatlu lil Abner+ minħabba l-fatt li hu kien qatel lil ħuhom Għasael f’Gibegħon fil-battalja.+
31 Imbagħad David qal lil Ġowab u lin-nies kollha li kienu miegħu: “Ċarrtu ħwejjiġkom+ u tħażżmu bl-ilbies+ taʼ l-ixkora u newħu quddiem Abner.” Is-Sultan David ukoll kien miexi wara l-katalett. 32 U difnu lil Abner f’Ħebron; u s-sultan għolla leħnu u beka ħdejn il-qabar t’Abner, u n-nies kollha bdew jibku.+ 33 U s-sultan issokta jgħanni għal Abner u jgħid:
“B’mewta taʼ persuna bla sens+ kellu jmut Abner?
U saqajk ma tpoġġewx fi rbit tar-ram aħmar.+
Bħalma jaqaʼ wieħed quddiem ulied l-inġustizzja+ waqajt int.”
U n-nies kollha reġgħu bkewh.+
35 Iktar tard in-nies kollha ġew jagħtu l-ħobż+ lil David biex jikkonslawh waqt li kien għadu bi nhar, imma David ħalef u qal: “Jalla jagħmilli hekk Alla,+ u iktar minn hekk, jekk qabel ma tinżel ix-xemx+ induq il-ħobż jew xi ħaġa oħra!” 36 U n-nies kollha raw x’ġara, u dan kien tajjeb f’għajnejhom. Kulma kien jagħmel is-sultan kien tajjeb f’għajnejn in-nies kollha.+ 37 U n-nies kollha u Israel kollu saru jafu dakinhar li mhux mis-sultan kien ġej li jinqatel Abner, bin Ner.+ 38 U s-sultan issokta jgħid lill-qaddejja tiegħu: “Ma tafux li prinċep u raġel kbir waqaʼ f’dan il-jum f’Israel?+ 39 U llum jien dgħajjef, għalkemm midluk+ bħala sultan, u dawn l-irġiel, ulied Seruja,+ huma ħorox wisq għalija.+ Jalla Ġeħova jrodd lil min jagħmel il-ħażen skond il-ħażen tiegħu stess.”+
4 Meta bin+ Sawl semaʼ li Abner kien miet f’Ħebron,+ imbagħad idejh iddgħajfu+ u l-Israelin kollha tħawdu. 2 U kien hemm żewġt irġiel, kapijiet tal-qtajjaʼ,+ li kienu taʼ bin Sawl, wieħed kien jismu Bagħnah u l-ieħor kien jismu Rekab, ulied Rimmon il-Biroti, minn ulied Benjamin; għax Birot,+ ukoll, kienet magħduda bħala parti minn Benjamin. 3 U l-Birotin ħarbu lejn Gittajm,+ u baqgħu residenti barranin hemmhekk sa dan il-jum.
4 Issa Ġonatan,+ bin Sawl, kellu iben li kien zopp minn saqajh.+ Ħames snin kellu meta l-aħbar dwar Sawl u Ġonatan waslet minn Ġeżragħel;+ u dik li kienet tieħu ħsiebu refgħetu u ħarbet, imma ġara li, hekk kif kienet qed tiġri bil-paniku biex taħrab, hu waqaʼ u sar zopp. Dan kien jismu Mefiboset.+
5 U wlied Rimmon il-Biroti, Rekab u Bagħnah, marru u waslu d-dar taʼ Is-boset+ meta l-jum kien saħan sew, waqt ir-raqda tiegħu taʼ nofsinhar. 6 U daħlu f’nofs id-dar bħallikieku biex iġibu l-qamħ, u mbagħad darbuh f’żaqqu;+ u lil Rekab u lil ħuh Bagħnah+ ħadd ma ntebaħ bihom. 7 Meta daħlu fid-dar, hu kien mimdud fuq soddtu fil-kamra tas-sodda taʼ ġewwa, u huma darbuh, u b’hekk qatluh,+ u mbagħad qatgħulu rasu,+ u rasu ħaduha u mxew il-lejl kollu fit-triq li tagħti għall-Għaraba. 8 U ħadu ras Is-boset+ lil David f’Ħebron u qalu lis-sultan: “Hawn hi ras Is-boset, bin Sawl, l-għadu tiegħek+ li pprova jiħodlok ħajtek;+ illum Ġeħova qed jagħti lil sidi s-sultan il-vendetta+ fuq Sawl u nislu.”
9 Madankollu, David wieġeb lil Rekab u lil ħuh Bagħnah, ulied Rimmon il-Biroti, u qalilhom: “Daqskemm hu ħaj+ Ġeħova li ħelisli+ ruħi+ minn kull hemm,+ 10 meta kien hemm wieħed li tani l-aħbar+ u qalli, ‘Ara! Sawl miet,’ u hu kien mingħalih li ġabli aħbar tajba, jien, madankollu, qbadtu u qtiltu+ f’Siklag meta kien imiss lili li nagħtih il-ħlas taʼ messaġġier; 11 kemm iktar għandu jkun hekk meta nies mill-agħar+ qatlu raġel sewwa f’daru stess u fuq soddtu? U issa m’għandix jien nitlob demmu minn idejkom,+ u m’għandix jien inqaċċatkom minn fuq wiċċ l-art?”+ 12 Imbagħad David ordna liż-żgħażagħ u dawn qatluhom+ u qatgħulhom idejhom u saqajhom u dendluhom+ ħdejn l-għadira f’Ħebron; u ras Is-boset ħaduha u difnuha fil-qabar t’Abner f’Ħebron.+
5 Maż-żmien, it-tribujiet kollha taʼ Israel ġew għand David+ f’Ħebron+ u qalulu: “Ara! Aħna għadmek u laħmek.+ 2 Kemm il-bieraħ u kemm qabel,+ waqt li Sawl kien sultan fuqna, int stess kont dak li toħroġ u ddaħħal lil Israel.+ U Ġeħova qallek, ‘Int stess tirgħa+ lill-poplu tiegħi Israel u int stess issir mexxej+ fuq Israel.’” 3 Għalhekk, ix-xjuħ+ kollha taʼ Israel ġew għand is-sultan f’Ħebron, u s-Sultan David għamel patt+ magħhom f’Ħebron quddiem Ġeħova; imbagħad huma dilku+ lil David bħala sultan fuq Israel.+
4 Tletin sena kellu David meta sar sultan. Erbgħin sena+ dam isaltan. 5 F’Ħebron saltan fuq Ġuda għal sebaʼ snin u sitt xhur;+ u f’Ġerusalemm+ saltan għal tlieta u tletin sena fuq Israel kollu u fuq Ġuda. 6 Għaldaqstant, is-sultan u l-irġiel tiegħu marru Ġerusalemm kontra l-Ġebusin,+ li kienu jgħammru fil-pajjiż, u dawn qalu lil David: “Int ma tidħolx hawnhekk, imma l-għomja u z-zopop żgur li jkeċċuk,”+ għax ħasbu: “David ma jidħolx hawnhekk.” 7 Iżda David xorta waħda ħa taħt idejh il-fortizza taʼ Sijon,+ jiġifieri, il-Belt taʼ David.+ 8 Għalhekk, David dakinhar qal: “Min jaħbat għall-Ġebusin,+ ħa jidħol minn ġol-mina taʼ l-ilma+ u jattakka kemm liz-zopp u kemm lill-agħma, mibgħudin minn David!” Huwa għalhekk li jgħidu: “L-agħma u z-zopp ma jidħlux fid-dar.” 9 U David beda jgħammar fil-fortizza, u din bdiet tissejjaħ il-Belt taʼ David; u David beda jibni dawramejt mill-Għolja*+ ’l ġewwa. 10 B’hekk, David baqaʼ jikber u jikber,+ u Ġeħova, l-Alla taʼ l-armati,+ kien miegħu.+
11 U Ħiram,+ is-sultan taʼ Tir, bagħat messaġġiera+ għand David, kif ukoll siġar taċ-ċedru+ u ħaddiema fl-injam u ħaddiema fil-ġebel għall-ħitan, u dawn bnew dar għal David.+ 12 U David sar jaf li Ġeħova kien stabbilieh fis-sod bħala sultan fuq Israel+ u li kien eżalta+ s-saltna tiegħu minħabba l-poplu tiegħu Israel.+
13 Sadanittant, David issokta jieħu iktar konkubini+ u nisa+ minn Ġerusalemm wara li ġie minn Ħebron; u lil David komplew jitwildulu iktar subien u bniet. 14 U dawn huma l-ismijiet taʼ dawk li twildulu f’Ġerusalemm: Sammugħa,+ Sobab,+ Natan,+ Salamun,+ 15 Ibħar, Elisugħa,+ Nefeg,+ Ġafigħa,+ 16 Elisama,+ Eljada, u Elifelet.+
17 U l-Filistin semgħu li kienu dilku lil David bħala sultan fuq Israel.+ Għalhekk, il-Filistin kollha telgħu jfittxu lil David. Meta David semaʼ b’dan, niżel lejn il-post diffiċli biex jintlaħaq.+ 18 U l-Filistin, min-naħa tagħhom, ġew u qagħdu jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn fil-pjanura l-baxxa taʼ Refajm biex jisirqu.+ 19 U David staqsa+ lil Ġeħova u qallu: “Nitlaʼ kontra l-Filistin? Tagħtihomli f’idejja?” U Ġeħova wieġeb lil David: “Itlaʼ, għax jien żgur li nagħtik il-Filistin f’idejk.”+ 20 Għalhekk, David wasal Bagħal-perasim,+ u David qatilhom hemmhekk. U qal: “Ġeħova mar qabli, bħal ilmijiet li jinfaqgħu, u qered l-għedewwa tiegħi.”+ Huwa għalhekk li dan il-post semmieh Bagħal-perasim.+ 21 Għaldaqstant, huma ħallew l-idoli tagħhom+ hemmhekk, u għalhekk David u l-irġiel tiegħu ħaduhom magħhom.+
22 Iktar tard il-Filistin reġgħu telgħu+ u qagħdu jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn fil-pjanura l-baxxa taʼ Refajm biex jisirqu.+ 23 Minħabba f’hekk, David staqsa+ lil Ġeħova li qallu: “Titlax. Dur minn warajhom, u itlaʼ kontrihom quddiem is-siġar tal-baka.*+ 24 U ħa jiġri li, x’ħin tismaʼ l-ħoss tal-mixi fil-qċaċet tas-siġar tal-baka, dak il-ħin aġixxi b’mod deċiż,+ għaliex dak il-ħin Ġeħova jkun ħareġ qablek biex jeqred il-kamp tal-Filistin.”+ 25 Għaldaqstant, David għamel hekk, sewwasew bħalma kien ikkmandah+ Ġeħova, u qered+ lill-Filistin minn Geba+ saħansitra sa Geżer.+
6 U David reġaʼ ġabar l-aqwa rġiel kollha f’Israel,+ tletin elf. 2 Imbagħad David u n-nies kollha li kienu miegħu qamu u marru Bagħale-ġuda+ biex itellgħu l-arka+ taʼ l-Alla l-veru minn hemmhekk, li fuqha jissejjaħ isem, l-isem+ taʼ Ġeħova taʼ l-armati,+ li qiegħed fuq il-kerubini.+ 3 Madankollu, l-arka taʼ l-Alla l-veru għabbewha fuq karru ġdid,+ sabiex iġorruha mid-dar t’Abinadab,+ li kienet fuq l-għolja; u Użżah u Aħjo,+ ulied Abinadab, kienu qed imexxu l-karru l-ġdid.
4 Għalhekk, ġarrew l-arka taʼ l-Alla l-veru mid-dar t’Abinadab, li kienet fuq l-għolja; u Aħjo kien miexi quddiem l-Arka. 5 U David u d-dar kollha taʼ Israel kienu qed jiċċelebraw quddiem Ġeħova b’kull tip taʼ strument taʼ l-injam tal-ġnibru, u bl-arpi,+ bi strumenti tal-korda,+ bit-tanburlini,+ bis-sistra, u biċ-ċimbali.+ 6 U bil-mod il-mod waslu sal-qiegħa tad-dris taʼ Nakon,* u Użżah+ issa ħareġ idu lejn l-arka taʼ l-Alla l-veru u żammha,+ għax il-barrin kienu kważi qalbuha. 7 U r-rabja taʼ Ġeħova+ xegħlet kontra Użżah, u l-Alla l-veru laqtu+ hemmhekk għal dan l-att bla rispett, u b’hekk hu miet hemmhekk ħdejn l-arka taʼ l-Alla l-veru.+ 8 U David irrabja minħabba l-fatt li Ġeħova kien żbroffa kontra Użżah, u dak il-post semmewh Pereż-użżah* sa dan il-jum.+ 9 U David beżaʼ minn Ġeħova+ dakinhar u qal: “Kif se tiġi għandi l-arka taʼ Ġeħova?”+ 10 U David ma riedx iġib l-arka taʼ Ġeħova għandu fil-Belt taʼ David.+ Għalhekk, David ġiegħel li tinġarr lejn id-dar t’Għobed-edom+ il-Gitti.+
11 U l-arka taʼ Ġeħova baqgħet fid-dar t’Għobed-edom il-Gitti tliet xhur; u Ġeħova baqaʼ jbierek+ lil Għobed-edom u lin-nies kollha taʼ daru.+ 12 Fl-aħħar, lis-Sultan David wasslulu l-aħbar u qalulu: “Ġeħova bierek id-dar t’Għobed-edom u kulma għandu minħabba l-arka taʼ l-Alla l-veru.” Għal dan, David mar iġib l-arka taʼ l-Alla l-veru mid-dar t’Għobed-edom u tellagħha bil-ferħ lejn il-Belt taʼ David.+ 13 U ġara li, meta dawk li kienu qed iġorru+ l-arka taʼ Ġeħova kienu mxew sitt passi, hu minnufih offra barri u annimal imsemmen bħala sagrifiċċju.+
14 U David, imħażżem b’efod+ taʼ l-għażel, beda jdur u jiżfen kemm jiflaħ quddiem Ġeħova. 15 U David u d-dar kollha taʼ Israel kienu qed itellgħu l-arka+ b’għajat taʼ ferħ+ u bid-daqq tal-qarn.+ 16 U ġara li, meta l-arka taʼ Ġeħova kienet dieħla fil-Belt taʼ David, Mikal,+ bint Sawl, ħarset ’l isfel mit-tieqa u rat lis-Sultan David jaqbeż u jiżfen quddiem Ġeħova; u bdiet tistmerru+ f’qalbha.+ 17 U daħħlu l-arka taʼ Ġeħova u qegħduha f’postha fit-tinda li David kien waqqaf għaliha;+ imbagħad David offra sagrifiċċji tal-ħruq+ u sagrifiċċji taʼ sħubija*+ quddiem Ġeħova. 18 Meta David temm joffri s-sagrifiċċji tal-ħruq u s-sagrifiċċji taʼ sħubija, imbagħad bierek+ lin-nies f’isem Ġeħova+ taʼ l-armati. 19 Barra minn hekk, lin-nies kollha,+ lill-folla kollha kemm hi taʼ Israel, sew irġiel u sew nisa, qassmilhom ftira tal-ħobż, ċappa tamal, u ċappa żbib kull wieħed,+ u wara dan in-nies kollha marru kull wieħed lejn daru.
20 David issa reġaʼ lura biex ibierek lin-nies taʼ daru stess,+ u Mikal,+ bint Sawl, ħarġet tiltaqaʼ maʼ David u qaltlu: “Kemm igglorifika lilu nnifsu+ llum is-sultan taʼ Israel meta nkixef illum quddiem għajnejn it-tfajliet ilsiera tal-qaddejja tiegħu, sewwasew bħalma l-irġiel bla moħħ jinkixfu bla mistħija!”+ 21 David wieġeb lil Mikal: “Dan għamiltu quddiem Ġeħova, li għażel lili minflok lil missierek u lin-nies kollha taʼ daru biex nikkmanda+ bħala mexxej fuq Israel, il-poplu taʼ Ġeħova. U jien niċċelebra quddiem Ġeħova,+ 22 u niċċekken saħansitra iktar minn hekk,+ u nitbaxxa f’għajnejja; u mat-tfajliet ilsiera li semmejt int, magħhom jien deċiż li nigglorifika lili nnifsi.”+ 23 Għalhekk, Mikal,+ bint Sawl, ma kellhiex tfal sa dakinhar li mietet.
7 U ġara li, meta s-sultan kien jgħammar f’daru+ u Ġeħova kien serrħu mill-għedewwa kollha tiegħu dawramejt,+ 2 imbagħad is-sultan qal lil Natan+ il-profeta: “Ara, issa, jien qed ngħammar f’dar taċ-ċedri+ waqt li l-arka taʼ l-Alla l-veru qiegħda f’nofs id-drapp tat-tined.”+ 3 U Natan qal lis-sultan: “Kulma għandek f’qalbek—mur u agħmlu,+ għaliex Ġeħova qiegħed miegħek.”
4 U ġara li dak il-lejl il-kelma+ taʼ Ġeħova ġiet lil Natan, u qallu: 5 “Mur, u għid lill-qaddej tiegħi David, ‘Hekk qal Ġeħova: “Għandek int tibnili dar biex jien ngħammar fiha?+ 6 Għax jien m’għammartx f’dar minn dakinhar li tellajt lil ulied Israel mill-Eġittu sa dan il-jum,+ imma bqajt nimxi+ ’l hemm u ’l hawn f’tinda,+ jiġifieri, f’tabernaklu.+ 7 Matul iż-żmien kollu li mxejt ’l hemm u ’l hawn fost l-ulied kollha taʼ Israel,+ lissint jien xi kelma lil xi wieħed mit-tribujiet taʼ Israel+ li kkmandajtu jirgħa lill-poplu tiegħi Israel, u għedtlu: ‘Għala ma bnejtulix dar taċ-ċedri?’”’ 8 U issa hekk għidlu lill-qaddej tiegħi David, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Jien stess ħadtek mill-mergħa, minn wara l-merħla,+ biex tkun mexxej+ fuq il-poplu tiegħi Israel. 9 U jien inkun miegħek kulfejn tmur,+ u neqred l-għedewwa kollha tiegħek minn quddiemek;+ u nagħmillek isem kbir,+ bħall-isem tal-kbarat li hawn fuq l-art. 10 U nagħti post+ lill-poplu tiegħi Israel u nħawwilhom+ hemmhekk, u huma tabilħaqq jgħammru fejn ikunu, u ma jkunx hemm iktar min ifixkilhom; u wlied l-inġustizzja ma jerġgħux jgħakksuhom bħalma għamlu qabel,+ 11 saħansitra minn dakinhar li inkarigajt lill-imħallfin+ biex imexxu lill-poplu tiegħi Israel; u jien inserrħek mill-għedewwa kollha tiegħek.+
“‘“U Ġeħova qallek li dar+ se jagħmel Ġeħova għalik. 12 Meta jagħlaqlek iż-żmien,+ u timtedd maʼ missirijietek,+ imbagħad jien inqajjem nislek warajk, li joħroġ mill-ġewwieni tiegħek; u tabilħaqq nistabbilixxi fis-sod is-saltna tiegħu.+ 13 Hu jkun dak li jibni dar għal ismi,+ u jien nistabbilixxi fis-sod it-tron taʼ saltnatu għal żmien indefinit.*+ 14 Jien stess insir missieru,+ u hu jsir ibni.+ Meta jiżbalja, inwiddbu bil-ħatar+ tal-bnedmin u bid-daqqiet taʼ wlied Adam. 15 U l-qalb tajba bl-imħabba tiegħi ma titwarrabx minn fuqu bħalma warrabtha minn fuq Sawl,+ li lilu warrabt minħabba fik. 16 U darek u saltnatek ikunu sodi għal żmien indefinit; it-tron tiegħek ikun stabbilit fis-sod għal żmien indefinit.”’”+
17 Natan kellem lil David skond dan il-kliem kollu u skond din il-viżjoni kollha.+
18 Imbagħad is-Sultan David daħal u qagħad bil-qiegħda quddiem Ġeħova u qallu: “Jien min jien,+ O Mulej Sovran Ġeħova? U x’inhi dari biex wassaltni s’hawnhekk? 19 Bħallikieku din kienet xi ħaġa żgħira f’għajnejk, O Mulej Sovran Ġeħova, int għadek kif għedtli li d-dar tal-qaddej tiegħek iddum sa żmien fil-futur imbiegħed; u din hi l-liġi mogħtija għall-bnedmin,+ O Mulej Sovran Ġeħova.+ 20 U David x’jistaʼ jżid iktar u jgħidlek, meta int stess tafu tajjeb lill-qaddej tiegħek,+ O Mulej Sovran Ġeħova? 21 Minħabba kelmtek+ u skond qalbek+ int għamilt dawn l-affarijiet kbar kollha biex iġġiegħel lill-qaddej tiegħek ikun jafhom.+ 22 Huwa għalhekk li int tabilħaqq kbir,+ O Mulej Sovran Ġeħova; għax m’hemmx ieħor bħalek,+ u m’hemm ebda Alla ħliefek+ fost dawk kollha li smajna dwarhom b’widnejna. 23 U liema ġens wieħed fuq l-art hu bħall-poplu tiegħek Israel,+ li Alla fdieh biex ikun il-poplu tiegħu+ u għamel isem għalih innifsu+ u għamel għalihom affarijiet kbar li jqanqlu l-biżaʼ+—biex ikeċċi l-ġnus u l-allat tagħhom minħabba l-poplu tiegħek, li int fdejt għalik+ mill-Eġittu? 24 U int stabbilejt fis-sod lill-poplu tiegħek Israel+ għalik bħala l-poplu tiegħek għal żmien indefinit; u int, O Ġeħova, sirt Alla tagħhom.+
25 “U issa, Alla Ġeħova, il-kelma li int lissint dwar il-qaddej tiegħek u dwar daru wettaqha għal żmien indefinit u agħmel sewwasew bħalma għedt.+ 26 U ħa jkun kbir ismek għal żmien indefinit,+ u jgħidu, ‘Ġeħova taʼ l-armati hu Alla fuq Israel,’+ u ħa tkun stabbilita fis-sod quddiemek id-dar tal-qaddej tiegħek David.+ 27 Għax int, Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla taʼ Israel, irrivelajt f’widnejn il-qaddej tiegħek u għedtlu, ‘Dar nibnilek.’+ Huwa għalhekk li l-qaddej tiegħek għamel il-qalb biex jitolbok din it-talba.+ 28 U issa, O Mulej Sovran Ġeħova, int l-Alla l-veru; u ħa jkun kliemek verità,+ ladarba int twiegħed lill-qaddej tiegħek din it-tjubija.+ 29 U issa, jekk jogħġbok, bierek+ id-dar tal-qaddej tiegħek biex tibqaʼ għal żmien indefinit quddiemek;+ għax int innifsek, O Mulej Sovran Ġeħova, wegħedt, u minħabba l-barka tiegħek ħalli d-dar tal-qaddej tiegħek tkun imbierka għal żmien indefinit.”+
8 U ġara li mbagħad David ħabat għall-Filistin+ u rażżanhom,+ u David ħa Meteg-amma minn id il-Filistin.
2 U ssokta jaħbat għall-Mowabin+ u kejjilhom b’ħabel, u ġegħelhom jimteddu maʼ l-art, sabiex ikejjel żewġ ħbula ħalli joqtolhom, u ħabel sħiħ biex iħallihom ħajjin;+ u l-Mowabin saru l-qaddejja taʼ David+ biex iġibulu l-ħaraġ.+
3 U David issokta jaħbat għal Ħadadgħeżer,+ bin Reħob, is-sultan taʼ Soba,+ meta dan kien sejjer fi triqtu biex jerġaʼ jkollu l-kontroll ħdejn ix-xmara Ewfrat.+ 4 U David ħa mingħandu elf u sebaʼ mitt rikkieb taż-żwiemel u għoxrin elf raġel bil-mixi;+ u David qataʼ l-għerq taʼ l-għarqub+ taż-żwiemel tal-karrijiet kollha,+ imma ħalla minnhom mitt żiemel tal-karrijiet.
5 Meta s-Sirja taʼ Damasku+ ġiet biex tgħin lil Ħadadgħeżer, is-sultan taʼ Soba, David imbagħad qatel tnejn u għoxrin elf raġel minn fost is-Sirjani.+ 6 Barra minn hekk, David qiegħed għases tas-suldati+ fis-Sirja taʼ Damasku; u s-Sirjani saru l-qaddejja taʼ David u kienu jġibulu l-ħaraġ.+ U Ġeħova kompla jsalva lil David kulfejn kien imur.+ 7 Iktar minn hekk, David ħa t-tarki tondi+ tad-deheb li kellhom fuqhom il-qaddejja taʼ Ħadadgħeżer u ġabhom Ġerusalemm. 8 U minn Beta* u Berotaj, bliet taʼ Ħadadgħeżer, is-Sultan David ħa kwantità kbira ferm taʼ ram aħmar.+
9 Issa Togħi,* is-sultan taʼ Ħamat,+ semaʼ li David kien qatel lill-qawwa militari kollha taʼ Ħadadgħeżer.+ 10 Għalhekk, Togħi bagħat lil ibnu Ġoram għand is-Sultan David biex jistaqsih kif inhu+ u jifraħlu minħabba l-fatt li kien iġġieled kontra Ħadadgħeżer u qatlu (għax Ħadadgħeżer kien spiss jiggwerra kontra Togħi); u f’idu kien hemm oġġetti tal-fidda u oġġetti tad-deheb u oġġetti tar-ram aħmar.+ 11 Dawn ukoll is-Sultan David qaddishom lil Ġeħova, flimkien mal-fidda u d-deheb li kien qaddes mill-ġnus kollha li kien rażżan,+ 12 mis-Sirja, minn Mowab,+ mingħand ulied Għammon, mingħand il-Filistin,+ minn Għamalek,+ u mill-priża taʼ Ħadadgħeżer, bin Reħob, is-sultan taʼ Soba.+ 13 U David għamel isem għalih meta ġie lura wara li qatel lill-Edomin f’Wied il-Melħ+—tmintax-il elf.+ 14 U ħalla għases tas-suldati f’Edom.+ F’Edom kollu qiegħed l-għases tas-suldati, u l-Edomin kollha saru qaddejja taʼ David;+ u Ġeħova kompla jsalva lil David kulfejn kien imur.+
15 U David baqaʼ jsaltan fuq Israel kollu;+ u David amministra kontinwament il-ġustizzja u s-sewwa+ għall-poplu kollu tiegħu.+ 16 U Ġowab,+ bin Seruja, kien fuq l-armata; u Ġeħosafat,+ bin Aħilud, kien reġistratur. 17 U Sadok,+ bin Aħitub, u Aħimelek,+ bin Abjatar, kienu qassisin, u Seraja kien segretarju. 18 U Benaja,+ bin Ġeħojada, kien fuq il-Keretin+ u l-Peletin.+ U wlied David saru uffiċjali ewlenin.*+
9 U David qal: “Għad fadal xi ħadd mid-dar taʼ Sawl, sabiex nuri qalb tajba bl-imħabba+ miegħu minħabba Ġonatan?”+ 2 Issa mid-dar taʼ Sawl kien hemm qaddej li kien jismu Siba.+ Għalhekk, sejħulu biex imur għand David, u s-sultan qallu: “Int Siba?” u dan wieġbu: “Jien il-qaddej tiegħek.” 3 U s-sultan issokta jistaqsih: “M’għad hemm ħadd iktar mid-dar taʼ Sawl, sabiex nuri l-qalb tajba bl-imħabba t’Alla miegħu?”+ Għal dan, Siba wieġeb lis-sultan: “Għad hemm iben taʼ Ġonatan, zopp minn saqajh.”+ 4 Imbagħad is-sultan qallu: “Fejn hu?” Għalhekk, Siba wieġeb lis-sultan: “Ara! Qiegħed fid-dar taʼ Makir,+ bin Għammijel, f’Lo-debar.”+
5 Minnufih is-Sultan David bagħat u ġabu mid-dar taʼ Makir, bin Għammijel, f’Lo-debar. 6 Meta Mefiboset, bin Ġonatan, bin Sawl, daħal għand David, hu minnufih waqaʼ u nxteħet wiċċu fl-art.+ Imbagħad David qallu: “Mefiboset!” u dan wieġbu: “Hawn hu l-qaddej tiegħek.” 7 U David issokta jgħidlu: “Tibżax, għax jien żgur li se nuri qalb tajba bl-imħabba+ miegħek minħabba missierek Ġonatan;+ u rrid irroddlok ir-rabaʼ kollu+ taʼ nannuk Sawl, u int tiekol il-ħobż dejjem mill-mejda tiegħi.”+
8 Għal dan, hu nxteħet fl-art u qallu: “X’inhu l-qaddej tiegħek, biex int dawwart wiċċek lejn kelb mejjet+ bħali?” 9 Is-sultan issa sejjaħ lil Siba, il-qaddej taʼ Sawl, u qallu: “Kulma kien taʼ Sawl u taʼ daru kollha nagħtih+ lin-neputi taʼ sidek. 10 U int aħdimlu l-art, int u wliedek u l-qaddejja tiegħek, u agħmel il-ġbir, u dan iservi bħala ikel għal dawk li huma tan-neputi taʼ sidek, u huma jieklu; imma Mefiboset innifsu, in-neputi taʼ sidek, jiekol il-ħobż dejjem mill-mejda tiegħi.”+
Issa Siba kellu ħmistax-il tifel u għoxrin qaddej.+ 11 Għalhekk, Siba qal lis-sultan: “Skond kulma sidi s-sultan jikkmanda lill-qaddej tiegħu, hekk jagħmel il-qaddej tiegħek; imma Mefiboset+ jiekol mill-mejda tiegħi* bħal wieħed minn ulied is-sultan.” 12 Issa Mefiboset kellu tifel żgħir jismu Mika,+ u dawk kollha li kienu jgħammru fid-dar taʼ Siba kienu qaddejja taʼ Mefiboset. 13 U Mefiboset kien qed jgħammar f’Ġerusalemm, għax kien qed jiekol dejjem mill-mejda tas-sultan;+ u hu kien zopp minn saqajh it-tnejn.+
10 U ġara li mbagħad is-sultan taʼ wlied Għammon+ miet, u ibnu Ħanun beda jsaltan minfloku.+ 2 U David qal: “Jien se nuri qalb tajba bl-imħabba maʼ Ħanun, bin Naħas, bħalma missieru wera qalb tajba bl-imħabba miegħi.”+ Għaldaqstant, David, permezz tal-qaddejja tiegħu,+ bagħat ifarrġu minħabba missieru, u l-qaddejja taʼ David daħlu fl-art taʼ wlied Għammon. 3 Madankollu, il-prinċpijiet taʼ wlied Għammon qalu lil sidhom Ħanun: “Taħseb int li David biex jonora lil missierek bagħatlek il-farraġa? Mhux biex jara x’fiha l-belt u jitkixxef+ dwarha u jegħlibha li David bagħatlek il-qaddejja tiegħu?”+ 4 Għalhekk, Ħanun qabad il-qaddejja taʼ David u qaxxrilhom nofs id-daqna+ u qattgħalhom ilbieshom min-nofs sal-warrani u bagħathom.+ 5 Iktar tard, xi nies taw din l-aħbar lil David, u dan minnufih bagħat biex jiltaqaʼ magħhom, għaliex l-irġiel bdew iħossuhom umiljati għall-aħħar; u s-sultan issokta jgħid: “Għammru f’Ġeriko+ sakemm tikbrilkom sew id-daqna. Imbagħad erġgħu lura.”
6 U wlied Għammon raw li kienu saru mibgħudin+ minn David, u wlied Għammon bagħtu jikru xi Sirjani taʼ Bet-reħob+ u Sirjani taʼ Soba,+ għoxrin elf raġel bil-mixi, u s-sultan taʼ Magħka,+ b’elf raġel miegħu, u Istob, bi tnax-il elf raġel miegħu. 7 Meta David semaʼ b’dan, bagħat lil Ġowab u l-armata kollha u l-irġiel setgħanin.+ 8 U wlied Għammon bdew joħorġu u jitqassmu għall-battalja fid-daħla tal-bieb, kif ukoll is-Sirjani taʼ Soba u taʼ Reħob,+ u Istob u Magħka għalihom waħedhom fil-kampanja.+
9 Meta Ġowab ra li l-attakki tal-battalja ġew kontrih minn quddiem u minn wara, hu minnufih għażel xi wħud mill-aqwa+ rġiel kollha taʼ Israel u qassamhom għall-battalja biex jiltaqgħu mas-Sirjani. 10 U l-bqija tal-poplu ħalliehom f’idejn ħuh Abisaj,+ sabiex ikun jistaʼ jqassamhom għall-battalja biex jiltaqgħu maʼ wlied Għammon.+ 11 U hu ssokta jgħidlu: “Jekk is-Sirjani jkunu b’saħħithom wisq għalija, int tkun is-salvazzjoni tiegħi; imma jekk ulied Għammon ikunu b’saħħithom wisq għalik, niġi jien insalvak.+ 12 Agħmel il-ħila, sabiex nuru li aħna kuraġġużi+ għan-nom tal-poplu tagħna u għan-nom tal-bliet t’Alla tagħna;+ imbagħad Ġeħova jagħmel dak li hu tajjeb f’għajnejh.”+
13 Imbagħad Ġowab u n-nies li kienu miegħu resqu għall-battalja kontra s-Sirjani, u dawn ħarbu minn quddiemu.+ 14 U wlied Għammon raw li s-Sirjani kienu ħarbu, u ħarbu huma wkoll minn quddiem Abisaj, u b’hekk irtiraw fil-belt.+ Imbagħad Ġowab reġaʼ lura minn ħdejn ulied Għammon u wasal Ġerusalemm.+
15 Meta s-Sirjani raw li kienu ġew megħlubin minn Israel, inġemgħu flimkien. 16 Għalhekk, Ħadadgħeżer+ bagħat u ħareġ lis-Sirjani li kienu fir-reġjun tax-Xmara;*+ u mbagħad waslu Ħelam, u Sobak,+ il-kap taʼ l-armata taʼ Ħadadgħeżer, kien quddiemhom.
17 Meta lil David waslitlu l-aħbar, hu minnufih ġabar lil Israel kollu u qasam il-Ġordan u wasal Ħelam. Is-Sirjani issa tqassmu għall-battalja biex jiltaqgħu maʼ David u bdew jiġġieldu kontrih.+ 18 U s-Sirjani ħarbu+ minn quddiem Israel; u David qatel mis-Sirjani sebaʼ mitt sewwieq tal-karrijiet+ u erbgħin elf rikkieb taż-żwiemel, u lil Sobak, il-kap taʼ l-armata tagħhom, ħabat għalih, u b’hekk dan miet hemmhekk.+ 19 Meta s-slaten kollha,+ il-qaddejja taʼ Ħadadgħeżer, raw li ġew megħlubin minn Israel,+ huma mill-ewwel għamlu paċi maʼ Israel u bdew jaqduhom;+ u s-Sirjani beżgħu u ma baqgħux iktar jipprovaw isalvaw lil ulied Għammon.+
11 U ġara li, fil-bidu tas-sena,+ fiż-żmien li s-slaten joħorġu għall-gwerra,+ David bagħat lil Ġowab u lill-qaddejja tiegħu miegħu u lil Israel kollu, biex ikunu jistgħu jeqirdu+ lil ulied Għammon u jassedjaw lil Rabba,+ waqt li David kien qed jgħammar f’Ġerusalemm.
2 U ġara li fil-għaxija David qam minn soddtu u qagħad jippassiġġa fuq il-bejt+ tad-dar tas-sultan; u minn fuq il-bejt lemaħ+ mara tinħasel, u l-mara kienet sabiħa ħafna fl-għajn.+ 3 Imbagħad David bagħat jistaqsi dwar il-mara+ u xi ħadd qallu: “M’hijiex din Bat-seba,+ bint Eligħam,*+ mart Urija+ l-Ħitti?”+ 4 Imbagħad David bagħat messaġġiera biex jiħodha.+ Għalhekk, hi daħlet għandu+ u hu mtedd magħha,+ fiż-żmien li hi kienet qed tindaf min-nuqqas taʼ ndafa tagħha.+ Iktar tard reġgħet lura lejn darha.
5 U l-mara ħarġet tqila. Għaldaqstant bagħtet tgħid lil David u qaltlu: “Ħriġt tqila.” 6 Imbagħad David bagħat jgħid lil Ġowab: “Ibgħatli lil Urija l-Ħitti.” Għalhekk, Ġowab bagħat lil Urija għand David. 7 Meta Urija ġie għandu, David beda jistaqsih kif kien sejjer Ġowab u kif kienu sejrin in-nies u kif kienet sejra l-gwerra. 8 Fl-aħħar, David qal lil Urija: “Inżel lejn darek u aħsel saqajk.”+ Għaldaqstant, Urija ħareġ mid-dar tas-sultan, u l-għotja tas-sultan ħarġet warajh. 9 Madankollu, Urija mtedd fid-daħla tad-dar tas-sultan mal-qaddejja l-oħrajn kollha taʼ sidu, u ma niżilx lejn daru. 10 Għalhekk, marru jgħidu lil David, u qalulu: “Urija ma niżilx lejn daru.” Imbagħad David qal lil Urija: “Int ġejt minn vjaġġ, hux hekk? Għala ma nżiltx lejn darek?” 11 Urija wieġeb lil David: “L-Arka+ u Israel u Ġuda qed jgħammru fl-għerejjex, u sidi Ġowab u l-qaddejja taʼ sidi+ qed jikkampjaw fuq wiċċ ir-rabaʼ, u jien—se nidħol jien f’dari biex niekol u nixrob u nimtedd maʼ marti?+ Daqskemm int ħaj int u daqskemm ruħek hi ħajja,+ din il-ħaġa ma nagħmilhiex!”
12 Imbagħad David qal lil Urija: “Oqgħod hawnhekk illum ukoll, u għada nibagħtek.” Għalhekk, Urija baqaʼ jgħammar f’Ġerusalemm dakinhar u l-għada. 13 U David sejjaħlu biex jiekol u jixrob quddiemu. Imbagħad ġiegħlu jisker.+ Minkejja dan, hu ħareġ fil-għaxija biex jimtedd fuq soddtu mal-qaddejja taʼ sidu, u lejn daru ma niżilx. 14 U ġara li fil-għodu David kiteb ittra+ lil Ġowab u bagħatha b’id Urija. 15 Għalhekk, fl-ittra kiteb u qal:+ “Poġġu lil Urija fuq quddiem fl-eħrex attakki tal-battalja,+ u intom irtiraw minn warajh ħalli jindarab u jmut.”+
16 U ġara li, waqt li Ġowab kien qed jgħasses il-belt, hu ħalla lil Urija fil-post fejn kien jaf li kien hemm l-irġiel qalbenin.+ 17 Meta l-irġiel tal-belt ħarġu u marru jiġġieldu kontra Ġowab, imbagħad xi wħud min-nies, il-qaddejja taʼ David, waqgħu, u Urija l-Ħitti miet ukoll.+ 18 Ġowab issa bagħat jgħarraf lil David b’kulma ġara fil-gwerra. 19 U ssokta jordna lill-messaġġier u jgħidlu: “Malli ttemm tgħid lis-sultan b’kulma ġara fil-gwerra, 20 irid iseħħ li jekk tixgħel ir-rabja tas-sultan u jgħidlek, ‘Għala kellkom tmorru daqshekk qrib il-belt biex tiġġieldu? Ma kontux tafu li huma kienu se jisparaw minn fuq is-sur? 21 Min kien li qatel lil Abimelek,+ bin Ġerubbeset?*+ Mhux mara kienet li xeħtet ġebla taʼ fuq taʼ mitħna fuqu+ minn fuq is-sur, u b’hekk hu miet f’Tebes?+ Għala kellkom tmorru daqshekk qrib is-sur?’ għidlu wkoll, ‘Il-qaddej tiegħek Urija l-Ħitti miet ukoll.’”+
22 Għalhekk, il-messaġġier telaq u mar u qal lil David b’kulma kien bagħat jgħidlu Ġowab. 23 U l-messaġġier issokta jgħid lil David: “L-irġiel kienu superjuri għalina, u b’hekk ħarġu kontrina fir-rabaʼ; imma aħna bqajna rrossuhom dritt sad-daħla tal-bieb. 24 U dawk li jisparaw il-qaws baqgħu jisparaw fuq il-qaddejja tiegħek minn fuq is-sur,+ u b’hekk xi wħud mill-qaddejja tas-sultan mietu; u l-qaddej tiegħek Urija l-Ħitti miet ukoll.”+ 25 Għal dan, David qal lill-messaġġier: “Hekk għidlu lil Ġowab, ‘Tħallix din il-kwistjoni tinkwetak, għax is-sejf jiblaʼ+ sew wieħed u sew l-ieħor. Ħarrax il-battalja tiegħek kontra l-belt u ġarrafha.’+ U qawwilu qalbu.”
26 U mart Urija semgħet li żewġha Urija kien miet, u bdiet tibki+ lil sidha.+ 27 Meta għadda l-perijodu tal-vistu,+ David minnufih bagħat u ħadha għandu d-dar, u hi saret martu.+ Maż-żmien wilditlu iben, imma dak li kien għamel David deher ħażin+ f’għajnejn+ Ġeħova.
12 U Ġeħova bagħat lil Natan+ għand David. Għalhekk, hu daħal għandu+ u qallu: “Kien hemm żewġt irġiel li kienu f’belt waħda, wieħed għani u l-ieħor taʼ ftit mezzi. 2 L-għani kellu ħafna u ħafna nagħaġ u baqar;+ 3 imma dak taʼ ftit mezzi ma kellu xejn ħlief ħarufa waħda, żgħira, li kien xtara.+ U kien qed irabbiha, u kienet qed tikber miegħu u maʼ wliedu, kollha flimkien. Mil-loqma tiegħu kienet tiekol, u milli jkollu fit-tazza tiegħu kienet tixrob, u fi ħdanu kienet toqgħod, u għalih kienet saret qisha bintu. 4 Darba waħda ġie xi ħadd iżur lir-raġel għani, imma dan ma riedx jieħu min-nagħaġ tiegħu u mill-baqar tiegħu biex ilestihom għall-vjaġġatur li kien daħal għandu. Għalhekk, ħa l-ħarufa tar-raġel taʼ ftit mezzi u lestieha għar-raġel li kien daħal għandu.”+
5 Għal dan, ir-rabja taʼ David xegħlet għall-aħħar għar-raġel,+ u b’hekk qal lil Natan: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ ir-raġel li għamel dan jistħoqqlu jmut!+ 6 U għall-ħarufa għandu jpatti+ b’erbgħa,+ minħabba l-fatt li għamel din il-ħaġa u minħabba li ma weriex mogħdrija.”+
7 Imbagħad Natan qal lil David: “Int hu dak ir-raġel! Hekk qal Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, ‘Jien stess dliktek+ bħala sultan fuq Israel, u jien stess ħlistek+ minn id Sawl. 8 U kont lest li nagħtik dar sidek+ u n-nisa taʼ sidek+ fi ħdanek, u nagħtik id-dar taʼ Israel u taʼ Ġuda.+ U kieku dan ma kienx biżżejjed, kont lest li nżidlek affarijiet bħal dawn kif ukoll affarijiet oħrajn.+ 9 Għala stmerrejt il-kelma taʼ Ġeħova billi għamilt dak li hu ħażin+ f’għajnejh? Lil Urija l-Ħitti qtiltu bis-sejf,+ u lil martu ħadtha b’martek,+ u lilu qtiltu bis-sejf taʼ wlied Għammon. 10 U issa sejf+ ma jitbigħedx minn darek għal żmien indefinit,+ bħala konsegwenza talli stmerrejtni u ħadt lil mart Urija l-Ħitti biex issir martek.’ 11 Hekk qal Ġeħova, ‘Ara! Qed inqajjimlek l-inkwiet minn ġo darek stess;+ u nieħu n-nisa tiegħek taħt għajnejk stess u nagħtihom lil sieħbek,+ u dan jimtedd man-nisa tiegħek taħt għajnejn din ix-xemx.+ 12 Filwaqt li int aġixxejt fil-moħbi,+ jien, min-naħa tiegħi, nagħmel din il-ħaġa quddiem Israel kollu+ u quddiem ix-xemx.’”+
13 David issa qal+ lil Natan: “Jien dnibt kontra Ġeħova.”+ U Natan qal lil David: “Ġeħova, madankollu, jaħfirlek dnubek.+ Int ma tmutx.+ 14 Minkejja dan, peress li int bla dubju wrejt nuqqas taʼ rispett+ lejn Ġeħova b’din il-ħaġa, it-tifel li għadu kif twilidlek żgur li jmut.”+
15 Imbagħad Natan mar lejn daru.
U Ġeħova laqat+ lit-tifel, li mart Urija kienet wildet lil David, u b’hekk marad. 16 U David beda jitlob lill-Alla l-veru għat-tifel, u David għamel sawma+ stretta u daħal u għadda l-lejl mimdud maʼ l-art.+ 17 Għalhekk, ix-xjuħ taʼ daru waqfu ħdejh biex iqajmuh mill-art, imma hu ma riedx u ma kielx ħobż+ magħhom. 18 U ġara li fis-sebaʼ jum it-tifel miet. U l-qaddejja taʼ David beżgħu jgħidulu li t-tifel kien miet; għax qalu: “Ara! Sakemm it-tifel kien għadu ħaj kellimnieh, u ma tax widen għal leħinna; għalhekk, kif nistgħu ngħidulu, ‘It-tifel miet’? Imbagħad żgur li jagħmel xi ħaġa ħażina.”
19 Meta David ra li l-qaddejja tiegħu kienu qed ifesfsu bejniethom, David beda jinduna li t-tifel kien miet. Għalhekk, David qal lill-qaddejja tiegħu: “Jaqaw miet it-tifel?” Wiġbuh: “Miet.” 20 Imbagħad David qam mill-art u nħasel u ndilek+ biż-żejt u biddel ħwejġu u daħal fid-dar+ taʼ Ġeħova u nxteħet fl-art;+ imbagħad daħal f’daru u talab biex jiekol, u fil-pront qegħdulu l-ħobż quddiemu u beda jiekol. 21 Għaldaqstant, il-qaddejja tiegħu qalulu: “Xi tfisser din il-ħaġa li għamilt? Sakemm it-tifel kien għadu ħaj somt u bqajt tibki; u malli t-tifel miet qomt u bdejt tiekol il-ħobż.” 22 U hu wieġeb: “Sakemm it-tifel kien għadu ħaj somt+ u bqajt nibki,+ għaliex għedt bejni u bejn ruħi, ‘Min jaf jekk Ġeħova jħennx għalija, u t-tifel jgħix?’+ 23 Issa li miet, għala għandi nsum? Nistaʼ jien nerġaʼ nġibu lura?+ Jien immur ħdejh fil-qabar,+ imma hu ma jerġax lura ħdejja.”+
24 U David beda jfarraġ lil martu Bat-seba.+ Imbagħad daħal għandha u mtedd magħha. Maż-żmien wildet iben,+ u semmewh Salamun.*+ U Ġeħova kien iħobbu.+ 25 Għalhekk, bagħat permezz tal-profeta Natan+ biex isemmih Ġedidija,* minħabba Ġeħova.
26 U Ġowab+ kompla jiġġieled kontra Rabba+ taʼ wlied Għammon u ħa taħt idejh il-belt tas-saltna. 27 Għalhekk, Ġowab bagħat messaġġiera għand David u qallu: “Jien iġġilidt kontra Rabba.+ Ħadt ukoll taħt idejja l-belt taʼ l-ilmijiet. 28 U issa iġbor il-bqija tan-nies u waqqaf il-kamp kontra l-belt, u ħudha taħt idejk; biex ma nkunx jien stess li nieħu l-belt taħt idejja, u ismi ma jkollux għalfejn jissejjaħ fuqha.”
29 Għaldaqstant, David ġabar in-nies kollha u mar Rabba u ġġieled kontriha u ħadha taħt idejh. 30 U ħa l-kuruna minn fuq ras Malkam,*+ li kienet tiżen talent deheb, flimkien mal-ħaġar prezzjuż; u tqiegħdet fuq ras David. U l-priża+ li ħareġ mill-belt kienet kotrana ferm. 31 U n-nies li kienu fiha ħariġhom biex iqabbadhom jisserraw il-ġebel, jagħmlu l-għodod jaqtgħu tal-ħadid+ u l-imnanar tal-ħadid, u ġegħelhom jagħmlu l-madum.* U hekk għamlilhom lill-bliet kollha taʼ wlied Għammon. Fl-aħħar, David u n-nies kollha reġgħu lura lejn Ġerusalemm.
13 U ġara, wara dawn l-affarijiet, li Absalom,+ bin David, kellu oħtu jisimha Tamar,+ li kienet sabiħa, u Amnon,+ bin David, sar iħobbha.+ 2 U Amnon tant kien imnikket li marad+ minħabba oħtu Tamar, għaliex kienet verġni, u f’għajnejn+ Amnon kien diffiċli li jaqtaʼ xewqtu magħha.+ 3 Issa Amnon kellu sieħbu li kien jismu Ġeħonadab,+ bin Simegħah,+ ħu David; u Ġeħonadab kien raġel għaref ħafna. 4 Għalhekk, qallu: “Għala int, bin is-sultan, daqshekk imdejjaq, għodwa wara għodwa? Ma tgħidlix?”+ U Amnon wieġbu: “Sirt inħobb+ lil Tamar oħt+ ħija Absalom.” 5 U Ġeħonadab qallu: “Imtedd fuq soddtok u ilgħabha taʼ marid.+ U missierek żgur li jiġi jarak, u int għidlu, ‘Jekk jogħġbok, ħa tiġi oħti Tamar u tagħtini l-ħobż li jikkonsla lill-marid, u tqiegħdu taħt għajnejja sabiex narah, u jien niekol minn idha.’”+
6 Għaldaqstant, Amnon imtedd u lagħabha taʼ marid,+ u għalhekk is-sultan daħal jarah. Imbagħad Amnon qal lis-sultan: “Jekk jogħġbok, ħa tiġi oħti Tamar u taħmi żewġ ftajjar forma taʼ qalb quddiem għajnejja, sabiex nieħu minn idha l-ħobż bħala l-marid.” 7 U David bagħat jgħid lil Tamar id-dar: “Jekk jogħġbok, mur id-dar taʼ ħuk Amnon u agħmillu l-ħobż li jikkonslah.” 8 Għalhekk, Tamar marret id-dar taʼ ħuha Amnon+ waqt li kien mimdud. Imbagħad ħadet l-għaġina u għaġnitha u għamlet il-ftajjar taħt għajnejh u ħmiet il-ftajjar forma taʼ qalb. 9 Fl-aħħar ħadet il-kazzola u qalbet quddiemu, imma Amnon ma riedx jiekol u qal: “Ibagħtu lil kulħadd ’il barra minn ħdejja!”+ Imbagħad kulħadd ħareġ minn ħdejh.
10 Amnon issa qal lil Tamar: “Ġib il-ħobż li jikkonslani fil-kamra taʼ ġewwa, sabiex bħala l-marid nieħdu minn idek.” Għalhekk, Tamar ħadet il-ftajjar forma taʼ qalb li kienet għamlet u daħħlithom għand ħuha Amnon fil-kamra taʼ ġewwa. 11 Meta marret ħdejh biex tagħtih jiekol, hu mill-ewwel qabadha+ u qalilha: “Ejja, imtedd+ miegħi, oħti.”+ 12 Madankollu, hi qaltlu: “Le, ħija! Tumiljanix;+ għax din mhix xi ħaġa li s-soltu ssir f’Israel.+ Tagħmilx din il-bluha t’għajb.+ 13 U jien—jien fejn immur biż-żebliħ tiegħi? U int—int issir bħal wieħed mill-irġiel bla sens f’Israel. U issa kellem, jekk jogħġbok, lis-sultan; għax hu mhux se jċaħħdek minni.” 14 Imma hu ma riedx jismaʼ minn kliemha, imma għax kien b’saħħtu iktar minnha umiljaha+ u mtedd magħha.+ 15 U Amnon beda jobgħodha b’mibegħda kbira ferm, għaliex il-mibegħda li ħass għaliha kienet akbar mill-imħabba li biha kien ħabbha, u b’hekk Amnon qalilha: “Qum, itlaq ’l hemm!” 16 Għal dan, hi qaltlu: “Le, ħija; għax jekk tibgħatni din il-ħaġa ħażina tkun agħar mill-oħra li għamiltli!” Imma hu ma riedx jagħtiha widen.
17 Għalhekk, sejjaħ lill-qaddej tiegħu, li kien idur bih, u qallu: “Jekk jogħġbok, ibgħat lil din il-persuna ’l barra minn ħdejja u sakkar il-bieb warajha.” 18 (Issa fuqha kellha libsa twila bl-istrixxi;+ għax hekk kienu jilbsu l-bniet tas-sultan, il-verġni, ilbiesi bla kmiem.) Għalhekk, il-qaddej tiegħu ħadha dritt ’il barra u sakkar il-bieb warajha. 19 Imbagħad Tamar poġġiet l-irmied+ fuq rasha, u ċarrtet il-libsa twila bl-istrixxi li kellha fuqha; u żammet idejha fuq rasha+ u telqet bil-mixi, tgħajjat hi u miexja.
20 Għal dan, ħuha Absalom+ qalilha: “Jaqaw ħuk Amnon+ kien miegħek? U issa, oħti, iskot. Dak ħuk.+ Iżżommhiex f’qalbek din il-kwistjoni.” U Tamar, waqt li ma tħallietx tissieħeb m’oħrajn, bdiet tgħammar fid-dar taʼ ħuha Absalom. 21 U s-Sultan David semaʼ dwar dawn l-affarijiet kollha,+ u rrabja ħafna.+ 22 U Absalom ma kellmux lil Amnon, la ħażin u lanqas tajjeb; għax Absalom bagħad+ lil Amnon minħabba l-fatt li kien umilja lil oħtu Tamar.
23 U ġara wara sentejn sħaħ li Absalom kellu n-nies li jġiżżu n-nagħaġ+ f’Bagħal-ħasor, li qiegħda qrib Efrajm;+ u Absalom stieden lil ulied is-sultan kollha.+ 24 Għalhekk, Absalom daħal għand is-sultan u qallu: “Ara! Issa l-qaddej tiegħek għandu n-nies li jġiżżu n-nagħaġ! Ħa jiġi s-sultan, jekk jogħġbu, kif ukoll il-qaddejja tiegħu, mal-qaddej tiegħek.” 25 Imma s-sultan qal lil Absalom: “Le, ibni! Ħalli ma niġux ilkoll kemm aħna, jekk jogħġbok, sabiex ma nkunux taʼ piż fuqek.” Għalkemm baqaʼ jħeġġu,+ ma riedx imur imma bierku.+ 26 Fl-aħħar, Absalom qallu: “Jekk mhux int, ħa jiġi magħna ħija Amnon, jekk jogħġbok.”+ U s-sultan qallu: “Għala għandu jiġi miegħek?” 27 U Absalom beda jħeġġu,+ u b’hekk hu bagħat miegħu lil Amnon u lill-ulied kollha tas-sultan.
28 Imbagħad Absalom ordna lill-qaddejja tiegħu u qalilhom: “Jekk jogħġobkom, oqogħdu attenti li malli qalb Amnon tkun f’burdata ferriħija bl-inbid,+ u jien ngħidilkom, ‘Aħbtu għal Amnon!’ aqbdu u oqtluh. Tibżgħux.+ Mhux jien stess ordnajtilkom? Agħmlu l-ħila u uru li intom irġiel qalbenin.” 29 U lil Amnon il-qaddejja t’Absalom għamlulu sewwasew bħalma kien ordna Absalom;+ u wlied is-sultan l-oħrajn kollha qamu u rikbu, kull wieħed fuq il-bagħal tiegħu, u ħarbu. 30 U ġara li, huma u sejrin, lil David waslitlu l-aħbar li kienet tgħid: “Absalom qatel l-ulied kollha tas-sultan, u lanqas wieħed minnhom ma fadal.” 31 Għal dan, is-sultan qam u ċarrat ħwejġu+ u nxteħet fl-art,+ u l-qaddejja kollha tiegħu kienu weqfin ħdejh bl-ilbiesi tagħhom imċarrtin.+
32 Madankollu, Ġeħonadab,+ bin Simegħah,+ ħu David, wieġeb u qal: “Ħa ma jaħsibx sidi li huma ż-żgħażagħ kollha, ulied is-sultan, li nqatlu, għax Amnon biss miet,+ għaliex għall-ordni t’Absalom ġara dak li kien maħsub+ minn dakinhar li hu umilja+ lil oħtu+ Tamar. 33 U issa ħalli sidi s-sultan ma jżommx f’qalbu l-kelma u jgħid, ‘Ulied is-sultan kollha mietu’; imma hu Amnon biss li miet.”
34 Sadanittant, Absalom ħarab.+ Iktar tard iż-żagħżugħ, l-għassies,+ refaʼ għajnejh u ra, u, ara, kien hemm ħafna nies ġejjin mit-triq taʼ warajh mal-ġenb tal-muntanja. 35 Għal dan, Ġeħonadab+ qal lis-sultan: “Ara! Ulied is-sultan ġejjin. Kollox seħħ skond il-kelma tal-qaddej tiegħek.”+ 36 U ġara li, malli temm jitkellem, ulied is-sultan waslu, u bdew jgħollu leħinhom u jibku; u s-sultan ukoll u l-qaddejja kollha tiegħu bkew fuq li bkew. 37 Inkwantu għal Absalom, hu ħarab sabiex imur għand Talmaj,+ bin Għammiħud, is-sultan tal-Gesur.+ U David baqaʼ jitnikket+ minħabba ibnu l-jiem kollha. 38 U Absalom ħarab u mar il-Gesur;+ u qagħad hemmhekk tliet snin.
39 Fl-aħħar, David is-sultan kien imxennaq biex imur għand Absalom; għax hu kien tfarraġ dwar Amnon, għaliex kien mejjet.
14 Issa Ġowab,+ bin Seruja,+ sar jaf li qalb is-sultan kienet miġbuda lejn Absalom.+ 2 Għaldaqstant, Ġowab bagħat iġib minn Tekogħa+ mara għaqlija+ u qalilha: “Jekk jogħġbok, agħmel il-vistu, u ilbes ilbies tal-vistu, jekk jogħġbok, u tindilikx biż-żejt;+ u kun bħal mara li ilha ħafna jiem bil-vistu minħabba xi ħadd mejjet.+ 3 U idħol għand is-sultan u għidlu din il-kelma.” U Ġowab qegħdilha l-kliem fuq fommha.+
4 U l-mara Tekogħija daħlet għand is-sultan u nxteħtet wiċċha fl-art+ u qalet: “Għinni,+ O sultan!” 5 U s-sultan qalilha: “Xi ġralek?” Hi wiġbitu: “Fil-fatt jien mara armla,+ issa li żewġi miet. 6 U l-qaddejja tiegħek kellha żewġ ulied, u t-tnejn li huma bdew jissieltu maʼ xulxin fir-rabaʼ+ u ma kienx hemm ħellies+ biex jifridhom. Fl-aħħar, wieħed darab lill-ieħor u qatlu. 7 U, ara, il-familja kollha qamet kontra l-qaddejja tiegħek u għadhom jgħidulha, ‘Agħtina l-qattiel taʼ ħuh, sabiex nagħtuh il-mewt ħalli jpatti għall-ħajja taʼ ħuh+ li hu qatel,+ u ħa neqirdu saħansitra l-werriet!’ U huma se jitfu l-ġamar jaqbad li baqagħli, u b’hekk lil żewġi la jagħtuh isem u lanqas fdal fuq wiċċ l-art.”+
8 Imbagħad is-sultan qal lill-mara: “Mur lejn darek, u jien stess nagħti kmand dwarek.”+ 9 Għal dan, il-mara Tekogħija qalet lis-sultan: “Fuqi, O sidi s-sultan, ikun l-iżball, u wkoll fuq dar missieri,+ waqt li s-sultan u t-tron tiegħu huma innoċenti.” 10 U s-sultan issokta jgħidilha: “Jekk ikun hemm xi ħadd li jkellmek, ġibu għandi, u qatt ma jerġaʼ jweġġgħek.” 11 Imma hi qalet: “Ħa jiftakar is-sultan, jekk jogħġbu, f’Ġeħova Alla tiegħek,+ biex dak li għandu d-dritt jivvendika ruħu għad-demm+ ma jibqax jikkaġuna ħsara u biex huma ma jeqirdux lil ibni.” Għal dan, qalilha: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ lanqas xagħra waħda+ taʼ ibnek ma taqaʼ fl-art.” 12 Il-mara issa qalet: “Jekk jogħġbok, ħa tgħid il-qaddejja+ tiegħek kelma+ lil sidi s-sultan.” Għalhekk, qalilha: “Tkellem!”+
13 U l-mara ssoktat tgħidlu: “Għala, allura, irraġunajt hekk+ kontra l-poplu t’Alla?+ B’din il-kelma li qed jgħid, is-sultan hu bħal wieħed li hu ħati,+ għax is-sultan ma jġibx lura l-eżiljat tiegħu.+ 14 Għax aħna żgur li+ mmutu u nkunu bħall-ilmijiet li qed jissawbu lejn l-art u li ma jistgħux jinġabru. Imma Alla ma jieħu lil ebda ruħ,+ u stabbilixxa raġunijiet għala l-wieħed eżiljat m’għandux jiġi eżiljat minnu. 15 U issa jekk ġejt ngħid din il-kelma lil sidi s-sultan, huwa għaliex in-nies beżżgħuni. Għalhekk il-qaddejja tiegħek qalet, ‘Jekk jogħġbok, ħa nkellem lis-sultan. Għandu mnejn is-sultan jaġixxi skond il-kelma taʼ l-ilsira tiegħu. 16 Peress li s-sultan ta widen sabiex jeħles lill-ilsira tiegħu minn idejn il-bniedem li pprova jeqred lili u lill-iben waħdieni tiegħi mill-wirt mogħti minn Alla,’+ 17 il-qaddejja tiegħek qalet, ‘Jekk jogħġbok, ħa sservi l-kelma taʼ sidi s-sultan biex tkun taʼ serħan.’ Għax bħal anġlu+ taʼ l-Alla l-veru hu sidi s-sultan, biex jagħraf x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin,+ u jalla Ġeħova Alla tiegħek juri li qiegħed miegħek.”
18 Is-sultan issa wieġeb u qal lill-mara: “Jekk jogħġbok, taħbix minni xi ħaġa li qed nistaqsik dwarha.”+ Il-mara wiġbitu: “Ħa jitkellem sidi s-sultan, jekk jogħġbu.” 19 U s-sultan issokta jgħidilha: “Jaqaw hemm id Ġowab+ miegħek f’dan kollu?”+ Imbagħad il-mara wieġbet u qalet: “Daqskemm ruħek hi ħajja,+ O sidi s-sultan, dak li għedt int hu assolutament korrett; għax kien il-qaddej tiegħek Ġowab li kkmandani, u kien hu li qiegħed dan il-kliem kollu fuq fomm il-qaddejja tiegħek.+ 20 Huwa biex din il-kwistjoni taraha b’mod differenti li l-qaddej tiegħek Ġowab għamel din il-ħaġa, imma sidi hu għaref bħallikieku bl-għerf taʼ l-anġlu+ taʼ l-Alla l-veru, u b’hekk ikun jaf kulma jsir fuq l-art.”
21 Wara dan, is-sultan qal lil Ġowab: “Ara! Issa jien se nagħmel din il-ħaġa.+ Għalhekk, mur u ġib lura liż-żagħżugħ Absalom.”+ 22 Għal dan, Ġowab waqaʼ u nxteħet wiċċu fl-art u bierek lis-sultan;+ u Ġowab issokta jgħid: “Illum il-qaddej tiegħek jaf li jien sibt il-ħniena f’għajnejk,+ O sidi s-sultan, għaliex is-sultan aġixxa skond il-kelma tal-qaddej tiegħu.” 23 U Ġowab qam u mar il-Gesur+ u ġab lil Absalom lejn Ġerusalemm.+ 24 Madankollu, is-sultan qal: “Ħa jdur lejn daru, imma wiċċi ma jarahx.”+ Għalhekk, Absalom dar lejn daru, u wiċċ is-sultan ma rahx.
25 Issa f’Israel kollu ma kienx hemm raġel ieħor daqstant sabiħ+ u taʼ min ifaħħru daqs kemm kien Absalom. Minn qiegħ siequ sal-qorriegħa taʼ rasu ma kien hemm ebda difett fih. 26 U meta kien iqarweż rasu—u din kien iqarwiżha fi tmiem kull sena; għaliex kienet tkun tqila ħafna+ fuqu kien iqarwiżha—kien jiżen xagħar rasu, mitejn xekel skond l-użin* irjali. 27 U lil Absalom twildulu tliet ulied subien+ u tifla li kien jisimha Tamar. Din kienet sabiħa wisq fl-għajn.+
28 U Absalom baqaʼ jgħammar f’Ġerusalemm sentejn sħaħ, u wiċċ is-sultan ma rahx.+ 29 Għalhekk, Absalom bagħat għal Ġowab biex jibagħtu għand is-sultan, imma ma riedx jiġi għandu. Imbagħad reġaʼ bagħat għalih, it-tieni darba, u ma riedx jiġi. 30 Fl-aħħar, hu qal lill-qaddejja tiegħu: “Araw il-medda art taʼ Ġowab li qiegħda ħdejn tiegħi, u hemmhekk għandu x-xgħir. Morru u agħtuha n-nar.”+ Għaldaqstant, il-qaddejja t’Absalom taw in-nar lil dik il-medda art.+ 31 Għal dan, Ġowab qam u mar għand Absalom id-dar u qallu: “Il-qaddejja tiegħek għala taw in-nar lill-medda art tiegħi?” 32 Għalhekk, Absalom qal lil Ġowab: “Ara! Jien bgħatt għalik u għedtlek, ‘Ejja hawnhekk ħa nibagħtek għand is-sultan, u tgħidlu: “Għalfejn ġejt jien mill-Gesur?+ Kien ikun aħjar għalija li għadni hemmhekk. U issa ħallini nara wiċċ is-sultan u, jekk hemm xi żball fija,+ hu għandu jagħtini l-mewt.”’”
33 Wara dan, Ġowab daħal għand is-sultan u qallu b’kollox. Imbagħad hu sejjaħ lil Absalom, li issa daħal għand is-sultan u nxteħet fl-art quddiemu, u waqaʼ wiċċu fl-art quddiem is-sultan; u mbagħad is-sultan bies lil Absalom.+
15 U ġara, wara dawn l-affarijiet, li Absalom ġegħelhom jagħmlulu karru biż-żwiemel u b’ħamsin raġel jiġru quddiemu.+ 2 U Absalom kien iqum kmieni+ u joqgħod fil-ġenb tat-triq li tagħti għal bieb il-belt.+ U kien jiġri li, meta xi raġel kien ikollu kawża legali biex imur għand is-sultan għall-ġudizzju,+ Absalom kien isejjaħlu u jgħidlu: “Minn liema belt int?” u l-ieħor kien iwieġeb: “Minn wieħed mit-tribujiet taʼ Israel hu l-qaddej tiegħek.” 3 U Absalom kien jgħidlu: “Ara, il-kwistjonijiet tiegħek huma tajbin u retti; imma m’hemm ħadd imqabbad mis-sultan biex jisimgħek.”+ 4 U Absalom kien jissokta jgħid: “O li kont ninħatar imħallef fil-pajjiż,+ biex jiġi għandi kull raġel li jkollu kawża legali jew ġudizzju! Żgur li nagħmel il-ġustizzja miegħu.”+
5 Kien iseħħ ukoll li, meta raġel kien jersaq qribu biex imil quddiemu, hu kien joħroġ idu, jgħannqu,+ u jbusu. 6 U Absalom baqaʼ jagħmel din il-ħaġa lill-Israelin kollha li kienu jidħlu għand is-sultan għall-ġudizzju; u Absalom baqaʼ jisraq il-qlub taʼ l-irġiel taʼ Israel.+
7 U ġara, wara erbgħin sena,* li Absalom qal lis-sultan: “Jekk jogħġbok, ħa mmur Ħebron+ irrodd il-wegħda tiegħi li għamilt solennement lil Ġeħova.+ 8 Għax il-qaddej tiegħek għamel wegħda solenni+ meta kont ngħammar fil-Gesur,+ fis-Sirja, billi għedt, ‘Jekk Ġeħova ma jonqosx li jġibni lura lejn Ġerusalemm, jien żgur li noffri sagrifiċċju lil Ġeħova.’”+ 9 Għalhekk, is-sultan qallu: “Mur bis-sliem.”+ U qam u mar Ħebron.
10 Absalom issa bagħat xi spiji+ fit-tribujiet kollha taʼ Israel, jgħidu: “Malli tisimgħu l-ħoss tal-qarn, għidu, ‘Absalom sar sultan+ f’Ħebron!’”+ 11 Issa m’Absalom marru mitejn raġel minn Ġerusalemm, li ssejħu u marru bla ma ssuspettaw xejn,+ u ma kienu jafu b’xejn. 12 U meta offra s-sagrifiċċji, Absalom bagħat għal Aħitofel+ il-Giloni,+ dak li kien jagħti l-pariri lil David,+ biex jiġi minn beltu Gilo.+ U l-konfoffa+ baqgħet tissaħħaħ, u n-nies li marru m’Absalom kienu qed jiżdiedu fl-għadd kontinwament.+
13 U ġie wieħed jgħarraf lil David u qallu: “Qalb+ l-irġiel taʼ Israel daret għal wara Absalom.” 14 Minnufih David qal lill-qaddejja kollha tiegħu li kienu miegħu f’Ġerusalemm: “Qumu, ħa naħarbu;+ għax m’aħniex se neħilsuha minħabba Absalom! Fittxu morru, li ma jmurx jgħaġġel u jilħaqna u jġib fuqna d-deni u jaħbat għall-belt b’xifer is-sejf!”+ 15 Għal dan, il-qaddejja tas-sultan qalu lis-sultan: “Skond kulma jagħżel sidi s-sultan, hawn huma l-qaddejja tiegħek.”+ 16 Għalhekk, is-sultan ħareġ bin-nies kollha taʼ daru warajh,+ u s-sultan ħalla għaxar nisa, konkubini,+ biex jieħdu ħsieb id-dar. 17 U s-sultan baqaʼ ħiereġ bin-nies kollha tiegħu warajh; u waqfu f’Bet-merħak.*
18 U l-qaddejja kollha tiegħu kienu qed jaqsmu minn ħdejh; u l-Keretin kollha u l-Peletin+ kollha u l-Gittin+ kollha, sitt mitt raġel li kienu ġew warajh minn Gat,+ kienu qed jaqsmu minn quddiem wiċċ is-sultan. 19 Imbagħad is-sultan qal lil Ittaj+ il-Gitti: “Int għala ġej magħna wkoll? Mur lura+ u għammar mas-sultan; għax int barrani u, barra minn hekk, int eżiljat minn pajjiżek. 20 Int il-bieraħ ġejt, u se nħallik jien illum tiġġerra+ magħna, u tmur meta mmur jien u kulfejn immur jien? Mur lura u ħu lil ħutek lura miegħek, u jalla Ġeħova juri miegħek qalb tajba bl-imħabba+ u fiduċja sħiħa!”+ 21 Imma Ittaj wieġeb lis-sultan u qallu: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova u daqskemm hu ħaj sidi s-sultan,+ kulfejn ikun sidi s-sultan, għall-mewt jew għall-ħajja, hemmhekk ikun il-qaddej tiegħek!”+ 22 U David wieġeb lil Ittaj:+ “Mur u aqsam għan-naħa l-oħra.” Għalhekk, Ittaj il-Gitti qasam, kif ukoll l-irġiel kollha tiegħu u ċ-ċkejknin kollha li kienu miegħu.
23 U n-nies kollha tal-pajjiż kienu qed jibku b’leħen għoli,+ u n-nies kollha kienu qed jaqsmu għan-naħa l-oħra, u s-sultan kien wieqaf ħdejn il-wied* taʼ Kidron,+ u n-nies kollha kienu qed jaqsmu għan-naħa l-oħra mit-triq li tagħti għax-xagħri. 24 U kien hemm ukoll Sadok+ u l-Leviti+ kollha miegħu jġorru+ l-arka+ tal-patt taʼ l-Alla l-veru; u qiegħdu l-arka taʼ l-Alla l-veru ħdejn Abjatar+ sakemm in-nies kollha kienu qasmu mill-belt għan-naħa l-oħra. 25 Imma s-sultan qal lil Sadok: “Ħu l-arka+ taʼ l-Alla l-veru lura lejn il-belt.+ Jekk insib il-ħniena f’għajnejn Ġeħova, hu jerġaʼ jġibni lura u jħallini nara kemm lilha u kemm il-post fejn tkun.+ 26 Imma jekk jgħid, ‘Ma sibtx għaxqa fik,’ hawn jien, ħa jagħmilli dak li hu tajjeb f’għajnejh.”+ 27 U s-sultan issokta jgħid lil Sadok il-qassis: “Int veġġent,*+ hux hekk? Erġaʼ lura lejn il-belt bis-sliem, u wkoll ibnek Aħimgħas u Ġonatan,+ bin Abjatar, iż-żewġ uliedkom magħkom. 28 Ara, qed nitlajja ħdejn l-ilma baxx fix-xagħri sakemm tasalli kelma mingħandkom biex tgħarrfuni.”+ 29 Għaldaqstant, Sadok u Abjatar ħadu l-arka taʼ l-Alla l-veru lura lejn Ġerusalemm, u baqgħu jgħammru hemmhekk.
30 U David kien tielaʼ mit-telgħa taż-Żebbuġ,+ jibki hu u tielaʼ, b’rasu mgħottija;+ u kien miexi ħafi, u n-nies kollha li kienu miegħu għattew kull wieħed rasu, u telgħu jibku huma u telgħin.+ 31 U lil David waslitlu l-aħbar li tgħid: “Aħitofel stess qiegħed fost dawk li qed jikkonfoffaw+ m’Absalom.”+ Għal dan, David qal:+ “O Ġeħova,+ jekk jogħġbok, biddel il-parir t’Aħitofel fi bluha!”+
32 U ġara li, meta David wasal fuq il-quċċata fejn in-nies is-soltu kienu jmilu quddiem Alla, kien hemm biex jilqgħu Ħusaj+ l-Arki,+ bil-libsa twila tiegħu mċarrta u bit-trab fuq rasu.+ 33 Madankollu, David qallu: “Jekk taqsam għan-naħa l-oħra miegħi, int tkun taʼ piż għalija.+ 34 Imma jekk terġaʼ lura lejn il-belt u tgħid lil Absalom, ‘Jien il-qaddej tiegħek, O Sultan, jien kont il-qaddej taʼ missierek dak iż-żmien, imma issa jien il-qaddej tiegħek,’+ imbagħad fixkel+ għalija l-parir t’Aħitofel. 35 M’humiex qegħdin hemmhekk miegħek Sadok u Abjatar, il-qassisin?+ U jrid iseħħ li kulma tismaʼ minn dar is-sultan għandek tgħidu lil Sadok u lil Abjatar, il-qassisin.+ 36 Ara! Hemmhekk magħhom hemm iż-żewġ uliedhom, Aħimgħas+ taʼ Sadok u Ġonatan+ t’Abjatar; u permezz tagħhom intom ibagħtuli kulma tisimgħu.” 37 Għalhekk, Ħusaj, sieħeb David,+ daħal il-belt. U Absalom+ daħal Ġerusalemm.
16 Meta David kien qasam għan-naħa l-oħra ftit ’l hemm mill-quċċata taʼ l-għolja,+ kien hemm biex jiltaqaʼ miegħu Siba+ l-qaddej taʼ Mefiboset+ b’żewġt iħmir+ mixdudin bis-sarġ u fuqhom mitejn ħobża,+ mitt ċappa żbib,+ mitt għanqud frott tas-sajf,+ u ġarra kbira nbid.+ 2 Imbagħad is-sultan qal lil Siba: “X’inhuma dawn l-affarijiet min-naħa tiegħek?”+ Siba wieġbu: “Il-ħmir huma biex jirkbu fuqhom in-nies taʼ dar is-sultan, il-ħobż u t-tagħbija frott tas-sajf biex jikluhom iż-żgħażagħ,+ u l-inbid biex jixorbu min ikun għajjien+ fix-xagħri.”+ 3 Is-sultan issa qallu: “U fejn hu bin sidek?”+ U Siba wieġeb lis-sultan: “Hemm qiegħed, jgħammar f’Ġerusalemm; għax qal, ‘Illum dar Israel se tagħtini lura l-ħakma rjali taʼ missieri.’”+ 4 Imbagħad is-sultan qal lil Siba: “Ara! Tiegħek hu kulma għandu Mefiboset.”+ U Siba qallu: “Immil quddiemek.+ Ħa nsib il-ħniena f’għajnejk, sidi s-sultan.”
5 U s-Sultan David wasal saħansitra sa Baħurim,+ u, ara, ħiereġ minn hemmhekk kien hemm raġel mill-familja taʼ dar Sawl, u kien jismu Simgħi,+ bin Gera, u kien ħiereġ u jisħet hu u ħiereġ.+ 6 U beda jwaddab il-ġebel lil David u lill-qaddejja kollha tas-Sultan David; u n-nies kollha u l-irġiel setgħanin kollha kienu fuq il-lemin u x-xellug tas-sultan. 7 U Simgħi, hu u jisħet, beda jgħid dan: “Itlaq ’l hemm, itlaq ’l hemm, ja bniedem ħati tad-demm+ u bniedem li m’int tajjeb għal xejn!+ 8 Ġeħova jreġġaʼ lura fuqek il-ħtija kollha tad-demm għal dar Sawl li int saltant minfloku; u Ġeħova jagħti s-saltna f’id ibnek Absalom. U, ara, int tinsab fil-gwaj, għaliex int raġel ħati tad-demm!”+
9 Fl-aħħar, Abisaj, bin Seruja,+ qal lis-sultan: “Dan il-kelb mejjet+ għala għandu jisħet lil sidi s-sultan?+ Ħa mmur, jekk jogħġbok, u naqtagħlu rasu barra.”+ 10 Imma s-sultan qallu: “X’għandi x’naqsam magħkom,+ ulied Seruja?+ Hekk ħallih jisħet,+ għaliex Ġeħova qallu,+ ‘Isħet lil David!’ Għalhekk, min għandu jgħid, ‘Għala għamilt hekk?’”+ 11 U David issokta jgħid lil Abisaj u lill-qaddejja kollha tiegħu: “Ara! Ibni stess, li ħareġ mill-ġewwieni tiegħi, qed jipprova jiħodli ħajti;+ kemm iktar issa dan il-Benjamini!+ Ħallih jisħet, għax Ġeħova hekk qallu! 12 Forsi Ġeħova jara+ b’għajnejh, u Ġeħova jroddli t-tjubija minflok is-saħta taʼ Simgħi llum.”+ 13 U David u l-irġiel tiegħu baqgħu sejrin fit-triq, waqt li Simgħi kien miexi mal-ġenb tal-muntanja, u mexa bi drittu biex jisħtu;+ u baqaʼ jwaddab il-ġebel waqt li kien bi drittu, u tefaʼ ħafna trab.+
14 Sa fl-aħħar, is-sultan u n-nies kollha li kienu miegħu waslu għajjenin. Għalhekk, huma straħu hemmhekk.+
15 U Absalom u n-nies kollha, l-irġiel taʼ Israel, daħlu Ġerusalemm;+ u Aħitofel+ kien miegħu. 16 U ġara li, malli Ħusaj+ l-Arki,+ sieħeb David,+ daħal għand Absalom, Ħusaj qal lil Absalom: “Ħa jgħix is-sultan!+ Ħa jgħix is-sultan!” 17 U Absalom qal lil Ħusaj: “Din hi l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek lejn sieħbek? Għala ma mortx maʼ sieħbek?”+ 18 Għalhekk, Ħusaj qal lil Absalom: “Le; imma lil dak li għażel Ġeħova, kif ukoll dan il-poplu u l-irġiel kollha taʼ Israel, tiegħu nkun, u miegħu ngħammar. 19 U għat-tieni darba se ngħid, Lil min se naqdi jien? Mhux lil ibnu? Bħalma qdejt lil missierek, hekk se nkun quddiemek.”+
20 Iktar tard Absalom qal lil Aħitofel: “Intom, min-naħa tagħkom, agħtuni parir.+ X’se nagħmlu?” 21 Imbagħad Aħitofel qal lil Absalom: “Ħa jkollok x’taqsam mal-konkubini taʼ missierek,+ li ħalla warajh biex jieħdu ħsieb id-dar.+ U Israel kollu jismaʼ li int sirt mibgħud+ minn missierek,+ u idejn+ dawk kollha li qegħdin miegħek jissaħħu.” 22 Għaldaqstant waqqfu tinda għal Absalom fuq il-bejt,+ u Absalom kellu x’jaqsam mal-konkubini taʼ missieru+ quddiem għajnejn Israel kollu.+
23 U l-parir t’Aħitofel, li ta dak iż-żmien, kien bħallikieku meta raġel kien jistaqsi għall-kelma taʼ l-Alla l-veru. Hekk kienu l-pariri+ kollha t’Aħitofel+ kemm għal David u kemm għal Absalom.
17 U Aħitofel qal lil Absalom: “Jekk jogħġbok, ħa nagħżel tnax-il elf raġel u nqum u mmur niġri wara David dan il-lejl.+ 2 U nasal fuqu meta jkun għajjien u idejh it-tnejn ikunu dgħajfin,+ u nġiegħlu jitriegħed; u n-nies kollha li jkunu miegħu jkollhom jaħarbu, u jien noqtol biss lis-sultan.+ 3 U nġib il-poplu kollu lura lejk. Jekk jiġix kulħadd lura jiddependi mir-raġel li qed tfittex; u n-nies kollha jkunu fis-sliem.” 4 U dan il-kliem kien jingħoġob f’għajnejn Absalom+ u f’għajnejn ix-xjuħ kollha taʼ Israel.
5 Madankollu, Absalom qal: “Jekk jogħġbok, sejjaħ ukoll lil Ħusaj+ l-Arki, u ħa nisimgħu minn fommu x’għandu x’jgħid, hu wkoll.” 6 Għalhekk, Ħusaj daħal għand Absalom. Imbagħad Absalom qallu: “Dan il-kliem qal Aħitofel. Naġixxu fuq il-kelma tiegħu? Jekk le, tkellem int.” 7 U Ħusaj qal lil Absalom: “Il-parir li ta Aħitofel mhux tajjeb din id-darba!”+
8 U Ħusaj issokta jgħid: “Int stess tafu tajjeb lil missierek u lill-irġiel tiegħu, li huma setgħanin,+ u ruħhom kollha mrar,+ bħal orsa li tilfet il-frieħ tagħha fir-rabaʼ;+ u missierek gwerrier,+ u mhux se jqattaʼ l-lejl man-nies. 9 Ara! Issa qed jistaħba+ f’waħda mill-ħofor jew f’wieħed mill-postijiet l-oħrajn; u jseħħ li, maʼ l-ewwel attakk tiegħu fuqhom, min jismaʼ b’dan jismaʼ u jgħid, ‘Telfa seħħet fost in-nies li qed isegwu lil Absalom!’ 10 U saħansitra r-raġel qalbieni li għandu qalbu bħall-qalb taʼ ljun+ żgur li jintreħa u jiddgħajjef;+ għax Israel kollu jaf li missierek hu bniedem setgħan,+ u hekk ukoll huma l-irġiel qalbenin li qegħdin miegħu.+ 11 Jien nagħtik dan il-parir: Ħa jinġabar quddiemek, bla dewmien, Israel kollu, minn Dan sa Bir-xeba,+ li hu kotran daqs ir-ramel li hemm ħdejn il-baħar,+ u int personalment tmur tiġġieled.+ 12 U aħna nattakkawh f’wieħed mill-postijiet fejn insibuh żgur,+ u nintefgħu fuqu bħalma n-nida+ taqaʼ fuq l-art; u lanqas wieħed ma jibqaʼ minn fosthom, la hu u lanqas l-irġiel kollha li qegħdin miegħu. 13 U jekk jidħol jistaħba f’xi belt, Israel kollu jġorr il-ħbula lejn dik il-belt, u aħna nkaxkruha lejn il-wied,* sakemm lanqas ċagħqa waħda ma jifdal hemmhekk.”+
14 Imbagħad Absalom u l-irġiel kollha taʼ Israel qalu: “Il-parir taʼ Ħusaj l-Arki hu aħjar+ mill-parir t’Aħitofel!” U kien Ġeħova li ta l-kmand+ biex il-parir t’Aħitofel jiġi mfixkel+ għalkemm kien tajjeb,+ sabiex Ġeħova jġib il-gwaj+ fuq Absalom.
15 Iktar tard Ħusaj qal lil Sadok+ u lil Abjatar, il-qassisin: “Hekk u hekk kien il-mod kif Aħitofel ta l-parir lil Absalom u lix-xjuħ taʼ Israel; u hekk u hekk kien il-mod kif jien tajt il-parir. 16 U issa ibgħat bil-ħeffa u kellem lil David+ u għidlu, ‘Toqgħodx fil-pjanuri tad-deżert fix-xagħri dan il-lejl, imma int ukoll qis li taqsam għan-naħa l-oħra,+ li ma jmorrux jinbelgħu+ s-sultan u n-nies kollha li qegħdin miegħu.’”
17 Waqt li Ġonatan+ u Aħimgħas+ kienu weqfin f’Għajn-rogel+ marret qaddejja u tathom l-aħbar. Għalhekk, huma telqu, peress li kellhom jgħidu lis-Sultan David; għax ma setgħux jidhru deħlin il-belt. 18 Madankollu, rahom żagħżugħ u qal lil Absalom. Għalhekk, it-tnejn li huma telqu bil-ħeffa u marru d-dar taʼ raġel f’Baħurim,+ li kellu bir fil-bitħa tiegħu; u niżlu fih. 19 Imbagħad mart ir-raġel ħadet biċċa drapp u firxitha fuq wiċċ il-bir u xeħtet fuqha munzell qmuħ imfarrkin;+ u lanqas xejn ma deher minnu. 20 Issa l-qaddejja t’Absalom marru għand il-mara f’darha u qalulha: “Fejn huma Aħimgħas u Ġonatan?” Il-mara wiġbithom: “Għaddew minn hawnhekk u marru lejn l-ilmijiet.”+ Imbagħad baqgħu jfittxu u ma sabuhomx,+ u għalhekk reġgħu lura lejn Ġerusalemm.
21 U ġara, wara li dawn telqu, li l-oħrajn ħarġu mill-bir u marru jkellmu lis-Sultan David u qalu lil David: “Qumu u aqsmu bil-ħeffa dawn l-ilmijiet; għax hekk ta parir+ Aħitofel kontrikom.” 22 Minnufih David qam u wkoll in-nies kollha li kienu miegħu, u baqgħu jaqsmu l-Ġordan sakemm sebaħ fil-għodu,+ sakemm lanqas wieħed ma kien baqaʼ li ma kienx qasam il-Ġordan.
23 U Aħitofel ra li l-parir tiegħu m’aġixxewx fuqu,+ u xedd sarġ lil ħmar u qam u telaq lejn daru f’beltu.+ Imbagħad ta l-ordnijiet lin-nies taʼ daru+ u tgħallaq,+ u b’hekk miet.+ Għalhekk, indifen+ fil-post fejn indifnu missirijietu.
24 U David wasal Maħanajm,+ u Absalom qasam il-Ġordan, hu u l-irġiel kollha taʼ Israel miegħu. 25 U Absalom poġġa lil Għamasa+ minflok Ġowab+ fuq l-armata; u Għamasa kien bin raġel li kien jismu Itra,+ l-Israeli, li kellu x’jaqsam m’Abigajl,+ bint Naħas, oħt Seruja, omm Ġowab. 26 U Israel u Absalom ikkampjaw fl-art taʼ Gilegħad.+
27 U ġara li, malli David wasal Maħanajm, Sobi, bin Naħas, minn Rabba+ taʼ wlied Għammon,+ u Makir,+ bin Għammijel,+ minn Lo-debar, u Barżillaj+ il-Gilegħadi, minn Rogelim,+ 28 ġabu sodod, bwieqi, reċipjenti tal-fuħħar, qamħ, xgħir, dqiq,+ qmuħ inkaljati,+ ful,+ għads,+ u qmuħ imnixxfin; 29 u għasel,+ butir,+ nagħaġ, u baqta tal-ħalib tal-baqar ġabu lil David u lin-nies li kienu miegħu biex jieklu,+ għax qalu: “In-nies huma bil-ġuħ u għajjenin u bil-għatx fix-xagħri.”+
18 U David għadd in-nies li kienu miegħu u qiegħed fuqhom kapijiet taʼ l-eluf u kapijiet tal-mijiet.+ 2 Barra minn hekk, David bagħat terz+ min-nies taħt il-kmand taʼ Ġowab+ u terz taħt il-kmand t’Abisaj,+ bin Seruja, ħu Ġowab,+ u terz taħt il-kmand taʼ Ittaj+ il-Gitti. Imbagħad is-sultan qal lin-nies: “Jien stess żgur li se noħroġ magħkom ukoll.” 3 Imma n-nies qalulu: “Toħroġx,+ għax jekk ikollna assolutament naħarbu, ma jħabblux rashom għalina;+ u jekk imutu nofsna, ma jħabblux rashom għalina, għaliex int tiswa daqs għaxart elef minna;+ u issa jkun aħjar jekk int tibqaʼ fil-belt biex tagħtina l-għajnuna.”+ 4 Għalhekk, is-sultan qalilhom: “Kulma jidher li hu tajjeb f’għajnejkom nagħmlu.”+ U s-sultan baqaʼ wieqaf maġenb il-bieb,+ u n-nies kollha ħarġu bil-mijiet u bl-eluf.+ 5 U s-sultan issokta jordna lil Ġowab, lil Abisaj, u lil Ittaj, u qalilhom: “Ittrattawh tajjeb+ minħabba fija liż-żagħżugħ Absalom.” U n-nies kollha semgħu meta s-sultan ordna lill-kapijiet kollha dwar il-kwistjoni t’Absalom.
6 U n-nies baqgħu ħerġin lejn il-kampanja biex jiltaqgħu maʼ Israel; u l-battalja seħħet fil-foresta t’Efrajm.+ 7 Fl-aħħar, in-nies taʼ Israel+ ġew megħlubin+ hemmhekk quddiem il-qaddejja taʼ David, u l-qatla hemmhekk kienet kbira dakinhar, għoxrin elf raġel. 8 U l-battalja hemmhekk infirxet fuq dik l-art kollha safejn tagħti l-vista. Iżjed minn hekk, il-foresta belgħet iktar nies milli belaʼ s-sejf dakinhar.
9 Issa Absalom sab ruħu quddiem il-qaddejja taʼ David. U Absalom kien riekeb fuq bagħal, u l-bagħal daħal taħt il-friegħi minsuġin taʼ siġra kbira ħafna, u b’hekk rasu nqabdet fis-siġra l-kbira, u baqaʼ mdendel bejn sema u art,+ waqt li l-bagħal li kien taħtu baqaʼ sejjer. 10 Imbagħad kien hemm raġel li rah u kellem lil Ġowab+ u qallu: “Ara! Rajt lil Absalom imdendel maʼ siġra kbira.” 11 Għal dan, Ġowab qal lir-raġel li kien qed ikellmu: “U, ara, int rajtu, u għala ma qtiltux u ħallejtu jaqaʼ fl-art hemmhekk? Imbagħad kien ikolli nagħtik għaxar biċċiet tal-fidda u ċinturin.”+ 12 Imma r-raġel qal lil Ġowab: “Għalkemm jintiżnuli elf biċċa tal-fidda fuq il-pali taʼ idejja, m’għandix immidd idi fuq bin is-sultan; għax aħna smajnieh lis-sultan meta lilek u lil Abisaj u lil Ittaj ordnalkom u qalilkom, ‘Araw, intom min intom, li tieħdu ħsieb iż-żagħżugħ, Absalom.’+ 13 Għax inkella nkun aġixxejt bi tradiment kontrih u l-kwistjoni kollha ma kinitx tkun moħbija mis-sultan,+ u int stess kont tibqaʼ indifferenti.” 14 U Ġowab qallu: “Ħa ma nibqax hawnhekk b’dan il-mod quddiemek!” U malli qal hekk qabad tliet vleġeġ f’idu u niffidhom+ f’qalb Absalom waqt li kien għadu ħaj qalb+ il-friegħi tas-siġra l-kbira. 15 Imbagħad għaxar qaddejja li kienu qed iġorru l-armi taʼ Ġowab ġew hemmhekk u darbu lil Absalom, sabiex joqtluh.+ 16 Ġowab issa daqq il-qarn,+ biex in-nies ma jibqgħux jiġru wara Israel; għax Ġowab kien żammhom lura n-nies. 17 Fl-aħħar, huma qabdu lil Absalom u tefgħuh f’ħofra kbira fil-foresta u tellgħu fuqu gozz kbir ferm taʼ ġebel.+ Inkwantu għal Israel kollu, dawn ħarbu kull wieħed lejn daru.
18 Issa Absalom, meta kien għadu ħaj, kien ħa u waqqaf għalih stess kolonna,+ li qiegħda fil-Pjanura l-Baxxa tas-Sultan,+ għax qal: “M’għandi ebda iben sabiex ifakkar ismi.”+ Għalhekk, il-kolonna semmieha b’ismu stess,+ u għadha tissejjaħ il-Monument t’Absalom sa dan il-jum.
19 Issa Aħimgħas,+ bin Sadok, qal: “Ħa niġri, jekk jogħġbok, u nagħti l-aħbar lis-sultan, għaliex Ġeħova għamillu ħaqq biex jeħilsu minn id l-għedewwa tiegħu.”+ 20 Imma Ġowab qallu: “M’intix raġel li tagħti l-aħbarijiet illum, u l-aħbar trid tagħtiha ġurnata oħra; imma llum tagħtix l-aħbar, għar-raġuni li miet bin is-sultan stess.”+ 21 Imbagħad Ġowab qal lill-Kusi:+ “Mur għid lis-sultan dak li rajt.” U l-Kusi miel quddiem Ġowab u telaq jiġri. 22 Aħimgħas, bin Sadok, reġaʼ qal lil Ġowab: “Issa ħa jiġri li jrid, u ħalli lili wkoll, jekk jogħġbok, niġri wara l-Kusi.” Madankollu, Ġowab qallu: “Għalfejn għandek tiġri int ukoll, ibni, meta ma tinstab ebda aħbar għalik?” 23 Xorta waħda qallu: “Issa ħa jiġri li jrid, ħallini niġri.” Għalhekk, qallu: “Iġri!” U Aħimgħas telaq jiġri mit-triq li tagħti għad-Distrett,+ u mbagħad għadda lill-Kusi.
24 Issa David kien bil-qiegħda bejn iż-żewġ bibien.+ Sadanittant, l-għassies+ telaʼ fuq is-saqaf tal-bieb tas-sur. Sa fl-aħħar refaʼ għajnejh u lemaħ raġel jiġri waħdu. 25 Għalhekk, l-għassies sejjaħ u kellem lis-sultan, u s-sultan qal: “Jekk qiegħed waħdu, għandu xi aħbar f’fommu.” U baqaʼ ġej, joqrob dejjem iktar. 26 L-għassies issa ra raġel ieħor jiġri. Għalhekk, l-għassies sejjaħ lil dak li kien għassa mal-bieb u qallu: “Ara! Raġel ieħor jiġri waħdu!” u s-sultan qal: “Dan ukoll qed iġorr xi aħbar.” 27 U l-għassies issokta jgħid: “Qed nara li l-mod kif jiġri l-ewwel wieħed hu bħall-mod kif jiġri+ Aħimgħas,+ bin Sadok,” u s-sultan qallu: “Dan raġel tajjeb,+ u b’aħbar tajba+ għandu jiġi.” 28 Imbagħad Aħimgħas sejjaħ u qal lis-sultan: “Kollox sew!” U hu miel wiċċu lejn l-art quddiem is-sultan. U ssokta jgħid: “Ikun imbierek+ Ġeħova Alla tiegħek, li rażżan+ l-irġiel li refgħu idhom kontra sidi s-sultan!”
29 Madankollu, is-sultan qallu: “Jinsab tajjeb iż-żagħżugħ Absalom?” U Aħimgħas wieġbu: “Rajt l-għagħa kbira li qamet x’ħin Ġowab bagħat il-qaddej tas-sultan u l-qaddej tiegħek, u ma kontx naf x’kienet.”+ 30 Għalhekk, is-sultan qallu: “Ersaq fil-ġenb u oqgħod hawnhekk.” Għal dan, hu resaq fil-ġenb u qagħad hemmhekk.
31 U, ara, kien ġej il-Kusi,+ u l-Kusi beda jgħid: “Ħa jaċċetta sidi s-sultan l-aħbar, għax Ġeħova għamillek ħaqq illum biex jeħilsek minn id dawk kollha li qamu kontrik.”+ 32 Imma s-sultan qal lill-Kusi: “Jinsab tajjeb iż-żagħżugħ Absalom?” U l-Kusi wieġbu: “Jalla l-għedewwa taʼ sidi s-sultan u dawk kollha li qamu kontrik biex jagħmlulek il-ħsara jsiru bħaż-żagħżugħ.”+
33 Imbagħad is-sultan ħassu mħawwad u telaʼ fl-għorfa+ taʼ fuq id-daħla tal-bieb u nfexx jibki; u hekk qal hu u miexi: “Ibni Absalom, ibni, ibni+ Absalom! O mhux li mitt jien, jien stess, minflokok, Absalom ibni, ibni!”+
19 Iktar tard lil Ġowab waslitlu din l-aħbar: “Ara! Is-sultan qed jibki, u qed jagħmel il-vistu minħabba Absalom.”+ 2 Għalhekk, is-salvazzjoni dakinhar kienet okkażjoni taʼ vistu min-naħa tan-nies kollha, għaliex in-nies semgħu jingħad dakinhar: “Is-sultan ħassu mweġġaʼ minħabba ibnu.” 3 U dakinhar in-nies bdew deħlin baxx baxx fil-belt,+ sewwasew bħalma n-nies kienu jitilqu baxx baxx meta kienu jaqgħu fl-għajb għax ikunu ħarbu mill-battalja. 4 U s-sultan għatta wiċċu, u s-sultan baqaʼ jgħajjat b’leħen għoli: “Ibni Absalom! Absalom ibni, ibni!”+
5 Fl-aħħar, Ġowab daħal għand is-sultan id-dar u qallu: “Illum int ħammart wiċċ il-qaddejja kollha tiegħek, dawk li llum ħelsulek ruħek+ u ruħ uliedek subien+ u bniet+ u ruħ in-nisa tiegħek+ u ruħ il-konkubini tiegħek,+ 6 billi ħabbejt lil dawk li jobogħduk u bgħadt lil dawk li jħobbuk; għax int illum għedt li l-kapijiet u l-qaddejja m’huma xejn għalik, għaliex illum jien naf tajjeb illi kieku Absalom kien ħaj u aħna lkoll konna mejtin illum, iva, kieku dan kien ikun tajjeb f’għajnejk. 7 U issa qum, oħroġ u kellem b’mod inkuraġġanti+ lill-qaddejja tiegħek, għaliex, b’Ġeħova, naħlef li, jekk ma toħroġx, lanqas raġel wieħed ma joqgħod miegħek dan il-lejl;+ u dan ikun agħar għalik mill-ħsara kollha li ġiet fuqek minn żgħożitek s’issa.” 8 Għaldaqstant, is-sultan qam u qagħad bil-qiegħda fil-bieb,+ u lin-nies kollha wasslulhom l-aħbar li tgħid: “Hemm is-sultan bil-qiegħda fil-bieb.” U n-nies kollha bdew ġejjin quddiem is-sultan.
Inkwantu għal Israel, dawn kienu ħarbu kull wieħed lejn daru.+ 9 U n-nies kollha kienu qed jitlewmu fit-tribujiet kollha taʼ Israel u jgħidu: “Kien is-sultan li ħelisna minn id l-għedewwa tagħna,+ u kien hu li ħelisna minn id il-Filistin; u issa ħarab mill-pajjiż minn quddiem Absalom.+ 10 U Absalom, li dliknieh biex ikun fuqna,+ miet fil-battalja.+ Għalhekk, issa għala m’intom tagħmlu xejn biex iġġibu lura lis-sultan?”+
11 U lil Sadok+ u lil Abjatar,+ il-qassisin, is-Sultan David bagħat jgħidilhom: “Kellmu lix-xjuħ taʼ Ġuda+ u għidulhom, ‘Għala għandkom tkunu l-aħħar nies li ġġibu lura lis-sultan lejn daru, meta l-kelma taʼ Israel kollu waslet għand is-sultan f’daru? 12 Intom ħuti; intom għadmi u laħmi.+ Mela għala għandkom tkunu l-aħħar nies li ġġibu lura lis-sultan?’ 13 U lil Għamasa għandkom tgħidulu,+ ‘M’intix int għadmi u laħmi? Għalhekk, jalla jagħmilli hekk Alla, u saħansitra iktar minn hekk,+ jekk int ma ssirx il-kap taʼ l-armata dejjem quddiemi minflok Ġowab.’”+
14 U hu dawwar qalb l-irġiel kollha taʼ Ġuda bħal bniedem wieħed,+ u b’hekk bagħtu jgħidu lis-sultan: “Ejja lura, int u l-qaddejja kollha tiegħek.”
15 U s-sultan mar lura u wasal saħansitra sal-Ġordan. U n-nies taʼ Ġuda waslu Gilgal+ biex imorru jiltaqgħu mas-sultan, biex iwasslu lis-sultan in-naħa l-oħra tal-Ġordan. 16 Imbagħad Simgħi,+ bin Gera+ l-Benjamini, li kien minn Baħurim,+ ħaffef u niżel man-nies taʼ Ġuda biex jiltaqaʼ mas-Sultan David. 17 U kien hemm miegħu elf raġel minn Benjamin. (U Siba,+ il-qaddej taʼ dar Sawl, u l-ħmistax-il tifel tiegħu+ u għoxrin qaddejja tiegħu wkoll kienu miegħu, u rnexxielhom jaslu sal-Ġordan qabel is-sultan. 18 U qasam l-ilma baxx+ biex iwassal lil dawk taʼ dar is-sultan in-naħa l-oħra u biex jagħmel dak li kien tajjeb f’għajnejh.) U Simgħi, bin Gera, inxteħet quddiem is-sultan meta dan kien wasal biex jaqsam il-Ġordan.+ 19 Hu issa qal lis-sultan: “Tgħoddhulix l-iżball, sidi, u tiftakarx in-nuqqas li għamel+ il-qaddej tiegħek dakinhar li sidi s-sultan ħareġ minn Ġerusalemm, sabiex is-sultan iżomm dan f’qalbu.+ 20 Għax il-qaddej tiegħek jaf tajjeb li kont jien li dnibt; u għalhekk, ara, illum jien ġejt l-ewwel wieħed mid-dar kollha taʼ Ġużeppi+ biex ninżel niltaqaʼ maʼ sidi s-sultan.”
21 Minnufih, Abisaj,+ bin Seruja,+ wieġeb u qal: “M’għandux Simgħi jingħata l-mewt biex ipatti għal dan, talli seħet il-midluk taʼ Ġeħova?”+ 22 Imma David qal: “X’għandi x’naqsam magħkom,+ ulied Seruja, biex illum tmorru kontra+ x-xewqat tiegħi? Se jingħata l-mewt xi ħadd illum f’Israel?+ Forsi ma nafx tajjeb li llum jien sultan fuq Israel?” 23 Imbagħad is-sultan qal lil Simgħi: “Ma tmutx.” U s-sultan issokta jaħliflu.+
24 U Mefiboset,+ in-neputi taʼ Sawl, niżel jiltaqaʼ mas-sultan; u la kien ħa ħsieb saqajh,+ la kien ħa ħsieb il-mustaċċi tiegħu,+ u lanqas ħasel ħwejġu minn dakinhar li telaq is-sultan sa dakinhar li ġie bis-sliem. 25 U ġara li, meta ġie Ġerusalemm biex jiltaqaʼ mas-sultan, is-sultan qallu: “Għala ma ġejtx miegħi, Mefiboset?” 26 U dan wieġbu: “Sidi s-sultan, kien il-qaddej tiegħi+ li daħaq bija. Għax il-qaddej tiegħek kien qal, ‘Ħa nxidd sarġ lill-ħmara sabiex nirkeb fuqha u mmur mas-sultan,’ għax il-qaddej tiegħek zopp.+ 27 Għalhekk, hu mmalafama+ lill-qaddej tiegħek maʼ sidi s-sultan. Imma sidi s-sultan hu bħal anġlu+ taʼ l-Alla l-veru, u għalhekk agħmel dak li hu tajjeb f’għajnejk. 28 Għax għal sidi s-sultan in-nies kollha taʼ dar missieri ma kienu jkunu xejn ħlief kundannati għall-mewt, u madankollu int qegħedt il-qaddej tiegħek fost dawk li jieklu mill-mejda tiegħek.+ Għalhekk, x’jedd għad għandi jien biex saħansitra nerġaʼ ngħajjat+ lis-sultan?”
29 Madankollu, is-sultan qallu: “Għalfejn tibqaʼ tgħid dan il-kliem tiegħek? Fil-fatt ngħidlek, Int u Siba għandkom taqsmu r-rabaʼ bejnietkom.”+ 30 U Mefiboset wieġeb lis-sultan: “Ħa jieħu mqar kollox hu,+ issa li sidi s-sultan ġie bis-sliem lejn daru.”
31 U Barżillaj+ il-Gilegħadi niżel minn Rogelim ħalli jgħaddi lejn il-Ġordan mas-sultan sabiex jakkumpanjah sal-Ġordan. 32 U Barżillaj kien xiħ ħafna, għax kellu tmenin sena;+ u kien hu li pprovda l-ikel lis-sultan meta kien qed jgħammar f’Maħanajm,+ għax kien raġel għani ħafna.+ 33 Għalhekk, is-sultan qal lil Barżillaj: “Int aqsam miegħi, u jien nipprovdilek l-ikel miegħi f’Ġerusalemm.”+ 34 Imma Barżillaj qal lis-sultan: “Kemm se ngħix snin iktar, sabiex nitlaʼ mas-sultan Ġerusalemm? 35 Illum jien għandi tmenin sena.+ Nistaʼ jien nagħraf bejn it-tajjeb u l-ħażin, jew jistaʼ l-qaddej tiegħek itiegħem dak li jiekol u dak li jixrob,+ jew nistaʼ jien nismaʼ+ iktar leħen l-għannejja rġiel u nisa?+ Għalhekk, għala għandu l-qaddej tiegħek ikun taʼ piż+ iktar għal sidi s-sultan? 36 Għax il-qaddej tiegħek triq żgħira setaʼ jieħdu lis-sultan sal-Ġordan, u għala għandu s-sultan iħallasni lura b’dan il-premju?+ 37 Ħa jerġaʼ lura l-qaddej tiegħek, jekk jogħġbok, u ħa mmut+ f’belti qrib il-post fejn indifnu missieri u ommi.+ Imma hawn hu l-qaddej tiegħek Kimħam.+ Ħa jaqsam hu maʼ sidi s-sultan; u int agħmillu dak li hu tajjeb f’għajnejk.”
38 Għaldaqstant, is-sultan qal: “Miegħi se jaqsam Kimħam, u jien nagħmillu dak li hu tajjeb f’għajnejk; u kulma tixtieq minni nagħmilhulek.” 39 In-nies kollha issa bdew jaqsmu l-Ġordan, u s-sultan qasam ukoll; u s-sultan bies+ lil Barżillaj u bierku,+ u mbagħad dan reġaʼ lura lejn postu. 40 Meta s-sultan mar in-naħa l-oħra lejn Gilgal,+ Kimħam qasam miegħu, kif ukoll il-poplu kollu taʼ Ġuda, u nofs il-poplu taʼ Israel ukoll, sabiex jieħdu lis-sultan in-naħa l-oħra.
41 U, ara, l-irġiel kollha taʼ Israel marru għand is-sultan, u lis-sultan qalulu: “Għala+ ħutna, l-irġiel taʼ Ġuda, ħatfuk sabiex jieħdu lis-sultan u lin-nies taʼ daru u l-irġiel kollha taʼ David miegħu n-naħa l-oħra tal-Ġordan?”+ 42 Għal dan, l-irġiel kollha taʼ Ġuda wieġbu lill-irġiel taʼ Israel: “Għax is-sultan jiġi minna mill-qrib;+ u għala rrabjajtu minħabba din il-ħaġa? Kilna aħna mqar ħaġa waħda minn fuq dahar is-sultan, jew intbagħtitilna xi għotja?”
43 Madankollu, l-irġiel taʼ Israel wieġbu lill-irġiel taʼ Ġuda u qalulhom: “Aħna għandna għaxar partijiet mis-saltna,+ u b’hekk rigward David għandna iktar dritt minnkom. Għala, mela, ittrattajtuna b’disprezz, u għala m’għandniex inkunu aħna l-ewwel+ li nġibu lura lis-sultan tagħna?” Imma l-kelma taʼ l-irġiel taʼ Ġuda kienet iktar ħarxa mill-kelma taʼ l-irġiel taʼ Israel.
20 Issa hemmhekk kien hemm raġel li ma kien tajjeb għal xejn+ u li kien jismu Xeba,+ bin Bikri, Benjamini; u daqq il-qarn+ u qal: “M’għandniex x’naqsmu maʼ David, u m’għandna ebda wirt maʼ bin Ġesse.+ Kull wieħed għal allatu,+ O Israel!” 2 Minħabba f’hekk l-irġiel kollha taʼ Israel bdew jitilqu milli jsegwu lil David biex isegwu lil Xeba, bin Bikri;+ imma l-irġiel taʼ Ġuda baqgħu mqabbdin mas-sultan tagħhom mill-Ġordan sa Ġerusalemm.+
3 U David wasal f’daru f’Ġerusalemm.+ Imbagħad is-sultan ħa l-għaxar nisa,+ il-konkubini li kien ħalla warajh biex jieħdu ħsieb id-dar, u qegħedhom f’dar mgħassa, imma baqaʼ jipprovdilhom l-ikel. U ma kellux x’jaqsam magħhom,+ imma baqgħu magħluqin sa dakinhar li mietu, romol b’żewġhom ħaj.
4 Is-sultan issa qal lil Għamasa:+ “Sejjaħ lill-irġiel taʼ Ġuda flimkien għandi fi żmien tlett ijiem, u int oqgħod hawnhekk.” 5 Għalhekk, Għamasa mar isejjaħ lill-irġiel taʼ Ġuda flimkien; imma ġie iktar tard miż-żmien iffissat li kien stabbilixxa għalih. 6 Imbagħad David qal lil Abisaj:+ “Issa Xeba,+ bin Bikri, ikun agħar għalina minn Absalom.+ Int stess ħu l-qaddejja+ taʼ sidek u mur iġri warajh, li ma jmurx jieħu taħt idejh bliet fortifikati u jaħrab quddiem għajnejna.” 7 Għaldaqstant, l-irġiel taʼ Ġowab+ u l-Keretin+ u l-Peletin+ u l-irġiel setgħanin kollha ħarġu għal warajh; u ħarġu minn Ġerusalemm biex jiġru wara Xeba, bin Bikri. 8 Huma kienu qrib il-ġebla l-kbira li qiegħda f’Gibegħon,+ u Għamasa+ mar jiltaqaʼ magħhom. Issa Ġowab kien liebes libsa u ħżiem; u fuqu kellu mħażżem sejf marbut maʼ qaddu, fl-għant tiegħu. U hu mexa ’l quddiem, u s-sejf waqagħlu.
9 U Ġowab qal lil Għamasa: “Kollox sew int, ħija?”+ Imbagħad Ġowab b’idu l-leminija qabad id-daqna t’Għamasa sabiex ibusu.+ 10 U Għamasa ma qagħadx attent għas-sejf li kellu f’idu Ġowab; għalhekk, dan darbu+ bih f’żaqqu, u msarnu xterdu maʼ l-art, u ma kellux għalfejn jerġaʼ jagħtih daqqa oħra, għax kien qed imut. U Ġowab u ħuh Abisaj, min-naħa tagħhom, marru jiġru wara Xeba, bin Bikri.
11 U wieħed miż-żgħażagħ taʼ Ġowab qagħad ħdejh u beda jgħid: “Kulmin hu kuntent b’Ġowab u kulmin hu taʼ David,+ ħa jsegwi lil Ġowab!” 12 Sadanittant, Għamasa kien mgħarraq fid-demm+ f’nofs it-triq ewlenija. Meta r-raġel ra li n-nies kollha baqgħu weqfin, imbagħad warrab lil Għamasa mit-triq ewlenija u qiegħdu fl-għalqa. Fl-aħħar tefaʼ libsa fuqu, għax ra li kulmin kien jasal ħdejh, kien jieqaf hemmhekk.+ 13 Malli neħħieh mit-triq ewlenija, kull raġel kien jibqaʼ għaddej biex isegwi lil Ġowab ħalli jiġri wara Xeba,+ bin Bikri.
14 U Xeba għadda minn ġot-tribujiet kollha taʼ Israel lejn Abel taʼ Bet-magħka.+ U l-Bikrin kollha mbagħad inġemgħu flimkien u daħlu wkoll warajh.
15 U n-nies taʼ Ġowab ġew u assedjawh f’Abel taʼ Bet-magħka u waqqfu rampa biex jassedjaw il-belt,+ għax din kienet imdawra bir-rampa tagħha. U n-nies kollha li kienu maʼ Ġowab kienu qed idgħajfu s-sur minn taħt, biex iġarrfuh. 16 U mara għaqlija+ bdiet tgħajjat mill-belt: “Isimgħu, irġiel, isimgħu! Għidu, jekk jogħġobkom, lil Ġowab, ‘Ersaq qrib s’hawnhekk ħalli nkellmek.’” 17 Għalhekk, hu mar ħdejha, u l-mara mbagħad qaltlu: “Int Ġowab?” u hu wieġeb: “Jien hu.” Għal dan, hi qaltlu: “Ismaʼ minn kliem l-ilsira tiegħek.”+ Imbagħad hu qalilha: “Qed nismaʼ.” 18 U hi ssoktat tgħidlu: “Qabel dejjem hekk kienu jitkellmu u jgħidu, ‘Ħallihom ħa jistħarrġu f’Abel, u b’hekk żgur li jtemmu l-kwistjoni.’ 19 Jien nirrappreżenta lin-nies taʼ Israel li jġibu l-paċi+ u li huma leali.+ Int qed tipprova toqtol belt+ u omm f’Israel. Għala għandek tiblaʼ+ l-wirt+ taʼ Ġeħova?” 20 Għal dan, Ġowab wieġeb u qal: “Lanqas biss jgħaddili minn moħħi, min-naħa tiegħi, li għandi niblaʼ u li għandi neqred. 21 Il-kwistjoni mhix hekk, imma raġel, mir-reġjun muntanjuż t’Efrajm,+ li jismu Xeba,+ bin Bikri, għolla idu kontra s-Sultan David.+ Intom agħtuhuli waħdu,+ u jien nirtira mill-belt.”+ Imbagħad il-mara qalet lil Ġowab: “Ara! Rasu+ nixħithielek minn fuq is-sur!”
22 Minnufih il-mara bl-għerf tagħha+ marret u kellmet lin-nies kollha, u dawn qatgħu ras Xeba, bin Bikri, u xeħtuha lil Ġowab. Minħabba f’hekk, hu daqq il-qarn,+ u b’hekk xterdu mill-belt, kull wieħed lejn daru; u Ġowab reġaʼ lura lejn Ġerusalemm għand is-sultan.
23 U Ġowab kien fuq l-armata kollha+ taʼ Israel; u Benaja,+ bin Ġeħojada,+ kien fuq il-Keretin+ u fuq il-Peletin.+ 24 U Adoram+ kien fuq dawk miktubin għal xogħol forzat; u Ġeħosafat,+ bin Aħilud, kien ir-reġistratur. 25 U Sewa+ kien is-segretarju,+ u Sadok+ u Abjatar+ kienu qassisin. 26 U Ira l-Ġajiri wkoll sar uffiċjal ewlieni*+ taʼ David.
21 Issa kien hemm il-ġuħ+ fi żmien David għal tliet snin, sena wara sena; u David ikkonsulta maʼ Ġeħova. Imbagħad Ġeħova qallu: “Fuq Sawl u fuq daru hemm il-ħtija tad-demm, għaliex hu qatel+ lill-Gibegħonin.” 2 Għalhekk, is-sultan sejjaħ lill-Gibegħonin+ u kellimhom. (Issa l-Gibegħonin ma kinux minn ulied Israel, imma mill-bqija taʼ l-Amurrin;+ u wlied Israel kienu ħalfulhom,+ imma Sawl fittex li jaħbat+ għalihom minħabba l-għira+ li ħass għal ulied Israel u Ġuda.) 3 U David issokta jgħid lill-Gibegħonin: “X’għandi nagħmlilkom, u biex se npattilkom,+ sabiex intom tbierku l-wirt+ taʼ Ġeħova?” 4 Għalhekk, il-Gibegħonin qalulu: “Mhix kwistjoni taʼ fidda jew deheb+ għalina b’konnessjoni maʼ Sawl u n-nies taʼ daru, u lanqas għandna d-dritt li nagħtu l-mewt lil xi raġel f’Israel.” Għal dan, hu qalilhom: “Hu x’inhu li qed tgħidu, nagħmilhulkom.” 5 U huma wieġbu lis-sultan: “Ir-raġel li qeridna+ u li fassal pjan+ biex iġibna fix-xejn u ma jħallina neżistu f’ebda territorju taʼ Israel— 6 ħa jingħatawlna sebat irġiel minn uliedu;+ u aħna nesponu+ l-iġsma tagħhom quddiem Ġeħova f’Gibegħa+ taʼ Sawl, il-magħżul taʼ Ġeħova.”+ Għaldaqstant, is-sultan qal: “Jien stess nagħtihomlkom.”
7 Madankollu, is-sultan ħass mogħdrija għal Mefiboset,+ bin Ġonatan, bin Sawl, minħabba l-ħalfa+ taʼ Ġeħova li kien hemm bejniethom, bejn David u bejn Ġonatan, bin Sawl. 8 Għaldaqstant, is-sultan ħa ż-żewġ ulied taʼ Risfa,+ bint Ajja, li wildithom lil Sawl, Armoni u Mefiboset, u l-ħames ulied taʼ Mikal,*+ bint Sawl, li wildithom lil Għadrijel,+ bin Barżillaj il-Meħolati. 9 Imbagħad tahom f’idejn il-Gibegħonin u dawn esponew l-iġsma tagħhom fuq il-muntanja quddiem Ġeħova,+ u b’hekk is-sebgħa li huma mietu flimkien; u ngħataw il-mewt fl-ewwel jiem tal-ħsad, fil-bidu tal-ħsad tax-xgħir.+ 10 Madankollu, Risfa, bint Ajja,+ ħadet drapp taʼ l-ixkora+ u firxitu għaliha fuq il-blata mill-bidu tal-ħsad sakemm niżel fuqhom l-ilma mis-smewwiet;+ u ma ħallietx it-tjur+ tas-smewwiet joqogħdu fuqhom bi nhar u lanqas il-bhejjem salvaġġi+ tar-rabaʼ bil-lejl.
11 Sa fl-aħħar lil David waslitlu l-aħbar+ dwar dak li kienet għamlet Risfa, bint Ajja, il-konkubina taʼ Sawl. 12 Għalhekk, David mar u ħa l-għadam taʼ Sawl+ u l-għadam taʼ ibnu Ġonatan mingħand is-sidien taʼ l-art taʼ Ġabes-gilegħad,+ li kienu serquhom mill-pjazza taʼ Bet-san,+ fejn il-Filistin kienu dendluhom+ dakinhar li l-Filistin qatlu lil Sawl fuq il-Gilbogħa.+ 13 U tellaʼ minn hemmhekk l-għadam taʼ Sawl u l-għadam taʼ ibnu Ġonatan; barra minn hekk, ġabru l-għadam taʼ l-irġiel li kienu esposti.+ 14 Imbagħad difnu l-għadam taʼ Sawl u taʼ ibnu Ġonatan fl-art taʼ Benjamin f’Żela+ fil-qabar taʼ Kis,+ missieru, sabiex jagħmlu kulma kien ordna s-sultan. Għalhekk, Alla semaʼ t-talb bil-ħrara tal-pajjiż wara dan.+
15 U l-Filistin+ reġgħu bdew jiggwerraw kontra Israel. Għaldaqstant, David u l-qaddejja tiegħu miegħu niżlu u ġġieldu kontra l-Filistin; u David kien għajjien. 16 U Isbi-benob, li kien fost dawk li twieldu mir-Refajin,+ li l-piż tal-lanza tiegħu+ kien tliet mitt xekel ram aħmar, u li kien imħażżem b’sejf ġdid, daħħalha f’moħħu li joqtol lil David. 17 Minnufih Abisaj,+ bin Seruja, mar jgħinu+ u ħabat għall-Filisti u qatlu. Dak iż-żmien l-irġiel taʼ David ħalfulu u qalulu: “Toħroġx iżjed magħna għall-battalja,+ sabiex ma titfix+ il-musbieħ+ taʼ Israel!”
18 U ġara wara dan li reġgħet qamet il-gwerra mal-Filistin f’Gob.* Kien f’dan iż-żmien li Sibbekaj+ il-Ħusati+ qatel lil Saf, li kien fost dawk li twieldu mir-Refajin.+
19 U għal darb’oħra qamet il-gwerra mal-Filistin f’Gob, u Elħanan,+ bin Ġagħre-oregim il-Betlehemi, qatel lil Gulija l-Gitti, li l-manku tal-lanza tiegħu kien bħall-motwa* taʼ min jinseġ bin-newl.+
20 U jerġaʼ reġgħet qamet il-gwerra f’Gat,+ meta kien hemm raġel taʼ kobor straordinarju, b’sitt swabaʼ fuq kull id u sitt swabaʼ fuq kull sieq, b’kollox erbgħa u għoxrin; u dan ukoll kien twieled lir-Refajin.+ 21 U baqaʼ jisfida+ lil Israel. Fl-aħħar, Ġonatan,+ bin Simgħi,+ ħu David, qatlu.
22 Dawn l-erbgħa kienu twieldu lir-Refajin f’Gat;+ u waqgħu b’id David u b’id il-qaddejja tiegħu.+
22 U David qal lil Ġeħova l-kliem taʼ din l-għanja+ dakinhar li Ġeħova ħelsu minn id l-għedewwa+ kollha tiegħu u minn id Sawl;+ 2 u ssokta jgħid:
“Ġeħova hu l-blat għoli+ u l-fortizza tiegħi+ u Dak li jħarrabni.+
3 Alla tiegħi hu l-blata tiegħi.+ Fih se nistkenn,
It-tarka tiegħi+ u l-qarn tiegħi+ taʼ salvazzjoni, il-post fl-għoli tiegħi taʼ sigurtà,+
U l-post fejn nistaʼ naħrab,+ is-Salvatur tiegħi;+ mill-vjolenza int issalvani.+
5 Għax ħalel kbar tal-mewt dawruni;+
Kien hemm dilluvju taʼ nies li m’huma tajbin għal xejn illi qagħdu jwerwruni.+
7 Fin-niket tiegħi bqajt insejjaħ lil Ġeħova,+
U lil Alla tiegħi bqajt insejjaħ.+
Imbagħad minn ġot-tempju tiegħu hu semaʼ leħni,+
Bl-għajta tiegħi għall-għajnuna f’widnejh.+
8 U ’l quddiem u lura l-art bdiet titħarrek u titriegħed;+
Is-sisien tas-smewwiet theżżu,+
U tħarrku ’l quddiem u lura għax kien irrabjat.+
13 Mid-dija taʼ quddiemu ġamar tan-nar beda jaqbad.+
16 U qiegħ il-baħar beda jidher,+
Is-sisien taʼ l-art produttiva+ nkixfu,
Għaċ-ċanfira taʼ Ġeħova, bin-nefħa tan-nifs minn imnifsejh.+
18 Ħelisni mill-għadu b’saħħtu tiegħi,+
Minn dawk li jobogħduni; għax kienu iktar b’saħħithom minni.+
22 Għax jien żammejt it-triqat taʼ Ġeħova,+
U ma tlaqtx lil Alla tiegħi, li hi azzjoni mill-agħar.+
23 Għax id-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ kollha tiegħu qegħdin quddiemi;
U l-istatuti tiegħu, jien ma nwarrabx minnhom.+
26 Maʼ xi ħadd leali int se taġixxi b’lealtà;+
Maʼ bniedem b’saħħtu u bla nuqqas se timxi bla nuqqas;+
30 Għax permezz tiegħek nistaʼ niħodha kontra qatgħa ħallelin;+
Permezz t’Alla tiegħi nistaʼ nixxabbat maʼ sur.+
31 L-Alla l-veru, triqtu perfetta;+
Dak li jgħid Ġeħova hu rfinut.+
Tarka hu għal dawk kollha li jistkennu fih.+
38 Jien se niġri wara l-għedewwa tiegħi, sabiex inġibhom fix-xejn,
U ma niġix lura qabel ma jinqerdu għalkollox.+
41 U se ġġiegħel lill-għedewwa tiegħi jagħtuni daharhom u jaħarbu;*+
Lil dawk mimlijin mibegħda għalija—jien se nsikkithom.+
42 Huma jgħajtu għall-għajnuna, imma m’għandhomx salvatur;+
Isejħu lil Ġeħova, imma hu ma jwiġibhomx.+
43 U jien se nitħanhom bħat-trab fin taʼ l-art;
Bħat-tajn tat-toroq se ngħaffeġ fuqhom;+
Se nisħaqhom.
44 Int se teħlisni min-nies tiegħi li moħħhom biex isibu xi ħtija fija.+
Se tħarisni biex inkun il-kap tal-ġnus;+
Poplu li ma kontx naf, issa se jaqdini.+
45 Il-barranin stess se jiġu għandi b’rashom baxxuta;+
Widnejhom se jkunu ubbidjenti biex jisimgħuni.+
47 Ġeħova hu ħaj;+ u ħa jkun imbierek il-Blata tiegħi;+
U ħa jkun eżaltat l-Alla tal-blata tas-salvazzjoni tiegħi.+
49 U li qed jeħlisni mill-għedewwa tiegħi.+
U fuq dawk li jqumu kontrija se terfagħni;+
Mir-raġel t’għemejjel vjolenti teħlisni.+
51 Int li qed tagħmel atti kbar taʼ salvazzjoni għas-sultan tiegħek+
U qed turi qalb tajba bl-imħabba mal-midluk tiegħek,+
Maʼ David u maʼ nislu għal dejjem.”+
23 U dan hu l-aħħar kliem taʼ David:+
“Il-kelma taʼ David, bin Ġesse,+
U l-kelma tar-raġel b’saħħtu li ġie merfugħ fl-għoli,+
Il-midluk+ taʼ l-Alla taʼ Ġakobb,
U l-għaxqa tal-melodiji+ taʼ Israel.
3 L-Alla taʼ Israel qal,
Lili kellem il-Blata taʼ Israel,+
‘Meta min jaħkem fuq il-bnedmin ikun ġust,+
Jaħkem bil-biżaʼ minn Alla,+
4 Imbagħad ikun bħad-dawl taʼ fil-għodu, meta tiddi x-xemx,+
Għodwa mingħajr sħab.
Mid-dija, mix-xita, jinbet il-ħaxix mill-art.’+
5 Għax mhux hekk huma n-nies tad-dar tiegħi quddiem Alla?+
Għax patt għal żmien indefinit+ hu għamel miegħi,
Irranġat sew f’kollox u mħares tajjeb.+
Għax dan hu s-salvazzjoni kollha tiegħi+ u l-għaxqa kollha tiegħi,
M’huwiex għalhekk li hu jġiegħlu jikber?+
6 Imma persuni li m’huma tajbin għal xejn+ jitkeċċew,+ bħal għollieq,+ kollha kemm huma;
Għax m’għandhomx jinqabdu bl-id.
7 Meta raġel imisshom
Għandu jkun armat bis-sħiħ bil-ħadid u b’lanza,
U bin-nar jiġu maħruqin għalkollox.”+
8 Dawn huma l-ismijiet taʼ l-irġiel setgħanin+ taʼ David: Ġoseb-bassebet+ it-Taħkemoni, il-kap tat-tlieta. Hu xejjer il-lanza tiegħu fuq tmien mija u qatilhom f’darba waħda. 9 Warajh jiġi Elegħażar,+ bin Dodo,+ bin Aħoħi, li kien fost it-tlett irġiel setgħanin maʼ David meta ħaduha mal-Filistin. Dawn kienu nġabru hemmhekk għall-battalja, u għalhekk l-irġiel taʼ Israel irtiraw.+ 10 Kien hu li qam u baqaʼ joqtol lill-Filistin sakemm idu għejiet u idu baqgħet imwaħħla mas-sejf,+ u b’hekk Ġeħova wettaq salvazzjoni kbira dakinhar;+ u n-nies marru lura warajh biss biex ineżżgħu l-midrubin.+
11 U warajh kien hemm Sammah, bin Agi l-Ħarari.+ U l-Filistin inġabru f’Leħi, fejn kien hemm medda rabaʼ mimlija għads;+ u n-nies ħarbu minħabba l-Filistin. 12 Imma hu ħa postu f’nofs il-medda rabaʼ u ħelisha u baqaʼ joqtol lill-Filistin, u b’hekk Ġeħova wettaq salvazzjoni kbira.+
13 U tlieta mit-tletin kap+ niżlu u marru għall-ħsad, għand David fl-għar t’Għadullam;+ u l-Filistin kienu kkampjati f’tined fil-pjanura l-baxxa tar-Refajin.+ 14 U David, dik il-ħabta, kien fil-post diffiċli biex jintlaħaq;+ u dik il-ħabta f’Betlehem kien hemm għassa+ tal-Filistin. 15 Ftit wara, David esprima x-xewqa li kellu u qal: “Mhux li kont nistaʼ nixrob l-ilma mill-ġiebja li hemm f’Betlehem ħdejn il-bieb!”+ 16 Għal dan, it-tlett irġiel setgħanin daħlu fil-kamp tal-Filistin u tellgħu l-ilma mill-ġiebja li hemm f’Betlehem ħdejn il-bieb u ġarrewh u ħaduh lil David;+ u hu ma riedx jixorbu, imma sawbu+ quddiem Ġeħova. 17 U ssokta jgħid: “Lanqas biss jgħaddili minn moħħi,+ O Ġeħova, li nagħmel dan! Se nixrob jien id-demm+ taʼ l-irġiel li marru jissograw ħajjithom?” U ma riedx jixorbu.
Dawn huma l-affarijiet li għamlu t-tlett irġiel setgħanin.
18 Issa Abisaj,+ ħu Ġowab, bin Seruja,+ kien il-kap tat-tletin, u xejjer il-lanza tiegħu fuq tliet mija u qatilhom, u kellu reputazzjoni bħal dawn it-tlieta.+ 19 Għalkemm iddistingwa ruħu saħansitra iktar mill-bqija tat-tletin, u kien il-kap tagħhom, ma laħaqx il-grad taʼ l-ewwel tlieta.+
20 U Benaja,+ bin Ġeħojada,+ bin raġel qalbieni, li għamel ħafna għemejjel kbar f’Kabsil,+ hu stess qatel iż-żewġ ulied t’Arjel taʼ Mowab; u hu stess niżel u qatel iljun+ ġo bir f’jum li fih niżlet il-borra.+ 21 U kien hu li qatel lir-raġel Eġizzjan li kien taʼ kobor straordinarju.+ Għalkemm l-Eġizzjan kellu lanza f’idu, hu niżel għalih b’ħatar u ħataf il-lanza minn id l-Eġizzjan u qatlu bil-lanza tiegħu stess.+ 22 Dawn l-affarijiet għamel Benaja,+ bin Ġeħojada; u kellu reputazzjoni bħat-tlett irġiel setgħanin.+ 23 Għalkemm iddistingwa ruħu saħansitra iktar mit-tletin, ma laħaqx il-grad taʼ dawn it-tlieta; imma David ħatru bħala l-gwardja persunali tiegħu.+
24 Għasael,+ ħu Ġowab, kien fost it-tletin; Elħanan,+ bin Dodo, minn Betlehem, 25 Sammah+ il-Ħarodi, Elika l-Ħarodi, 26 Ħeleż+ il-Palti, Ira,+ bin Ikkes+ it-Tekogħi, 27 Abi-għeżer+ l-Għanatoti,+ Mebunnaj il-Ħusati,+ 28 Żalmon l-Aħoħi,+ Maħaraj+ in-Netofati, 29 Ħeleb,+ bin Bagħnah in-Netofati, Ittaj,+ bin Ribaj, minn Gibegħa taʼ wlied Benjamin, 30 Benaja+ l-Piratoni, Ħiddaj mill-widien* taʼ Gagħas,+ 31 Abi-għalbon l-Għarbati, Għażmawet+ il-Bar-ħumi, 32 Eljaħba s-Sagħlboni, ulied Ġasen, Ġonatan,+ 33 Sammah il-Ħarari, Aħijam,+ bin Sarar il-Ħarari, 34 Elifelet, bin Aħasbaj, bin il-Magħkati, Eligħam, bin Aħitofel+ il-Giloni, 35 Ħesro+ l-Karmeli, Pagħraj l-Arbi, 36 Igal, bin Natan+ minn Soba, Bani l-Gadi, 37 Selek+ l-Għammoni, Naħaraj il-Biroti, dawk li kienu jġorru l-armi taʼ Ġowab, bin Seruja, 38 Ira l-Itri,+ Gareb+ l-Itri, 39 Urija+ l-Ħitti—b’kollox sebgħa u tletin.
24 U r-rabja taʼ Ġeħova reġgħet+ xegħlet kontra Israel, meta xi ħadd* xewwex lil David* kontrihom u qallu: “Mur, għodd+ lil Israel u lil Ġuda.” 2 Għalhekk, is-sultan qal lil Ġowab,+ il-kap tal-qawwiet militari li kien miegħu: “Jekk jogħġobkom, morru duru fit-tribujiet kollha taʼ Israel, minn Dan sa Bir-xeba,+ u rreġistraw il-poplu,+ u jien inkun naf l-għadd tal-poplu.”+ 3 Imma Ġowab qal lis-sultan: “Jalla Ġeħova Alla tiegħek iżid mal-poplu saħansitra mitt darba daqs li hu waqt li sidi s-sultan qed jara dan b’għajnejh. Imma sidi s-sultan għala jixtieq jagħmel din il-ħaġa?”+
4 Fl-aħħar, il-kelma tas-sultan għelbet+ lil Ġowab u lill-kapijiet tal-qawwiet militari. Għalhekk, Ġowab u l-kapijiet tal-qawwiet militari ħarġu minn quddiem is-sultan biex jirreġistraw+ il-poplu taʼ Israel. 5 Imbagħad qasmu l-Ġordan u kkampjaw f’Għarogħer+ lejn il-lemin tal-belt li qiegħda f’nofs il-wied,* lejn il-Gadin,+ u lejn Ġagħżer.+ 6 Imbagħad waslu Gilegħad+ u fl-art taʼ Taħtim-ħodsi u komplew sejrin lejn Dan-ġagħan u daru lejn Sidon.+ 7 Imbagħad waslu ħdejn il-fortizza taʼ Tir+ u l-bliet kollha tal-Ħiwwin+ u tal-Kangħanin u fl-aħħar waslu Bir-xeba+ fin-Negeb,+ jiġifieri, fl-art taʼ Ġuda. 8 B’hekk, marru jduru maʼ l-art kollha u waslu Ġerusalemm wara disaʼ xhur u għoxrin jum. 9 Ġowab issa ta l-għadd tar-reġistrazzjoni+ tal-poplu lis-sultan; u Israel ammonta għal tmien mitt elf raġel qalbieni li jisiltu s-sejf, u l-irġiel taʼ Ġuda kienu ħames mitt elf raġel.+
10 U qalb David bdiet tħabbtu+ wara li għadd il-poplu b’dan il-mod. Għaldaqstant, David qal lil Ġeħova: “Jien dnibt+ ħafna b’dak li għamilt. U issa, Ġeħova, jekk jogħġbok, aħfer+ l-iżball tal-qaddej tiegħek; għax jien tbellaht bil-kbir.”+ 11 Meta David qam fil-għodu, il-kelma taʼ Ġeħova waslet għand il-profeta Gad,+ il-viżjonarju+ taʼ David, u qallu: 12 “Mur u għid lil David, ‘Hekk qal Ġeħova: “Tliet affarijiet qed inqiegħed quddiemek.+ Agħżel għalik waħda minnhom sabiex nagħmilhielek.”’”+ 13 Għaldaqstant, Gad daħal għand David u kellmu u staqsieh:+ “Għandhom jiġu fuqek sebaʼ snin taʼ ġuħ f’artek,+ jew taħrab għal tliet xhur quddiem l-avversarji tiegħek,+ bihom jiġru warajk, jew iseħħu f’artek tlett ijiem taʼ pesta?+ Issa kun af u ara x’se nwieġbu lil Dak li bagħatni.” 14 Għalhekk, David qal lil Gad: “Dan inikkitni ferm. Jekk jogħġbok, ħa naqgħu f’id Ġeħova,+ għax ħafna huma l-ħniniet tiegħu;+ imma tħallinix naqaʼ f’id il-bniedem.”+
15 Imbagħad Ġeħova bagħat pesta+ f’Israel minn fil-għodu saż-żmien stabbilit, u b’hekk mietu+ mill-poplu, minn Dan sa Bir-xeba,+ sebgħin elf persuna. 16 U l-anġlu+ baqaʼ b’idu maħruġa ’l barra lejn Ġerusalemm biex jagħmilha ħerba; u Ġeħova beda jiddispjaċih+ minħabba l-gwaj, u għalhekk qal lill-anġlu li kien qed jagħmel ħerba fost il-poplu: “Biżżejjed! Issa niżżel idek.” U l-anġlu taʼ Ġeħova kien qiegħed qrib il-qiegħa tad-dris t’Arawna+ l-Ġebusi.+
17 U David qal lil Ġeħova, meta ra l-anġlu li kien qed jidrob lill-poplu, iva, qallu: “Ara! Kont jien li dnibt u kont jien li żbaljajt; imma dawn in-nagħaġ+—x’għamlu? Jekk jogħġbok, ħa tiġi idek fuqi+ u fuq dar missieri.”
18 Iktar tard Gad daħal għand David dakinhar u qallu: “Itlaʼ, waqqaf artal lil Ġeħova fuq il-qiegħa tad-dris t’Arawna l-Ġebusi.”+ 19 U David beda tielaʼ skond il-kelma taʼ Gad, skond dak li kien ikkmanda Ġeħova.+ 20 Meta Arawna ħares ’l isfel u ra s-sultan u l-qaddejja tiegħu resqin lejh, minnufih Arawna ħareġ u miel+ wiċċu lejn l-art+ quddiem is-sultan. 21 Imbagħad Arawna qal: “Sidi s-sultan għala ġie għand il-qaddej tiegħu?” U David wieġbu: “Biex nixtri+ mingħandek il-qiegħa tad-dris ħalli nibni artal lil Ġeħova, sabiex il-flaġell+ jieqaf minn fuq il-poplu.” 22 Imma Arawna qal lil David: “Ħa jiħodha+ sidi s-sultan u joffri dak li hu tajjeb f’għajnejh. Ara, hawn il-baqar għall-offerta tal-ħruq u s-slitta tad-dris u l-għodod tal-baqar għall-injam.+ 23 O sultan, Arawna kollox jagħtih lis-sultan.” U Arawna ssokta jgħid lis-sultan: “Jalla Ġeħova Alla tiegħek jieħu pjaċir bik.”+
24 Madankollu, is-sultan qal lil Arawna: “Le, imma jien żgur li nixtriha mingħandek bi prezz;+ u m’iniex se noffri lil Ġeħova Alla tiegħi sagrifiċċji tal-ħruq mingħajr ħlas.”+ Għaldaqstant, David xtara+ l-qiegħa tad-dris u l-baqar għal ħamsin xekel fidda. 25 U David bena hemmhekk artal+ lil Ġeħova u offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji taʼ sħubija, u Ġeħova beda jismaʼ t-talb bil-ħrara+ tal-pajjiż, u b’hekk il-flaġell tneħħa minn fuq Israel.
Jew, “ċerva ħafifa.”
Id-dussies kien għodda użata biex jintgħamlu l-ħjut għall-insiġ.
Letteralment, “il-mili [bit-terrapien].” Bl-Ebrajk, millo. X’aktarx struttura li tixbah lil ċittadella.
L-isem “baka” ġej minn għerq Ebrajk li jfisser “beka.” M’huwiex magħruf fiċ-ċert għal liema siġra qed jirreferi.
“Kidon” fl-1Kr 13:9.
Ifisser “Żbroffa bir-Rabja Kontra Użżah.”
Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-qassis, l-aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.
Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt.
“Tibħat” fl-1Kr 18:8. Qabbel “Tebaħ” f’Ġen 22:24.
“Togħu” fl-1Kr 18:9, 10.
Letteralment, “qassisin.”
“Il-mejda tiegħi,” Test Masoretiku Ebrajk, Vulgata Latina Klementina; Settanta, “il-mejda taʼ David”; Pexitta Sirjaka, “il-mejda tas-sultan.” Xi wħud jissuġġerixxu li r-referenza għall-“mejda tiegħi” għandha tinqara “l-mejda taʼ David”; possibbiltà oħra hi li Siba għandu mnejn kien qed jirripeti l-kliem eżatt taʼ David.
Jiġifieri, l-Ewfrat.
“Għammijel” fl-1Kr 3:5.
“Ġerubbeset,” Test Masoretiku Ebrajk, Vulgata Latina; Settanta, “Ġerubbagħal”; “Ġerubbagħal” fi Mħ 6:32; 7:1; 9:1, 16, 24, u 28.
Minn għerq li jfisser “sliem.”
Ifisser “Maħbub minn Jah.”
X’aktarx idolu taʼ l-alla taʼ l-Għammonin, li bnadi oħrajn jissejjaħ Molek jew Milkom.
Dan ġeneralment jirreferi għal briks magħmulin minn tiben u tajn jew tafal.
Dan jirreferi għal użin magħmul mill-ġebel.
Forsi 40 sena mindu ġie midluk David, kif hemm miktub fl-1Sa 16:13.
Ifisser “Id-Dar Imbiegħda.”
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.
Ara l-1Sa 9:9.
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “qassis.”
It-Targumi jinqraw: “il-ħames ulied taʼ Merab (li Mikal, bint Sawl, rabbiet) li wildet.” Qabbel it-2Sa 6:23.
“Geżer” fl-1Kr 20:4.
Ara l-1Sa 17:7, in-nota taʼ taħt.
Bl-Ebrajk, “Xeol.”
Letteralment, “jagħtuni n-naħa taʼ wara t’għonqhom.”
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.
Jew, “hu.” Ara l-1Kr 21:1.
Jew, “meta David ġie mxewwex.”
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.