LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Numri 1:1-36:13
  • Numri

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Numri
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Numri

Numri*

1 U Ġeħova kellem lil Mosè fix-​xagħri tas-​Sinaj,+ fit-​tinda tal-​laqgħa,+ fl-​ewwel jum tat-​tieni xahar fit-​tieni sena mill-​ħruġ tagħhom mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ u qallu: 2 “Għoddu+ l-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel skond il-​familji tagħhom, skond dar missirijiethom, skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet, l-​irġiel kollha, ras b’ras, 3 minn għoxrin sena ’l fuq,+ kulmin jingħaqad maʼ l-​armata f’Israel.+ Għandkom tirreġistrawhom skond l-​armati tagħhom, int u Aron.

4 “U xi rġiel għandhom ikunu magħkom, raġel wieħed minn kull tribù; kull wieħed kap taʼ dar missirijietu.+ 5 U dawn huma l-​ismijiet taʼ l-​irġiel li jieqfu magħkom: Taʼ Ruben,+ Elisur,+ bin Sedewr; 6 taʼ Simegħon,+ Selumjel,+ bin Surisaddaj; 7 taʼ Ġuda,+ Naħson,+ bin Għamminadab; 8 taʼ Issakar,+ Netanel,+ bin Sugħar; 9 taʼ Żebulun,+ Eljab,+ bin Ħelon; 10 taʼ wlied Ġużeppi:+ t’Efrajm,+ Elisama, bin Għammiħud; taʼ Manasse,+ Gamaljel, bin Pedaħsur; 11 taʼ Benjamin,+ Abidan,+ bin Gidegħoni; 12 taʼ Dan,+ Aħigħeżer,+ bin Għammisaddaj; 13 t’Aser,+ Paggħijel,+ bin Għokran; 14 taʼ Gad,+ Eljasaf,+ bin Degħwel;+ 15 taʼ Naftali,+ Aħira,+ bin Għenan. 16 Dawn huma l-​magħżulin mill-​ġemgħa, il-​kapijiet ewlenin+ tat-​tribujiet taʼ missirijiethom. Huma l-​kapijiet taʼ l-​eluf taʼ Israel.”+

17 Għalhekk, Mosè u Aron ħadu lil dawn l-​irġiel li kienu magħżulin b’isimhom. 18 U laqqgħu lill-​ġemgħa kollha fl-​ewwel jum tat-​tieni xahar, sabiex tiġi rikonoxxuta d-​dixxendenza+ tagħhom rigward il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet, minn għoxrin sena ’l fuq,+ ras b’ras, 19 bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè; u hu rreġistrahom+ fix-​xagħri tas-​Sinaj.

20 U wlied Ruben, l-​ewwel imwieled taʼ Israel,+ nisilhom skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom, kienu, skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet, ras b’ras, l-​irġiel kollha minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-​armata, 21 dawk reġistrati minn fost it-​tribù taʼ Ruben, sitta u erbgħin elf u ħames mija.+

22 Taʼ wlied Simegħon,+ nisilhom skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom, dawk l-​uħud reġistrati tiegħu skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet, ras b’ras, l-​irġiel kollha minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-​armata, 23 dawk reġistrati minn fost it-​tribù taʼ Simegħon kienu disgħa u ħamsin elf u tliet mija.+

24 Taʼ wlied Gad,+ nisilhom skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-​armata, 25 dawk reġistrati minn fost it-​tribù taʼ Gad+ kienu ħamsa u erbgħin elf, sitt mija u ħamsin.+

26 Taʼ wlied Ġuda,+ nisilhom skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-​armata, 27 dawk reġistrati minn fost it-​tribù taʼ Ġuda kienu erbgħa u sebgħin elf u sitt mija.+

28 Taʼ wlied Issakar,+ nisilhom skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-​armata, 29 dawk reġistrati minn fost it-​tribù taʼ Issakar kienu erbgħa u ħamsin elf u erbaʼ mija.+

30 Taʼ wlied Żebulun,+ nisilhom skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-​armata, 31 dawk reġistrati minn fost it-​tribù taʼ Żebulun kienu sebgħa u ħamsin elf u erbaʼ mija.+

32 Taʼ wlied Ġużeppi: taʼ wlied Efrajm,+ nisilhom skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-​armata, 33 dawk reġistrati minn fost it-​tribù t’Efrajm+ kienu erbgħin elf u ħames mija.+

34 Taʼ wlied Manasse,+ nisilhom skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-​armata, 35 dawk reġistrati minn fost it-​tribù taʼ Manasse kienu tnejn u tletin elf u mitejn.+

36 Taʼ wlied Benjamin,+ nisilhom skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-​armata, 37 dawk reġistrati minn fost it-​tribù taʼ Benjamin kienu ħamsa u tletin elf u erbaʼ mija.+

38 Taʼ wlied Dan,+ nisilhom skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-​armata, 39 dawk reġistrati minn fost it-​tribù taʼ Dan kienu tnejn u sittin elf u sebaʼ mija.+

40 Taʼ wlied Aser,+ nisilhom skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-​armata, 41 dawk reġistrati minn fost it-​tribù t’Aser kienu wieħed u erbgħin elf u ħames mija.+

42 Taʼ wlied Naftali,+ nisilhom skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-​armata, 43 dawk reġistrati minn fost it-​tribù taʼ Naftali kienu tlieta u ħamsin elf u erbaʼ mija.+

44 Dawn huma dawk li ġew reġistrati minn Mosè flimkien m’Aron u l-​kapijiet ewlenin taʼ Israel, tnax-il raġel. Kull wieħed minnhom irrappreżenta lil dar missirijietu. 45 U dawk kollha reġistrati minn ulied Israel skond dar missirijiethom minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-​armata f’Israel, kienu, 46 iva, dawk kollha reġistrati kienu sitt mija u tlett elef, ħames mija u ħamsin.+

47 Madankollu, il-​Leviti,+ skond it-​tribù taʼ missirijiethom, ma ġewx reġistrati magħhom.+ 48 Għaldaqstant, Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 49 “Huwa biss it-​tribù taʼ Levi li m’għandekx tirreġistra, u tgħoddhomx maʼ wlied Israel.+ 50 U int innifsek aħtar lil-​Leviti fuq it-​tabernaklu* tat-​Testimonjanza+ u fuq l-​għodod kollha tiegħu u fuq kulma hu tiegħu.+ Huma nfushom iġorru t-​tabernaklu u l-​għodod kollha tiegħu,+ u huma nfushom jaqdu+ fih; u għandhom jikkampjaw madwar it-​tabernaklu.+ 51 U kulmeta jkun se jinġarr it-​tabernaklu, il-​Leviti għandhom iżarmawh;+ u meta t-​tabernaklu jkun se jiġi kkampjat, il-​Leviti għandhom jarmawh; u kull individwu mhux awtorizzat* li jersaq qrib għandu jingħata l-​mewt.+

52 “U wlied Israel iridu jikkampjaw kull wieħed skond il-​kamp tiegħu, u kull raġel skond it-​taqsima tiegħu taʼ tliet tribujiet,+ skond l-​armati tagħhom. 53 U l-​Leviti għandhom jikkampjaw madwar it-​tabernaklu tat-​Testimonjanza, biex ma jqumx għadab+ kontra l-​ġemgħa taʼ wlied Israel; u l-​Leviti għandhom iħarsu s-​servizz tat-​tabernaklu tat-​Testimonjanza.”+

54 U wlied Israel għamlu skond kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. Għamlu preċiż hekk.+

2 Ġeħova issa kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom: 2 “Ulied Israel għandhom jikkampjaw, kull raġel skond it-​taqsima tiegħu taʼ tliet tribujiet,+ skond is-​sinjali taʼ dar missirijiethom. Għandhom jikkampjaw dawramejt quddiem it-​tinda tal-​laqgħa.

3 “U dawk li jikkampjaw lejn il-​lvant, lejn tlugħ ix-​xemx, ikunu t-​taqsima taʼ tliet tribujiet tal-​kamp taʼ Ġuda skond l-​armati tagħhom, u l-​kap ewlieni għal ulied Ġuda jkun Naħson,+ bin Għamminadab. 4 U l-​armata tiegħu u l-​uħud reġistrati huma erbgħa u sebgħin elf u sitt mija.+ 5 U dawk tat-​tribù taʼ Issakar+ jikkampjaw maġenbu u l-​kap ewlieni għal ulied Issakar ikun Netanel,+ bin Sugħar. 6 U l-​armata tiegħu u l-​uħud reġistrati tiegħu huma erbgħa u ħamsin elf u erbaʼ mija.+ 7 Imbagħad it-​tribù taʼ Żebulun; u l-​kap ewlieni għal ulied Żebulun ikun Eljab,+ bin Ħelon. 8 U l-​armata tiegħu u l-​uħud reġistrati tiegħu huma sebgħa u ħamsin elf u erbaʼ mija.+

9 “Dawk kollha reġistrati tal-​kamp taʼ Ġuda huma mija u sitta u tmenin elf u erbaʼ mija skond l-​armati tagħhom. Dawn għandhom jimxu l-​ewwel.+

10 “It-​taqsima taʼ tliet tribujiet tal-​kamp taʼ Ruben+ tkun lejn in-​nofsinhar skond l-​armati tagħhom, u l-​kap ewlieni għal ulied Ruben ikun Elisur,+ bin Sedewr. 11 U l-​armata tiegħu u l-​uħud reġistrati tiegħu huma sitta u erbgħin elf u ħames mija.+ 12 U dawk tat-​tribù taʼ Simegħon jikkampjaw maġenbu, u l-​kap ewlieni għal ulied Simegħon ikun Selumjel,+ bin Surisaddaj. 13 U l-​armata tiegħu u l-​uħud reġistrati huma disgħa u ħamsin elf u tliet mija.+ 14 Imbagħad it-​tribù taʼ Gad; u l-​kap ewlieni għal ulied Gad ikun Eljasaf,+ bin Regħwel. 15 U l-​armata tiegħu u l-​uħud reġistrati huma ħamsa u erbgħin elf, sitt mija u ħamsin.+

16 “Dawk kollha reġistrati tal-​kamp taʼ Ruben huma mija u wieħed u ħamsin elf, erbaʼ mija u ħamsin skond l-​armati tagħhom, u dawn għandhom jimxu t-​tieni.+

17 “Meta tkun se tinġarr it-​tinda tal-​laqgħa,+ il-​kamp tal-​Leviti+ jkun f’nofs il-​kampijiet.

“Skond kif jikkampjaw, hekk għandhom jimxu,+ kull wieħed f’postu, skond it-​taqsimiet tagħhom taʼ tliet tribujiet.

18 “It-​taqsima taʼ tliet tribujiet tal-​kamp t’Efrajm+ skond l-​armati tagħhom tkun lejn il-​punent, u l-​kap ewlieni għal ulied Efrajm ikun Elisama,+ bin Għammiħud. 19 U l-​armata tiegħu u l-​uħud reġistrati huma erbgħin elf u ħames mija.+ 20 U maġenbu jkun hemm it-​tribù taʼ Manasse,+ u l-​kap ewlieni għal ulied Manasse jkun Gamaljel,+ bin Pedaħsur. 21 U l-​armata tiegħu u l-​uħud reġistrati huma tnejn u tletin elf u mitejn.+ 22 Imbagħad it-​tribù taʼ Benjamin;+ u l-​kap ewlieni għal ulied Benjamin ikun Abidan,+ bin Gidegħoni. 23 U l-​armata tiegħu u l-​uħud reġistrati huma ħamsa u tletin elf u erbaʼ mija.+

24 “Dawk kollha reġistrati tal-​kamp t’Efrajm huma mija u tmint elef u mija skond l-​armati tagħhom, u dawn għandhom jimxu t-​tielet.+

25 “It-​taqsima taʼ tliet tribujiet tal-​kamp taʼ Dan tkun lejn it-​tramuntana skond l-​armati tagħhom, u l-​kap ewlieni għal ulied Dan ikun Aħigħeżer,+ bin Għammisaddaj. 26 U l-​armata tiegħu u l-​uħud reġistrati huma tnejn u sittin elf u sebaʼ mija.+ 27 U dawk tat-​tribù t’Aser jikkampjaw maġenbu, u l-​kap ewlieni għal ulied Aser ikun Paggħijel,+ bin Għokran. 28 U l-​armata tiegħu u l-​uħud reġistrati huma wieħed u erbgħin elf u ħames mija.+ 29 Imbagħad it-​tribù taʼ Naftali;+ u l-​kap ewlieni għal ulied Naftali jkun Aħira,+ bin Għenan. 30 U l-​armata tiegħu u l-​uħud reġistrati huma tlieta u ħamsin elf u erbaʼ mija.+

31 “Dawk kollha reġistrati tal-​kamp taʼ Dan huma mija u sebgħa u ħamsin elf u sitt mija. Dawn għandhom jimxu l-​aħħar+—skond it-​taqsimiet tagħhom taʼ tliet tribujiet.”

32 Dawn kienu l-​uħud reġistrati minn ulied Israel skond dar missirijiethom; dawk kollha reġistrati tal-​kampijiet skond l-​armati tagħhom kienu sitt mija u tlett elef, ħames mija u ħamsin.+ 33 Imma l-​Leviti ma ġewx reġistrati+ maʼ wlied Israel, bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 34 U wlied Israel għamlu skond kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+ Hekk ikkampjaw fit-​taqsimiet tagħhom taʼ tliet tribujiet,+ u hekk imxew,+ kull wieħed skond il-​familja tiegħu u skond dar missirijietu.

3 Issa dawn kienu l-​ġenerazzjonijiet t’Aron u taʼ Mosè dakinhar li Ġeħova kellem lil Mosè fuq il-​Muntanja Sinaj.+ 2 U dawn kienu l-​ismijiet taʼ wlied Aron: Nadab, l-​ewwel imwieled, u Abiħu,+ Elegħażar+ u Itamar.+ 3 Dawn kienu l-​ismijiet taʼ wlied Aron, il-​qassisin midlukin li f’idhom kienet ngħatat is-​setgħa biex jaqdu bħala qassisin.+ 4 Iżda Nadab u Abiħu mietu quddiem Ġeħova meta offrew nar projbit+ quddiem Ġeħova fix-​xagħri tas-​Sinaj; u ma kellhomx ulied. Imma Elegħażar+ u Itamar+ komplew jaqdu bħala qassisin flimkien maʼ missierhom Aron.

5 U Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 6 “Ġib ħdejk it-​tribù taʼ Levi,+ u ġegħelhom jieqfu quddiem Aron, il-​qassis, u jridu jaqduh.+ 7 U jridu jħarsu l-​obbligu tagħhom lejh u l-​obbligu tagħhom lejn il-​ġemgħa kollha quddiem it-​tinda tal-​laqgħa meta jwettqu s-​servizz tat-​tabernaklu. 8 U jridu jieħdu ħsieb l-​għodod+ kollha tat-​tinda tal-​laqgħa, saħansitra l-​obbligu taʼ wlied Israel meta jwettqu s-​servizz tat-​tabernaklu.+ 9 U agħti l-​Leviti lil Aron u lil uliedu. Huma l-​uħud mogħtijin,* mogħtijin lilu minn fost ulied Israel.+ 10 U għandek taħtar lil Aron u lil uliedu, u dawn iridu jieħdu ħsieb is-​saċerdozju+ tagħhom; u kwalunkwe individwu mhux awtorizzat* li jersaq qrib għandu jingħata l-​mewt.”+

11 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 12 “U jien, ara, nieħu l-​Leviti minn fost ulied Israel minflok l-​ewwel imweldin+ kollha taʼ wlied Israel li jiftħu l-​ġuf; u l-​Leviti jsiru tiegħi. 13 Għax kull l-​ewwel imwieled hu tiegħi.+ Dakinhar li lqatt lil kull l-​ewwel imwieled fl-​art taʼ l-​Eġittu+ qaddist għalija nnifsi lil kull l-​ewwel imwieled f’Israel minn bniedem sa bhima.+ Għandhom isiru tiegħi. Jien Ġeħova.”

14 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè fix-​xagħri tas-​Sinaj+ u jgħidlu: 15 “Irreġistra lil ulied Levi skond dar missirijiethom, skond il-​familji tagħhom. Għandek tirreġistra lil kull wieħed tas-​sess maskil minn xahar ’il fuq.”+ 16 U Mosè beda jirreġistrahom skond l-​ordni taʼ Ġeħova, sewwasew bħalma kien ġie kmandat. 17 U dawn kienu wlied Levi+ skond ismijiethom: Gerson, Keħat, u Merari.+

18 Issa dawn kienu l-​ismijiet taʼ wlied Gerson skond il-​familji tagħhom: Libni u Simgħi.+

19 U wlied Keħat+ skond il-​familji tagħhom kienu Għamram u Isħar,+ Ħebron u Użżijel.

20 U wlied Merari+ skond il-​familji tagħhom kienu Maħli+ u Musi.+

Dawn kienu l-​familji tal-​Leviti skond dar missirijiethom.

21 Minn Gerson kien hemm il-​familja tal-​Libnin+ u l-​familja tas-​Simgħin.+ Dawn kienu l-​familji tal-​Gersonin. 22 Dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu skond l-​għadd taʼ dawk kollha tas-​sess maskil minn xahar ’il fuq,+ u dawn kienu sebat elef u ħames mija.+ 23 Il-familji tal-​Gersonin kienu wara t-​tabernaklu.+ Kienu kkampjati lejn il-​punent. 24 U l-​kap ewlieni tal-​familja min-​naħa tal-​missier għall-​Gersonin kien Eljasaf, bin Lagħel. 25 U l-​obbligu taʼ wlied Gerson+ fit-​tinda tal-​laqgħa kien li jieħdu ħsieb it-​tabernaklu u t-​tinda,+ l-​għata tagħha+ u l-​purtiera+ tad-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa, 26 u l-​purtieri+ tal-​bitħa u l-​purtiera+ tad-​daħla tal-​bitħa li hi dawramejt mat-​tabernaklu u l-​artal, u l-​ħbula tat-​tined tiegħu,+ għas-​servizz kollu tiegħu.

27 U minn Keħat kien hemm il-​familja taʼ l-​Għamramin u l-​familja taʼ l-​Isħarin u l-​familja tal-​Ħebronin u l-​familja taʼ l-​Użżijelin. Dawn kienu l-​familji tal-​Keħatin.+ 28 Fost l-​għadd taʼ dawk kollha tas-​sess maskil minn xahar ’il fuq kien hemm tmint elef u sitt mija li kellhom l-​obbligu li jieħdu ħsieb il-​post qaddis.+ 29 Il-familji taʼ wlied Keħat kienu kkampjati fuq in-​naħa tat-​tabernaklu lejn in-​nofsinhar.+ 30 U l-​kap ewlieni tal-​familja min-​naħa tal-​missier għall-​familji tal-​Keħatin kien Elisafan, bin Użżijel.+ 31 U huma kellhom l-​obbligu+ li jieħdu ħsieb l-​Arka+ u l-​mejda+ u l-​gandlier+ u l-​artali+ u l-​għodod+ tal-​post qaddis li kellhom jaqdu bihom u l-​purtiera tad-​daħla,+ u s-​servizz kollu tiegħu.

32 U l-​kap ewlieni fuq il-​kapijiet ewlenin tal-​Leviti kien Elegħażar,+ bin Aron, il-​qassis, li kien jindokra lil dawk li kellhom l-​obbligu li jieħdu ħsieb il-​post qaddis.

33 Minn Merari kien hemm il-​familja tal-​Maħlin+ u l-​familja tal-​Musin.+ Dawn kienu l-​familji taʼ Merari.+ 34 U dawk reġistrati minn fosthom skond l-​għadd taʼ dawk kollha tas-​sess maskil minn xahar ’il fuq kienu sitt elef u mitejn.+ 35 U l-​kap ewlieni tal-​familja min-​naħa tal-​missier għall-​familji taʼ Merari kien Surjel, bin Abiħajl. Dawn kienu kkampjati fuq in-​naħa tat-​tabernaklu lejn it-​tramuntana.+ 36 U wlied Merari kellhom l-​obbligu li jindokraw it-​twavel* tal-​qafas+ tat-​tabernaklu u t-​traversi,+ il-​kolonni,+ il-​pedestalli bl-​ingast, l-​għodod kollha,+ u s-​servizz kollu tiegħu,+ 37 u l-​pilastri+ tal-​bitħa dawramejt u l-​pedestalli bl-​ingast,+ l-​imsiemer tat-​tined, u l-​ħbula tat-​tined tagħhom.

38 U dawk li kkampjaw quddiem it-​tabernaklu lejn il-​lvant, quddiem it-​tinda tal-​laqgħa lejn tlugħ ix-​xemx, kienu Mosè u Aron u wliedu, dawk li kellhom l-​obbligu li jieħdu ħsieb is-​santwarju,+ bħala l-​obbligu għal ulied Israel. U kwalunkwe individwu mhux awtorizzat li jersaq qrib kellu jingħata l-​mewt.+

39 L-uħud reġistrati kollha tal-​Leviti li Mosè u Aron irreġistraw skond l-​ordni taʼ Ġeħova, skond il-​familji tagħhom, dawk kollha tas-​sess maskil minn xahar ’il fuq, kienu tnejn u għoxrin elf.

40 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Irreġistra lil dawk kollha tas-​sess maskil li twieldu l-​ewwel fost ulied Israel minn xahar ’il fuq,+ u ħu l-​għadd taʼ ismijiethom. 41 U ħu l-​Leviti għalija—jien Ġeħova—minflok dawk kollha li twieldu l-​ewwel fost ulied Israel,+ u l-​annimali domestiċi tal-​Leviti minflok dawk kollha li twieldu l-​ewwel fost l-​annimali domestiċi taʼ wlied Israel.”+ 42 U Mosè rreġistra lil dawk kollha li twieldu l-​ewwel fost ulied Israel, sewwasew bħalma kien ikkmandah Ġeħova. 43 U dawk kollha tas-​sess maskil li twieldu l-​ewwel, minn xahar ’il fuq, skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet taʼ l-​uħud reġistrati tagħhom kienu tnejn u għoxrin elf, mitejn u tlieta u sebgħin.

44 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 45 “Ħu l-​Leviti minflok dawk kollha li twieldu l-​ewwel fost ulied Israel, u l-​annimali domestiċi tal-​Leviti minflok l-​annimali domestiċi tagħhom; u l-​Leviti jsiru tiegħi.+ Jien Ġeħova. 46 U bħala l-​prezz tal-​fidwa+ għall-​mitejn u tlieta u sebgħin ruħ li twieldu l-​ewwel fost ulied Israel, li huma iżjed fl-​għadd milli huma l-​Leviti,+ 47 ħu ħames xwiekel għal kull individwu.+ Għandek tieħu skond ix-​xekel tal-​post qaddis. Xekel hu għoxrin gera.+ 48 U l-​flus agħtihom lil Aron u lil uliedu bħala l-​prezz tal-​fidwa għal dawk li huma iżjed fl-​għadd minnhom.” 49 Għalhekk, Mosè ħa l-​flus tal-​prezz tal-​ħelsien mingħand dawk li kien hemm iżjed mill-​prezz tal-​fidwa tal-​Leviti. 50 Mingħand dawk li twieldu l-​ewwel fost ulied Israel ħadhom il-​flus, elf, tliet mija u ħamsa u sittin xekel, skond ix-​xekel tal-​post qaddis. 51 Imbagħad Mosè ta l-​flus tal-​prezz tal-​fidwa lil Aron u lil uliedu skond l-​ordni taʼ Ġeħova, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

4 Ġeħova issa kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom: 2 “Għoddu lil ulied Keħat+ minn fost ulied Levi, skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom, 3 minn tletin sena+ ’l fuq sa ħamsin sena,+ dawk kollha li se jidħlu fil-​grupp tas-​servizz+ biex jagħmlu x-​xogħol fit-​tinda tal-​laqgħa.

4 “Fit-​tinda tal-​laqgħa+ dan hu s-​servizz taʼ wlied Keħat. Din hi xi ħaġa mill-​iktar qaddisa: 5 U Aron u wliedu jridu jidħlu meta jkun se jitlaq il-​kamp, u jniżżlu l-​purtiera li tifred+ u jgħattu biha l-​arka+ tat-​testimonjanza. 6 U jqiegħdu fuqha għata tal-​ġlud tal-​bumerin+ u fuqnett jifirxu biċċa drapp blu u jdaħħlulha l-​lasti.+

7 “U jifirxu biċċa drapp blu fuq il-​mejda+ tal-​ħobż tal-​preżenza, u jqiegħdu fuqha l-​platti,+ il-​kwies, l-​iskutelli,+ u l-​buqari taʼ l-​offerta tax-​xorb; u l-​ħobż+ li hu offerta kontinwa għandu jibqaʼ fuq il-​mejda. 8 U fuq dawn iridu jifirxu biċċa drapp lewn l-​iskarlat,*+ u jgħattuha b’għata tal-​ġlud tal-​bumerin+ u jdaħħlulha l-​lasti.+ 9 U jieħdu biċċa drapp blu u jgħattu l-​gandlier+ tad-​dawwala, l-​imsiebaħ tiegħu,+ l-​imqassijiet tiegħu li jżommu l-​ftila,+ ir-​reċipjenti għall-​ftejjel maħruqin,+ u r-​reċipjenti+ kollha għaż-​żejt li bihom iħejjuh għas-​servizz sagru regolarment. 10 U jqiegħdu lilu u l-​għodod kollha tiegħu f’għata tal-​ġlud tal-​bumerin+ u jpoġġuh fuq injama biex jinġarr. 11 U fuq l-​artal tad-​deheb+ jifirxu biċċa drapp blu, u jgħattuh b’għata tal-​ġlud tal-​bumerin+ u jdaħħlulu l-​lasti.+ 12 U jieħdu l-​għodod+ kollha tal-​ministeru li bihom jaqdu regolarment fil-​post qaddis, u jqegħduhom f’biċċa drapp blu u jgħattuhom b’għata tal-​ġlud tal-​bumerin+ u jpoġġuhom fuq injama biex jinġarru.

13 “U jridu jnaddfu l-​irmied bix-​xaħam fuqu* minn fuq l-​artal+ u jifirxu biċċa drapp tas-​suf miżbugħ vjola ħamrani fuqu. 14 U jqiegħdu fuqu l-​għodod kollha tiegħu li bihom jaqdu regolarment fuqu, ir-​reċipjenti għall-​ġamar, il-​frieket, il-​pali, u l-​iskutelli, l-​għodod kollha taʼ l-​artal;+ u jifirxu fuqu għata tal-​ġlud tal-​bumerin u jdaħħlulu l-​lasti.+

15 “U Aron u wliedu jridu jkunu lestew jgħattu l-​affarijiet tal-​post qaddis+ u l-​għodod+ kollha tal-​post qaddis meta jkun se jitlaq il-​kamp, u mbagħad jidħlu wlied Keħat biex iġorruhom,+ imma ma jridux imissu+ l-​affarijiet tal-​post qaddis, għax inkella jmutu. Dawn l-​affarijiet huma t-​tagħbija taʼ wlied Keħat fit-​tinda tal-​laqgħa.+

16 “U Elegħażar, bin Aron, il-​qassis, irid jieħu ħsieb+ iż-​żejt+ tad-​dawwala, l-​inċens ifuħ,+ l-​offerta tal-​qmuħ offruta regolarment,+ u ż-​żejt tad-​dlik,+ u jieħu ħsieb ukoll it-​tabernaklu kollu u kulma fih, jiġifieri, il-​post qaddis u l-​għodod tiegħu.”

17 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u lil Aron u jgħidilhom: 18 “Tħallux it-​tribù tal-​familji tal-​Keħatin+ jinqatgħu minn fost il-​Leviti. 19 Imma agħmlu dan għalihom sabiex jibqgħu ħajjin u ma jmutux talli jersqu lejn l-​affarijiet l-​iktar imqaddsin.+ Jidħlu Aron u wliedu, u jagħtuhom lil kull wieħed is-​servizz tiegħu u t-​tagħbija tiegħu. 20 U m’għandhomx jidħlu jaraw l-​affarijiet imqaddsin, lanqas għal mument wieħed biss, għax inkella jmutu.”+

21 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 22 “Għodd lil ulied Gerson,+ iva, għoddhom skond dar missirijiethom, skond il-​familji tagħhom. 23 Minn tletin sena ’l fuq sa ħamsin sena tirreġistrahom,+ lil dawk kollha li jiġu biex jidħlu fil-​grupp tas-​servizz ħalli jagħtu servizz fit-​tinda tal-​laqgħa. 24 Dan hu s-​servizz tal-​familji tal-​Gersonin biex jaqdu u biex iġorru.+ 25 U jridu jġorru d-​drappijiet+ tat-​tined tat-​tabernaklu u t-​tinda tal-​laqgħa,+ l-​għata tagħha+ u l-​għata tal-​ġild tal-​bumerin+ li qiegħed fuqnett fuqha, u l-​purtiera+ tad-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa, 26 u l-​purtieri+ tal-​bitħa u l-​purtiera tad-​daħla+ tal-​bieb tal-​bitħa li hi dawramejt mat-​tabernaklu u maʼ l-​artal, u l-​ħbula tat-​tined tagħhom u l-​għodod tas-​servizz kollu tagħhom, u l-​affarijiet kollha li bihom isir ix-​xogħol regolarment. Dan ikun is-​servizz tagħhom. 27 Skond l-​ordni t’Aron u taʼ wliedu+ għandu jsir is-​servizz kollu taʼ wlied il-​Gersonin+ rigward it-​tagħbijiet kollha tagħhom u s-​servizz kollu tagħhom, u tridu tagħtuhom it-​tagħbijiet kollha tagħhom bħala obbligu. 28 Dan hu s-​servizz tal-​familji taʼ wlied il-​Gersonin+ fit-​tinda tal-​laqgħa, u s-​servizz obbligatorju tagħhom qiegħed taħt id-​direzzjoni taʼ Itamar,+ bin Aron il-​qassis.

29 “U lil ulied Merari+ tirreġistrahom skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom. 30 Minn tletin sena ’l fuq sa ħamsin sena tirreġistrahom, lil dawk kollha li jidħlu fil-​grupp tas-​servizz biex jagħtu s-​servizz fit-​tinda tal-​laqgħa.+ 31 U dan hu l-​obbligu tagħhom, it-​tagħbija tagħhom,+ skond is-​servizz kollu tagħhom fit-​tinda tal-​laqgħa: it-​twavel* tal-​qafas+ tat-​tabernaklu u t-​traversi tiegħu,+ il-​kolonni,+ u l-​pedestalli bl-​ingast tiegħu,+ 32 u l-​pilastri+ tal-​bitħa dawramejt u l-​pedestalli bl-​ingast,+ l-​imsiemer tat-​tined,+ u l-​ħbula tat-​tined tagħhom flimkien mat-​tagħmir kollu u s-​servizz kollu tagħhom. U skond ismijiethom tagħtuhom it-​tagħmir li għandhom l-​obbligu li jġorru.+ 33 Dan hu s-​servizz tal-​familji taʼ wlied Merari+ skond is-​servizz kollu tagħhom fit-​tinda tal-​laqgħa, taħt id-​direzzjoni taʼ Itamar, bin Aron il-​qassis.”+

34 U Mosè u Aron u l-​kapijiet ewlenin+ tal-​ġemgħa rreġistraw lil ulied il-​Keħatin+ skond il-​familji tagħhom u skond dar missirijiethom, 35 minn tletin+ sena ’l fuq sa ħamsin sena,+ dawk kollha li daħlu fil-​grupp tas-​servizz biex jagħtu s-​servizz fit-​tinda tal-​laqgħa.+ 36 U l-​uħud reġistrati skond il-​familji tagħhom kienu elfejn, sebaʼ mija u ħamsin.+ 37 Dawn huma l-​uħud reġistrati+ minn fost il-​familji tal-​Keħatin, dawk kollha li jaqdu fit-​tinda tal-​laqgħa u li ġew reġistrati minn Mosè u Aron skond l-​ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.

38 U l-​uħud reġistrati taʼ wlied Gerson+ skond il-​familji tagħhom u skond dar missirijiethom, 39 minn tletin sena ’l fuq sa ħamsin sena, dawk kollha li daħlu fil-​grupp tas-​servizz biex jagħtu s-​servizz fit-​tinda tal-​laqgħa,+ 40 l-uħud reġistrati skond il-​familji tagħhom, skond dar missirijiethom, kienu elfejn, sitt mija u tletin.+ 41 Dawn kienu l-​uħud reġistrati minn fost il-​familji taʼ wlied Gerson, dawk kollha li jaqdu fit-​tinda tal-​laqgħa u li ġew reġistrati minn Mosè u Aron skond l-​ordni taʼ Ġeħova.+

42 U l-​uħud reġistrati minn fost il-​familji taʼ wlied Merari skond il-​familji tagħhom, skond dar missirijiethom, 43 minn tletin sena ’l fuq sa ħamsin sena, dawk kollha li daħlu fil-​grupp tas-​servizz biex jagħtu s-​servizz fit-​tinda tal-​laqgħa,+ 44 l-uħud reġistrati skond il-​familji tagħhom kienu tlett elef u mitejn.+ 45 Dawn kienu l-​uħud reġistrati minn fost il-​familji taʼ wlied Merari, li ġew reġistrati minn Mosè u Aron skond l-​ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.+

46 L-uħud reġistrati kollha li Mosè u Aron u l-​kapijiet ewlenin taʼ Israel irreġistraw bħala Leviti skond il-​familji tagħhom u skond dar missirijiethom, 47 minn tletin sena ’l fuq sa ħamsin sena,+ dawk kollha li ġew biex jagħtu s-​servizz taʼ strapazz u s-​servizz tal-​ġarr tat-​tagħbijiet fit-​tinda tal-​laqgħa,+ 48 l-uħud reġistrati minn fosthom kienu tmint elef, ħames mija u tmenin.+ 49 Ġew reġistrati skond l-​ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè, kull wieħed skond is-​servizz tiegħu u t-​tagħbija tiegħu; u ġew reġistrati sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+

5 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Ordna lil ulied Israel biex jibagħtu ’l barra mill-​kamp lil kulmin ikun imġiddem+ u kulmin ikollu tisfija+ kontinwa u kulmin ma jkunx nadif għax ikun mess xi ruħ mejta.+ 3 Sew jekk ikun raġel u sew jekk tkun mara għandkom twarrbuhom. Għandkom twarrbuhom ’il barra mill-​kamp,+ sabiex ma jniġġsux+ il-​kampijiet taʼ dawk li qed ngħammar f’nofshom.”+ 4 U wlied Israel hekk għamlu, saħansitra warrbuhom ’il barra mill-​kamp. Sewwasew bħalma Ġeħova kien qal lil Mosè, hekk għamlu wlied Israel.

5 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 6 “Għid lil ulied Israel, ‘Jekk xi ħadd, raġel jew mara, jagħmel wieħed mid-​dnubiet kollha li jagħmlu l-​bnedmin billi jwettaq att taʼ infedeltà kontra Ġeħova, din ir-​ruħ issir ħatja.+ 7 U jrid jistqarr+ dnubu li jkun għamel u jrid jagħti lura l-​ammont sħiħ bħala kumpens għall-​ħtija tiegħu, u wkoll iżid miegħu wieħed minn kull ħamsa,+ u jrid jagħtih lil dak li hu jkun dineb kontrih. 8 Imma jekk dan taʼ l-​aħħar ma jkollux min jiġi minnu mill-​qrib li lilu jkun jistaʼ jingħata lura l-​ammont tal-​ħtija, l-​ammont tal-​ħtija għandu jingħata lura lil Ġeħova u jkun tal-​qassis, minbarra l-​muntun tat-​tpattija li bih jagħmel tpattija għalih.+

9 “‘U kull kontribuzzjoni+ taʼ l-​affarijiet imqaddsin+ kollha taʼ wlied Israel, li huma jippreżentaw lill-​qassis, għandha ssir tiegħu.+ 10 U l-​affarijiet imqaddsin li kull wieħed ikollu, dawn jibqgħu tiegħu. Kulma jagħti lill-​qassis, dak isir tiegħu.’”

11 U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 12 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Jekk mart xi raġel tiżbalja billi twettaq att taʼ infedeltà kontrih,+ 13 u raġel ieħor jimtedd magħha u jkollu relazzjoni sesswali magħha,*+ u dan il-​fatt ikun moħbi minn għajnejn żewġha+ u baqaʼ ma nkixifx, u hi, min-​naħa tagħha, tkun tniġġset imma ma jkunx hemm xhud kontriha, u hi nfisha ma nqabditx; 14 u l-​ispirtu taʼ l-​għira+ daħal fih, u beda jissuspetta mill-​fedeltà taʼ martu, u hi tkun tniġġset, jew l-​ispirtu taʼ l-​għira daħal fih, u beda jissuspetta mill-​fedeltà taʼ martu, imma hi ma tkunx tniġġset; 15 imbagħad ir-​raġel irid jieħu lil martu għand il-​qassis+ u magħha jieħu wkoll l-​offerta għaliha, wieħed minn għaxra t’efa dqiq tax-​xgħir. Ma jridx isawwab żejt fuqha u lanqas iqiegħed inċens abjad+ fuqha, għaliex tkun offerta tal-​qmuħ taʼ l-​għira, offerta tal-​qmuħ tat-​tifkira biex tfakkar l-​iżball.

16 “‘U l-​qassis irid iressaq lilha u jqegħedha quddiem Ġeħova.+ 17 U l-​qassis jieħu l-​ilma qaddis f’reċipjent tal-​fuħħar, u l-​qassis jieħu ftit mit-​trab li jkun hemm fl-​art tat-​tabernaklu, u jitfgħu fl-​ilma. 18 U l-​qassis iqiegħed lill-​mara quddiem Ġeħova u jħoll ix-​xagħar taʼ ras il-​mara u fuq il-​pali taʼ idejha jqegħdilha l-​offerta tal-​qmuħ tat-​tifkira, jiġifieri, l-​offerta tal-​qmuħ taʼ l-​għira,+ u l-​qassis għandu jkollu f’idu l-​ilma morr li jġib is-​saħta.+

19 “‘U l-​qassis iġegħelha taħlef, u jrid jgħid lill-​mara: “Jekk ebda raġel ma mtedd miegħek u jekk waqt li kont taħt l-​awtorità taʼ żewġek+ ma żbaljajtx u ma wettaqt ebda nuqqas taʼ ndafa, kun ħielsa mill-​effett taʼ dan l-​ilma morr li jġib is-​saħta. 20 Imma int, jekk żbaljajt waqt li kont taħt l-​awtorità taʼ żewġek+ u jekk tniġġist u xi raġel kellu relazzjoni sesswali miegħek,*+ minbarra żewġek,—” 21 Il-qassis issa jrid iġiegħel lill-​mara taħlef b’ħalfa li tinvolvi s-​saħta,+ u l-​qassis irid jgħid lill-​mara: “Jalla Ġeħova jqiegħdek bħala saħta u ħalfa f’nofs niesek billi Ġeħova jnixxiflek koxxtok,*+ u jneffaħlek żaqqek. 22 U dan l-​ilma li jġib is-​saħta jrid jidħol fi msarnek biex ineffaħlek żaqqek u jnixxiflek koxxtok.” Għal dan, il-​mara tgħid: “Amen! Amen!”

23 “‘U l-​qassis jikteb dawn is-​saħtiet fil-​ktieb+ u jħassarhom+ fl-​ilma morr. 24 U jġiegħel lill-​mara tixrob l-​ilma morr li jġib is-​saħta,+ u l-​ilma li jġib is-​saħta jrid jidħol fiha bħala xi ħaġa li ġġib l-​imrar. 25 U l-​qassis jieħu l-​offerta tal-​qmuħ+ taʼ l-​għira minn id il-​mara u jxejjer l-​offerta tal-​qmuħ ’l hemm u ’l hawn quddiem Ġeħova, u jiħodha ħdejn l-​artal. 26 U l-​qassis irid jaqbad ftit mill-​offerta tal-​qmuħ bħala tfakkira+ għaliha u jaħarqu* fuq l-​artal, u mbagħad iġiegħel lill-​mara tixrob l-​ilma. 27 Meta jkun ġegħelha tixrob l-​ilma, irid iseħħ ukoll li jekk hi tkun tniġġset billi wettqet att taʼ infedeltà lejn żewġha,+ l-​ilma li jġib is-​saħta jrid jidħol fiha bħala xi ħaġa li ġġib l-​imrar, u żaqqha tintefaħ, u tinxfilha koxxitha u l-​mara ssir saħta fost niesha.+ 28 Madankollu, jekk il-​mara ma tkunx tniġġset imma tkun nadifa, tkun ħielsa minn dan il-​kastig;+ u żewġha jrid joħroġha tqila.

29 “‘Din hi l-​liġi dwar l-​għira,+ meta mara tiżbalja+ waqt li tkun taħt l-​awtorità taʼ żewġha,+ u titniġġes, 30 jew meta raġel jidħol fih l-​ispirtu taʼ l-​għira, u jissuspetta li martu wettqet xi att taʼ infedeltà; u hu jrid iqiegħed lil martu quddiem Ġeħova, u l-​qassis jagħmlilha kulma titlob din il-​liġi. 31 U r-​raġel ma jkunx ħati taʼ l-​iżball, imma din il-​mara trid twieġeb għall-​iżball tagħha.’”

6 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Jekk xi ħadd, raġel jew mara, jagħmel wegħda speċjali biex jgħix bħala Nażirit*+ għal Ġeħova, 3 għandu jiċċaħħad mill-​inbid u mix-​xorb li jsakkar. La għandu jixrob il-​ħall taʼ l-​inbid jew il-​ħall tax-​xorb li jsakkar,+ la jixrob xi likwidu magħmul mill-​għeneb, u lanqas jiekol l-​għeneb frisk jew niexef. 4 Il-jiem kollha tiegħu bħala Nażirit m’għandu jiekol assolutament xejn li jsir mid-​dielja taʼ l-​inbid, mill-​għeneb mhux misjur sal-​qxur.

5 “‘Il-​jiem kollha tal-​wegħda tiegħu bħala Nażirit ebda mus m’għandu jgħaddi minn fuq rasu;+ sakemm jgħaddu l-​jiem kollha li għandu jkun imwarrab apparti għal Ġeħova, għandu juri li hu qaddis billi jħalli n-​nokkli+ tax-​xagħar taʼ rasu jikbru. 6 Il-jiem kollha li jżomm lilu nnifsu separat għal Ġeħova ma jistax jersaq lejn xi ruħ mejta.+ 7 Lanqas għal missieru jew għal ommu jew għal ħuh jew għal oħtu m’għandu jitniġġes meta jmutu,+ għaliex fuq rasu għandu s-​sinjal tiegħu bħala Nażirit għal Alla tiegħu.

8 “‘Il-​jiem kollha tiegħu bħala Nażirit hu jkun qaddis għal Ġeħova. 9 Imma jekk xi ħadd imut għal għarrieda maġenbu,+ u b’hekk ikun niġġes rasu bħala Nażirit, irid iqaxxar+ rasu dakinhar li tiġi stabbilita l-​purifikazzjoni tiegħu. Fis-​sebaʼ jum għandu jqaxxarha. 10 U fit-​tmien jum għandu jġib żewġ gamimiet jew żewġ bċieċen lill-​qassis fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa.+ 11 U l-​qassis irid joffri wieħed bħala offerta għad-​dnub+ u l-​ieħor bħala offerta tal-​ħruq+ u jagħmel tpattija għalih, ladarba dan ikun dineb minħabba r-​ruħ mejta. Imbagħad dakinhar in-​Nażirit irid iqaddes rasu. 12 U jrid jgħix bħala Nażirit+ għal Ġeħova l-​jiem kollha li fihom ikun Nażirit, u jrid iġib muntun żgħir fl-​ewwel sena tiegħu bħala offerta għall-​ħtija;+ u l-​jiem taʼ qabel ma jingħaddux għaliex ikun tniġġes waqt li jkun Nażirit.

13 “‘Issa din hi l-​liġi dwar in-​Nażirit: Dakinhar li jintemmu l-​jiem tiegħu+ bħala Nażirit, hu jittieħed fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa. 14 U jrid jippreżenta bħala l-​offerta tiegħu lil Ġeħova muntun żgħir wieħed, bla difett, fl-​ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-​ħruq,+ u ħarufa waħda, bla difett, fl-​ewwel sena tagħha bħala offerta għad-​dnub,+ u muntun wieħed, bla difett, bħala sagrifiċċju taʼ sħubija,*+ 15 u qoffa ftajjar tad-​dqiq fin bla ħmira,+ miblulin fiż-​żejt,+ u galletti bla ħmira midlukin biż-​żejt,+ u l-​offerta tal-​qmuħ+ li joffru magħhom u l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom.+ 16 U l-​qassis irid jippreżentahom quddiem Ġeħova u joffri l-​offerta għad-​dnub u l-​offerta tal-​ħruq.+ 17 U joffri l-​muntun bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ lil Ġeħova flimkien mal-​qoffa tal-​ħobż bla ħmira; u l-​qassis irid joffri l-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerta tax-​xorb tal-​muntun.

18 “‘U n-​Nażirit irid iqaxxar+ rasu bħala Nażirit fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa, u jrid jieħu x-​xagħar taʼ rasu bħala Nażirit u jpoġġih fuq in-​nar li qiegħed taħt is-​sagrifiċċju taʼ sħubija. 19 U l-​qassis jieħu spalla msajra+ minn tal-​muntun u ftira waħda bla ħmira mill-​qoffa, u galletta waħda bla ħmira,+ u jqegħedhom fuq il-​pali taʼ idejn in-​Nażirit wara li jkun tqaxxarlu s-​sinjal tiegħu bħala Nażirit. 20 U l-​qassis irid ixejjirhom ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir quddiem Ġeħova.+ Din hi xi ħaġa qaddisa għall-​qassis, flimkien mas-​sidra+ taʼ l-​offerta tat-​tixjir u mas-​sieq mogħtija bħala kontribuzzjoni.+ U mbagħad in-​Nażirit ikun jistaʼ jixrob l-​inbid.+

21 “‘Jekk Nażirit+ iwiegħed lil Ġeħova li jagħmel offerti li jkun jiflaħ jagħmilhom, minbarra dawk li diġà kienu meħtiġin minnu, għandu jaġixxi fi qbil maʼ dak li wiegħed. Din hi l-​liġi tan-​Nażirit.’”

22 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 23 “Kellem lil Aron u lil uliedu, u għidilhom, ‘Hekk għandkom tberkuhom+ lil ulied Israel, billi tgħidulhom:

24 “Jalla Ġeħova jbierkek+ u jħarsek.+

25 Jalla Ġeħova jġiegħel wiċċu jiddi lejk,+ u jurik il-​ħniena.+

26 Jalla Ġeħova jerfaʼ wiċċu lejk+ u jagħtik is-​sliem.”’+

27 U jridu jqiegħdu ismi+ fuq ulied Israel, biex inberikhom jien stess.”+

7 Issa ġara li, dakinhar li Mosè temm jibni t-​tabernaklu,+ hu dilek+ u qaddes lilu u t-​tagħmir kollu tiegħu kif ukoll l-​artal u l-​għodod kollha tiegħu. B’hekk, dilikhom u qaddishom.+ 2 Imbagħad il-​kapijiet ewlenin taʼ Israel,+ il-​kapijiet taʼ dar missirijiethom, billi kienu l-​kapijiet ewlenin tat-​tribujiet u kienu fuq in-​nies li ġew reġistrati, ippreżentaw+ 3 u ġabu l-​offerta tagħhom quddiem Ġeħova, sitt karrijiet mgħottijin u tnax-il barri, karru għal żewġ kapijiet ewlenin u barri għal kull wieħed minnhom; u ppreżentawhom quddiem it-​tabernaklu. 4 U Ġeħova qal lil Mosè: 5 “Aċċettahom mingħandhom, għax iridu jservu biex jitwettaq is-​servizz tat-​tinda tal-​laqgħa, u agħtihom lil-​Leviti, kull wieħed skond is-​servizz tiegħu stess.”

6 Għalhekk, Mosè aċċetta l-​karrijiet u l-​barrin u tahom lil-​Leviti. 7 Żewġ karrijiet u erbaʼ barrin tahom lil ulied Gerson skond is-​servizz tagħhom,+ 8 u erbaʼ karrijiet u tmien barrin tahom lil ulied Merari skond is-​servizz tagħhom,+ taħt id-​direzzjoni taʼ Itamar, bin Aron il-​qassis.+ 9 Imma lil ulied Keħat ma tahom xejn, għaliex kellhom iġorru t-​tagħmir użat fil-​post qaddis,+ u ġarrew kollox fuq spallejhom.+

10 Issa l-​kapijiet ewlenin ippreżentaw kollox fl-​inawgurazzjoni+ taʼ l-​artal dakinhar li ġie midluk, u l-​kapijiet ewlenin ippreżentaw l-​offerta tagħhom quddiem l-​artal. 11 Għalhekk, Ġeħova qal lil Mosè: “Kap ewlieni wieħed f’jum wieħed u kap ewlieni ieħor f’jum ieħor hu l-​mod kif għandhom jippreżentaw l-​offerta tagħhom għall-​inawgurazzjoni taʼ l-​artal.”+

12 Issa dak li ppreżenta l-​offerta tiegħu fl-​ewwel jum kien Naħson,+ bin Għamminadab, mit-​tribù taʼ Ġuda. 13 U l-​offerta tiegħu kienet platt tal-​fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-​fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-​xekel tal-​post qaddis,+ it-​tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-​żejt bħala offerta tal-​qmuħ;+ 14 kies tad-​deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;+ 15 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-​ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-​ħruq;+ 16 gidi bħala offerta għad-​dnub;+ 17 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-​offerta taʼ Naħson, bin Għamminadab.+

18 Fit-tieni jum Netanel,+ bin Sugħar, il-​kap ewlieni taʼ Issakar, ippreżenta l-​offerta. 19 Hu ppreżenta bħala l-​offerta tiegħu platt tal-​fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-​fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-​xekel tal-​post qaddis, it-​tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-​żejt bħala offerta tal-​qmuħ;+ 20 kies tad-​deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens; 21 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-​ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-​ħruq;+ 22 gidi bħala offerta għad-​dnub;+ 23 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-​offerta taʼ Netanel, bin Sugħar.

24 Fit-tielet jum kien hemm il-​kap ewlieni għal ulied Żebulun, Eljab,+ bin Ħelon. 25 L-offerta tiegħu kienet platt tal-​fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-​fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-​xekel tal-​post qaddis, it-​tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-​żejt bħala offerta tal-​qmuħ; 26 kies tad-​deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens; 27 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-​ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-​ħruq;+ 28 gidi bħala offerta għad-​dnub;+ 29 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-​offerta t’Eljab, bin Ħelon.+

30 Fir-rabaʼ jum kien hemm il-​kap ewlieni għal ulied Ruben, Elisur,+ bin Sedewr. 31 L-offerta tiegħu kienet platt tal-​fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-​fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-​xekel tal-​post qaddis, it-​tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-​żejt bħala offerta tal-​qmuħ;+ 32 kies tad-​deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens; 33 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-​ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-​ħruq;+ 34 gidi bħala offerta għad-​dnub;+ 35 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-​offerta t’Elisur, bin Sedewr.+

36 Fil-ħames jum kien hemm il-​kap ewlieni għal ulied Simegħon, Selumjel,+ bin Surisaddaj. 37 L-offerta tiegħu kienet platt tal-​fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-​fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-​xekel tal-​post qaddis, it-​tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-​żejt bħala offerta tal-​qmuħ;+ 38 kies tad-​deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens; 39 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-​ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-​ħruq;+ 40 gidi bħala offerta għad-​dnub;+ 41 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-​offerta taʼ Selumjel, bin Surisaddaj.+

42 Fis-sitt jum kien hemm il-​kap ewlieni għal ulied Gad, Eljasaf,+ bin Degħwel. 43 L-offerta tiegħu kienet platt tal-​fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-​fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-​xekel tal-​post qaddis, it-​tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-​żejt bħala offerta tal-​qmuħ;+ 44 kies tad-​deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;+ 45 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-​ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-​ħruq;+ 46 gidi bħala offerta għad-​dnub;+ 47 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-​offerta t’Eljasaf, bin Degħwel.+

48 Fis-sebaʼ jum kien hemm il-​kap ewlieni għal ulied Efrajm, Elisama,+ bin Għammiħud. 49 L-offerta tiegħu kienet platt tal-​fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-​fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-​xekel tal-​post qaddis, it-​tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-​żejt bħala offerta tal-​qmuħ;+ 50 kies tad-​deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens; 51 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-​ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-​ħruq;+ 52 gidi bħala offerta għad-​dnub;+ 53 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-​offerta t’Elisama, bin Għammiħud.+

54 Fit-tmien jum kien hemm il-​kap ewlieni għal ulied Manasse, Gamaljel,+ bin Pedaħsur. 55 L-offerta tiegħu kienet platt tal-​fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-​fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-​xekel tal-​post qaddis, it-​tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-​żejt bħala offerta tal-​qmuħ;+ 56 kies tad-​deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;+ 57 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-​ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-​ħruq;+ 58 gidi bħala offerta għad-​dnub;+ 59 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-​offerta taʼ Gamaljel, bin Pedaħsur.+

60 Fid-disaʼ jum kien hemm il-​kap ewlieni+ għal ulied Benjamin, Abidan,+ bin Gidegħoni. 61 L-offerta tiegħu kienet platt tal-​fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-​fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-​xekel tal-​post qaddis, it-​tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-​żejt bħala offerta tal-​qmuħ;+ 62 kies tad-​deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens; 63 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-​ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-​ħruq;+ 64 gidi bħala offerta għad-​dnub;+ 65 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-​offerta t’Abidan, bin Gidegħoni.+

66 Fl-għaxar jum kien hemm il-​kap ewlieni għal ulied Dan, Aħigħeżer,+ bin Għammisaddaj. 67 L-offerta tiegħu kienet platt tal-​fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-​fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-​xekel tal-​post qaddis, it-​tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-​żejt bħala offerta tal-​qmuħ;+ 68 kies tad-​deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens; 69 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-​ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-​ħruq;+ 70 gidi bħala offerta għad-​dnub;+ 71 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-​offerta t’Aħigħeżer, bin Għammisaddaj.+

72 Fil-ħdax-il jum kien hemm il-​kap ewlieni għal ulied Aser, Paggħijel,+ bin Għokran. 73 L-offerta tiegħu kienet platt tal-​fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-​fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-​xekel tal-​post qaddis, it-​tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-​żejt bħala offerta tal-​qmuħ;+ 74 kies tad-​deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;+ 75 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-​ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-​ħruq;+ 76 gidi bħala offerta għad-​dnub;+ 77 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-​offerta taʼ Paggħijel, bin Għokran.+

78 Fit-tnax-il jum kien hemm il-​kap ewlieni għal ulied Naftali, Aħira,+ bin Għenan. 79 L-offerta tiegħu kienet platt tal-​fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-​fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-​xekel tal-​post qaddis, it-​tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-​żejt bħala offerta tal-​qmuħ;+ 80 kies tad-​deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;+ 81 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-​ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-​ħruq;+ 82 gidi bħala offerta għad-​dnub;+ 83 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-​offerta t’Aħira, bin Għenan.+

84 Din kienet l-​offerta taʼ l-​inawgurazzjoni+ taʼ l-​artal dakinhar li ġie midluk, min-​naħa tal-​kapijiet ewlenin+ taʼ Israel: tnax-il platt tal-​fidda, tnax-il skutella tal-​fidda,+ tnax-il kies tad-​deheb; 85 mija u tletin xekel għal kull platt tal-​fidda, u sebgħin għal kull skutella, u b’hekk il-​fidda kollha tar-​reċipjenti kienet elfejn u erbaʼ mitt xekel, skond ix-​xekel tal-​post qaddis;+ 86 it-tnax-il kies tad-​deheb+ mimlijin inċens kienu għaxar xwiekel għal kull kies, skond ix-​xekel tal-​post qaddis, u b’hekk id-​deheb kollu tal-​kwies kien mija u għoxrin xekel; 87 il-bhejjem kollha għall-​offerta tal-​ħruq+ kienu tnax-il barri, tnax-il muntun, tnax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena u l-​offerti tal-​qmuħ li joffru magħhom,+ u tnax-il gidi għal offerta għad-​dnub;+ 88 u l-​bhejjem kollha tas-​sagrifiċċju taʼ sħubija+ kienu erbgħa u għoxrin barri, sittin muntun, sittin bodbod, sittin ħaruf kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-​offerta taʼ l-​inawgurazzjoni+ taʼ l-​artal wara li ġie midluk.+

89 Issa kulmeta Mosè kien jidħol fit-​tinda tal-​laqgħa biex jitkellem miegħu,+ kien jismaʼ l-​leħen jitkellem miegħu minn fuq l-​għatu+ li kien hemm fuq l-​arka tat-​testimonjanza, minn bejn iż-​żewġ kerubini;+ u kien ikellmu.

8 U Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 2 “Kellem lil Aron, u għidlu, ‘Kulmeta tixgħel l-​imsiebaħ, is-​sebaʼ msiebaħ għandhom idawlu l-​parti taʼ quddiem il-​gandlier.’”+ 3 U Aron beda jagħmel hekk. Xegħel l-​imsiebaħ biex idawwal il-​parti taʼ quddiem il-​gandlier,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 4 Issa hekk kien maħdum il-​gandlier. Kien tad-​deheb maħdum bil-​martell. Sal-​ġnub tiegħu u l-​petali tiegħu kienu maħdumin bil-​martell.+ Skond il-​viżjoni+ li Ġeħova kien wera lil Mosè, hekk għamlu l-​gandlier.

5 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 6 “Ħu l-​Leviti minn fost ulied Israel, u naddafhom.+ 7 U hekk għandek tagħmlilhom biex tnaddafhom: Roxx fuqhom ilma li jnaddaf id-​dnub,+ u minn fuq ġisimhom kollu+ jrid jgħaddi l-​mus u jridu jaħslu ħwejjiġhom+ u jitnaddfu.+ 8 Imbagħad jieħdu barri+ żgħir u l-​offerta tal-​qmuħ+ li joffru miegħu taʼ dqiq fin miblul fiż-​żejt, u int tieħu barri żgħir ieħor għal offerta għad-​dnub.+ 9 U trid tippreżenta l-​Leviti quddiem it-​tinda tal-​laqgħa u laqqaʼ lill-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel.+ 10 U trid tippreżenta l-​Leviti quddiem Ġeħova, u wlied Israel iridu jqiegħdu+ idejhom fuq il-​Leviti.+ 11 U Aron irid iġiegħel lil-​Leviti jitħarrku ’l hemm u ’l hawn quddiem Ġeħova bħala offerta tat-​tixjir+ mingħand ulied Israel, u huma jridu jaqdu biex iwettqu s-​servizz taʼ Ġeħova.+

12 “Imbagħad il-​Leviti jqiegħdu idejhom fuq l-​irjus tal-​barrin.+ Wara dan, offri wieħed bħala offerta għad-​dnub u l-​ieħor bħala offerta tal-​ħruq lil Ġeħova biex tagħmel tpattija+ għal-​Leviti. 13 U qabbad lil-​Leviti jieqfu quddiem Aron u wliedu u ġegħelhom jitħarrku ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir lil Ġeħova. 14 U warrab apparti lil-​Leviti minn fost ulied Israel, u l-​Leviti jsiru tiegħi.+ 15 U mbagħad il-​Leviti jidħlu jaqdu fit-​tinda tal-​laqgħa.+ Għalhekk, trid tnaddafhom u ġġegħelhom jitħarrku ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir.+ 16 Għax huma wħud mogħtijin,* mogħtijin lili minn fost ulied Israel.+ Irrid niħodhom għalija nnifsi minflok dawk kollha li jiftħu l-​ġuf, l-​ewwel imweldin kollha taʼ wlied Israel.+ 17 Għax kull l-​ewwel imwieled fost ulied Israel hu tiegħi, fost il-​bnedmin u fost il-​bhejjem.+ Dakinhar li lqatt lil kull l-​ewwel imwieled fl-​art taʼ l-​Eġittu+ qaddisthom għalija nnifsi.+ 18 U se nieħu l-​Leviti minflok l-​ewwel imweldin kollha fost ulied Israel.+ 19 U nagħti l-​Leviti bħala wħud mogħtijin lil Aron u lil uliedu minn fost ulied Israel,+ biex iwettqu s-​servizz taʼ wlied Israel fit-​tinda tal-​laqgħa+ u biex jagħmlu tpattija għal ulied Israel, sabiex ma jseħħ ebda kastig fost ulied Israel+ minħabba li wlied Israel jersqu lejn il-​post qaddis.”

20 U Mosè u Aron u l-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel hekk għamlulhom lil-​Leviti. Fi qbil maʼ dak kollu li Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè rigward il-​Leviti, hekk għamlulhom ulied Israel. 21 Għalhekk, il-​Leviti ppurifikaw+ lilhom infushom u ħaslu ħwejjiġhom, u mbagħad Aron ġegħelhom jitħarrku ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir quddiem Ġeħova.+ Imbagħad Aron għamel tpattija għalihom biex inaddafhom.+ 22 Kien minn dakinhar li l-​Leviti daħlu biex iwettqu s-​servizz tagħhom fit-​tinda tal-​laqgħa quddiem Aron u wliedu.+ Bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè dwar il-​Leviti, hekk għamlulhom.

23 Ġeħova issa kellem lil Mosè u qallu: 24 “Dan hu li japplika għal-​Leviti: Minn ħamsa u għoxrin sena ’l fuq il-​Levita jiġi biex jidħol fil-​miġemgħa fis-​servizz tat-​tinda tal-​laqgħa. 25 Imma meta jagħlaq il-​ħamsin sena jirtira mill-​miġemgħa tas-​servizz u ma jaqdix iktar. 26 U jrid jaqdi lil ħutu fit-​tinda tal-​laqgħa billi jieħu ħsieb l-​obbligu, imma ma jagħti ebda servizz. Hekk għandek tagħmlilhom lil-​Leviti fl-​obbligi tagħhom.”+

9 U Ġeħova kellem lil Mosè fix-​xagħri tas-​Sinaj fit-​tieni sena mill-​ħruġ tagħhom mill-​art taʼ l-​Eġittu, fl-​ewwel xahar,+ u qallu: 2 “Issa wlied Israel għandhom iħejju s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż+ fiż-​żmien stabbilit għalih.+ 3 Fl-erbatax taʼ dan ix-​xahar bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam+ għandkom tħejjuh fiż-​żmien stabbilit għalih. Skond l-​istatuti kollha tiegħu u l-​proċeduri regulari kollha tiegħu għandkom tħejjuh.”+

4 Għalhekk, Mosè kellem lil ulied Israel biex iħejju s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż. 5 Imbagħad ħejjew is-​sagrifiċċju tal-​Qbiż fl-​ewwel xahar, fl-​erbatax tax-​xahar bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam, fix-​xagħri tas-​Sinaj. Skond kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè, hekk għamlu wlied Israel.+

6 Issa kien hemm xi rġiel li ma baqgħux nodfa għax messew ruħ mejta,+ u b’hekk ma setgħux iħejju s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż dakinhar. Għalhekk, dakinhar ippreżentaw lilhom infushom quddiem Mosè u Aron.+ 7 Imbagħad dawk l-​irġiel qalulu: “Għalkemm m’aħniex nodfa għax messejna ruħ mejta, għala għandna niġu mċaħħdin milli nippreżentaw l-​offerta+ lil Ġeħova fiż-​żmien stabbilit tagħha f’nofs ulied Israel?” 8 U Mosè wiġibhom: “Oqogħdu hemm, ħa nara x’se jikkmanda Ġeħova dwarkom.”+

9 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 10 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Għalkemm xi raġel minnkom jew mill-​ġenerazzjonijiet tagħkom ma jibqax nadif għax imiss ruħ mejta+ jew ikun fuq xi vjaġġ ’il bogħod, hu wkoll irid iħejji s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż lil Ġeħova. 11 Fit-tieni xahar,+ fl-​erbatax-il jum bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam għandhom iħejjuh. Flimkien mal-​ħobż bla ħmira u l-​ħxejjex morri għandhom jikluh.+ 12 Ma jridu jħallu xejn minnu għal fil-​għodu,+ u m’għandhom jiksrulu ebda għadma.+ Skond l-​istatut kollu tal-​Qbiż għandhom iħejjuh.+ 13 Imma jekk ir-​raġel ikun nadif jew ma jkunx fuq xi vjaġġ u jonqos li jħejji s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż, dan ir-​raġel* irid jiġi maqtugħ minn mal-​poplu tiegħu,+ għaliex ma jkunx ippreżenta l-​offerta taʼ Ġeħova fiż-​żmien stabbilit tagħha. Dan ir-​raġel irid iwieġeb għad-​dnub tiegħu.+

14 “‘U jekk resident barrani jkun qed jgħammar bħala barrani magħkom, hu wkoll irid iħejji s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż lil Ġeħova.+ Hekk għandu jagħmel, skond l-​istatut tal-​Qbiż u skond il-​proċedura regulari tiegħu.+ Għandu jkun hemm statut wieħed għalikom, kemm għar-​resident barrani u kemm għal dak li twieled fil-​pajjiż.’”+

15 Issa dakinhar li twaqqaf it-​tabernaklu+ s-​sħaba għattiet it-​tabernaklu tat-​tinda tat-​Testimonjanza,+ imma fil-​għaxija fuq it-​tabernaklu kien hemm bħal nar+ li baqaʼ sa fil-​għodu. 16 Dejjem hekk kien isir: Is-​sħaba kienet tgħattih bi nhar u n-​nar kien jidher bil-​lejl.+ 17 U kulmeta s-​sħaba kienet titlaʼ ’l fuq minn fuq it-​tinda, ulied Israel kienu jitilqu minnufih,+ u fejn kienet tieqaf is-​sħaba, hemmhekk kienu jikkampjaw ulied Israel.+ 18 Bl-ordni taʼ Ġeħova wlied Israel kienu jitilqu, u bl-​ordni taʼ Ġeħova kienu jikkampjaw.+ Il-​jiem kollha li s-​sħaba kienet tibqaʼ fuq it-​tabernaklu, huma kienu jibqgħu kkampjati. 19 U meta s-​sħaba kienet tibqaʼ ħafna iktar jiem fuq it-​tabernaklu, ulied Israel ukoll kienu jħarsu l-​obbligu tagħhom lejn Ġeħova u ma kinux jitilqu.+ 20 U kultant is-​sħaba kienet tibqaʼ ftit jiem fuq it-​tabernaklu. Bl-​ordni+ taʼ Ġeħova kienu jibqgħu kkampjati, u bl-​ordni taʼ Ġeħova kienu jitilqu. 21 U kultant is-​sħaba+ kienet tibqaʼ minn fil-​għaxija sa fil-​għodu; u s-​sħaba kienet titlaʼ ’l fuq fil-​għodu, u huma kienu jitilqu. Sew jekk kien ikun bi nhar u sew jekk kien ikun bil-​lejl li s-​sħaba titlaʼ ’l fuq, huma wkoll kienu jitilqu.+ 22 Sew jekk kienu jumejn, sew jekk kien xahar, u sew jekk kienu iktar jiem li matulhom is-​sħaba kienet tibqaʼ iktar fuq it-​tabernaklu billi tieqaf fuqu, ulied Israel kienu jibqgħu kkampjati u ma kinux jitilqu, imma meta kienet titlaʼ ’l fuq kienu jitilqu.+ 23 Bl-ordni taʼ Ġeħova kienu jikkampjaw, u bl-​ordni taʼ Ġeħova kienu jitilqu. Huma ħarsu l-​obbligu tagħhom+ lejn Ġeħova bl-​ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.+

10 U Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 2 “Agħmel żewġ trumbetti tal-​fidda.+ Tagħmilhom maħdumin bil-​martell, u jridu jkunu għad-​dispożizzjoni tiegħek biex issejjaħ+ lill-​ġemgħa u biex jiżżarmaw il-​kampijiet għat-​tluq. 3 U meta jdoqquhom it-​tnejn, il-​ġemgħa kollha trid tinġemaʼ fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa biex iżżomm l-​appuntament tagħha miegħek.+ 4 U jekk idoqqu b’waħda biss, il-​kapijiet ewlenin, bħala kapijiet taʼ l-​eluf taʼ Israel, iridu wkoll iżommu l-​appuntament tagħhom miegħek.+

5 “U intom tridu ddoqqu b’ħoss li jogħla u jitbaxxa, u dawk li huma kkampjati lejn il-​lvant iridu jżarmaw il-​kampijiet u jitilqu.+ 6 U ddoqqu b’ħoss li jogħla u jitbaxxa t-​tieni darba, u dawk li huma kkampjati lejn in-​nofsinhar iridu jżarmaw il-​kampijiet u jitilqu.+ Għandhom idoqqu b’ħoss li jogħla u jitbaxxa kull darba li jkun se jitlaq wieħed minnhom.

7 “Issa meta ssejħu biex tiġbru lill-​kongregazzjoni, għandkom iddoqqu,+ imma mhux b’ħoss li jogħla u jitbaxxa. 8 U wlied Aron, il-​qassisin, għandhom idoqqu t-​trumbetti,+ u l-​użu tagħhom irid iservi bħala statut għalikom għal żmien indefinit* matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom.

9 “U jekk tidħlu fi gwerra f’artkom kontra l-​għadu li jkun qed jaħqarkom+ tridu ssemmgħu s-​sejħa għall-​gwerra billi ddoqqu t-​trumbetti,+ u Ġeħova Alla tagħkom żgur li jiftakar fikom u jsalvakom mill-​għedewwa tagħkom.+

10 “U fil-​jum tal-​ferħ tagħkom+ u fl-​istaġuni tal-​festi tagħkom+ u fil-​bidu tax-​xhur tagħkom,+ tridu ddoqqu t-​trumbetti quddiem l-​offerti tal-​ħruq+ u s-​sagrifiċċji taʼ sħubija li toffru;+ u l-​użu tagħhom irid iservi bħala tifkira għalikom quddiem Alla tagħkom. Jien Ġeħova Alla tagħkom.”+

11 Issa ġara li, fit-​tieni sena, fit-​tieni xahar, fl-​għoxrin tax-​xahar,+ is-​sħaba telgħet ’il fuq minn fuq it-​tabernaklu+ tat-​Testimonjanza. 12 U wlied Israel bdew jitilqu mix-​xagħri tas-​Sinaj skond il-​mod stabbilit għat-​tluq tagħhom,+ u s-​sħaba waqfet fix-​xagħri tal-​Faran.+ 13 U bdew jitilqu għall-​ewwel darba, skond l-​ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.+

14 Għalhekk, it-​taqsima taʼ tliet tribujiet tal-​kamp taʼ wlied Ġuda telqet l-​ewwel skond l-​armati tagħhom,+ u Naħson,+ bin Għamminadab, kien fuq din l-​armata. 15 U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Issakar kien hemm Netanel,+ bin Sugħar. 16 U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Żebulun kien hemm Eljab, bin Ħelon.+

17 U nħatt it-​tabernaklu,+ u telqu wlied Gerson+ u wlied Merari+ bħala dawk li kellhom iġorru t-​tabernaklu.

18 U t-​taqsima taʼ tliet tribujiet tal-​kamp taʼ Ruben+ telqet skond l-​armati tagħhom, u Elisur,+ bin Sedewr kien fuq din l-​armata. 19 U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Simegħon+ kien hemm Selumjel,+ bin Surisaddaj. 20 U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Gad kien hemm Eljasaf,+ bin Degħwel.

21 U telqu l-​Keħatin bħala dawk li kellhom iġorru s-​santwarju,+ peress li t-​tabernaklu kien ikun diġà twaqqaf sakemm jaslu huma.

22 U t-​taqsima taʼ tliet tribujiet tal-​kamp taʼ wlied Efrajm+ telqet skond l-​armati tagħhom, u Elisama,+ bin Għammiħud kien fuq din l-​armata. 23 U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Manasse+ kien hemm Gamaljel,+ bin Pedaħsur. 24 U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Benjamin+ kien hemm Abidan,+ bin Gidegħoni.

25 U telqet it-​taqsima taʼ tliet tribujiet tal-​kamp taʼ wlied Dan,+ peress li kienet l-​għassa li timxi wara+ l-​kampijiet kollha skond l-​armati tagħhom, u Aħigħeżer,+ bin Għammisaddaj, kien fuq din l-​armata. 26 U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Aser+ kien hemm Paggħijel,+ bin Għokran. 27 U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Naftali+ kien hemm Aħira,+ bin Għenan. 28 Hekk kien ikun it-​tluq taʼ wlied Israel skond l-​armati tagħhom meta kienu jitilqu.+

29 Imbagħad Mosè qal lil Ħobab, bin Regħwel+ il-​Midjani, il-​kunjatu taʼ Mosè: “Aħna se nitilqu lejn il-​post li dwaru Ġeħova qal, ‘Nagħtihulkom.’+ Ejja magħna, u żgur li nagħmlulek il-​ġid,+ għaliex Ġeħova lissen il-​ġid rigward Israel.”+ 30 Imma hu qallu: “Ma niġix magħkom, imma mmur lejn pajjiżi+ u lejn qrabati.” 31 U Mosè qallu: “Jekk jogħġbok, titlaqniex, għaliex, peress li int tafu tajjeb il-​post fejn se nikkampjaw fix-​xagħri, tkun bħala għajnejn għalina. 32 U jrid iseħħ li jekk tiġi magħna,+ iva, irid iseħħ li bit-​tjubija li biha Ġeħova jagħmlilna l-​ġid, aħna, mill-​banda l-​oħra, nagħmlulek il-​ġid.”

33 Għalhekk, telqu minn fuq il-​muntanja taʼ Ġeħova+ għal vjaġġ taʼ tlett ijiem, u l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova+ kienet miexja quddiemhom għal vjaġġ taʼ tlett ijiem biex ifittxu post taʼ mistrieħ għalihom.+ 34 U s-​sħaba taʼ Ġeħova+ kienet fuqhom bi nhar huma u ħerġin mill-​post fejn kienu kkampjati.

35 U kien jiġri li meta l-​Arka kienet titlaq, Mosè kien jgħid: “Qum, O Ġeħova, u ħa jitferrxu l-​għedewwa tiegħek;+ u ħa jaħarbu minn quddiemek dawk li tant jobogħduk.”+ 36 U meta kienet tieqaf, kien jgħid, “Ejja lura, O Ġeħova, lejn il-​mirjadi* t’eluf taʼ Israel.”+

11 Issa n-​nies bdew jilmentaw dwar kull ħaġa ħażina li kienet tiġrilhom biex jismagħhom Ġeħova.+ Meta Ġeħova semaʼ dan, ir-​rabja tiegħu xegħlet, u nar mingħand Ġeħova beda jaqbad kontrihom u jeqred lil xi wħud f’tarf il-​kamp.+ 2 Meta n-​nies bdew jgħajtu lil Mosè, hu talab bil-​ħerqa lil Ġeħova,+ u n-​nar intefa. 3 U dak il-​post semmewh Tabgħera,*+ għaliex nar mingħand Ġeħova kien qabad kontrihom.

4 U l-​folla mħallta+ li kienet f’nofshom esprimiet xewqa egoistika,+ u wlied Israel ukoll reġgħu bdew jibku u jgħidu: “Min se jagħtina l-​laħam x’nieklu?+ 5 Kemm niftakruh il-​ħut li konna nieklu fl-​Eġittu b’xejn,+ il-​ħjar u d-​dulliegħ u l-​kurrat u l-​basal u t-​tewm! 6 Imma issa nxifna. Għajnejna ma jarawx ħlief il-​manna.”+

7 Issa l-​manna+ kienet bħaż-​żerriegħa tal-​kosbor,+ u fid-​dehra tagħha kienet bħall-​gomma tar-​raża tfuħ.+ 8 In-nies kienu jitferrxu u jiġbruha+ u jitħnuha fi mtieħen taʼ l-​idejn jew jisħquha fil-​mehrież, u kienu jgħalluha fil-​borom+ jew jagħmluha ftajjar, u t-​togħma tagħha kienet bħat-​togħma taʼ ftira ħelwa biż-​żejt.+ 9 U meta bil-​lejl kienet tinżel in-​nida fuq il-​kamp, il-​manna kienet tinżel fuqha.+

10 U Mosè semaʼ l-​biki tan-​nies fil-​familji tagħhom, kull raġel fid-​daħla tat-​tinda tiegħu. U r-​rabja taʼ Ġeħova bdiet tixgħel iktar u iktar,+ u f’għajnejn Mosè din is-​sitwazzjoni kollha kienet xi ħaġa ħażina.+ 11 Imbagħad Mosè qal lil Ġeħova: “Għala ġibt id-​deni fuq il-​qaddej tiegħek, u għala jien ma sibtx il-​ħniena f’għajnejk, u int poġġejt it-​tagħbija taʼ dan il-​poplu kollu fuqi?+ 12 Kont jien li nissilt lil dan il-​poplu kollu? Kont jien li wlidthom, biex tgħidli, ‘Ġorrhom fi ħdanek,+ bħalma tinġarr tarbija tal-​ħalib minn dak li jieħu ħsiebha,’+ lejn l-​art li dwarha int ħlift lil missirijiethom?+ 13 Minfejn se nġib il-​laħam biex nagħtih lil dan il-​poplu kollu? Għax jibqgħu jibkuli u jgħiduli, ‘Agħtina l-​laħam biex nikluh!’ 14 Jien waħdi m’għandix il-​ħila nġorr lil dan il-​poplu kollu, għaliex hu tqil wisq għalija.+ 15 Għalhekk, jekk se timxi hekk miegħi, jekk jogħġbok, oqtolni għalkollox,+ jekk sibt il-​ħniena f’għajnejk, u tħallinix nara l-​gwaj tiegħi.”

16 U Ġeħova qal lil Mosè: “Iġmagħli sebgħin raġel minn fost ix-​xjuħ taʼ Israel,+ li taf li huma xjuħ tal-​poplu u uffiċjali tiegħu,+ u ħudhom lejn it-​tinda tal-​laqgħa, u jridu joqogħdu hemmhekk miegħek. 17 U jien ninżel+ u nkellmek hemmhekk;+ u nieħu ftit mill-​ispirtu+ li qiegħed fuqek u nqiegħdu fuqhom, u jkollhom jgħinuk iġġorr it-​tagħbija tal-​poplu, biex ma ġġorrhiex waħdek.+ 18 U lin-​nies għandek tgħidilhom, ‘Tqaddsu għal għada,+ għax żgur li se tieklu l-​laħam, għaliex bkejtu biex jismagħkom Ġeħova,+ u għedtu: “Min se jagħtina l-​laħam biex nikluh, għax konna sejrin tajjeb fl-​Eġittu?”+ U Ġeħova se jagħtikom il-​laħam, u intom tabilħaqq li se tikluh.+ 19 Ma tiklux għal jum wieħed lanqas għal jumejn lanqas għal ħamest ijiem lanqas għal għaxart ijiem lanqas għal għoxrin jum, 20 imma għal xahar sħiħ, sakemm joħroġ minn imnifsejkom u jdardarkom,+ sempliċement għaliex ċħadtu lil Ġeħova, li qiegħed f’nofskom, u bkejtu quddiemu u għedtu: “Għala ħriġna mill-​Eġittu?”’”+

21 Imbagħad Mosè qal: “In-​nies li qiegħed f’nofshom jien huma sitt mitt elf raġel+ bil-​mixi, u madankollu int—int għedt, ‘Laħam nagħtihom, u żgur li se jieklu għal xahar sħiħ’! 22 Se jkun biżżejjed għalihom jekk noqtlu n-​nagħaġ u l-​baqar għalihom?+ Jew irridu naqbdulhom il-​ħut kollu tal-​baħar biex ikun biżżejjed għalihom?”

23 U Ġeħova qal lil Mosè: “Jaqaw qsaret id Ġeħova?+ Issa tara jekk dak li ngħid jien iseħħlekx jew le.”+

24 Imbagħad Mosè ħareġ u qal lill-​poplu l-​kliem taʼ Ġeħova. U mar jiġmaʼ sebgħin raġel mix-​xjuħ tal-​poplu u qegħedhom madwar it-​tinda.+ 25 Imbagħad Ġeħova niżel fi sħaba+ u kellmu+ u ħa ftit mill-​ispirtu+ li kellu fuqu u qiegħdu fuq kull wieħed mis-​sebgħin xiħ. U ġara li, malli l-​ispirtu qagħad fuqhom, imbagħad huma aġixxew bħala profeti; imma ma reġgħux għamlu hekk.+

26 Issa kien hemm żewġt irġiel li baqgħu fil-​kamp. Wieħed kien jismu Eldad, u l-​ieħor kien jismu Medad. U l-​ispirtu qagħad fuqhom ukoll, għax kienu fost dawk li kienu miktubin, imma ma kinux ħarġu ħdejn it-​tinda. Għalhekk, aġixxew bħala profeti fil-​kamp. 27 U mar jiġri wieħed żagħżugħ u ta l-​aħbar lil Mosè u qallu: “Eldad u Medad qed jaġixxu bħala profeti fil-​kamp!” 28 Imbagħad Ġożwè,* bin Nun, il-​qaddej+ taʼ Mosè minn żgħożitu ’l quddiem, wieġeb u qal: “Sidi Mosè, rażżanhom!”+ 29 Madankollu, Mosè qallu: “Qed tgħir minħabba fija? Le, jalla n-​nies kollha taʼ Ġeħova jkunu profeti, għaliex kieku Ġeħova jqiegħed l-​ispirtu tiegħu fuqhom!”+ 30 Iktar tard Mosè mar lura lejn il-​kamp, hu u x-​xjuħ taʼ Israel.

31 U Ġeħova qajjem riħ+ li ġarr is-​summien mill-​baħar+ u ħalliehom jaqgħu fuq il-​kamp madwar vjaġġ taʼ jum din in-​naħa u madwar vjaġġ taʼ jum in-​naħa l-​oħra, dawramejt mal-​kamp, u għoli taʼ madwar żewġ kubiti fuq wiċċ l-​art. 32 Imbagħad il-​poplu qam dak il-​jum kollu u l-​lejl kollu u l-​għada kollu u baqaʼ jiġbor is-​summien. Min ġabar l-​inqas ġabar għaxar kejlijiet taʼ ħomer,+ u baqgħu jxerrduhom maʼ kullimkien madwar il-​kamp. 33 Il-laħam kien għadu bejn snienhom,+ u lanqas kienu bdew jomogħduh, meta r-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet+ kontra l-​poplu, u Ġeħova beda jolqot lill-​poplu u l-​qatla kienet kbira ferm.+

34 U dak il-​post semmewh Kibrot-ħattawa,+ għaliex hemmhekk difnu lin-​nies li wrew xenqa egoistika.+ 35 Minn Kibrot-ħattawa l-​poplu telaq lejn Ħaserot, u baqaʼ Ħaserot.+

12 Issa Mirjam u Aron bdew jitkellmu kontra Mosè minħabba l-​mara Kusija li kien ħa, għaliex kienet Kusija l-​mara li kien ħa.+ 2 U bdew jgħidu: “Jaqaw Ġeħova tkellem permezz taʼ Mosè biss? Mhux permezz tagħna wkoll tkellem?”+ U Ġeħova kien qed jismaʼ kollox.+ 3 U r-​raġel Mosè kien bil-​wisq l-​iktar ġwejjed+ mill-​bnedmin kollha li kienu fuq wiċċ l-​art.

4 U Ġeħova qal minnufih lil Mosè, lil Aron, u lil Mirjam: “Oħorġu barra, it-​tlieta li intom, lejn it-​tinda tal-​laqgħa.” Għalhekk, it-​tlieta li huma ħarġu. 5 Imbagħad Ġeħova niżel f’kolonna tas-​sħab+ u qagħad fid-​daħla tat-​tinda u sejjaħ lil Aron u lil Mirjam. U resqu ’l quddiem it-​tnejn li huma. 6 U hu ssokta jgħid: “Isimgħu kliemi, jekk jogħġobkom. Kieku kien hemm xi profeta għal Ġeħova fostkom, kont ngħarraflu min jien f’viżjoni.+ F’ħolma+ kont inkellmu. 7 Mhux hekk mal-​qaddej tiegħi Mosè!+ Hu qed jiġi fdat b’dari kollha.+ 8 Wiċċ imbwiċċ inkellmu,+ u b’hekk nurih ċar, u mhux permezz taʼ xi ħaġa moħġaġa;+ u hu jara d-​dehra taʼ Ġeħova.+ Allura, għala ma bżajtux titkellmu kontra l-​qaddej tiegħi, kontra Mosè?”+

9 U r-​rabja taʼ Ġeħova kienet taħraq kontrihom, u telaq. 10 U s-​sħaba warrbet minn fuq it-​tinda, u, ara, Mirjam intlaqtet bil-​ġdiem abjad daqs is-​silġ.*+ Imbagħad Aron dar lejn Mirjam, u, ara, kienet intlaqtet bil-​ġdiem.+ 11 Fil-pront, Aron qal lil Mosè: “Skużani, sidi! Jekk jogħġbok, tgħoddhulniex id-​dnub li għamilna meta aġixxejna bi bluha!+ 12 Jekk jogħġbok, tħallihiex tibqaʼ bħal tarbija li titwieled mejta+ u li ġisimha jkun nofsu mikul meta toħroġ minn ġuf ommha!” 13 U Mosè beda jgħajjat lil Ġeħova u jgħidlu: “O Alla, jekk jogħġbok! Fejjaqha, jekk jogħġbok!”+

14 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Kieku missierha kellu jobżqilha+ direttament f’wiċċha, ma kinitx hi tiġi umiljata għal sebat ijiem? Ħa tinżamm kwarantina+ għal sebat ijiem ’il barra mill-​kamp,+ u mbagħad ħa tiġi milqugħa ġewwa.”+ 15 Għaldaqstant, Mirjam inżammet kwarantina għal sebat ijiem ’il barra mill-​kamp,+ u l-​poplu ma telaqx qabel ma Mirjam ġiet milqugħa ġewwa. 16 U mbagħad il-​poplu telaq minn Ħaserot+ u kkampja fix-​xagħri tal-​Faran.+

13 Ġeħova issa kellem lil Mosè u qallu: 2 “Ibgħat xi rġiel biex jitkixxfu l-​art taʼ Kangħan, li jien qed nagħti lil ulied Israel.+ Ibagħtu raġel wieħed għal kull tribù taʼ missirijietu, kull wieħed kap ewlieni+ fosthom.”

3 Għalhekk, Mosè bagħathom mix-​xagħri tal-​Faran+ skond l-​ordni taʼ Ġeħova. L-​irġiel kollha kienu kapijiet taʼ wlied Israel. 4 U dawn huma l-​ismijiet tagħhom: Mit-​tribù taʼ Ruben, Sammugħa, bin Żakkur; 5 mit-tribù taʼ Simegħon, Safat, bin Ħori; 6 mit-tribù taʼ Ġuda, Kaleb,+ bin Ġefunne; 7 mit-tribù taʼ Issakar, Igal, bin Ġużeppi; 8 mit-tribù taʼ Efrajm, Ħosegħa,+ bin Nun; 9 mit-tribù taʼ Benjamin, Palti, bin Rafu; 10 mit-tribù taʼ Żebulun, Gaddjel, bin Sodi; 11 mit-tribù taʼ Ġużeppi,+ għat-​tribù taʼ Manasse,+ Gaddi, bin Susi; 12 mit-tribù taʼ Dan, Għammijel, bin Gemalli; 13 mit-tribù t’Aser, Setur, bin Mikiel; 14 mit-tribù taʼ Naftali, Naħbi, bin Vofsi; 15 mit-tribù taʼ Gad, Gewel, bin Maki. 16 Dawn huma l-​ismijiet taʼ l-​irġiel li Mosè bagħat biex jitkixxfu l-​art. U Mosè baqaʼ jsejjaħ lil Ħosegħa, bin Nun, Ġeħosugħa.*+

17 Meta kien qed jibgħathom biex jitkixxfu l-​art taʼ Kangħan, Mosè qalilhom: “Itilgħu hawnhekk fin-​Negeb,+ u tridu titilgħu fir-​reġjun muntanjuż.+ 18 U araw kif inhi l-​art+ u n-​nies li qed jgħammru fiha, jekk humiex b’saħħithom jew dgħajfin, jekk humiex ftit jew ħafna; 19 u kif inhi l-​art li qed jgħammru fiha, jekk hix tajba jew ħażina, u kif inhuma l-​bliet li qed jgħammru fihom, jekk hux bil-​kampijiet jew bil-​fortifikazzjonijiet; 20 u kif inhi l-​art, jekk hix għammiela jew ħawlija,+ jekk fihiex siġar jew le. U tridu turu li intom kuraġġużi+ u tieħdu ftit mill-​frott taʼ l-​art.” Issa ż-​żmien kien żmien l-​ewwel frott misjur taʼ l-​għeneb.+

21 Għalhekk, telgħu u tkixxfu l-​art mix-​xagħri taż-​Żin+ sa Reħob,+ sad-​daħla taʼ Ħamat.+ 22 Meta telgħu fin-​Negeb,+ imbagħad waslu Ħebron.+ U hemmhekk kien hemm Aħiman, Sesaj, u Talmaj,+ ulied Għanak.+ Issa Ħebron+ kienet inbniet sebaʼ snin qabel Sogħan+ taʼ l-​Eġittu. 23 Meta waslu fil-​wied* t’Eskol,+ qatgħu minn hemmhekk rimja b’għanqud għeneb wieħed.+ U ġarrewha fuq lasta bejn tnejn mill-​irġiel, u ġarrew ukoll ftit rummien+ u ftit tin. 24 Dak il-​post semmewh il-​wied t’Eskol,+ minħabba l-​għanqud li wlied Israel qatgħu minn hemmhekk.

25 Sa fl-​aħħar, wara erbgħin jum,+ reġgħu lura milli jitkixxfu l-​art. 26 Għalhekk, imxew u waslu ħdejn Mosè u Aron u l-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel fix-​xagħri tal-​Faran, f’Kades.+ U qalulhom b’kollox, lilhom u lill-​ġemgħa kollha, u wrewhom il-​frott taʼ l-​art. 27 U rrakkontawlu u qalulu: “Dħalna fl-​art li bgħattna fiha, u din tabilħaqq li tnixxi ħalib u għasel,+ u dan hu l-​frott tagħha.+ 28 Minkejja dan, il-​fatt hu li n-​nies li jgħammru fl-​art huma b’saħħithom, u l-​bliet fortifikati huma kbar ħafna;+ u, barra minn hekk, hemmhekk rajna lil ulied Għanak.+ 29 L-Għamalekin+ qed jgħammru fl-​art tan-​Negeb,+ u l-​Ħittin u l-​Ġebusin+ u l-​Amurrin+ qed jgħammru fir-​reġjun muntanjuż, u l-​Kangħanin+ qed jgħammru ħdejn il-​baħar u mal-​ġenb tal-​Ġordan.”

30 Imbagħad Kaleb+ ipprova jsikket lill-​poplu quddiem Mosè u ssokta jgħid: “Ejja nitilgħu minnufih, u niħduha f’idejna, għaliex żgur li nistgħu nirbħulha.”+ 31 Imma l-​irġiel li telgħu miegħu qalu: “Ma nistgħux nitilgħu u naħbtu għall-​poplu, għaliex hu iktar b’saħħtu minna.”+ 32 U baqgħu jwasslulhom rapport ħażin+ lil ulied Israel dwar l-​art li kienu tkixxfu, u qalu: “L-​art, li għaddejna minnha biex nitkixxfuha, hija art li tiblaʼ lill-​abitanti tagħha; u n-​nies kollha li rajna f’nofsha huma rġiel taʼ kobor straordinarju.+ 33 U hemmhekk rajna n-​Nefilim, ulied Għanak,+ li ġejjin min-​Nefilim; u b’hekk f’għajnejna stess dherna qisna ġurati, u l-​istess dherna f’għajnejhom.”+

14 Imbagħad il-​ġemgħa kollha għolliet leħinha, u n-​nies baqgħu jgħajtu u jibku+ dak il-​lejl kollu. 2 U l-​ulied kollha taʼ Israel bdew igergru kontra Mosè u Aron,+ u l-​ġemgħa kollha bdiet tgħid kontrihom: “Mhux li mitna fl-​art taʼ l-​Eġittu, jew mhux li mitna f’dan ix-​xagħri! 3 U Ġeħova għala qed jiħodna f’din l-​art biex immutu bis-​sejf?+ In-​nisa u ċ-​ċkejknin tagħna se jinħatfu bħala priża.+ M’huwiex aħjar għalina jekk immorru lura l-​Eġittu?”+ 4 Huma saħansitra waslu biex jgħidu lil xulxin: “Ejja naħtru kap, u mmorru lura l-​Eġittu!”+

5 Għal dan, Mosè u Aron inxteħtu wiċċhom+ fl-​art quddiem il-​kongregazzjoni kollha tal-​ġemgħa taʼ wlied Israel. 6 U Ġożwè, bin Nun,+ u Kaleb, bin Ġefunne,+ li kienu fost dawk li tkixxfu l-​art, ċarrtu ħwejjiġhom,+ 7 u lill-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel qalulha dan: “L-​art li għaddejna minnha biex nitkixxfuha, hija art tajba ħafna u ħafna.+ 8 Jekk Ġeħova kuntent bina,+ żgur li jdaħħalna f’din l-​art u jagħtihielna; hija art li tnixxi ħalib u għasel.+ 9 Biss tirribellawx kontra Ġeħova;+ u tibżgħux min-​nies tal-​pajjiż,+ għax huma bħal ħobż għalina. Il-​kenn tagħhom tbiegħed minn fuqhom,+ u Ġeħova hu magħna.+ Tibżgħux minnhom.”+

10 Madankollu, il-​ġemgħa kollha qalet biex iħaġġruhom.+ U l-​glorja taʼ Ġeħova dehret fuq it-​tinda tal-​laqgħa lill-​ulied kollha taʼ Israel.+

11 Fl-aħħar, Ġeħova qal lil Mosè: “Kemm se jdumu+ dawn in-​nies ma jurunix rispett,+ u kemm se jdumu jirrifjutaw li jpoġġu l-​fidi fija minkejja s-​sinjali kollha li wettaqt fosthom?+ 12 Ħa nolqothom bil-​pesta u nkeċċihom, u ħa nagħmel lilek ġens akbar u iktar setgħan minnhom.”+

13 Imma Mosè qal lil Ġeħova: “Imbagħad l-​Eġizzjani, li minn ġo nofshom int bil-​qawwa tiegħek ħriġt lil dan il-​poplu, se jisimgħu dan.+ 14 U se jgħiduh lill-​abitanti taʼ din l-​art. Huma semgħu li int, Ġeħova, qiegħed qalb dan il-​poplu,+ u li tidher wiċċ imbwiċċ.+ Semgħu li int Ġeħova, u li s-​sħaba tiegħek qiegħda fuqhom, u li int timxi quddiemhom f’kolonna tas-​sħab bi nhar u f’kolonna tan-​nar bil-​lejl.+ 15 Li kieku kellek toqtol lil dan il-​poplu f’daqqa bħal bniedem wieħed,+ il-​ġnus li semgħu bil-​fama tiegħek żgur li jgħidu dan, 16 ‘Peress li Ġeħova ma kellux il-​ħila jdaħħal lil dan il-​poplu fl-​art li kien ħalfilhom dwarha, qatilhom fix-​xagħri.’+ 17 U issa, jekk jogħġbok, ħa jidher il-​kobor tal-​qawwa tiegħek,+ O Ġeħova, sewwasew bħalma tkellimt, u għedt, 18 ‘Ġeħova, bil-​mod biex jirrabja+ u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba,+ jaħfer l-​iżball u l-​ksur tal-​liġi,+ imma bl-​ebda mod ma jeħles lil dak li jkun mill-​kastig,+ u jġib il-​kastig għall-​iżball tal-​missirijiet fuq l-​ulied, fuq it-​tielet ġenerazzjoni u fuq ir-​rabaʼ ġenerazzjoni.’+ 19 Jekk jogħġbok, aħfer l-​iżball taʼ dan il-​poplu skond il-​kobor tal-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek, u bħalma ħfirt lil dan il-​poplu mindu ħareġ mill-​Eġittu s’issa.”+

20 Imbagħad Ġeħova qal: “Jien fil-​fatt se naħfer skond kelmtek.+ 21 U, mill-​banda l-​oħra, daqskemm jien ħaj, l-​art kollha se timtela bil-​glorja taʼ Ġeħova.+ 22 Imma l-​irġiel kollha li raw il-​glorja+ tiegħi u s-​sinjali+ li wettaqt fl-​Eġittu u fix-​xagħri, u madankollu baqgħu jgħadduni minn prova+ dawn l-​għaxar darbiet, u ma semgħux minn leħni,+ 23 qatt ma se jaraw l-​art li dwarha ħlift lil missirijiethom, iva, dawk li m’humiex juruni rispett mhux se jarawha.+ 24 Imma għax il-​qaddej tiegħi Kaleb+ wera li kellu spirtu differenti u mexa għalkollox warajja,+ jien żgur li ndaħħlu fl-​art li mar fiha, u nislu se jiħodha f’idejh.+ 25 Waqt li l-​Għamalekin u l-​Kangħanin+ qed jgħammru fil-​pjanura l-​baxxa, intom għada duru u itilqu biex tmorru fix-​xagħri mit-​triq li tagħti għall-​Baħar l-​Aħmar.”+

26 U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u lil Aron u jgħidilhom: 27 “Kemm se ddum din il-​ġemgħa mill-​agħar tgerger kontrija?+ Jien smajt it-​tgergir taʼ wlied Israel li qed igergru kontrija.+ 28 Għidilhom, ‘“Daqskemm jien ħaj,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “preċiż bħalma smajtkom tgħidu, hekk se nagħmlilkom!+ 29 F’dan ix-​xagħri jaqgħu l-​iġsma mejtin tagħkom,+ iva, dawk kollha li ġew reġistrati minn fostkom, minn għoxrin sena ’l fuq, intom li gergirtu kontrija.+ 30 Intom, iva, intom, ma tidħlux fl-​art li jien għollejt idi+ b’ħalfa biex ngħammar magħkom fiha, ħlief Kaleb, bin Ġefunne, u Ġożwè, bin Nun.+

31 “‘“U ċ-​ċkejknin tagħkom li għedtu li se jinħatfu bħala priża,+ lil dawn ukoll se ndaħħalhom, u huma tabilħaqq li se jaraw l-​art li ċħadtu intom.+ 32 Imma l-​iġsma mejtin tagħkom stess se jaqgħu f’dan ix-​xagħri.+ 33 U wliedkom isiru rgħajja fix-​xagħri+ għal erbgħin sena, u jkollhom iwieġbu għaż-​żína tagħkom,+ sakemm l-​iġsma mejtin tagħkom jintemmu fix-​xagħri.+ 34 Skond l-​għadd tal-​jiem li fihom tkixxiftu l-​art, erbgħin jum,+ jum għal sena, jum għal sena,+ tridu twieġbu għall-​iżbalji tagħkom għal erbgħin sena,+ biex tkunu tafu x’jiġifieri li jien sirt barrani għalikom.+

35 “‘“Jien, Ġeħova, tkellimt dan: żgur li hekk se nagħmlilha lil din il-​ġemgħa mill-​agħar kollha,+ dawk li nġemgħu flimkien kontrija: F’dan ix-​xagħri se jintemmu, u hemmhekk se jmutu.+ 36 U l-​irġiel li ntbagħtu minn Mosè biex jitkixxfu l-​art u li, meta reġgħu lura, ġiegħlu lill-​ġemgħa kollha tgerger kontrih, billi ġabu rapport ħażin kontra l-​art,+ 37 iva, l-​irġiel li ġabu r-​rapport ħażin dwar l-​art se jmutu minħabba l-​flaġell mingħand Ġeħova.+ 38 Imma, minn dawk l-​irġiel li marru jitkixxfu l-​art, Ġożwè, bin Nun, u Kaleb, bin Ġefunne, żgur li jibqgħu ħajjin.”’”+

39 Meta Mosè qal dan il-​kliem lill-​ulied kollha taʼ Israel, in-​nies bdew jitnikktu ferm.+ 40 Iktar minn hekk, qamu kmieni fil-​għodu u pprovaw jitilgħu sal-​quċċata tal-​muntanja, u qalu: “Hawn aħna, u se nitilgħu lejn il-​post li semma Ġeħova. Għax dnibna.”+ 41 Imma Mosè qalilhom: “Għala qed tiksru l-​ordni taʼ Ġeħova?+ Dan xejn ma jiswielkom. 42 Titilgħux, għax Ġeħova mhux qiegħed f’nofskom, li ma tiġux megħlubin mill-​għedewwa tagħkom.+ 43 Għax l-​Għamalekin u l-​Kangħanin qegħdin hemmhekk quddiemkom;+ u intom żgur li se tmutu bis-​sejf, għaliex, minħabba li dortu lura u ma bqajtux timxu wara Ġeħova, Ġeħova mhux se jibqaʼ magħkom.”+

44 Madankollu, huma webbsu rashom biex jitilgħu sal-​quċċata tal-​muntanja,+ imma kemm l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova u kemm Mosè ma ċċaqalqux minn nofs il-​kamp.+ 45 Imbagħad l-​Għamalekin+ u l-​Kangħanin li kienu qed jgħammru fuq dik il-​muntanja niżlu u bdew jidorbuhom u xerrduhom sa Ħorma.+

15 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Meta tidħlu fl-​art li qed nagħtikom, fil-​postijiet li se tgħammru fihom,+ 3 u tkunu tridu toffru offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova,+ offerta tal-​ħruq+ jew sagrifiċċju biex twettqu xi wegħda speċjali jew minn rajkom+ jew matul il-​festi taʼ l-​istaġuni tagħkom,+ sabiex tagħmlu riħa pjaċevoli* lil Ġeħova,+ mill-​baqar jew min-​nagħaġ; 4 dak li jippreżenta l-​offerta tiegħu jrid jippreżenta wkoll lil Ġeħova offerta tal-​qmuħ taʼ dqiq fin,+ wieħed minn kull għaxra t’efa, miblul fi kwart taʼ ħinn żejt. 5 U għandek toffri l-​inbid bħala offerta tax-​xorb,+ kwart taʼ ħinn, flimkien maʼ kull offerta tal-​ħruq jew sagrifiċċju taʼ ħaruf. 6 Jew maʼ muntun għandek toffri offerta tal-​qmuħ taʼ tnejn minn kull għaxra dqiq fin, miblul f’terz taʼ ħinn żejt. 7 U għandek tippreżenta l-​inbid bħala offerta tax-​xorb, terz taʼ ħinn, bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova.

8 “‘Imma jekk toffri barri bħala offerta tal-​ħruq+ jew xi sagrifiċċju biex twettaq wegħda speċjali+ jew sagrifiċċji taʼ sħubija lil Ġeħova,+ 9 trid tippreżenta wkoll flimkien mal-​barri offerta tal-​qmuħ+ taʼ tlieta minn kull għaxra dqiq fin, miblul f’nofs ħinn żejt. 10 U għandek tippreżenta l-​inbid bħala offerta tax-​xorb,+ nofs ħinn, bħala offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova. 11 Hekk għandu jsir għal kull barri jew għal kull muntun jew għal kull ħaruf jew mogħża. 12 Ikun kemm ikun l-​għadd t’annimali li toffru, hekk għandkom tagħmlu għal kull wieħed minnhom. 13 Kulmin hu mwieled fil-​pajjiż hekk għandu joffrihom dawn meta jippreżenta offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+

14 “‘U jekk ikun hemm jgħammar bħala barrani magħkom xi resident barrani jew xi ħadd li qiegħed f’nofskom matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom, u jkollu joffri offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova, kif tagħmlu intom, hekk għandu jagħmel hu.+ 15 Intom li intom parti mill-​kongregazzjoni u r-​resident barrani li qed jgħammar bħala barrani jkollkom statut wieħed.+ Ikun statut għal żmien indefinit matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom. Ir-​resident barrani għandu jkun l-​istess bħalkom quddiem Ġeħova.+ 16 Għandu jkun hemm liġi waħda u deċiżjoni ġudizzjarja waħda għalikom u għar-​resident barrani li qed jgħammar bħala barrani magħkom.’”+

17 U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 18 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Meta tidħlu fl-​art li se niħodkom fiha,+ 19 jiġri wkoll li meta tieklu minn ħobż l-​art,+ għandkom tagħtu kontribuzzjoni lil Ġeħova. 20 Għandkom tagħtu bħala kontribuzzjoni l-​ewwel frott+ tad-​dqiq mhux irfinut u tippreżentawh bħala ftajjar. Bħall-​kontribuzzjoni tal-​qiegħa tad-​dris, hekk għandkom tagħtuha. 21 Ftit mill-​ewwel frott tad-​dqiq mhux irfinut għandkom tagħtu bħala kontribuzzjoni lil Ġeħova matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom.

22 “‘Issa jekk tagħmlu xi żball u ma tħarsux dawn il-​kmandamenti+ kollha, li Ġeħova qal lil Mosè, 23 kulma kkmandakom Ġeħova permezz taʼ Mosè minn dakinhar li Ġeħova ta dawn il-​kmandamenti u iktar ’il quddiem matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom, 24 irid iseħħ li jekk ikun sar bi żball ’il bogħod minn għajnejn il-​ġemgħa, il-​ġemgħa kollha trid toffri barri żgħir bħala offerta tal-​ħruq, bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova, u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru miegħu u l-​offerta tax-​xorb li joffru miegħu skond il-​proċedura regulari,+ u gidi bħala offerta għad-​dnub.+ 25 U l-​qassis irid jagħmel tpattija+ għall-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel, u jinħafrilhom; għaliex kien żball,+ u huma, min-​naħa tagħhom, ġabu bħala l-​offerta tagħhom offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova u l-​offerta għad-​dnub tagħhom quddiem Ġeħova għall-​iżball tagħhom. 26 U jinħafer+ lill-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel u lir-​resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofshom, għaliex kien bi żball min-​naħa tal-​poplu kollu.

27 “‘U jekk xi ħadd* jidneb bi żball,+ irid jippreżenta mogħża fl-​ewwel sena tagħha bħala offerta għad-​dnub.+ 28 U l-​qassis irid jagħmel tpattija għal dak* li għamel żball billi dineb mhux apposta quddiem Ġeħova, sabiex jagħmel tpattija għalih, u jinħafirlu.+ 29 Inkwantu għal dak li jitwieled fil-​pajjiż fost ulied Israel u r-​resident barrani li qed jgħammar bħala barrani fosthom, għandu jkun hemm liġi waħda għalikom meta tagħmlu xi ħaġa mhux apposta.+

30 “‘Imma dak li jagħmel xi ħaġa apposta,+ kemm jekk ikun imwieled fil-​pajjiż u kemm jekk ikun resident barrani, billi jkun maqdar lil Ġeħova,+ f’dan il-​każ dan l-​individwu* jrid jiġi maqtugħ minn fost il-​poplu tiegħu.+ 31 Peress li stmerr+ il-​kelma taʼ Ġeħova u kiser il-​kmandament tiegħu,+ dan l-​individwu għandu assolutament jiġi maqtugħ.+ L-​iżball tiegħu jkun fuqu.’”+

32 Waqt li wlied Israel kienu għadhom fix-​xagħri, darba minnhom sabu raġel jiġbor il-​ħatab f’jum is-​Sabat.*+ 33 Imbagħad dawk li sabuh jiġbor il-​ħatab ħaduh għand Mosè u Aron u l-​ġemgħa kollha. 34 Għalhekk, żammewh maqful,+ għax kien għadu ma ntqalx ċar x’għandhom jagħmlulu.

35 U Ġeħova qal lil Mosè: “Ir-​raġel żgur li għandu jingħata l-​mewt,+ u l-​ġemgħa kollha tħaġġru ’l barra mill-​kamp.”+ 36 Għaldaqstant, il-​ġemgħa kollha ħarġitu ’l barra mill-​kamp u ħaġġritu u miet, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

37 U Ġeħova ssokta jgħid dan lil Mosè: 38 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom li, matul il-​ġenerazzjonijiet tagħhom, iridu jagħmlu għalihom infushom frenża fit-​truf taʼ djul ilbieshom u jqiegħdu lazz blu ’l fuq mill-​frenża li hemm f’tarf djulhom,+ 39 ‘U din trid isservi bħala frenża fit-​tarf għalikom, u malli tarawha tiftakru fil-​kmandamenti+ kollha taʼ Ġeħova u tħarsuhom, u ma timxux wara qlubkom u għajnejkom,+ li qed iġegħlukom ikollkom relazzjoni immorali.+ 40 L-iskop taʼ dan hu li tiftakru u tkunu ċerti li tħarsu l-​kmandamenti kollha tiegħi u tabilħaqq turu li intom qaddisin għal Alla tagħkom.+ 41 Jien Ġeħova Alla tagħkom, li ħriġtkom mill-​art taʼ l-​Eġittu sabiex nurikom li jien Alla.+ Jien Ġeħova Alla tagħkom.’”+

16 U Koraħ,+ bin Isħar,+ bin Keħat,+ bin Levi,+ qam flimkien maʼ Datan+ u Abiram,+ ulied Eljab,+ u On, bin Felet, minn ulied Ruben.+ 2 U qamu quddiem Mosè, huma u mitejn u ħamsin raġel minn ulied Israel, kapijiet ewlenin tal-​ġemgħa, li kienu jissejħu għal-​laqgħat, irġiel taʼ fama. 3 Għalhekk, inġemgħu kontra+ Mosè u Aron u qalulhom: “Biżżejjed għalikom, għax il-​ġemgħa kollha huma lkoll qaddisin+ u Ġeħova qiegħed f’nofshom.+ Allura, għala għandkom togħlew fuq il-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova?”+

4 Meta semaʼ dan, Mosè minnufih inxteħet wiċċu fl-​art. 5 Imbagħad kellem lil Koraħ u lill-​ġemgħa kollha tiegħu u qalilhom: “Fil-​għodu Ġeħova se jgħarraf min hu tiegħu+ u min hu qaddis+ u min għandu jersaq qribu,+ u lil kulmin jagħżel+ jersaq qribu. 6 Agħmlu hekk: Ħudu reċipjenti għall-​inċens,+ Koraħ u l-​ġemgħa kollha tiegħu,+ 7 u għada poġġu n-​nar fihom u qiegħdu l-​inċens fuqhom quddiem Ġeħova, u jrid iseħħ li r-​raġel li jintgħażel+ minn Ġeħova, hu jkun il-​qaddis. Biżżejjed għalikom, ulied Levi!”+

8 U Mosè ssokta jgħid lil Koraħ: “Jekk jogħġobkom, isimgħu, ulied Levi. 9 M’hu xejn għalikom li l-​Alla taʼ Israel għażilkom+ minn fost il-​ġemgħa taʼ Israel biex jippreżentakom lilu nnifsu sabiex twettqu s-​servizz tat-​tabernaklu taʼ Ġeħova u biex tieqfu quddiem il-​ġemgħa ħalli taqduha,+ 10 u li ġab qrib lilek u miegħek lil ħutek kollha, ulied Levi? Allura, qegħdin tipprovaw tiksbu s-​saċerdozju wkoll?+ 11 Għal din ir-​raġuni, int u l-​ġemgħa tiegħek kollha li qed tinġabru flimkien qed tiħduha kontra Ġeħova.+ Għax x’inhu Aron sabiex tgergru kontrih?”+

12 Iktar tard Mosè bagħat isejjaħ lil Datan u lil Abiram,+ ulied Eljab, imma huma qalu: “M’aħniex se nitilgħu!+ 13 M’hu xejn li int ħriġtna minn art li tnixxi ħalib u għasel biex toqtolna fix-​xagħri+ u li qed tipprova wkoll tilgħabha taʼ prinċep fuqna?+ 14 Kif juru l-​fatti, int ma daħħaltniex f’xi art li tnixxi ħalib u għasel,+ sabiex tagħtina bħala wirt xi għalqa jew xi qasam tad-​dwieli. Int trid taqlaʼ għajnejn dawn in-​nies? Aħna m’aħniex se nitilgħu!”

15 Għal dan, Mosè rrabja ferm u qal lil Ġeħova: “Tħarisx lejn l-​offerta tal-​qmuħ tagħhom.+ Lanqas ħmar wieħed ma ħadtilhom, u m’għamilt ħsara lil ħadd minnhom.”+

16 Imbagħad Mosè qal lil Koraħ:+ “Għada, int u l-​ġemgħa tiegħek kollha kunu preżenti quddiem Ġeħova,+ int u huma u Aron. 17 U kull wieħed jieħu r-​reċipjent għall-​inċens tiegħu, u intom tridu tpoġġu l-​inċens fuqhom u tippreżentaw kull wieħed ir-​reċipjent għall-​inċens tiegħu quddiem Ġeħova, mitejn u ħamsin reċipjent għall-​inċens, u int u Aron kull wieħed ir-​reċipjent għall-​inċens tiegħu.” 18 Għalhekk, huma ħadu, kull wieħed ir-​reċipjent għall-​inċens tiegħu, u poġġew in-​nar fuqhom u qiegħdu l-​inċens fuqhom u qagħdu fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa flimkien maʼ Mosè u Aron. 19 Meta Koraħ ġabar il-​ġemgħa+ kollha flimkien kontrihom fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa, imbagħad il-​glorja taʼ Ġeħova dehret lill-​ġemgħa kollha.+

20 Ġeħova issa kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom: 21 “Infirdu+ minn nofs din il-​ġemgħa, sabiex neqridhom+ f’ħakka t’għajn.” 22 U huma nxteħtu wiċċhom fl-​art u qalu: “O Alla, l-​Alla tal-​forza tal-​ħajja taʼ kull xorta taʼ laħam,+ jekk jidneb raġel wieħed biss int tagħdab kontra l-​ġemgħa kollha kemm hi?”+

23 Imbagħad, Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 24 “Kellem lill-​ġemgħa u għidilha, ‘Warrab minn madwar it-​tined taʼ Koraħ, Datan, u Abiram!’”+

25 U Mosè qam u mar għand Datan u Abiram, u x-​xjuħ+ taʼ Israel marru miegħu. 26 Imbagħad kellem lill-​ġemgħa u qalilha: “Jekk jogħġobkom, warrbu minn quddiem it-​tined taʼ dawn l-​irġiel mill-​agħar u tmissu xejn minn tagħhom,+ biex ma tinqerdux fi dnubiethom kollha.” 27 Dawn telqu minnufih minn quddiem it-​tinda taʼ Koraħ, Datan, u Abiram, minn kull naħa, u Datan u Abiram ħarġu u qagħdu fid-​daħla tat-​tined tagħhom,+ flimkien man-​nisa tagħhom, maʼ wliedhom, u maċ-​ċkejknin tagħhom.

28 Imbagħad Mosè qal: “Minn dan tkunu tafu li Ġeħova bagħatni biex nagħmel dawn l-​għemejjel+ kollha u li dan m’huwiex minn rajja:+ 29 Jekk dawn in-​nies imutu bħalma jmutu l-​bnedmin kollha u jiġu kastigati bil-​kastig li jiġi fuq il-​bnedmin kollha,+ allura ma jkunx Ġeħova li bagħatni.+ 30 Imma jekk hi xi ħaġa ġdida li Ġeħova se joħloq,+ u l-​art ikollha tiftaħ fommha u tiblaʼ lilhom+ u kulma hu tagħhom u jkollhom jinżlu ħajjin fil-​Qabar,*+ imbagħad tkunu tafu fiċ-​ċert li dawn l-​irġiel urew nuqqas taʼ rispett lejn Ġeħova.”+

31 U malli spiċċa jgħid dan il-​kliem kollu, l-​art taʼ taħthom bdiet tinqasam.+ 32 U l-​art fetħet fommha u belgħet lilhom u lil taʼ darhom u lin-​nies kollha li kienu taʼ Koraħ u l-​affarijiet kollha.+ 33 U niżlu ħajjin fil-​Qabar huma u dawk kollha li kienu tagħhom, u l-​art għattiethom,+ u b’hekk għabu minn fost il-​kongregazzjoni.+ 34 U l-​Israelin kollha li kienu madwarhom ħarbu meta semgħuhom iwerżqu, għax bdew jgħidu: “Qed nibżgħu li l-​art se tiblaʼ lilna wkoll!”+ 35 U ħareġ nar mingħand Ġeħova+ u ħaraq il-​mitejn u ħamsin raġel li kienu qed joffru l-​inċens.+

36 Ġeħova issa kellem lil Mosè u qallu: 37 “Għid lil Elegħażar, bin Aron il-​qassis, li għandu jieħu r-​reċipjenti għall-​inċens+ minn ġon-​nar jaqbad, u għandu jferrex in-​nar lil hemm; għax huma mqaddsin, 38 saħansitra r-​reċipjenti għall-​inċens taʼ dawn l-​irġiel li dinbu kontra tagħhom stess.*+ U jridu jagħmluhom pjanċi rqaq tal-​metall biex jiksu l-​artal,+ għaliex huma ppreżentawhom quddiem Ġeħova, u b’hekk saru mqaddsin; u dawn għandhom iservu bħala sinjal għal ulied Israel.”+ 39 Għaldaqstant, Elegħażar, il-​qassis, ħa r-​reċipjenti għall-​inċens tar-​ram aħmar,+ li dawk li kienu nħarqu kienu ppreżentaw, u bdew jagħtu fuqhom u għamluhom pjanċi għall-​kisi taʼ l-​artal, 40 bħala tifkira għal ulied Israel, bl-​iskop li ebda raġel stranġier,+ li m’huwiex minn nisel Aron, ma jersaq qrib biex jaħraq l-​inċens quddiem Ġeħova,+ u li ħadd ma jsir bħal Koraħ u l-​ġemgħa tiegħu,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien kellmu permezz taʼ Mosè.

41 U eżatt l-​għada l-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel bdiet tgerger kontra Mosè u Aron+ u tgħid: “Intom qtiltu n-​nies taʼ Ġeħova.” 42 U ġara li meta l-​ġemgħa kienet inġemgħet kontra Mosè u Aron, imbagħad daret lejn it-​tinda tal-​laqgħa; u, ara, is-​sħaba għattietha, u bdiet tidher il-​glorja taʼ Ġeħova.+

43 U Mosè u Aron ġew quddiem it-​tinda tal-​laqgħa.+ 44 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 45 “Irġiel, warrbu minn nofs din il-​ġemgħa, sabiex neqridhom f’ħakka t’għajn.”+ U dawn inxteħtu wiċċhom fl-​art.+ 46 Imbagħad Mosè qal lil Aron: “Ħu r-​reċipjent għall-​inċens u poġġi fih in-​nar minn fuq l-​artal+ u poġġi fuqu l-​inċens u mur għaġġel għand il-​ġemgħa u agħmel tpattija għaliha,+ għax ħarġet ir-​rabja minn wiċċ Ġeħova.+ Il-​kastig beda!” 47 Aron ħa minnufih ir-​reċipjent għall-​inċens, bħalma kien qal Mosè, u telaq jiġri f’nofs il-​kongregazzjoni; u, ara, il-​kastig kien beda fost in-​nies. Għalhekk, poġġa l-​inċens u beda jagħmel tpattija għan-​nies. 48 U baqaʼ wieqaf bejn il-​mejtin u l-​ħajjin.+ U l-​flaġell waqaf.+ 49 U dawk li mietu bil-​flaġell kienu erbatax-il elf u sebaʼ mija, minbarra dawk li mietu minħabba Koraħ. 50 Meta fl-​aħħar Aron mar lura għand Mosè fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa, il-​flaġell kien waqaf.

17 Ġeħova issa kellem lil Mosè u qallu: 2 “Kellem lil ulied Israel u ħu mingħandhom bastun+ għal kull familja min-​naħa tal-​missier mingħand il-​kapijiet ewlenin+ kollha tagħhom, skond dar missirijiethom, tnax-il bastun. Ikteb isem kull wieħed fuq il-​bastun tiegħu. 3 U isem Aron iktbu fuq il-​bastun taʼ Levi, għaliex hemm bastun wieħed għall-​kap taʼ dar missirijiethom. 4 U qegħedhom fit-​tinda tal-​laqgħa quddiem it-​Testimonjanza,+ fejn jien nidhrilkom regolarment.+ 5 U jrid iseħħ li r-​raġel li nagħżel jien,+ il-​bastun tiegħu jwarrad, u żgur li nsikket it-​tgergir+ taʼ wlied Israel kontrija, li qed igergru kontrikom.”+

6 Għalhekk, Mosè kellem lil ulied Israel, u l-​kapijiet ewlenin kollha tagħhom tawh bastun għal kull kap ewlieni, bastun għal kull kap ewlieni, skond dar missirijiethom, tnax-il bastun;+ u l-​bastun t’Aron kien fost il-​bsaten tagħhom.+ 7 Imbagħad Mosè qiegħed il-​bsaten quddiem Ġeħova fit-​tinda tat-​Testimonjanza.+

8 U ġara li l-​għada meta Mosè mar fit-​tinda tat-​Testimonjanza, ara, il-​bastun t’Aron għad-​dar taʼ Levi kien warrad, u beda jarmi u joħroġ il-​fjuri u jagħmel il-​lewż misjur. 9 Imbagħad Mosè ġab il-​bsaten kollha minn quddiem Ġeħova u ħadhom lill-​ulied kollha taʼ Israel, u dawn rawhom u kull raġel ħa l-​bastun tiegħu.

10 Imbagħad, Ġeħova qal lil Mosè: “Poġġi lura l-​bastun+ t’Aron quddiem it-​Testimonjanza bħala xi ħaġa li trid tinżamm bħala sinjal+ għal ulied ir-​ribelljoni,+ biex it-​tgergir tagħhom kontrija jieqaf, għax inkella jmutu.” 11 Mosè minnufih għamel sewwasew bħalma kien ikkmandah Ġeħova. Għamel preċiż hekk.

12 U wlied Israel bdew jgħidu dan lil Mosè: “Issa aħna se mmutu, se ngħibu, ilkoll kemm aħna se ngħibu.+ 13 Kulmin jersaq+ u jiġi qrib it-​tabernaklu taʼ Ġeħova, imut!+ Għandna aħna nispiċċaw biex immutu b’dan il-​mod?”+

18 U Ġeħova qal lil Aron: “Int u wliedek u dar missierek miegħek twieġbu għall-​iżball kontra s-​santwarju,+ u int u wliedek miegħek twieġbu għall-​iżball kontra s-​saċerdozju tagħkom.+ 2 U ġib qrib ukoll lil ħutek tat-​tribù taʼ Levi, it-​tribù taʼ missierek, biex jingħaqdu miegħek u jaqduk,+ kemm lilek u kemm lil uliedek miegħek, quddiem it-​tinda tat-​Testimonjanza.+ 3 U jridu jħarsu l-​obbligu tagħhom lejk u l-​obbligu li għandhom li jieħdu ħsieb it-​tinda kollha.+ Huwa biss lejn l-​għodod tal-​post qaddis u lejn l-​artal li ma jridux jersqu, biex ma jmutux,+ la huma u lanqas intom. 4 U jridu jingħaqdu miegħek u jħarsu l-​obbligu tagħhom li jieħdu ħsieb it-​tinda tal-​laqgħa rigward is-​servizz kollu tat-​tinda, u ebda individwu mhux awtorizzat* ma jistaʼ jersaq qribkom.+ 5 U intom tridu tħarsu l-​obbligu tagħkom li tieħdu ħsieb il-​post qaddis+ u l-​obbligu tagħkom li tieħdu ħsieb l-​artal,+ biex ma jkunx hemm iktar għadab+ kontra wlied Israel. 6 U jien, ara, ħadt lil ħutek, il-​Leviti, minn fost ulied Israel,+ bħala għotja għalikom,+ bħala dawk mogħtijin lil Ġeħova biex iwettqu s-​servizz tat-​tinda tal-​laqgħa.+ 7 U int u wliedek miegħek għandkom tħarsu s-​saċerdozju tagħkom f’dak kollu li għandu x’jaqsam maʼ l-​artal u maʼ dak li hemm ’il ġewwa mill-​purtiera;+ u tridu tagħtu servizz.+ Nagħtikom is-​servizz tas-​saċerdozju bħala għotja, u l-​individwu mhux awtorizzat li jersaq qrib għandu jingħata l-​mewt.”+

8 U Ġeħova kompla jgħid lil Aron: “U jien, ara, tajtek biex tieħu ħsieb il-​kontribuzzjonijiet li jagħtuni.+ L-​affarijiet imqaddsin kollha taʼ wlied Israel, jien tajthom lilek u lil uliedek bħala sehmek, bħala sehmek għal żmien indefinit.+ 9 Dan għandu jsir tiegħek mill-​affarijiet l-​iktar imqaddsin, mill-​offerta magħmula bin-​nar, kull offerta tagħhom flimkien maʼ kull offerta tal-​qmuħ+ u kull offerta għad-​dnub+ u kull offerta għall-​ħtija+ li se jagħtuni lura. Din hi xi ħaġa mill-​iktar qaddisa għalik u għal uliedek. 10 F’post mill-​iktar qaddis għandek tieklu.+ Kull raġel għandu jieklu.+ Għandu jsir xi ħaġa qaddisa għalik.+ 11 U dan hu tiegħek: il-​kontribuzzjoni+ taʼ l-​għotja tagħhom flimkien maʼ l-​offerti tat-​tixjir+ kollha taʼ wlied Israel. Tajthom lilek u lil uliedek subien u bniet miegħek,+ bħala sehem għal żmien indefinit. Kulmin hu nadif f’darek jistaʼ jieklu.+

12 “L-​aħjar kollu taż-​żejt u l-​aħjar kollu taʼ l-​inbid ġdid u tal-​qmuħ, l-​ewwel frott tagħhom,+ li huma jagħtu lil Ġeħova, tajthom lilek.+ 13 L-ewwel frott misjur minn kulma hemm f’arthom, li se jġibu lil Ġeħova, tiegħek għandu jsir.+ Kulmin hu nadif f’darek jistaʼ jieklu.

14 “Kull ħaġa dedikata* f’Israel għandha ssir tiegħek.+

15 “Kulmin jiftaħ il-​ġuf,+ minn kull xorta taʼ laħam, li huma se jippreżentaw lil Ġeħova, fost il-​bnedmin u fost il-​bhejjem, għandu jsir tiegħek. Madankollu, żgur li għandek tifdi lill-​ewwel imwieled tal-​bnedmin;+ u għandek tifdi lill-​ewwel imwieled tal-​bhima mhix nadifa.+ 16 U meta jkun għalaq xahar għandek tifdih bil-​prezz tal-​ħelsien, skond il-​valur stmat, ħames xwiekel fidda skond ix-​xekel tal-​post qaddis.+ Kull xekel jiswa għoxrin gera.+ 17 Huwa biss il-​barri mwieled l-​ewwel jew il-​ħaruf imwieled l-​ewwel jew il-​mogħża mwielda l-​ewwel li m’għandekx tifdi.+ Huma xi ħaġa qaddisa. Demmhom+ għandek troxxu fuq l-​artal, u x-​xaħam tagħhom għandek taħarqu bħala offerta magħmula bin-​nar, bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+ 18 U laħamhom għandu jsir tiegħek. Bħas-​sidra taʼ l-​offerta tat-​tixjir u bħas-​sieq il-​leminija, għandu jsir tiegħek.+ 19 Il-kontribuzzjonijiet+ imqaddsin kollha, li wlied Israel jagħtu lil Ġeħova, tajthom lilek u lil uliedek subien u bniet miegħek, bħala sehem għal żmien indefinit.+ Dan hu patt tal-​melħ għal żmien indefinit quddiem Ġeħova għalik u għal nislek miegħek.”+

20 U Ġeħova ssokta jgħid lil Aron: “Mhux se jkollok wirt f’arthom, u ebda sehem ma jsir tiegħek f’nofshom.+ Jien is-​sehem tiegħek u l-​wirt tiegħek f’nofs ulied Israel.+

21 “U lil ulied Levi, ara, tajthom kull għaxar+ parti f’Israel bħala wirt talli qed iwettqu s-​servizz tagħhom, is-​servizz tat-​tinda tal-​laqgħa. 22 U wlied Israel m’għandhomx jersqu iktar lejn it-​tinda tal-​laqgħa u jagħmlu dnub, u b’hekk imutu.+ 23 U l-​Leviti nfushom iridu jwettqu s-​servizz tat-​tinda tal-​laqgħa, u jkunu huma li jwieġbu għall-​iżball tagħhom.+ Dan hu statut għal żmien indefinit matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom, li f’nofs ulied Israel huma m’għandux ikollhom wirt.+ 24 Għax il-​parti minn għaxra li wlied Israel jagħtu bħala kontribuzzjoni lil Ġeħova tajtha lil-​Leviti bħala wirt. Huwa għalhekk li għedtilhom, ‘F’nofs ulied Israel m’għandux ikollhom wirt.’”+

25 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 26 “U għandek tkellem lil-​Leviti, u tgħidilhom, ‘Se tirċievu mingħand ulied Israel il-​parti minn għaxra li tajtkom mingħandhom bħala wirt tagħkom,+ u tridu tagħtu minnha bħala kontribuzzjoni lil Ġeħova parti minn għaxra tal-​parti minn għaxra.+ 27 U trid tingħaddilkom bħala l-​kontribuzzjoni tagħkom, bħall-​qmuħ tal-​qiegħa tad-​dris+ u bħall-​prodott abbundanti tal-​magħsar taʼ l-​inbid jew taż-​żejt. 28 B’dan il-​mod intom infuskom tagħtu kontribuzzjoni lil Ġeħova minn kull għaxar parti li tirċievu mingħand ulied Israel, u minnhom tridu tagħtu lil Aron, il-​qassis, il-​kontribuzzjoni li tagħtu lil Ġeħova. 29 Mill-għotjiet kollha li jingħatawlkom, agħtu lil Ġeħova kull tip taʼ kontribuzzjoni, mill-​aqwanett,+ bħala xi ħaġa qaddisa minnhom.’

30 “U għidilhom, ‘Meta tagħtu l-​aħjar minnhom,+ imbagħad lil-​Leviti jingħaddilhom bħala l-​prodott tal-​qiegħa tad-​dris u bħala l-​prodott tal-​magħsar taʼ l-​inbid jew taż-​żejt. 31 U tridu tikluh f’kull post, intom u n-​nies taʼ darkom, għaliex hu l-​ħlas tagħkom talli twettqu s-​servizz tagħkom fit-​tinda tal-​laqgħa.+ 32 U m’għandkomx tagħmlu dnub minħabba fih meta tagħtu l-​aħjar minnhom, u m’għandkomx tkasbru l-​affarijiet imqaddsin taʼ wlied Israel, għax inkella tmutu.’”+

19 U Ġeħova kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom: 2 “Dan hu statut tal-​liġi li kkmanda Ġeħova, billi qal, ‘Kellem lil ulied Israel biex iġibulek baqra ħamra b’saħħitha li fiha m’hemm ebda difett+ u li fuqha ma tqiegħed ebda madmad.+ 3 U agħtuha lil Elegħażar, il-​qassis, u dan irid joħroġha ’l barra mill-​kamp, u trid tinqatel quddiemu. 4 Imbagħad Elegħażar, il-​qassis, irid jieħu ftit minn demmha b’sebgħu u dan id-​demm iroxxu sebaʼ darbiet+ dritt lejn in-​naħa taʼ quddiem tat-​tinda tal-​laqgħa. 5 U l-​baqra trid tinħaraq taħt għajnejh. Il-​ġilda tagħha u laħamha u demmha flimkien mal-​ħmieġ tagħha jridu jinħarqu.+ 6 U l-​qassis irid jieħu l-​injam taċ-​ċedru+ u ż-​żuf+ u l-​materjal lewn l-​iskarlat*+ u jixħithom f’nofs il-​ħuġġieġa tal-​baqra. 7 U l-​qassis irid jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-​ilma, u wara jkun jistaʼ jidħol fil-​kamp; imma l-​qassis ma jkunx nadif sa fil-​għaxija.

8 “‘U dak li ħaraqha jaħsel ħwejġu fl-​ilma u jinħasel fl-​ilma,+ u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija.

9 “‘U raġel nadif irid jiġbor l-​irmied+ tal-​baqra u jqiegħdu ’l barra mill-​kamp f’post nadif; u, għall-​ġemgħa taʼ wlied Israel, dan l-​irmied ikun bħala xi ħaġa li trid tinżamm għall-​ilma għat-​tindif.+ Din hi offerta għad-​dnub. 10 U dak li jiġbor l-​irmied tal-​baqra jrid jaħsel ħwejġu u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija.+

“‘U dan irid iservi bħala statut għal żmien indefinit għal ulied Israel u għar-​resident barrani+ li qed jgħammar bħala barrani f’nofshom. 11 Kulmin imiss il-​katavru taʼ xi bniedem+ ma jkunx nadif ukoll għal sebat ijiem.+ 12 Xi ħadd bħal dan għandu jippurifika lilu nnifsu bl-​ilma għat-​tindif fit-​tielet jum,+ u fis-​sebaʼ jum ikun nadif. Imma jekk ma jippurifikax lilu nnifsu fit-​tielet jum, imbagħad fis-​sebaʼ jum ma jkunx nadif. 13 Kulmin imiss katavru, ir-​ruħ taʼ kwalunkwe bniedem li jmut, u ma jippurifikax lilu nnifsu, ikun niġġes it-​tabernaklu+ taʼ Ġeħova, u din ir-​ruħ trid tiġi maqtugħa minn maʼ Israel.+ Peress li l-​ilma għat-​tindif+ ma ġiex imraxxax fuqu, hu jibqaʼ mhux nadif. In-​nuqqas taʼ ndafa tiegħu għadu fuqu.+

14 “‘Din hi l-​liġi fil-​każ li raġel imut f’tinda: Kulmin jidħol fit-​tinda, u kulmin ikun fit-​tinda, ma jkunx nadif għal sebat ijiem. 15 U kull reċipjent+ miftuħ li fuqu ma jkollux għatu marbut miegħu ma jkunx nadif. 16 U kulmin ikun fil-​kampanja u jmiss lil xi ħadd maqtul bis-​sejf+ jew xi katavru jew xi għadma+ taʼ bniedem jew qabar ma jkunx nadif għal sebat ijiem. 17 U għal min ma jkunx nadif iridu jieħdu ftit mill-​irmied tal-​ħruq taʼ l-​offerta għad-​dnub u jpoġġu l-​ilma ġieri fuqu ġo reċipjent. 18 Imbagħad raġel nadif+ jieħu ż-​żuf+ u jbillu fl-​ilma u jroxxu fuq it-​tinda u fuq ir-​reċipjenti kollha u fuq in-​nies* li jkunu hemmhekk u fuq dak li jkun mess l-​għadma jew il-​maqtul jew il-​katavru jew il-​qabar. 19 U l-​individwu nadif irid iroxxu fuq dak li ma jkunx nadif fit-​tielet u fis-​sebaʼ jum u jrid jippurifikah mid-​dnub fis-​sebaʼ jum;+ u dak li ma jkunx nadif irid jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-​ilma, u jkun nadif fil-​għaxija.

20 “‘Imma r-​raġel li ma jkunx nadif u li ma jippurifikax lilu nnifsu, iva, din ir-​ruħ trid tiġi maqtugħa+ minn nofs il-​kongregazzjoni, għaliex niġġes is-​santwarju taʼ Ġeħova. L-​ilma għat-​tindif ma traxxaxx fuqu. Ma jkunx nadif.

21 “‘U dan iservi bħala statut għal żmien indefinit għalihom, li dak li jraxxax l-​ilma għat-​tindif għandu jaħsel ħwejġu,+ kif ukoll dak li jmiss l-​ilma għat-​tindif. Ma jkunx nadif sa fil-​għaxija. 22 U kull ħaġa li jmiss dak li mhux nadif ma tkunx nadifa,+ u r-​ruħ li tmissha ma tkunx nadifa sa fil-​għaxija.’”+

20 U wlied Israel, il-​ġemgħa kollha kemm hi, waslu fix-​xagħri taż-​Żin+ fl-​ewwel xahar, u n-​nies bdew jgħammru f’Kades.+ Hemmhekk mietet Mirjam+ u hemmhekk difnuha.

2 Issa ma kienx hemm ilma għall-​ġemgħa,+ u bdew jinġemgħu kontra Mosè u Aron.+ 3 U n-​nies bdew jitlewmu+ maʼ Mosè u jgħidulu: “Mhux li mitna meta mietu ħutna quddiem Ġeħova!+ 4 U għala ġibtu l-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova f’dan ix-​xagħri biex aħna u l-​bhejjem tat-​tagħbija tagħna mmutu hawnhekk?+ 5 U għala tellajtuna mill-​Eġittu biex iġġibuna f’dan il-​post mill-​agħar?+ F’dan il-​post la hawn żerriegħa, la tin, la dwieli, la rummien,+ u lanqas ilma x’nixorbu.” 6 Imbagħad Mosè u Aron telqu minn quddiem il-​kongregazzjoni u marru ħdejn id-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa u nxteħtu wiċċhom fl-​art,+ u bdiet tidhrilhom il-​glorja taʼ Ġeħova.+

7 U Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 8 “Ħu l-​ħatar+ u iġbor il-​ġemgħa flimkien, int u ħuk Aron, u kellmu lill-​blata quddiem għajnejhom u din trid tagħti l-​ilma tagħha; u int oħorġilhom l-​ilma mill-​blata u isqi lill-​ġemgħa u lill-​bhejjem tat-​tagħbija tagħhom.”+

9 Għalhekk, Mosè ħa l-​ħatar minn quddiem Ġeħova,+ sewwasew bħalma kien ikkmandah. 10 Imbagħad Mosè u Aron ġabru l-​kongregazzjoni flimkien quddiem il-​blata, u qalilhom: “Isimgħu, issa, ja ribelli!+ Minn din il-​blata triduna noħorġulkom l-​ilma?”+ 11 U Mosè għolla idu u ħabbat darbtejn bil-​ħatar tiegħu fuq il-​blata; u beda ħiereġ ħafna ilma, u l-​ġemgħa u l-​bhejjem tat-​tagħbija tagħhom bdew jixorbu.+

12 Iktar tard Ġeħova qal lil Mosè u lil Aron: “Talli ma wrejtux il-​fidi fija biex tqaddsuni+ quddiem għajnejn ulied Israel, m’intomx se ddaħħlu lil din il-​kongregazzjoni fl-​art li se nagħtihom.”+ 13 Dawn huma l-​ilmijiet taʼ Meriba,+ għaliex ulied Israel tlewmu maʼ Ġeħova, u b’hekk tqaddes fosthom.

14 Għaldaqstant, Mosè bagħat xi messaġġiera minn Kades għand is-​sultan t’Edom:+ “Hekk qal ħuk Israel,+ ‘Int taf tajjeb bit-​tbatija kollha li ġiet fuqna.+ 15 U missirijietna niżlu l-​Eġittu,+ u bqajna ngħammru l-​Eġittu ħafna jiem;+ u l-​Eġizzjani bdew jagħmlulna l-​ħsara lilna u lil missirijietna.+ 16 Fl-aħħar għajjatna lil Ġeħova+ u hu semaʼ leħinna u bagħat anġlu+ u ħariġna mill-​Eġittu; u hawn aħna f’Kades, belt f’tarf it-​territorju tiegħek. 17 Jekk jogħġbok, ħa ngħaddu minn ġo artek. M’aħniex se ngħaddu minn ġo xi għalqa jew qasam tad-​dwieli, u m’aħniex se nixorbu l-​ilma minn xi bir. Minn triq is-​sultan se ngħaddu.+ M’aħniex se nduru lejn il-​lemin jew lejn ix-​xellug,+ sakemm ngħaddu minn ġot-​territorju tiegħek.’”

18 Madankollu, Edom qallu: “Tgħaddix minn ġo arti, li ma mmurx noħroġ niltaqaʼ miegħek bis-​sejf.” 19 U wlied Israel qalulu: “Mit-​triq ewlenija se nitilgħu; u jekk jien u l-​bhejjem tiegħi nixorbu mill-​ilma tiegħek, ibqaʼ ċert li nagħtik kemm jiswa.+ Ma rrid xejn iktar ħlief li ngħaddi bil-​mixi.”+ 20 Qallu: “M’intix se tgħaddi.”+ U ħareġ Edom+ jiltaqaʼ miegħu b’kotra kbira ħafna u b’id b’saħħitha. 21 Għaldaqstant, Edom ma riedx iħalli lil Israel jgħaddi minn ġot-​territorju tiegħu.+ B’hekk, Israel tbiegħed minnu.+

22 U wlied Israel, il-​ġemgħa kollha kemm hi, telqu minn Kades+ u waslu ħdejn il-​Muntanja Ħor.+ 23 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè u lil Aron biswit il-​Muntanja Ħor qrib il-​fruntiera taʼ l-​art t’Edom: 24 “Aron se jinġabar maʼ niesu,+ għax mhux se jidħol fl-​art li se nagħti lil ulied Israel, minħabba li intom irribellajtu kontra l-​ordni tiegħi rigward l-​ilmijiet taʼ Meriba.+ 25 Ħu lil Aron u lil ibnu Elegħażar u tellagħhom fuq il-​Muntanja Ħor. 26 U lil Aron neżżagħlu ħwejġu,+ u libbishom lil ibnu Elegħażar;+ u Aron jinġabar u jmut hemmhekk.”+

27 Għalhekk, Mosè għamel sewwasew bħalma kien ikkmandah Ġeħova; u quddiem għajnejn il-​ġemgħa kollha telgħu fuq il-​Muntanja Ħor. 28 Imbagħad Mosè neżżaʼ l-​ħwejjeġ lil Aron u libbishom lil ibnu Elegħażar, u mbagħad Aron miet hemmhekk fuq il-​quċċata tal-​muntanja.+ U Mosè u Elegħażar niżlu minn fuq il-​muntanja. 29 U l-​ġemgħa kollha rat li Aron kien miet, u d-​dar kollha taʼ Israel baqgħet tibki lil Aron għal tletin jum.+

21 Issa l-​Kangħani, is-​sultan t’Għarad,+ li kien jgħammar fin-​Negeb,+ semaʼ li Israel kien ġie mit-​triq li tagħti għal Atarim, u beda jiġġieled kontra Israel u ġarr ftit minnhom bħala lsiera. 2 Minħabba f’hekk, Israel għamel wegħda lil Ġeħova u qallu:+ “Jekk int bla dubju tagħtini f’idi lil dan il-​poplu, jien ukoll se neqred* il-​bliet tagħhom.”+ 3 Għalhekk, Ġeħova semaʼ leħen Israel u tah f’idejh il-​Kangħanin; u huma qerdu lilhom u l-​bliet tagħhom. Għaldaqstant, dan il-​post semmewh Ħorma.*+

4 Waqt li komplew jivvjaġġaw mill-​Muntanja Ħor+ u għaddew mit-​triq li tagħti għall-​Baħar l-​Aħmar biex iduru maʼ l-​art t’Edom,+ il-​poplu beda jegħja minħabba t-​triq. 5 U l-​poplu beda jgħid kontra Alla+ u Mosè:+ “Għala tellajtuna mill-​Eġittu biex immutu fix-​xagħri?+ Għax la hawn ħobż u lanqas ilma,+ u ruħna xebgħet mill-​ħobż taʼ min jistmerru.”+ 6 Għalhekk, Ġeħova bagħat sriep velenużi+ fost il-​poplu, u dawn gidmu lin-​nies, u b’hekk mietu ħafna min-​nies taʼ Israel.+

7 Fl-aħħar, in-​nies ġew għand Mosè u qalulu: “Aħna dnibna,+ għaliex tkellimna kontra Ġeħova u kontrik. Idħol għalina quddiem Ġeħova biex ineħħi s-​sriep minn fuqna.”+ U Mosè talab għan-​nies.+ 8 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Agħmel xbieha taʼ serp velenuż* u poġġiha fuq arblu fejn tidher. U jiġri li meta xi ħadd jingidem, irid iħares lejha u jibqaʼ ħaj.”+ 9 Mosè minnufih għamel serp tar-​ram aħmar+ u poġġieh fuq l-​arblu fejn jidher;+ u ġara li meta serp kien jigdem lil xi ħadd u dan iħares+ lejn is-​serp tar-​ram aħmar, imbagħad kien jibqaʼ ħaj.+

10 Wara dan, ulied Israel telqu u kkampjaw f’Obot.+ 11 Imbagħad telqu minn Obot u kkampjaw f’Ijje-għabarim,+ fix-​xagħri li qiegħed biswit Mowab, lejn tlugħ ix-​xemx. 12 Minn hemmhekk telqu u kkampjaw ħdejn il-​wied* taʼ Żered.+ 13 Minn hemmhekk telqu u kkampjaw fir-​reġjun taʼ l-​Arnon,+ li qiegħed fix-​xagħri li jinfirex mill-​fruntiera taʼ l-​Amurrin; għax l-​Arnon hu l-​fruntiera taʼ Mowab, bejn Mowab u l-​Amurrin. 14 Huwa għalhekk li fi ktieb il-​Gwerer taʼ Ġeħova jingħad:

“Waħeb f’Sufa u l-​widien taʼ l-​Arnon, 15 u fomm il-​widien, li jxaqleb lejn il-​post fejn hemm Ar+ u jmiss mal-​fruntiera taʼ Mowab.”

16 Imbagħad minn hemmhekk marru Bir.+ Dan hu l-​bir li dwaru Ġeħova qal lil Mosè: “Iġmaʼ l-​poplu ħa nagħtih l-​ilma.”+

17 Dakinhar Israel għanna din l-​għanja:+

“Fawwar, O bir! Għannulu!

18 Bir, il-​prinċpijiet ħaffruh. In-​nobbli tal-​poplu fetħuh,

B’ħatar taʼ kmandant,+ bl-​oħtra tagħhom stess.”

Imbagħad mix-​xagħri rħewlha għal Mattana. 19 U minn Mattana għal Naħaljel, u minn Naħaljel għal Bamot.+ 20 U minn Bamot għall-​wied li qiegħed fit-​territorju taʼ Mowab,+ f’ras il-​Pisga,+ li toħroġ ’il barra u tagħti għal fuq il-​wiċċ tal-​Ġesimon.*+

21 Israel issa bagħat xi messaġġiera għand Siħon,+ is-​sultan taʼ l-​Amurrin, li qalulu: 22 “Ħa ngħaddi minn ġo artek. M’aħniex se nduru u nidħlu f’xi għalqa jew qasam tad-​dwieli. M’aħna se nixorbu l-​ilma minn ebda bir. Minn triq is-​sultan se ngħaddu sakemm ngħaddu minn ġot-​territorju tiegħek.”+ 23 U Siħon ma ħalliex lil Israel jgħaddi minn ġot-​territorju tiegħu,+ imma Siħon ġabar lin-​nies kollha tiegħu u ħareġ jiltaqaʼ maʼ Israel fix-​xagħri, u wasal Ġaħas+ u beda jiġġieled kontra Israel. 24 U Israel darbu b’xifer is-​sejf+ u ħa f’idejh l-​art tiegħu+ mill-​Arnon+ sal-​Ġabbok,+ ħdejn ulied Amon; għaliex Ġagħżer+ hi l-​fruntiera taʼ wlied Għammon.+

25 Għalhekk, Israel ħa dawn il-​bliet kollha, u Israel beda jgħammar fil-​bliet kollha taʼ l-​Amurrin,+ f’Ħesbon+ u l-​bliet kollha li jiddependu minnha. 26 Għax Ħesbon kienet il-​belt taʼ Siħon.+ Dan kien is-​sultan taʼ l-​Amurrin,+ u kien hu li qabel iġġieled kontra s-​sultan taʼ Mowab u ħadlu minn idu l-​art kollha sa l-​Arnon.+ 27 Huwa għalhekk li dawk li jqabblu l-​versi jgħidu b’ironija:

“Ejjew Ħesbon.

Ħa tinbena l-​belt taʼ Siħon u ħa titwaqqaf fis-​sod.

28 Għax ħareġ nar minn Ħesbon,+ ilsien tan-​nar mill-​belt taʼ Siħon.

Qered lil Ar+ taʼ Mowab, is-​sidien tal-​postijiet għall-​qima* taʼ l-​Arnon.

29 Gwaj għalik, Mowab! Int żgur tgħib, O poplu taʼ Kemos!+

Żgur li hu se jagħti lil uliedu subien bħala maħrubin u lil uliedu bniet bħala lsiera taʼ Siħon, is-​sultan taʼ l-​Amurrin.

30 Għalhekk, ejjew nisparawlhom.

Ħesbon żgur tgħib sa Dibon,+

In-​nisa sa Nofa, l-​irġiel sa Medeba.”+

31 U Israel beda jgħammar fl-​art taʼ l-​Amurrin.+ 32 Imbagħad Mosè bagħat lil xi wħud jitkixxfu l-​belt taʼ Ġagħżer.+ Għalhekk, dawn ħadu taħt idejhom il-​bliet li jiddependu minnha u ħadu l-​proprjetà taʼ l-​Amurrin li kienu hemmhekk.+ 33 Imbagħad daru u telgħu mit-​triq li tagħti għall-​Basan.+ U Għog,+ is-​sultan tal-​Basan, ħareġ jiltaqaʼ magħhom, hu u l-​poplu kollu tiegħu, għall-​battalja t’Edrej.+ 34 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Tibżax minnu,+ għax żgur li se nagħtihulek f’idejk, lilu u lill-​poplu kollu tiegħu u lil artu;+ u int agħmillu sewwasew bħalma għamilt lil Siħon, is-​sultan taʼ l-​Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon.”+ 35 Għalhekk, l-​Israelin darbu lilu u lil uliedu u lill-​poplu kollu tiegħu, sakemm ma kien baqagħlu lanqas bniedem wieħed ħaj;+ u ħadu f’idejhom l-​art tiegħu.+

22 Imbagħad ulied Israel telqu u kkampjaw fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab,+ din in-​naħa tal-​Ġordan, in-​naħa l-​oħra taʼ Ġeriko. 2 U Balak,+ bin Siffur, ra kulma Israel kien għamel lill-​Amurrin. 3 U Mowab beżaʼ ħafna mill-​poplu, għax kienu ħafna; u Mowab beda jħossu jitkexkex minħabba wlied Israel.+ 4 U Mowab qal lix-​xjuħ taʼ Midjan:+ “Issa din il-​ġemgħa se tiblaʼ l-​inħawi kollha tagħna bħalma l-​barri jiblaʼ l-​ħdura tar-​rabaʼ.”

U Balak,+ bin Siffur, kien is-​sultan taʼ Mowab dik il-​ħabta. 5 Hu issa bagħat xi messaġġiera għand Balgħam,+ bin Begħor, f’Petor,+ li qiegħda ħdejn ix-​Xmara*+ fl-​art taʼ wlied il-​poplu tiegħu, biex isejħulu u jgħidulu: “Ara! Poplu ħareġ mill-​Eġittu. Ara! Ksew l-​art safejn wieħed jistaʼ jara b’għajnejh,+ u qed jgħammru preċiż quddiemi. 6 U issa ejja, jekk jogħġbok; isħet+ lil dawn in-​nies għalija, għax huma iktar setgħanin minni. Forsi nkun nistaʼ negħlibhom u nkeċċihom ’il barra mill-​pajjiż; għax jien naf tajjeb li lil min tbierek ikun imbierek u lil min tisħet ikun misħut.”+

7 Għalhekk, ix-​xjuħ taʼ Mowab u x-​xjuħ taʼ Midjan ivvjaġġaw bil-​ħlas għat-​teħbir+ f’idejhom u marru għand Balgħam+ u qalulu kliem Balak. 8 U hu qalilhom: “Oqogħdu hawnhekk dan il-​lejl, u jien inwiġibkom skond dak li jgħidli Ġeħova.”+ U l-​prinċpijiet taʼ Mowab qagħdu maʼ Balgħam.

9 Imbagħad Alla ġie għand Balgħam u qallu:+ “Min huma dawn l-​irġiel li hawn miegħek?” 10 Għalhekk, Balgħam qal lill-​Alla l-​veru: “Balak,+ bin Siffur, is-​sultan taʼ Mowab, bagħat jgħidli, 11 ‘Ara! Hawn huma n-​nies li ħarġu mill-​Eġittu u li qed jiksu l-​art safejn tistaʼ tara b’għajnejk.+ Issa ejja, isħithom għalija.+ Forsi nkun nistaʼ niġġieled kontrihom u nkeċċihom ’il barra.’” 12 Imma Alla qal lil Balgħam: “Tmurx magħhom. Tisħithomx in-​nies,+ għax huma mberkin.”+

13 Wara dan, Balgħam qam fil-​għodu u qal lill-​prinċpijiet taʼ Balak: “Morru pajjiżkom, għaliex Ġeħova ma ħallinix niġi magħkom.” 14 Għalhekk, il-​prinċpijiet taʼ Mowab qamu u marru għand Balak u qalulu: “Balgħam ma riedx jiġi magħna.”+

15 Madankollu, Balak reġaʼ bagħat għadd akbar taʼ prinċpijiet oħrajn u iktar onorabbli minn taʼ qabel. 16 U dawn ġew għand Balgħam u qalulu: “Hekk qal Balak, bin Siffur, ‘Jekk jogħġbok, tħallix xi jżommok milli tiġi għandi. 17 Għax jien żgur li se nonorak bil-​kbir,+ u kulma tgħidli jien nagħmlu.+ Għalhekk, ejja, jekk jogħġbok. Isħet lil dawn in-​nies għalija.’” 18 Imma Balgħam wieġeb u qal lill-​qaddejja taʼ Balak: “Kieku Balak kellu jagħtini daru mimlija fidda u deheb, jien xorta ma nkunx nistaʼ nikser l-​ordni taʼ Ġeħova Alla tiegħi, sabiex nagħmel xi ħaġa żgħira jew kbira.+ 19 U issa, jekk jogħġobkom, oqogħdu hawnhekk intom ukoll dan il-​lejl biex inkun naf x’se jgħidli iktar Ġeħova.”+

20 Imbagħad Alla ġie għand Balgħam bil-​lejl u qallu: “Jekk l-​irġiel ġew biex isejħulek, qum, u mur magħhom. Imma qis li tgħidilhom biss dak li ngħidlek jien.”+ 21 U Balgħam qam fil-​għodu u xedd is-​sarġ lill-​ħmara tiegħu u mar mal-​prinċpijiet taʼ Mowab.+

22 U xegħlet ir-​rabja t’Alla għaliex hu kien sejjer; u l-​anġlu taʼ Ġeħova qagħad fit-​triq biex iżommu.+ U hu kien riekeb fuq il-​ħmara tiegħu, u miegħu kien hemm tnejn mill-​qaddejja tiegħu. 23 U l-​ħmara rat l-​anġlu taʼ Ġeħova wieqaf fit-​triq b’sejfu mislut f’idu;+ u l-​ħmara pprovat tilwi mit-​triq biex tmur fl-​għalqa, imma Balgħam beda jsawwat lill-​ħmara biex terġaʼ tilwi għal ġot-​triq. 24 U l-​anġlu taʼ Ġeħova baqaʼ wieqaf fil-​mogħdija d-​dejqa bejn l-​għelieqi tad-​dwieli, b’ħajt tal-​ġebel fuq din in-​naħa u ħajt tal-​ġebel fuq in-​naħa l-​oħra. 25 U l-​ħmara baqgħet tara l-​anġlu taʼ Ġeħova u tintrass mal-​ħajt, u b’hekk lil Balgħam rassitlu siequ mal-​ħajt; u beda jsawwatha iktar.

26 L-anġlu taʼ Ġeħova issa reġaʼ għaddiehom u qagħad f’post dejjaq, fejn ma kienx hemm fejn tilwi lejn il-​lemin jew lejn ix-​xellug. 27 Meta l-​ħmara rat l-​anġlu taʼ Ġeħova nxteħtet fl-​art taħt Balgħam; u xegħlet ir-​rabja+ taʼ Balgħam u baqaʼ jsawwat lill-​ħmara bil-​ħatar tiegħu. 28 Fl-aħħar, Ġeħova fetaħ fomm il-​ħmara+ u din qalet lil Balgħam: “X’għamiltlek biex sawwattni dawn it-​tliet darbiet?”+ 29 U Balgħam wieġeb lill-​ħmara: “Għax għaddejtni biż-​żmien. Kieku kelli sejf f’idi, s’issa qtiltek!”+ 30 Imbagħad il-​ħmara qalet lil Balgħam: “M’iniex jien il-​ħmara tiegħek li rkibt fuqha għomrok kollu sa dan il-​jum? Qatt xi darba għamiltlek hekk?”+ Qalilha: “Le!” 31 U Ġeħova fetaħ għajnejn+ Balgħam, u dan ra l-​anġlu taʼ Ġeħova wieqaf fit-​triq bis-​sejf tiegħu mislut f’idu. Minnufih hu miel u nxteħet wiċċu fl-​art.

32 Imbagħad l-​anġlu taʼ Ġeħova qallu: “Għala sawwattha dawn it-​tliet darbiet lill-​ħmara tiegħek? Ara! Jien—jien ħriġt biex niqaflek, għaliex triqtek hi ferm kontra r-​rieda tiegħi.+ 33 U l-​ħmara ratni u pprovat tilwi minn quddiemi dawn it-​tliet darbiet.+ X’kien jiġri kieku ma lwietx minn quddiemi? Kieku s’issa żgur qtiltek lilek,+ imma lilha kont inħalliha ħajja.” 34 U Balgħam qal lill-​anġlu taʼ Ġeħova: “Jien dnibt,+ għax ma kontx naf li kien hemm int wieqaf fit-​triq biex tiltaqaʼ miegħi. U issa, jekk dan hu ħażin f’għajnejk, ħallini mmur lura.” 35 Imma l-​anġlu taʼ Ġeħova qal lil Balgħam: “Mur maʼ dawn l-​irġiel;+ u qis li tgħidilhom biss dak li ngħidlek jien.”+ U Balgħam baqaʼ sejjer mal-​prinċpijiet taʼ Balak.

36 Meta Balak semaʼ li kien ġie Balgħam, mill-​ewwel ħareġ jilqgħu fil-​belt taʼ Mowab, li qiegħda fuq ix-​xatt taʼ l-​Arnon, li qiegħed f’tarf it-​territorju.+ 37 Imbagħad Balak qal lil Balgħam: “Ma bgħattx jien, fil-​fatt, insejjaħlek? Għala ma ġejtx għandi? M’għandix jien tassew il-​ħila nonorak?”+ 38 U Balgħam qal lil Balak: “Ara! Issa ġejt għandek. Nistaʼ jien, fil-​fatt, ngħid xi ħaġa?+ Il-​kelma li Alla jqegħedli f’fommi se ngħid.”+

39 Għalhekk, Balgħam mar maʼ Balak u waslu Kirjat-ħusot. 40 U Balak offra bħala sagrifiċċju baqar u nagħaġ+ u bagħat minnhom lil Balgħam u lill-​prinċpijiet li kienu miegħu. 41 U ġara li fil-​għodu Balak ħa lil Balgħam u tellgħu fuq Bamot-bagħal,+ biex minn hemmhekk ikun jistaʼ jara n-​nies kollha.+

23 Imbagħad Balgħam qal lil Balak: “Ibnili f’dan il-​post sebaʼ artali+ u lestili f’dan il-​post sebaʼ barrin u sebaʼ mtaten.” 2 Balak minnufih għamel sewwasew bħalma qallu Balgħam. Imbagħad Balak u Balgħam offrew barri u muntun fuq kull artal.+ 3 U Balgħam issokta jgħid lil Balak: “Oqgħod ħdejn l-​offerta tal-​ħruq tiegħek,+ u ħallini mmur. Forsi Ġeħova jiġi u jiltaqaʼ miegħi.+ F’dan il-​każ, jurini x’jurini, ngħidhulek.” Għalhekk, mar fuq għolja għerja.

4 Meta Alla ġie għandu, Balgħam+ imbagħad qallu: “Qegħedt is-​sebaʼ artali f’ringieli, u offrejt barri u muntun fuq kull artal.”+ 5 Għaldaqstant, Ġeħova qiegħed kelma f’fomm Balgħam+ u qallu: “Mur lura għand Balak, u hekk għidlu.”+ 6 Għalhekk, mar lura għandu, u, ara, hu u l-​prinċpijiet kollha taʼ Mowab kienu qegħdin ħdejn l-​offerta tal-​ħruq li kien għamel. 7 Imbagħad lissen il-​kliem t’għerf tiegħu+ u qal:

“Minn Aram+ ipprova jġibni Balak, is-​sultan taʼ Mowab,

Mill-​muntanji tal-​lvant:

‘Ejja, isħitli lil Ġakobb.

Iva, ejja, ikkundanna lil Israel.’+

 8 Kif nistaʼ nisħet lil dawk li Alla ma seħitx?+

U kif nistaʼ nikkundanna lil dawk li Ġeħova ma kkundannax?+

 9 Minn fuq il-​quċċata tal-​blat narahom,

U minn fuq l-​għoljiet nilmaħhom.

Hemmhekk bħala poplu jibqgħu jgħixu fit-​tined maqtugħin minn kulħadd,+

U mal-​ġnus ma jgħoddux lilhom infushom.+

10 Min għadd lil Ġakobb li hu numeruż daqs it-​trab,+

U min għadd il-​parti minn erbgħa taʼ Israel?

Ħa tmut ruħi l-​mewta tar-​retti,+

U wara ħa jkun tmiemi bħal tagħhom.”+

11 U Balak qal lil Balgħam: “X’għamiltli? Jien ġibtek biex tisħet lill-​għedewwa tiegħi, u, ara, int berikthom fuq li berikthom.”+ 12 Wieġbu u qallu: “Mhux kulma Ġeħova jqegħedli f’fommi rrid noqgħod attent li ngħid?”+

13 Imbagħad Balak qallu: “Jekk jogħġbok, ejja miegħi f’post ieħor minfejn tistaʼ tarahom. Tarf biss minnhom tara,+ u ma tarahomx kollha. U isħithomli minn hemmhekk.”+ 14 Għalhekk, ħadu fil-​kampanja taʼ Sofim, fuq il-​quċċata tal-​Pisga,+ u bena sebaʼ artali u offra barri u muntun fuq kull artal.+ 15 Imbagħad Balgħam qal lil Balak: “Oqgħod hawnhekk ħdejn l-​offerta tal-​ħruq tiegħek, u, inkwantu għalija, ħa nara x’jgħidli hemmhekk.” 16 U Ġeħova ġie għand Balgħam u qegħedlu kelma f’fommu u qallu:+ “Erġaʼ lura għand Balak,+ u hekk għidlu.” 17 Għalhekk, wasal ħdejh, u, ara, kien qiegħed ħdejn l-​offerta tal-​ħruq li kien għamel, u miegħu kien hemm il-​prinċpijiet taʼ Mowab. U Balak staqsieh: “X’qallek Ġeħova?” 18 Imbagħad lissen il-​kliem t’għerf tiegħu u qal:+

“Qum, Balak, u ismaʼ.

Agħtini widen, O bin Siffur.+

19 Alla m’huwiex xi bniedem biex jgħid il-​gideb,+

Lanqas xi bin il-​bniedem biex jerġaʼ jibdielu.+

Jgħid hu xi ħaġa u ma jagħmilhiex,

U jgħid kelma u ma jwettaqhiex?+

20 Ara! Inġibt biex inbierek,

U Hu bierek,+ u jien mhux se rreġġagħha lura.+

21 Ma lemaħ ebda magħmul+ kontra Ġakobb,

U ebda inkwiet ma ra kontra Israel.

Ġeħova Alla tiegħu hu miegħu,+

U f’nofsu jinstemaʼ l-​għajat taʼ tifħir għas-​sultan.

22 Alla ħarġu mill-​Eġittu.+

Il-​pass mgħaġġel tiegħu hu bħal dak taʼ barri salvaġġ.+

23 Għax m’hemm ebda magħmul kontra Ġakobb,+

Lanqas teħbir kontra Israel.+

F’dan il-​waqt jistaʼ jingħad dwar Ġakobb u Israel,

‘Ara x’għamel Alla!’+

24 Ara! Iqum poplu bħal iljun,

U bħall-​iljun jieqaf fuq saqajh.+

Ma jimteddx qabel ma jiekol il-​priża,

U jixrob id-​demm tal-​maqtulin.”+

25 U Balak qal lil Balgħam: “Jekk assolutament ma tistax tisħtu, almenu żgur li m’għandekx tbierku.” 26 Imbagħad Balgħam wieġeb u qal lil Balak: “Ma kellimtekx u għedtlek, ‘Kulma jgħidli Ġeħova nagħmel’?”+

27 Imbagħad Balak qal lil Balgħam: “Ejja, jekk jogħġbok. Ħa nieħdok jerġaʼ post ieħor. Forsi jkun sewwa f’għajnejn l-​Alla l-​veru, u b’hekk int tisħithuli minn hemmhekk.”+ 28 U Balak ħa lil Balgħam fuq il-​quċċata taʼ Pegħor, li tħares lejn il-​Ġesimon.*+ 29 Imbagħad Balgħam+ qal lil Balak: “Ibnili f’dan il-​post sebaʼ artali u lestili f’dan il-​post sebaʼ barrin u sebaʼ mtaten.”+ 30 Għalhekk, Balak għamel sewwasew bħalma qal Balgħam, u offra barri u muntun fuq kull artal.+

24 Meta Balgħam ra li kien tajjeb f’għajnejn Ġeħova li jbierek lil Israel, ma telaqx kif għamel drabi+ oħrajn biex ifittex xi sinjal li bih jaqra l-​futur,+ imma dawwar wiċċu lejn ix-​xagħri. 2 Meta Balgħam refaʼ għajnejh u ra lil Israel jgħammar fit-​tined skond it-​tribujiet tiegħu,+ imbagħad l-​ispirtu t’Alla niżel fuqu.+ 3 Għalhekk, hu lissen il-​kliem t’għerf tiegħu+ u qal:

“Il-​kliem taʼ Balgħam, bin Begħor,

U l-​kliem tar-​raġel b’saħħtu b’għajnejh miftuħin,+

 4 Il-kliem taʼ min jismaʼ dak li jgħid Alla,+

Li ra viżjoni taʼ Dak li Jistaʼ Kollox+

Waqt li waqaʼ maʼ l-​art b’għajnejh miftuħin:+

 5 Kemm huma sbieħ it-​tined tiegħek, O Ġakobb, l-​għamajjar tiegħek, O Israel!+

 6 Bħal widien infirxu ’l bogħod,+

Bħal ġonna ħdejn ix-​xmara.+

Bħal pjanti tas-​sabbara li ħawwel Ġeħova,

Bħal siġar taċ-​ċedru ħdejn l-​ilmijiet.+

 7 L-ilma jibqaʼ jqattar miż-​żewġ bramel tal-​ġild tiegħu,

U nislu qiegħed ħdejn ħafna ilmijiet.+

Is-​sultan tiegħu+ wkoll ikun ogħla minn Agag,+

U saltnatu tintrefaʼ ’l fuq.+

 8 Alla ħarġu mill-​Eġittu;

Il-​pass mgħaġġel tiegħu hu bħal dak taʼ barri salvaġġ.+

Hu jeqred lill-​ġnus, dawk li jaħqruh,+

U jgerrem għadamhom,+ u jfarrakhom bil-​vleġeġ tiegħu.+

 9 Hu miel, imtedd bħall-​iljun,

U, bħal iljun, min jissogra jqajmu?+

Dawk li jberkuk huma mberkin,+

U dawk li jisħtuk huma misħutin.”+

10 U xegħlet ir-​rabja taʼ Balak kontra Balgħam u ċapċap idejh,+ u Balak issokta jgħid lil Balgħam: “Jien sejjaħtlek biex tisħet+ lill-​għedewwa tiegħi, u, ara, int berikthom fuq li berikthom dawn it-​tliet darbiet. 11 U issa aħrab lejn postok. Jien kont għedt bejni u bejn ruħi li żgur kont se nonorak,+ imma, ara, Ġeħova ċaħħdek mill-​unur.”

12 U Balgħam qal lil Balak: “Ma kienx ukoll lill-​messaġġiera tiegħek, li int bgħatt għandi, li jien kellimt u għedt, 13 ‘Kieku Balak kellu jagħtini daru mimlija fidda u deheb, jien xorta ma nkunx nistaʼ nikser l-​ordni taʼ Ġeħova sabiex nagħmel xi ħaġa tajba jew ħażina minn rajja. Dak li jgħidli Ġeħova se ngħid’?+ 14 U issa, ara, jien sejjer għand il-​poplu tiegħi. Ejja, ħa nurik+ x’se jagħmillu dan il-​poplu lill-​poplu tiegħek fi tmiem il-​jiem.”+ 15 Għalhekk, hu lissen il-​kliem t’għerf tiegħu+ u qal:

“Il-​kliem taʼ Balgħam, bin Begħor

U l-​kliem tar-​raġel b’saħħtu b’għajnejh miftuħin,+

16 Il-kliem taʼ min jismaʼ dak li jgħid Alla,+

U dak li għandu l-​għarfien dwar l-​Iktar Għoli—

Ra viżjoni taʼ Dak li Jistaʼ Kollox+

Waqt li waqaʼ maʼ l-​art b’għajnejh miftuħin:+

17 Narah,+ imma mhux issa;

Nilmħu, imma mhux qrib.

Kewkba+ toħroġ minn Ġakobb,

U jqum xettru minn Israel.+

U jiftaħ ras Mowab fi tnejn+

U jkisser l-​iskutella taʼ kull ras fost ulied il-​ħerba.

18 U Edom irid isir wirt,+

Iva, Segħir+ irid isir il-​wirt taʼ l-​għedewwa tiegħu,+

Waqt li Israel ikun qed juri l-​kuraġġ tiegħu.

19 U minn Ġakobb ikun hemm wieħed li jrażżan,+

U jrid jeqred lil kulmin jibqaʼ ħaj fil-​belt.”+

20 Meta ra lil Għamalek, hu kompla jlissen il-​kliem t’għerf tiegħu u ssokta jgħid:+

“L-​ewwel wieħed mill-​ġnus kien Għamalek,+

Imma l-​qerda tiegħu se tkun tmiemu.”+

21 Meta ra lill-​Kenin,+ hu kompla jlissen il-​kliem t’għerf tiegħu u ssokta jgħid:

“Għamartek iddum għal żmien twil, u fuq il-​blata qiegħda darek.

22 Imma jkun hemm wieħed li jeqred bin-​nar lil Qajin.*+

Kemm se ddum l-​Assirja biex iġġorrok fil-​jasar?”+

23 U kompla jlissen il-​kliem t’għerf tiegħu u ssokta jgħid:

“Gwaj! Min se jibqaʼ ħaj meta Alla jagħmel dan?+

24 U jkun hemm iġfna mill-​kosta tal-​Kittim,+

U dawn jgħakksu lill-​Assirja,+

U jgħakksu lill-​Għeber.

Imma, maż-​żmien, hu wkoll se jgħib.”

25 Imbagħad Balgħam qam u telaq u mar lura lejn pajjiżu.+ U Balak ukoll mar għal triqtu.

25 Issa Israel kien qed jgħammar f’Sittim.+ Imbagħad il-​poplu beda jkollu relazzjonijiet immorali mal-​bniet taʼ Mowab.+ 2 U n-​nisa stiednu lin-​nies għas-​sagrifiċċji taʼ l-​allat tagħhom,+ u n-​nies bdew jieklu u jmilu quddiem l-​allat tagħhom.+ 3 Għalhekk, Israel intrabat mal-​Bagħal taʼ Pegħor;+ u r-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Israel.+ 4 Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Mosè: “Ħu l-​kapijiet kollha tal-​poplu u oħroġhom fil-​beraħ quddiem Ġeħova+ fid-​dawl tax-​xemx, sabiex Ġeħova jreġġaʼ lura r-​rabja taħraq tiegħu minn fuq Israel.” 5 Imbagħad Mosè qal lill-​imħallfin taʼ Israel:+ “Kull wieħed minnkom joqtol+ lill-​irġiel tiegħu li għandhom xi rabta mal-​Bagħal taʼ Pegħor.”

6 Imma, ara, ġie raġel+ minn ulied Israel, u ġab ħdejn ħutu mara Midjanija+ quddiem għajnejn Mosè u quddiem għajnejn il-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel, waqt li kienu qed jibku fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa. 7 Meta Fineħas,+ bin Elegħażar, bin Aron il-​qassis, ra dan, hu qam minnufih minn nofs il-​ġemgħa u ħa lanza f’idu. 8 Imbagħad mar wara r-​raġel taʼ Israel ġot-​tinda u nifidhom it-​tnejn flimkien, ir-​raġel taʼ Israel u l-​mara taħt żaqqha. Minħabba f’hekk, il-​flaġell minn fuq ulied Israel waqaf.+ 9 U dawk li mietu minħabba l-​flaġell kienu erbgħa u għoxrin elf.+

10 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 11 “Fineħas,+ bin Elegħażar, bin Aron il-​qassis, reġġaʼ lura l-​korla+ tiegħi minn fuq ulied Israel peress li ma ttollera assolutament ebda rivalità lejja f’nofshom,+ u b’hekk jien ma qridtx lil ulied Israel għax ninsisti għal devozzjoni esklużiva.+ 12 Għal din ir-​raġuni għid, ‘Ara! Qed nagħtih il-​patt taʼ sliem tiegħi. 13 U dan irid iservi bħala l-​patt taʼ saċerdozju għal żmien indefinit għalih u għal uliedu warajh,+ minħabba l-​fatt li hu ma ttollera ebda rivalità lejn Alla tiegħu+ u għamel tpattija għal ulied Israel.’”+

14 Issa r-​raġel Israeli maqtul li nqatel mal-​Midjanija kien jismu Żimri, bin Salu, kap ewlieni+ taʼ familja, min-​naħa tal-​missier, tas-​Simegħonin. 15 U l-​mara Midjanija li nqatlet kien jisimha Kożbi, bint Żur;+ dan kien kap tat-​tribujiet taʼ familja min-​naħa tal-​missier f’Midjan.+

16 Iktar tard Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 17 “Ħa jinħaqru l-​Midjanin, u intom tridu tidorbuhom,+ 18 għaliex huma qed jaħqrukom bil-​makakkeriji+ tagħhom li huma wettqu kontrikom b’makakkerija fil-​kwistjoni taʼ Pegħor+ u fil-​kwistjoni t’oħthom Kożbi,+ bint kap ewlieni taʼ Midjan, li nqatlet+ fil-​jum tal-​flaġell minħabba l-​kwistjoni taʼ Pegħor.”+

26 U ġara li, wara l-​flaġell,+ Ġeħova ssokta jgħid dan lil Mosè u lil Elegħażar, bin Aron il-​qassis: 2 “Għoddu l-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel minn għoxrin sena ’l fuq, skond dar missirijiethom, dawk kollha li ngħaqdu maʼ l-​armata f’Israel.”+ 3 U Mosè u Elegħażar,+ il-​qassis, kellmuhom fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab+ biswit il-​Ġordan f’Ġeriko+ u qalulhom: 4 “Għoddu l-​irġiel kollha minn għoxrin sena ’l fuq, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.”+

Issa wlied Israel li ħarġu mill-​art taʼ l-​Eġittu kienu: 5 Ruben, l-​ewwel imwieled taʼ Israel;+ ulied Ruben: Minn Ħanok,+ il-​familja tal-​Ħanokin; minn Pallu,+ il-​familja tal-​Palluwin; 6 minn Ħesron,+ il-​familja tal-​Ħesronin; minn Karmi,+ il-​familja tal-​Karmin. 7 Dawn kienu l-​familji tar-​Rubenin, u dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu tlieta u erbgħin elf, sebaʼ mija u tletin.+

8 U bin Pallu kien Eljab. 9 U wlied Eljab: Nemwel, Datan, u Abiram. Dawn Datan+ u Abiram+ kienu l-​imsejħin tal-​ġemgħa, li ħaduha kontra Mosè u Aron fil-​ġemgħa taʼ Koraħ,+ meta ssieltu kontra Ġeħova.

10 Imbagħad l-​art fetħet fommha u belgħethom.+ U Koraħ miet mal-​ġemgħa meta n-​nar ħaraq mitejn u ħamsin raġel.+ U dawn saru simbolu taʼ twissija.+ 11 Madankollu, ulied Koraħ ma mitux.+

12 Ulied Simegħon+ skond il-​familji tagħhom: Minn Nemwel,+ il-​familja tan-​Nemwelin; minn Ġamin,+ il-​familja tal-​Ġaminin; minn Ġakin,+ il-​familja tal-​Ġakinin; 13 minn Żeraħ, il-​familja taż-​Żeraħin; minn Sagħul,+ il-​familja tas-​Sagħulin. 14 Dawn kienu l-​familji tas-​Simegħonin: tnejn u għoxrin elf u mitejn.+

15 Ulied Gad+ skond il-​familji tagħhom: Minn Sefon, il-​familja tas-​Sefonin; minn Ħaggi, il-​familja tal-​Ħaggin; minn Suni, il-​familja tas-​Sunin; 16 minn Ożni, il-​familja taʼ l-​Ożnin; minn Għeri, il-​familja taʼ l-​Għerin; 17 minn Arod,* il-​familja taʼ l-​Arodin; minn Areli,+ il-​familja taʼ l-​Arelin. 18 Dawn kienu l-​familji taʼ wlied Gad, taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: erbgħin elf u ħames mija.+

19 Ulied Ġuda+ kienu Għer+ u Onan.+ Iżda, Għer u Onan mietu fl-​art taʼ Kangħan.+ 20 U wlied Ġuda kienu, skond il-​familji tagħhom: Minn Selaħ,+ il-​familja tas-​Selanin; minn Pereż,+ il-​familja tal-​Pereżin; minn Żeraħ,+ il-​familja taż-​Żeraħin. 21 U wlied Pereż kienu: Minn Ħesron,+ il-​familja tal-​Ħesronin; minn Ħamul,+ il-​familja tal-​Ħamulin. 22 Dawn kienu l-​familji taʼ Ġuda,+ taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: sitta u sebgħin elf u ħames mija.+

23 Ulied Issakar,+ skond il-​familji tagħhom, kienu: Minn Tola,+ il-​familja tat-​Tolagħin; minn Puwa, il-​familja tal-​Puwin; 24 minn Ġasub, il-​familja tal-​Ġasubin; minn Simron,+ il-​familja tas-​Simronin. 25 Dawn kienu l-​familji taʼ Issakar, taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: erbgħa u sittin elf u tliet mija.+

26 Ulied Żebulun,+ skond il-​familji tagħhom, kienu: Minn Sered, il-​familja tas-​Seredin; minn Elon, il-​familja taʼ l-​Elonin; minn Ġaħlel,+ il-​familja tal-​Ġaħlelin. 27 Dawn kienu l-​familji taż-​Żebulunin, taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: sittin elf u ħames mija.+

28 Ulied Ġużeppi,+ skond il-​familji tagħhom, kienu Manasse u Efrajm.+ 29 Ulied Manasse+ kienu: Minn Makir,+ il-​familja tal-​Makirin. U Makir nissel lil Gilegħad.+ Minn Gilegħad, il-​familja tal-​Gilegħadin. 30 Dawn kienu wlied Gilegħad: Minn Jeżer,+ il-​familja tal-​Jeżerin, minn Ħelek, il-​familja tal-​Ħelekin; 31 minn Asrijel, il-​familja taʼ l-​Asrijelin; minn Sikem, il-​familja tas-​Sikemin; 32 minn Semida,+ il-​familja tas-​Semidagħin; minn Ħefer,+ il-​familja tal-​Ħeferin. 33 Issa Selofeħad, bin Ħefer, ma kellux ulied subien, imma bniet,+ u l-​ismijiet tal-​bniet taʼ Selofeħad kienu Maħla, Nogħa, Ħogla, Milka, u Tirsa.+ 34 Dawn kienu l-​familji taʼ Manasse, u dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu tnejn u ħamsin elf u sebaʼ mija.+

35 Dawn kienu wlied Efrajm,+ skond il-​familji tagħhom: Minn Sutelaħ,+ il-​familja tas-​Sutelaħin; minn Beker, il-​familja tal-​Bekerin; minn Taħan,+ il-​familja tat-​Taħanin. 36 U dawn kienu wlied Sutelaħ: Minn Għeran, il-​familja taʼ l-​Għeranin. 37 Dawn kienu l-​familji taʼ wlied Efrajm,+ taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: tnejn u tletin elf u ħames mija. Dawn kienu wlied Ġużeppi, skond il-​familji tagħhom.+

38 Ulied Benjamin,+ skond il-​familji tagħhom, kienu: Minn Bela,+ il-​familja tal-​Belagħin; minn Asbel,+ il-​familja taʼ l-​Asbelin; minn Aħiram, il-​familja taʼ l-​Aħiramin; 39 minn Sefufam, il-​familja tas-​Sufamin; minn Ħufam,+ il-​familja tal-​Ħufamin. 40 Ulied Bela kienu Ard u Nagħman:+ Minn Ard, il-​familja taʼ l-​Ardin; minn Nagħman, il-​familja tan-​Nagħmin. 41 Dawn kienu wlied Benjamin,+ skond il-​familji tagħhom, u dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu ħamsa u erbgħin elf u sitt mija.+

42 Dawn kienu wlied Dan,+ skond il-​familji tagħhom: Minn Suħam, il-​familja tas-​Suħamin. Dawn kienu l-​familji taʼ Dan,+ skond il-​familji tagħhom. 43 Il-familji kollha tas-​Suħamin, taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom, kienu erbgħa u sittin elf u erbaʼ mija.+

44 Ulied Aser,+ skond il-​familji tagħhom, kienu: Minn Imnaħ,+ il-​familja taʼ l-​Imnin; minn Iswi,+ il-​familja taʼ l-​Iswin; minn Berija, il-​familja tal-​Berijin; 45 minn ulied Berija: Minn Ħeber, il-​familja tal-​Ħeberin; minn Malkijel,+ il-​familja tal-​Malkijelin. 46 U bint Aser kien jisimha Seraħ.+ 47 Dawn kienu l-​familji taʼ wlied Aser,+ taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: tlieta u ħamsin elf u erbaʼ mija.+

48 Ulied Naftali,+ skond il-​familji tagħhom, kienu: Minn Ġaħsel,+ il-​familja tal-​Ġaħselin; minn Guni,+ il-​familja tal-​Gunin; 49 minn Ġeżer,+ il-​familja tal-​Ġeżerin; minn Sillem,+ il-​familja tas-​Sillemin. 50 Dawn kienu l-​familji taʼ Naftali,+ skond il-​familji tagħhom, u dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu ħamsa u erbgħin elf u erbaʼ mija.+

51 Dawn kienu dawk li ġew reġistrati minn fost ulied Israel: sitt mitt elf u wieħed u sebaʼ mija u tletin.+

52 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 53 “Lil dawn għandek tqassmilhom l-​art bħala wirt skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet.+ 54 Skond kemm ikun kbir l-​għadd għandek iżżid il-​wirt taʼ dak li jkun, u skond kemm ikun żgħir għandek tnaqqaslu l-​wirt.+ Kull wieħed għandu jingħata wirt skond kemm ikollu nies reġistrati. 55 L-art għandha titqassam billi tittellaʼ bix-​xorti.+ Skond l-​ismijiet tat-​tribujiet taʼ missirijiethom għandhom jiksbu wirt. 56 Skond kif tmiss ix-​xorti għandu jitqassam il-​wirt taʼ dak li jkun bejn il-​ħafna u l-​ftit.”

57 Issa dawn ġew reġistrati minn fost il-​Leviti+ skond il-​familji tagħhom: Minn Gerson,+ il-​familja tal-​Gersonin; minn Keħat,+ il-​familja tal-​Keħatin; minn Merari,+ il-​familja tal-​Merarin. 58 Dawn kienu l-​familji tal-​Leviti: il-​familja tal-​Libnin,+ il-​familja tal-​Ħebronin,+ il-​familja tal-​Maħlin,+ il-​familja tal-​Musin,+ il-​familja tal-​Koraħin.+

U Keħat+ nissel lil Għamram.+ 59 U mart Għamram kien jisimha Ġokebed,+ bint Levi, li twieldet lil Levi fl-​Eġittu. Maż-​żmien, lil Għamram wilditlu lil Aron u lil Mosè u lil oħthom Mirjam.+ 60 Imbagħad lil Aron twildulu Nadab u Abiħu,+ Elegħażar u Itamar.+ 61 Imma Nadab u Abiħu mietu għax ippreżentaw nar projbit quddiem Ġeħova.+

62 U dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu tlieta u għoxrin elf, kollha tas-​sess maskil minn xahar ’il fuq.+ Għax dawn ma ġewx reġistrati fost ulied Israel,+ għaliex ma kellu jingħatalhom ebda wirt fost ulied Israel.+

63 Dawn kollha kienu ġew reġistrati minn Mosè u Elegħażar, il-​qassis, meta rreġistraw lil ulied Israel fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab biswit il-​Ġordan f’Ġeriko.+ 64 Imma fost dawn ma kien hemm ebda raġel minn dawk li kienu rreġistraw Mosè u Aron, il-​qassis, meta dawn irreġistraw lil ulied Israel fix-​xagħri tas-​Sinaj.+ 65 Għax Ġeħova kien qal dwarhom: “Huma żgur li jmutu fix-​xagħri.”+ Għalhekk, ma kien baqaʼ ebda raġel minnhom ħlief Kaleb, bin Ġefunne, u Ġożwè, bin Nun.+

27 Imbagħad resqu l-​bniet taʼ Selofeħad,+ bin Ħefer, bin Gilegħad, bin Makir, bin Manasse,+ mill-​familji taʼ Manasse, bin Ġużeppi. U l-​bniet tiegħu kien jisimhom hekk: Maħla, Nogħa, Ħogla, Milka, u Tirsa.+ 2 U qagħdu quddiem Mosè u quddiem Elegħażar, il-​qassis,+ u quddiem il-​kapijiet ewlenin u l-​ġemgħa kollha fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa u qalu: 3 “Missierna miet fix-​xagħri,+ u madankollu ma kienx fost il-​ġemgħa, jiġifieri, dawk li ħaduha kontra Ġeħova fil-​ġemgħa taʼ Koraħ,+ imma miet minħabba dnubu stess;+ u ma kellux ulied subien. 4 Għala għandu isem missierna jitneħħa minn nofs il-​familja tiegħu għaliex ma kellux iben?+ Agħtina wirt f’nofs ħut missierna.”+ 5 U Mosè ppreżenta l-​każ tagħhom quddiem Ġeħova.+

6 Imbagħad Ġeħova qallu hekk lil Mosè: 7 “Il-​bniet taʼ Selofeħad qed jgħidu sew. Għandek assolutament tagħtihom wirt f’nofs ħut missierhom, u trid tgħaddi wirt missierhom lilhom.+ 8 U għandek tkellem lil ulied Israel u tgħidilhom, ‘Jekk imut xi raġel mingħajr ma jkollu iben, tridu tgħaddu wirtu lil bintu. 9 U jekk ma jkollux bint, tridu tagħtu wirtu lil ħutu. 10 U jekk ma jkollux ħutu, tridu tagħtu wirtu lil ħut missieru. 11 U jekk missieru ma jkollux ħutu, tridu tagħtu wirtu lill-​eqreb wieħed mill-​familja tiegħu li hu qaribu mid-​demm,+ u l-​wirt isir tiegħu. U dan irid iservi bħala statut b’deċiżjoni ġudizzjarja għal ulied Israel, sewwasew bħalma Ġeħova kkmanda lil Mosè.’”

12 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Itlaʼ fuq din il-​muntanja taʼ l-​Għabarim+ u ara l-​art li se nagħti lil ulied Israel.+ 13 Meta tkun rajtha, imbagħad tinġabar maʼ niesek,+ iva, int, sewwasew bħalma nġabar ħuk Aron,+ 14 talli rribellajtu kontra l-​ordni tiegħi fix-​xagħri taż-​Żin meta tlewmet il-​ġemgħa,+ u ma qaddistunix+ ħdejn l-​ilmijiet quddiem għajnejhom. Dawn huma l-​ilmijiet taʼ Meriba+ f’Kades+ fix-​xagħri taż-​Żin.”+

15 Imbagħad Mosè kellem lil Ġeħova u qallu: 16 “Ħalli Ġeħova, l-​Alla tal-​forza tal-​ħajja+ taʼ kull xorta taʼ laħam,+ jaħtar raġel fuq il-​ġemgħa+ 17 li joħroġ quddiemhom u jidħol quddiemhom u li joħroġhom u jdaħħalhom,+ sabiex il-​ġemgħa taʼ Ġeħova ma tkunx bħal nagħaġ mingħajr ragħaj.”+ 18 Għalhekk, Ġeħova qal lil Mosè: “Ħu lil Ġożwè, bin Nun, bniedem li għandu l-​ħila jwettaq ir-​responsabbiltajiet tiegħu,+ u qiegħed idek fuqu;+ 19 u qiegħdu quddiem Elegħażar, il-​qassis, u quddiem il-​ġemgħa kollha, u agħtih il-​kariga taʼ mexxej quddiem għajnejhom.+ 20 U qegħedlu ftit mid-​dinjità tiegħek fuqu,+ sabiex il-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel tismaʼ minnu.+ 21 U jrid joqgħod quddiem Elegħażar, il-​qassis, u hu jistħarreġ+ f’ismu x’jgħid il-​ġudizzju taʼ l-​Urim+ quddiem Ġeħova. Għall-​ordni tiegħu joħorġu u għall-​ordni tiegħu jidħlu, hu u wlied Israel kollha miegħu u l-​ġemgħa kollha.”

22 U Mosè għamel sewwasew bħalma kien ikkmandah Ġeħova. U ħa lil Ġożwè u qiegħdu quddiem Elegħażar,+ il-​qassis, u quddiem il-​ġemgħa kollha 23 u qiegħed idejh fuqu u tah il-​kariga taʼ mexxej,+ sewwasew bħalma kien qal Ġeħova permezz taʼ Mosè.+

28 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Ikkmanda lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Għandkom toqogħdu attenti li tippreżentawli l-​offerta tiegħi, il-​ħobż tiegħi,+ għall-​offerti tiegħi magħmulin bin-​nar bħala riħa pjaċevoli għalija,+ fiż-​żminijiet stabbiliti tagħhom.’+

3 “U għidilhom, ‘Din hi l-​offerta magħmula bin-​nar li għandkom tippreżentaw lil Ġeħova: żewġt iħrief irġiel taʼ sena, li jkunu bla difett, kuljum bħala offerta tal-​ħruq offruta regolarment.+ 4 Ħaruf wieħed toffrih fil-​għodu, u l-​ħaruf l-​ieħor toffrih bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam,+ 5 flimkien maʼ wieħed minn għaxra t’efa+ dqiq fin bħala offerta tal-​qmuħ+ miblula fil-​kwart taʼ ħinn żejt minn żebbuġ misħuq;+ 6 l-offerta tal-​ħruq offruta regolarment,+ li kienet offruta fuq il-​Muntanja Sinaj bħala riħa pjaċevoli, offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova,+ 7 flimkien maʼ l-​offerta tax-​xorb li joffru miegħu,+ kwart taʼ ħinn għal kull ħaruf.+ L-​offerta tax-​xorb, taʼ xorb li jsakkar,+ sawwabha fil-​post qaddis lil Ġeħova. 8 U toffri l-​ħaruf l-​ieħor bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam. Bl-​istess offerta tal-​qmuħ bħal dik taʼ fil-​għodu u bl-​istess offerta tax-​xorb toffrih bħala offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+

9 “‘Madankollu, f’jum is-​Sabat+ ikun hemm żewġt iħrief irġiel taʼ sena, li jkunu bla difett, u tnejn minn għaxra t’efa dqiq fin bħala offerta tal-​qmuħ miblula fiż-​żejt, flimkien maʼ l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha, 10 bħala offerta tal-​ħruq tas-​Sabat fil-​jum tas-​Sabat, flimkien maʼ l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment+ u l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha.+

11 “‘U fil-​bidu tax-​xhur tagħkom lil Ġeħova tippreżentawlu bħala offerta tal-​ħruq żewġ barrin żgħar u muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena, li jkunu bla difett,+ 12 u tlieta minn għaxra t’efa dqiq fin bħala offerta tal-​qmuħ+ miblula fiż-​żejt għal kull barri u tnejn minn għaxra t’efa dqiq fin bħala offerta tal-​qmuħ miblula fiż-​żejt għall-​muntun,+ 13 u wieħed minn għaxra t’efa dqiq fin bħala offerta tal-​qmuħ miblula fiż-​żejt għal kull ħaruf, bħala offerta tal-​ħruq, riħa pjaċevoli,+ offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova. 14 U bħala l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom għandu jkun hemm nofs+ ħinn inbid għal barri u terz+ taʼ ħinn għall-​muntun u kwart+ taʼ ħinn għal ħaruf. Din hi l-​offerta tal-​ħruq taʼ kull xahar fix-​xahar tagħha għax-​xhur tas-​sena.+ 15 Ukoll, gidi,+ bħala offerta għad-​dnub, għandu jiġi offrut lil Ġeħova minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment flimkien maʼ l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha.+

16 “‘U fl-​ewwel xahar, fl-​erbatax tax-​xahar, ikun il-​Qbiż taʼ Ġeħova.+ 17 U l-​ħmistax taʼ dan ix-​xahar ikun festa. Għal sebat ijiem jittiekel ħobż bla ħmira.+ 18 Fl-ewwel jum ikun hemm konvenzjoni mqaddsa.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+ 19 U tridu tippreżentaw bħala offerta magħmula bin-​nar, offerta tal-​ħruq+ lil Ġeħova, żewġ barrin żgħar u muntun u sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena.+ Qisu li jkunu bla difett.+ 20 U bħala l-​offerti tal-​qmuħ+ taʼ dqiq fin miblul fiż-​żejt tridu toffru tlieta minn għaxra t’efa għall-​barri u tnejn minn għaxra t’efa+ għall-​muntun. 21 Għandkom toffru wieħed minn għaxra t’efa+ għal kull ħaruf mis-​sebat iħrief irġiel; 22 u mogħża bħala offerta għad-​dnub biex tagħmel tpattija għalikom.+ 23 Dawn għandkom toffruhom minbarra l-​offerta tal-​ħruq+ taʼ fil-​għodu li trid tiġi offruta regolarment.+ 24 L-istess bħal dawn għandkom toffru kuljum għas-​sebat ijiem bħala ħobż,+ offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+ Flimkien maʼ l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment għandha tiġi offruta, kif ukoll l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha. 25 U fis-​sebaʼ jum għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+

26 “‘U fil-​jum taʼ l-​ewwel frott misjur,+ meta tippreżentaw offerta tal-​qmuħ ġodda lil Ġeħova, fil-​festa tal-​ġimgħat+ għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa. Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+ 27 U tridu tippreżentaw bħala offerta tal-​ħruq, bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova, żewġ barrin żgħar, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena;+ 28 u bħala l-​offerta tal-​qmuħ taʼ dqiq fin miblul fiż-​żejt tlieta minn għaxra t’efa għal kull barri, tnejn minn għaxra t’efa+ għall-​muntun, 29 wieħed minn għaxra t’efa+ għal kull ħaruf mis-​sebat iħrief irġiel; 30 gidi biex jagħmel tpattija għalikom.+ 31 Minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha għandkom toffruhom.+ Qisu li jkunu bla difett,+ flimkien maʼ l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom.+

29 “‘U fis-​sebaʼ xahar, fl-​ewwel tax-​xahar, għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+ Għandu jkun għalikom jum tad-​daqq tat-​trumbetta.+ 2 U toffru bħala offerta tal-​ħruq, bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova, barri żgħir, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 3 u bħala l-​offerta tal-​qmuħ taʼ dqiq fin miblul fiż-​żejt, tlieta minn għaxra t’efa għall-​barri, tnejn minn għaxra t’efa għall-​muntun,+ 4 u waħda minn għaxra t’efa għal kull ħaruf mis-​sebat iħrief irġiel;+ 5 u gidi bħala offerta għad-​dnub biex jagħmel tpattija għalikom;+ 6 minbarra l-​offerta tal-​ħruq taʼ kull xahar+ u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha+ u l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment+ u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha,+ flimkien maʼ l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom,+ skond il-​proċedura regulari għalihom, bħala riħa pjaċevoli, offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova.+

7 “‘U fl-​għaxra taʼ dan is-​sebaʼ xahar għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa,+ u tridu tgħakksu ruħkom.*+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol.+ 8 U tridu tippreżentaw bħala offerta tal-​ħruq lil Ġeħova, bħala riħa pjaċevoli, barri żgħir, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena.+ Qisu li jkunu bla difett.+ 9 U bħala l-​offerta tal-​qmuħ taʼ dqiq fin miblul fiż-​żejt tlieta minn għaxra t’efa għall-​barri, tnejn minn għaxra t’efa għall-​muntun,+ 10 wieħed minn għaxra t’efa għal kull ħaruf mis-​sebat iħrief irġiel;+ 11 gidi bħala offerta għad-​dnub, minbarra l-​offerta għad dnub bħala tpattija+ u l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha, flimkien maʼ l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom.+

12 “‘U fil-​ħmistax tas-​sebaʼ xahar+ għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz,+ u tridu tiċċelebraw festa lil Ġeħova għal sebat ijiem.+ 13 U tridu tippreżentaw bħala offerta tal-​ħruq,+ offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova, tlettax-il barri żgħir, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena. Għandhom ikunu bla difett.+ 14 U bħala l-​offerta tal-​qmuħ taʼ dqiq fin miblul fiż-​żejt tlieta minn għaxra t’efa għal kull barri mit-​tlettax-il barri, tnejn minn għaxra t’efa għal kull muntun miż-​żewġ imtaten,+ 15 u wieħed minn għaxra t’efa għal kull ħaruf mill-​erbatax-il ħaruf;+ 16 u gidi bħala offerta għad-​dnub, minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment, l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha u l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha.+

17 “‘U fit-​tieni jum tnax-il barri żgħir, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 18 u l-​offerta tal-​qmuħ+ li joffru magħhom u l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom+ għall-​barrin, għall-​imtaten u għall-​ħrief irġiel skond l-​għadd tagħhom u skond il-​proċedura regulari;+ 19 u gidi bħala offerta għad-​dnub,+ minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha, flimkien maʼ l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom.+

20 “‘U fit-​tielet jum ħdax-il barri, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 21 u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħhom+ u l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom+ għall-​barrin, għall-​imtaten u għall-​ħrief irġiel skond l-​għadd tagħhom u skond il-​proċedura regulari; 22 u mogħża bħala offerta għad-​dnub,+ minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha u l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha.

23 “‘U fir-​rabaʼ jum għaxar barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 24 l-offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerti tax-​xorb+ għall-​barrin, għall-​imtaten u għall-​ħrief irġiel skond l-​għadd tagħhom u skond il-​proċedura regulari;+ 25 u gidi bħala offerta għad-​dnub,+ minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment,+ l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha u l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha.+

26 “‘U fil-​ħames jum disaʼ barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 27 u l-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerti tax-​xorb+ għall-​barrin, għall-​imtaten u għall-​ħrief irġiel skond l-​għadd tagħhom u skond il-​proċedura regulari;+ 28 u mogħża bħala offerta għad-​dnub,+ minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha u l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha.+

29 “‘U fis-​sitt jum tmien barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 30 u l-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerti tax-​xorb+ għall-​barrin, għall-​imtaten u għall-​ħrief irġiel skond l-​għadd tagħhom u skond il-​proċedura regulari;+ 31 u mogħża bħala offerta għad-​dnub,+ minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment, l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha u l-​offerti tax-​xorb li joffru magħha.+

32 “‘U fis-​sebaʼ jum sebaʼ barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 33 u l-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerti tax-​xorb+ għall-​barrin, għall-​imtaten u għall-​ħrief irġiel skond l-​għadd tagħhom u skond il-​proċedura regulari għalihom;+ 34 u mogħża bħala offerta għad-​dnub,+ minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment, l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha u l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha.+

35 “‘U fit-​tmien jum għandkom tagħmlu assemblea solenni.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+ 36 U tridu tippreżentaw bħala offerta tal-​ħruq, offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova, barri, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 37 u l-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerti tax-​xorb+ għall-​barri, għall-​muntun u għall-​ħrief irġiel skond l-​għadd tagħhom u skond il-​proċedura regulari;+ 38 u mogħża waħda bħala offerta għad-​dnub,+ minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha u l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha.+

39 “‘Dawn toffruhom lil Ġeħova fil-​festi taʼ l-​istaġuni tagħkom,+ minbarra l-​offerti li tagħmlu b’wegħda+ u l-​offerti volontarji+ bħala l-​offerti tal-​ħruq+ u l-​offerti tal-​qmuħ+ u l-​offerti tax-​xorb+ u s-​sagrifiċċji taʼ sħubija tagħkom.’”+ 40 U Mosè kellem lil ulied Israel skond kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+

30 Imbagħad Mosè kellem lill-​kapijiet+ tat-​tribujiet taʼ wlied Israel u qalilhom: “Din hi l-​kelma li kkmanda Ġeħova: 2 Jekk raġel jagħmel wegħda+ lil Ġeħova jew jaħlef li jorbot ruħu b’wegħda+ t’astinenza,+ m’għandux jikser kelmtu.+ Għandu jagħmel skond kulma ħareġ minn fommu.+

3 “U jekk mara tagħmel wegħda lil Ġeħova+ jew tintrabat b’wegħda t’astinenza fid-​dar taʼ missierha f’żgħożitha, 4 u missierha jismaʼ l-​wegħda tagħha jew il-​wegħda t’astinenza tagħha li ntrabtet biha, u missierha ma jgħidilha xejn, il-​wegħdi kollha tagħha jibqgħu jgħoddu, u kull wegħda t’astinenza+ li ntrabtet biha tibqaʼ tgħodd. 5 Imma jekk missierha jħassrilha dakinhar li jismaʼ l-​wegħdi kollha tagħha jew il-​wegħdi t’astinenza tagħha li ntrabtet bihom, dawn ma jibqgħux jgħoddu, u Ġeħova jaħfrilha, għaliex missierha ħassrilha.+

6 “Madankollu, jekk, fil-​fatt, tkun miżżewġa, u l-​wegħda tagħha tkun fuqha+ jew il-​wegħda bla ħsieb taʼ xofftejha li ntrabtet biha, 7 u żewġha jismagħha u ma jgħidilha xejn dakinhar li jismagħha, il-​wegħdi tagħha jibqgħu jgħoddu u l-​wegħdi t’astinenza tagħha li ntrabtet bihom jibqgħu jgħoddu wkoll.+ 8 Imma jekk żewġha dakinhar li jismagħha jħassrilha,+ ikun annulla l-​wegħda tagħha li kienet fuqha jew il-​wegħda bla ħsieb taʼ xofftejha li ntrabtet biha, u Ġeħova jaħfrilha.+

9 “Fil-​każ tal-​wegħda t’armla jew mara divorzjata, kulma ntrabtet bih ikun jgħodd kontriha.

10 “Madankollu, jekk ikun fid-​dar taʼ żewġha li għamlet wegħda jew intrabtet b’wegħda t’astinenza+ permezz taʼ xi ħalfa, 11 u żewġha semagħha u ma qalilha xejn, ma jkunx ħassrilha; u l-​wegħdi kollha tagħha jibqgħu jgħoddu u kwalunkwe wegħda t’astinenza li ntrabtet biha tibqaʼ tgħodd. 12 Imma jekk żewġha jkun annullahom għalkollox dakinhar li semaʼ kwalunkwe espressjoni taʼ xofftejha bħala l-​wegħdi tagħha jew bħala wegħda t’astinenza li ntrabtet biha, ma jibqgħux jgħoddu.+ Żewġha annullahom, u Ġeħova jaħfrilha.+ 13 Kull wegħda jew kull ħalfa taʼ wegħda t’astinenza li biha tgħakkes ruħha,*+ żewġha għandu jistabbiliha u żewġha għandu jannullaha. 14 Imma jekk żewġha ma jgħidilha assolutament xejn minn jum għal jum, ikun stabbilixxa l-​wegħdi kollha tagħha jew il-​wegħdi t’astinenza kollha tagħha li jkunu fuqha.+ Ikun stabbilihom għaliex ma qalilha xejn dakinhar li semagħhom. 15 U jekk jannullahom għalkollox wara li jismagħhom, hu jġorr l-​iżball tagħha.+

16 “Dawn huma r-​regolamenti li Ġeħova kkmanda lil Mosè, bejn raġel u martu,+ bejn missier u bintu f’żgħożitha fid-​dar taʼ missierha.”+

31 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 2 “Agħmel vendetta+ mill-​Midjanin+ għal ulied Israel. Imbagħad tinġabar maʼ niesek.”+

3 Għalhekk, Mosè kellem lin-​nies u qalilhom: “Armaw minn fostkom irġiel għall-​gwerra, sabiex jintużaw kontra Midjan ħalli jġibu l-​vendetta taʼ Ġeħova fuq Midjan.+ 4 Għandkom tibagħtu fl-​armata elf minn kull tribù mit-​tribujiet kollha taʼ Israel.” 5 Għaldaqstant, mill-​eluf+ taʼ Israel ġew inkarigati elf minn kull tribù, tnax-il elf li huma armati għall-​gwerra.+

6 Imbagħad Mosè bagħathom fl-​armata, elf minn kull tribù, lilhom u lil Fineħas,+ bin Elegħażar il-​qassis, li kien inkarigat mill-​għodod imqaddsin u t-​trumbetti+ biex jindaqqu s-​sejħiet. 7 U dawn iggwerraw kontra Midjan, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè, u qatlu lil kull raġel u tifel.+ 8 U qatlu lis-​slaten taʼ Midjan flimkien mal-​maqtulin l-​oħrajn, jiġifieri, Evi, Rekem, Żur, Ħur, u Reba, il-​ħames slaten taʼ Midjan;+ u qatlu wkoll lil Balgħam,+ bin Begħor, bis-​sejf. 9 Imma wlied Israel ġarrew fil-​jasar lin-​nisa taʼ Midjan u liċ-​ċkejknin tagħhom;+ u serqulhom l-​annimali domestiċi kollha u l-​bhejjem kollha u l-​mezz t’għajxien kollu tagħhom. 10 U ħarqu bin-​nar+ il-​bliet kollha li kienu marru joqogħdu fihom u l-​kampijiet kollha tagħhom li kienu mdawrin bil-​ħitan. 11 U ħadu l-​priża+ kollha u kulma ħatfu, kemm nies u kemm annimali domestiċi. 12 U ġabu għand Mosè u Elegħażar, il-​qassis, u għand il-​ġemgħa taʼ wlied Israel l-​ilsiera u kulma nħataf u l-​priża, lejn il-​kamp, lejn il-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab,+ li qegħdin biswit il-​Ġordan f’Ġeriko.

13 Imbagħad Mosè u Elegħażar, il-​qassis, u l-​kapijiet ewlenin kollha tal-​ġemgħa ħarġu jiltaqgħu magħhom ’il barra mill-​kamp. 14 U Mosè tgħaddab għall-​irġiel maħturin tal-​qawwiet tal-​ġlied,+ il-​kapijiet taʼ l-​eluf u l-​kapijiet tal-​mijiet li kienu deħlin mill-​kampanja militari. 15 Għalhekk, Mosè qalilhom: “In-​nisa kollha ħallejtuhom ħajjin?+ 16 Ara! Huma kienu li, għall-​kelma taʼ Balgħam, ħajru lil ulied Israel iwettqu nuqqas taʼ fedeltà+ lejn Ġeħova minħabba l-​kwistjoni taʼ Pegħor,+ u b’hekk il-​flaġell ġie fuq il-​ġemgħa taʼ Ġeħova.+ 17 U issa oqtlu lis-​subien kollha fost iċ-​ċkejknin, u oqtlu lil kull mara li mteddet maʼ raġel u kellha x’taqsam miegħu.+ 18 U ħallu ħajjin għalikom il-​bniet kollha li ma jafux x’jiġifieri li timtedd maʼ raġel.+ 19 U intom ikkampjaw ’il barra mill-​kamp għal sebat ijiem. Kulmin qatel lil xi ruħ+ u kulmin mess lil xi ħadd maqtul,+ intom għandkom tippurifikaw+ ruħkom fit-​tielet jum u fis-​sebaʼ jum, intom u l-​ilsiera tagħkom. 20 U għandkom tippurifikaw mid-​dnub+ kull libsa u kull oġġett tal-​ġild u kulma hu magħmul mix-​xagħar tal-​mogħoż u kull oġġett taʼ l-​injam.”

21 Elegħażar, il-​qassis, imbagħad qal lill-​irġiel taʼ l-​armata li kienu marru għall-​battalja: “Dan hu l-​istatut tal-​liġi li Ġeħova kkmanda lil Mosè, 22 ‘Huwa biss id-​deheb, il-​fidda, ir-​ram aħmar, il-​ħadid, il-​landa, u ċ-​ċomb, 23 kulma jiflaħ għan-​nar, li għandkom tgħaddu min-​nar,+ u jkun nadif. Biss għandu jiġi purifikat bl-​ilma biex jindaf.+ U dak kollu li ma jiflaħx għan-​nar għandkom tgħadduh mill-​ilma.+ 24 U taħslu ħwejjiġkom fis-​sebaʼ jum u tkunu nodfa, u mbagħad tkunu tistgħu tidħlu fil-​kamp.’”+

25 U Ġeħova qallu lil Mosè: 26 “Għodd kulma nħataf, dawk li nqabdu, kemm nies u kemm annimali domestiċi, int u Elegħażar, il-​qassis, u l-​kapijiet taʼ missirijiet il-​ġemgħa. 27 U aqsam bin-​nofs kulma nħataf bejn dawk li ħadu sehem fil-​battalja u ħarġu għall-​kampanja militari u l-​bqija kollha tal-​ġemgħa.+ 28 U bħala taxxa+ għal Ġeħova ħu minn fost il-​gwerriera li ħarġu għall-​kampanja militari ruħ waħda minn kull ħames mija, mill-​bnedmin, mill-​baqar, mill-​ħmir, u min-nagħaġ. 29 Min-nofs tagħhom għandkom tiħduha u tagħtuha lil Elegħażar, il-​qassis, bħala l-​kontribuzzjoni taʼ Ġeħova.+ 30 U min-​nofs li ngħata lil ulied Israel għandek tieħu wieħed minn kull ħamsin, mill-​bnedmin, mill-​baqar, mill-​ħmir, min-​nagħaġ, u minn kull tip t’annimal domestiku, u tagħtihom lil-​Leviti,+ dawk li għandhom l-​obbligu li jieħdu ħsieb it-​tabernaklu taʼ Ġeħova.”+

31 U Mosè u Elegħażar, il-​qassis, għamlu sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 32 U l-​priża, il-​bqija minn dak li kien inħataf min-​nies li kienu ħarġu għall-​kampanja militari, kienet sitt mija u ħamsa u sebgħin elf nagħġa, 33 u tnejn u sebgħin elf baqra, 34 u wieħed u sittin elf ħmar. 35 Inkwantu għall-​erwieħ umani,+ in-​nisa li ma kinux jafu x’jiġifieri li timtedd maʼ raġel,+ dawn kollha kienu tnejn u tletin elf ruħ. 36 U n-​nofs li kien sehem dawk li ħarġu għall-​kampanja militari kien tliet mija u sebgħa u tletin elf u ħames mija mill-​merħla tan-​nagħaġ. 37 U t-​taxxa+ għal Ġeħova mill-​merħla tan-​nagħaġ kienet sitt mija u ħamsa u sebgħin. 38 U mill-​merħla tal-​baqar kien hemm sitta u tletin elf, u t-​taxxa fuqhom għal Ġeħova kienet tnejn u sebgħin. 39 U l-​ħmir kienu tletin elf u ħames mija, u t-​taxxa fuqhom għal Ġeħova kienet wieħed u sittin. 40 U l-​erwieħ umani kienu sittax-il elf, u t-​taxxa fuqhom għal Ġeħova kienet tnejn u tletin ruħ. 41 Imbagħad Mosè ta t-​taxxa bħala kontribuzzjoni taʼ Ġeħova lil Elegħażar, il-​qassis,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+

42 U min-​nofs taʼ wlied Israel, li Mosè kien qasmu minn dak li kien taʼ l-​irġiel li ggwerraw: 43 In-nofs tal-​ġemgħa mill-​merħla tan-​nagħaġ kien tliet mija u sebgħa u tletin elf u ħames mija, 44 u mill-​merħla tal-​baqar, sitta u tletin elf, 45 u l-​ħmir, tletin elf u ħames mija, 46 u erwieħ umani, sittax-il elf. 47 Imbagħad min-​nofs is-​sehem li kien taʼ wlied Israel, Mosè ħa l-​wieħed minn kull ħamsin li kellu jieħu mill-​bnedmin u mill-​annimali domestiċi, u tahom lil-​Leviti,+ dawk li kellhom iħarsu l-​obbligu+ li jieħdu ħsieb it-​tabernaklu taʼ Ġeħova, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

48 U l-​irġiel maħturin li kienu fuq l-​eluf taʼ l-​armata,+ il-​kapijiet taʼ l-​eluf u l-​kapijiet tal-​mijiet,+ resqu quddiem Mosè, 49 u qalu lil Mosè: “Il-​qaddejja tiegħek għaddew il-​gwerriera li jinsabu taħt il-​kmand tagħna u lanqas wieħed ma ġie rapportat li hu nieqes minna.+ 50 Għalhekk, ħa jippreżenta kull wieħed dak li sab bħala offerta lil Ġeħova,+ oġġetti tad-​deheb, ornamenti li jintlibsu fis-​saqajn, brazzuletti, ċrieket tas-​siġill,+ imsielet, u tiżjin tan-​nisa,+ sabiex nagħmlu tpattija għalina quddiem Ġeħova.”

51 Għaldaqstant, Mosè u Elegħażar, il-​qassis, aċċettaw id-​deheb mingħandhom,+ il-​ġojjelli kollha. 52 U d-​deheb kollu tal-​kontribuzzjoni li taw lil Ġeħova kien sittax-il elf, sebaʼ mija u ħamsin xekel, mingħand il-​kapijiet taʼ l-​eluf u l-​kapijiet tal-​mijiet. 53 Kull raġel mill-​armata ħa sehmu mill-​priża.+ 54 Għalhekk, Mosè u Elegħażar, il-​qassis, aċċettaw id-​deheb mingħand il-​kapijiet taʼ l-​eluf u tal-​mijiet u ħaduh fit-​tinda tal-​laqgħa bħala tifkira+ għal ulied Israel quddiem Ġeħova.

32 Issa wlied Ruben+ u wlied Gad+ kellhom għadd kbir taʼ bhejjem, fil-​fatt, ħafna u ħafna. U bdew jaraw l-​art taʼ Ġagħżer+ u l-​art taʼ Gilegħad, u, ara, il-​post kien post tajjeb għall-​bhejjem. 2 Għalhekk, ulied Gad u wlied Ruben marru u qalu lil Mosè u lil Elegħażar, il-​qassis, u lill-​kapijiet ewlenin tal-​ġemgħa: 3 “Għatarot,+ Dibon,+ Ġagħżer, Nimra,+ Ħesbon,+ Elegħale,+ Sebam, Nebo,+ u Begħon,+ 4 l-art li Ġeħova rebħilha+ quddiem il-​ġemgħa taʼ Israel, hi art għall-​bhejjem, u l-​qaddejja tiegħek għandhom il-​bhejjem.”+ 5 U ssoktaw jgħidu: “Jekk int tapprova, ħa tingħata din l-​art lill-​qaddejja tiegħek biex tkun tagħhom. Iġġegħelniex naqsmu l-​Ġordan.”+

6 Imbagħad Mosè qal lil ulied Gad u lil ulied Ruben: “Ħutkom imorru għall-​gwerra u intom tibqgħu tgħammru hawnhekk?+ 7 U għala għandkom taqtgħu qalb ulied Israel biex ma jaqsmux għall-​art li Ġeħova żgur li se jagħtihom? 8 Hekk għamlu missirijietkom+ meta bgħatthom minn Kades-barnegħa+ biex jaraw l-​art. 9 Meta telgħu lejn il-​wied t’Eskol+ u raw l-​art, qatgħu qalb ulied Israel sabiex dawn ma jidħlux fl-​art li Ġeħova kien se jagħtihom żgur.+ 10 Għaldaqstant, ir-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet dakinhar, u b’hekk ħalef+ u qal, 11 ‘L-​irġiel li telgħu mill-​Eġittu minn għoxrin sena ’l fuq+ ma jarawx l-​art li dwarha jien ħlift lil Abraham, lil Iżakk, u lil Ġakobb,+ għaliex ma mxewx warajja b’qalbhom kollha, 12 ħlief Kaleb,+ bin Ġefunne l-​Keneżi, u Ġożwè,+ bin Nun, għaliex imxew wara Ġeħova b’qalbhom kollha.’ 13 Għalhekk, ir-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Israel u ġegħelhom jiġġerrew fix-​xagħri għal erbgħin sena,+ sakemm intemmet il-​ġenerazzjoni kollha li kienet qed tagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ 14 U, ara, intom qomtu minflok missirijietkom bħala n-​nisel taʼ rġiel midinbin sabiex tkomplu żżidu r-​rabja taħraq taʼ Ġeħova+ kontra Israel. 15 Jekk ma tibqgħux timxu warajh,+ għal darb’oħra hu jġegħelhom joqogħdu iktar fix-​xagħri,+ u intom tkunu ġibtu l-​qerda fuq dan il-​poplu kollu.”+

16 Iktar tard resqu lejh u qalulu: “Ejja nibnu hawnhekk imqawel tal-​ġebel għall-​imrieħel tal-​bhejjem tagħna u bliet għaċ-​ċkejknin tagħna. 17 Imma aħna nfusna mmorru armati u mqassmin għall-​battalja+ quddiem ulied Israel sakemm indaħħluhom f’posthom, ikun meta jkun, waqt li ċ-​ċkejknin tagħna jgħammru fil-​bliet bil-​fortifikazzjonijiet ’il bogħod minn wiċċ l-​abitanti tal-​pajjiż. 18 Ma nerġgħux lura lejn djarna qabel ma wlied Israel ikunu kisbu għalihom stess proprjetà li tikkonsisti f’art, kull wieħed il-​wirt tiegħu.+ 19 Għax aħna mhux se niksbu wirt magħhom min-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan u lil hinn minnha, għaliex il-​wirt tagħna ksibnieh minn din in-​naħa tal-​Ġordan lejn tlugħ ix-​xemx.”+

20 U Mosè qalilhom: “Jekk tagħmlu dan, jekk tarmaw lilkom infuskom għall-​gwerra quddiem Ġeħova,+ 21 u kull wieħed minnkom li jkun armat jaqsam il-​Ġordan quddiem Ġeħova, sakemm ikeċċi lill-​għedewwa tiegħu minn quddiemu,+ 22 u l-​art tiġi mrażżna quddiem Ġeħova,+ u mbagħad terġgħu lura,+ intom tkunu tabilħaqq meħlusin mill-​ħtija kontra Ġeħova u kontra Israel; u din l-​art issir tagħkom bħala wirt quddiem Ġeħova.+ 23 Imma jekk ma tagħmlux hekk, intom imbagħad tidinbu kontra Ġeħova.+ F’dan il-​każ kunu afu li dnubkom għad jilħaqkom.+ 24 Ibnu bliet għaċ-​ċkejknin tagħkom u mqawel tal-​ġebel għall-​imrieħel tagħkom, u qisu li dak li ħareġ minn fommkom tagħmluh.”+

25 Imbagħad ulied Gad u wlied Ruben qalu lil Mosè: “Il-​qaddejja tiegħek se jagħmlu sewwasew bħalma qed jordna sidi.+ 26 Iċ-ċkejknin tagħna, in-​nisa tagħna, il-​bhejjem u l-​annimali domestiċi kollha tagħna se joqogħdu hemmhekk fil-​bliet taʼ Gilegħad,+ 27 imma l-​qaddejja tiegħek se jaqsmu, kull wieħed armat għall-​gwerra,+ quddiem Ġeħova għall-​gwerra, sewwasew bħalma qed jgħid sidi.”

28 Għaldaqstant, Mosè ta ordni dwarhom lil Elegħażar, il-​qassis, u lil Ġożwè, bin Nun, u lill-​kapijiet tal-​missirijiet tat-​tribujiet taʼ wlied Israel. 29 Għalhekk, Mosè qalilhom: “Jekk ulied Gad u wlied Ruben jaqsmu l-​Ġordan magħkom, kull wieħed armat għall-​gwerra,+ quddiem Ġeħova, u l-​art tiġi mrażżna quddiemkom, tridu tagħtuhom l-​art taʼ Gilegħad biex tkun tagħhom.+ 30 Imma jekk ma jaqsmux armati magħkom, iridu joqogħdu f’nofskom fl-​art taʼ Kangħan.”+

31 U wlied Gad u wlied Ruben wieġbu u qalu: “Aħna se nagħmlu dak li Ġeħova qal lill-​qaddejja tiegħek.+ 32 Aħna nfusna se naqsmu armati quddiem Ġeħova lejn l-​art taʼ Kangħan,+ u l-​wirt li se jkun tagħna jingħatalna fuq din in-​naħa tal-​Ġordan.”+ 33 U lil ulied Gad+ u lil ulied Ruben+ u lil nofs it-​tribù taʼ Manasse,+ bin Ġużeppi, Mosè tahom is-​saltna taʼ Siħon,+ is-​sultan taʼ l-​Amurrin, u s-​saltna t’Għog,+ is-​sultan tal-​Basan, l-​art tal-​bliet fit-​territorji, u l-​bliet taʼ l-​art dawramejt.

34 U wlied Gad bnew Dibon,+ Għatarot,+ Għarogħer,+ 35 Għatrot-sofan, Ġagħżer,+ Ġogbegħa,+ 36 Bet-nimra,+ u Bet-ħaran,+ bliet bil-​fortifikazzjonijiet,+ u mqawel tal-​ġebel għall-​imrieħel.+ 37 U wlied Ruben bnew Ħesbon,+ Elegħale,+ Kirjatajm,+ 38 Nebo,+ Bagħal-megħon,+ li isimhom ġie mibdul, u Sibma; u l-​bliet li bnew tawhom ismijiet ġodda.

39 U wlied Makir,+ bin Manasse, telqu lejn Gilegħad u ħaduha taħt idejhom u keċċew ’il barra lill-​Amurrin li kienu fiha. 40 Għalhekk, Mosè ta Gilegħad lil Makir, bin Manasse, u dan mar jgħammar fiha.+ 41 U Ġajir, bin Manasse, telaq u ħa taħt idejh l-​irħula taʼ dak ir-​reġjun, u semmiehom Ħawwot-ġajir.+ 42 U Noba telaq u ħa taħt idejh lil Kenat+ u l-​bliet li jiddependu minnha; u semmieha Noba għalih stess.

33 Dawn kienu l-​vjaġġi taʼ wlied Israel li ħarġu mill-​art taʼ l-​Eġittu+ skond l-​armati tagħhom+ taħt it-​tmexxija taʼ Mosè u Aron.+ 2 U Mosè baqaʼ jirreġistra l-​postijiet tat-​tluq skond il-​vjaġġi tagħhom bl-​ordni taʼ Ġeħova; u dawn kienu l-​vjaġġi tagħhom minn post tat-​tluq għal ieħor:+ 3 U telqu minn Ramesses+ fl-​ewwel xahar, fil-​ħmistax taʼ l-​ewwel xahar.+ Eżatt l-​għada tal-​Qbiż+ ulied Israel ħarġu b’idhom merfugħa ’l fuq* quddiem għajnejn l-​Eġizzjani kollha.+ 4 Sadanittant, l-​Eġizzjani kienu qed jidfnu lil dawk li Ġeħova kien laqat fosthom, jiġifieri, l-​ewwel imweldin kollha;+ u Ġeħova kien għamel ħaqq minn allathom.+

5 Għalhekk, ulied Israel telqu minn Ramesses+ u kkampjaw f’Sukkot.+ 6 Imbagħad telqu minn Sukkot u kkampjaw f’Etam,+ li qiegħda f’tarf ix-​xagħri. 7 Imbagħad telqu minn Etam u daru lura lejn Piħaħirot,+ li qiegħda biswit Bagħal-sefon;+ u kkampjaw quddiem Migdol.+ 8 Imbagħad telqu minn Piħaħirot u għaddew minn nofs il-​baħar+ lejn ix-​xagħri+ u baqgħu mexjin vjaġġ taʼ tlett ijiem fix-​xagħri t’Etam+ u kkampjaw f’Marah.+

9 Imbagħad telqu minn Marah u waslu Elim.+ Issa f’Elim kien hemm tnax-il nixxiegħa taʼ l-​ilma u sebgħin siġra tal-​palm. Għalhekk, ikkampjaw hemmhekk. 10 Imbagħad telqu minn Elim u kkampjaw ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar. 11 Imbagħad telqu minn ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar u kkampjaw fix-​xagħri tas-​Sin.+ 12 Imbagħad telqu mix-​xagħri tas-​Sin u kkampjaw f’Dofka. 13 Iktar tard telqu minn Dofka u kkampjaw f’Alus. 14 Imbagħad telqu minn Alus u kkampjaw f’Refidim.+ U hemmhekk ma kienx hemm ilma biex jixrob il-​poplu. 15 Imbagħad telqu minn Refidim u kkampjaw fix-​xagħri tas-​Sinaj.+

16 Imbagħad telqu mix-​xagħri tas-​Sinaj u kkampjaw f’Kibrot-ħattawa.+ 17 Imbagħad telqu minn Kibrot-ħattawa u kkampjaw f’Ħaserot.+ 18 Imbagħad telqu minn Ħaserot u kkampjaw f’Ritma. 19 Imbagħad telqu minn Ritma u kkampjaw f’Rimmon-pereż. 20 Imbagħad telqu minn Rimmon-pereż u kkampjaw f’Libna. 21 Iktar tard telqu minn Libna u kkampjaw f’Rissa. 22 Imbagħad telqu minn Rissa u kkampjaw f’Keħelata. 23 Imbagħad telqu minn Keħelata u kkampjaw fuq il-​Muntanja Sefer.

24 Imbagħad telqu minn fuq il-​Muntanja Sefer u kkampjaw+ f’Ħarada. 25 Imbagħad telqu minn Ħarada u kkampjaw f’Makelot. 26 Imbagħad telqu+ minn Makelot u kkampjaw f’Taħat. 27 Imbagħad telqu minn Taħat u kkampjaw f’Teraħ. 28 Imbagħad telqu minn Teraħ u kkampjaw f’Mitka. 29 Iktar tard telqu minn Mitka u kkampjaw f’Ħasmona. 30 Imbagħad telqu minn Ħasmona u kkampjaw f’Moserot. 31 Imbagħad telqu minn Moserot u kkampjaw f’Bene-ġagħkan.+ 32 Imbagħad telqu minn Bene-ġagħkan u kkampjaw f’Ħor-ħaggidgad. 33 Imbagħad telqu minn Ħor-ħaggidgad u kkampjaw f’Ġotbata.+ 34 Iktar tard telqu minn Ġotbata u kkampjaw f’Għabrona. 35 Imbagħad telqu minn Għabrona u kkampjaw f’Għesjon-geber.+ 36 Imbagħad telqu minn Għesjon-geber u kkampjaw fix-​xagħri taż-​Żin,+ jiġifieri, Kades.

37 Iktar tard telqu minn Kades u kkampjaw fuq il-​Muntanja Ħor,+ fil-​fruntiera taʼ l-​art t’Edom. 38 U Aron, il-​qassis, telaʼ fuq il-​Muntanja Ħor skond l-​ordni taʼ Ġeħova u miet hemmhekk fis-​sena erbgħin wara li wlied Israel ħarġu mill-​art taʼ l-​Eġittu, fil-​ħames xahar, fl-​ewwel tax-​xahar.+ 39 U Aron kellu mija u tlieta u għoxrin sena meta miet fuq il-​Muntanja Ħor.

40 Issa l-​Kangħani, is-​sultan t’Għarad,+ peress li kien jgħammar fin-​Negeb,+ fl-​art taʼ Kangħan, semaʼ li ġew ulied Israel.

41 U dawn telqu minn fuq il-​Muntanja Ħor+ u kkampjaw f’Salmona. 42 Imbagħad telqu minn Salmona u kkampjaw f’Punon. 43 Imbagħad telqu minn Punon u kkampjaw f’Obot.+ 44 Imbagħad telqu minn Obot u kkampjaw f’Ijje-għabarim fil-​fruntiera taʼ Mowab.+ 45 Iktar tard telqu minn Għejjim u kkampjaw f’Dibon-gad.+ 46 Imbagħad telqu minn Dibon-gad u kkampjaw f’Għalmon-diblatajm. 47 Imbagħad telqu minn Għalmon-diblatajm+ u kkampjaw fil-​muntanji taʼ l-​Għabarim+ quddiem Nebo.+ 48 Fl-aħħar telqu mill-​muntanji taʼ l-​Għabarim u kkampjaw fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab+ biswit il-​Ġordan f’Ġeriko. 49 U baqgħu kkampjati biswit il-​Ġordan minn Bet-ġesimot+ sa Abel-sittim+ fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab.

50 U Ġeħova kellem lil Mosè fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab biswit il-​Ġordan f’Ġeriko+ u qallu: 51 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Intom se taqsmu l-​Ġordan biex tmorru fl-​art taʼ Kangħan.+ 52 U keċċu minn quddiemkom l-​abitanti kollha taʼ din l-​art u eqirdu l-​figuri tal-​ġebel kollha tagħhom,+ u eqirdu x-​xbihat kollha tagħhom magħmulin minn metall imdewweb,+ u ġibu fix-​xejn il-​postijiet għall-​qima* sagri kollha tagħhom.+ 53 U ħudu l-​art f’idejkom u għammru fiha, għaliex l-​art lilkom se nagħtiha biex tiħduha f’idejkom.+ 54 U qassmu bix-​xorti+ l-​art għalikom stess biex tkun tagħkom skond il-​familji tagħkom.+ Lil min ikun ħafna għandkom iżżidulu l-​wirt tiegħu, u lil min ikun ftit għandkom tnaqqsulu l-​wirt tiegħu.+ Skond fejn jitlagħlu bix-​xorti, hemmhekk isir tiegħu.+ Skond it-​tribujiet taʼ missirijietkom għandkom tieħdu għalikom infuskom proprjetà li tikkonsisti f’art.+

55 “‘Iżda, jekk ma tkeċċux minn quddiemkom l-​abitanti taʼ l-​art,+ dawk li tħallu minnhom isiru bħal tingiż f’għajnejkom u bħal xewk f’ġenbejkom, u tabilħaqq li jaħqrukom fl-​art li se tgħammru fiha.+ 56 U jiġri li dak li ħsibt li nagħmel lilhom nagħmlu lilkom.’”+

34 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Ordna lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Intom se tidħlu fl-​art taʼ Kangħan.+ Din hi l-​art li se tmisskom b’wirt,+ l-​art taʼ Kangħan skond il-​fruntieri tagħha.+

3 “‘U n-​naħa tan-​nofsinhar tagħkom tkun mix-​xagħri taż-​Żin maġenb Edom,+ u l-​fruntiera tagħkom tan-​nofsinhar tkun minn tarf il-​Baħar il-​Mielaħ+ in-​naħa tal-​lvant. 4 U l-​fruntiera tagħkom tbiddel id-​direzzjoni min-​naħa tan-​nofsinhar tat-​telgħa t’Għakrabbim+ u taqsam lejn iż-​Żin, u tispiċċa fin-​nofsinhar taʼ Kades-barnegħa;+ u tibqaʼ sejra sa Ħasar-addar+ u tgħaddi lejn Għasmon. 5 U l-​fruntiera tbiddel id-​direzzjoni f’Għasmon lejn il-​wied* taʼ l-​Eġittu,+ u tispiċċa ħdejn il-​Baħar.*+

6 “‘Il-​Baħar il-​Kbir u l-​kosta jkunu għalikom fruntiera tal-​punent.+ Din tkun il-​fruntiera tagħkom tal-​punent.

7 “‘Issa din tkun il-​fruntiera tagħkom tat-​tramuntana: Mill-​Baħar il-​Kbir timmarkaw sal-​Muntanja Ħor+ bħala fruntiera għalikom. 8 Mill-Muntanja Ħor timmarkaw il-​fruntiera sad-​daħla taʼ Ħamat,+ u l-​fruntiera tispiċċa f’Sedad.+ 9 U l-​fruntiera tibqaʼ sejra sa Żifron, u tispiċċa f’Ħasar-għenan.+ Din tkun il-​fruntiera tagħkom tat-​tramuntana.

10 “‘Imbagħad timmarkaw għalikom bħala l-​fruntiera tagħkom fin-​naħa tal-​lvant minn Ħasar-għenan sa Sefam. 11 U l-​fruntiera tinżel minn Sefam lejn Ribla fil-​lvant t’Għajn, u l-​fruntiera tinżel u tasal san-​niżla tal-​lvant tal-​baħar taʼ Kinneret.*+ 12 U l-​fruntiera tinżel sal-​Ġordan u tispiċċa fil-​Baħar il-​Mielaħ.+ Din tkun artkom+ skond il-​fruntieri tagħha dawramejt.’”

13 Għalhekk, Mosè ordna lil ulied Israel u qalilhom: “Din hi l-​art li għandkom tqassmu bix-​xorti+ għalikom stess biex tkun tagħkom, sewwasew bħalma Ġeħova kkmanda li għandha tingħata lid-​disaʼ tribujiet u nofs.+ 14 Għax it-​tribù taʼ wlied ir-​Rubenin skond dar missirijiethom u t-​tribù taʼ wlied il-​Gadin skond dar missirijiethom diġà ħadu l-​wirt tagħhom,+ u nofs it-​tribù taʼ Manasse diġà ħaduh ukoll. 15 Iż-żewġ tribujiet u nofs diġà ħadu l-​wirt tagħhom mir-​reġjun tal-​Ġordan biswit Ġeriko lejn il-​lvant, lejn tlugħ ix-​xemx.”+

16 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 17 “Dawn huma l-​ismijiet taʼ l-​irġiel li se jqassmulkom l-​art biex tkun tagħkom, Elegħażar,+ il-​qassis, u Ġożwè, bin Nun.+ 18 U tieħdu kap ewlieni minn kull tribù biex iqassam l-​art bħala wirt.+ 19 U dawn huma l-​ismijiet taʼ l-​irġiel: Mit-​tribù taʼ Ġuda,+ Kaleb, bin Ġefunne;+ 20 u mit-​tribù taʼ wlied Simegħon,+ Semwel, bin Għammiħud; 21 mit-tribù taʼ Benjamin,+ Elidad, bin Kislon; 22 u mit-​tribù taʼ wlied Dan,+ il-​kap ewlieni Bukki, bin Ġogli; 23 minn ulied Ġużeppi,+ mit-​tribù taʼ wlied Manasse,+ il-​kap ewlieni Ħannijel, bin Efod; 24 u mit-​tribù taʼ wlied Efrajm,+ il-​kap ewlieni Kemwel, bin Siftan; 25 u mit-​tribù taʼ wlied Żebulun,+ il-​kap ewlieni Elisafan, bin Parnak; 26 u mit-​tribù taʼ wlied Issakar,+ il-​kap ewlieni Paltijel, bin Għażżan; 27 u mit-​tribù taʼ wlied Aser,+ il-​kap ewlieni Aħiħud, bin Selomi; 28 u mit-​tribù taʼ wlied Naftali,+ il-​kap ewlieni Pedaħel, bin Għammiħud.” 29 Dawn huma dawk li Ġeħova kkmandahom biex jagħmlu lil ulied Israel sidien l-​art li ngħataw fl-​art taʼ Kangħan.+

35 U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab biswit il-​Ġordan+ f’Ġeriko u jgħidlu: 2 “Ordna lil ulied Israel biex jagħtu lil-​Leviti bliet+ mill-​wirt tagħhom ħalli joqogħdu fihom, u għandhom jagħtu lil-​Leviti l-​mergħat taʼ madwar il-​bliet.+ 3 U l-​bliet iservu biex joqogħdu fihom huma, waqt li l-​mergħat tagħhom iservu għall-​annimali domestiċi tagħhom u kulma hu meħtieġ biex iżommuhom u għall-​bhejjem salvaġġi kollha tagħhom. 4 U l-​mergħat tal-​bliet, li tagħtu lil-​Leviti, ikunu mis-​sur tal-​belt ’il barra, elf kubitu dawramejt. 5 U kejlu ’l barra mill-​belt fuq in-​naħa tal-​lvant elfejn kubitu u fuq in-​naħa tan-​nofsinhar elfejn kubitu u fuq in-​naħa tal-​punent elfejn kubitu u fuq in-​naħa tat-​tramuntana elfejn kubitu, bil-​belt fin-​nofs. Dan iservi għalihom bħala mergħat tal-​bliet.

6 “Dawn huma l-​bliet li tagħtu lil-​Leviti: sitt ibliet tar-​refuġju,+ li tagħtu biex dak li joqtol jaħrab hemmhekk,+ u minbarra dawn tagħtu tnejn u erbgħin belt oħra. 7 Il-bliet kollha li tagħtu lil-​Leviti jkunu tmienja u erbgħin belt, dawn flimkien mal-​mergħat tagħhom.+ 8 Il-bliet li tagħtu jkunu mill-​wirt taʼ wlied Israel.+ Mingħand il-​ħafna tieħdu ħafna, u mingħand il-​ftit tieħdu ftit.+ Kull wieħed, skond il-​wirt tiegħu li jieħu biex ikun tiegħu, jagħti ftit mill-​bliet tiegħu lil-​Leviti.”

9 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 10 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Intom se taqsmu l-​Ġordan biex tmorru fl-​art taʼ Kangħan.+ 11 U tridu tagħżlu bliet konvenjenti għalikom. Dawn iservu għalikom bħala bliet tar-​refuġju, u dak li jolqot lil xi ħadd* mhux apposta u joqtlu jrid jaħrab hemmhekk.+ 12 U l-​bliet iservu għalikom bħala refuġju minħabba dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu għad-​demm,+ sabiex dak li joqtol ma jmutx qabel ma jidher quddiem il-​ġemgħa għall-​ġudizzju.+ 13 U l-​bliet li tagħtu, is-​sitt ibliet tar-​refuġju, ikunu għad-​dispożizzjoni tagħkom. 14 Tagħtu tlett ibliet din in-​naħa tal-​Ġordan,+ u tagħtu tlett ibliet fl-​art taʼ Kangħan.+ Dawn iservu bħala bliet tar-​refuġju. 15 Dawn is-​sitt ibliet se jservu bħala refuġju għal ulied Israel u għar-​resident barrani+ u għall-​immigrant f’nofshom, biex kulmin joqtol lil xi ħadd mhux apposta jaħrab fihom.+

16 “‘Issa jekk jidorbu b’xi ħaġa tal-​ħadid, u b’hekk imut, hu jkun qattiel.+ Il-​qattiel żgur li għandu jingħata l-​mewt.+ 17 U jekk jidorbu b’ġebla żgħira li biha jistaʼ jmut, u b’hekk imut, hu jkun qattiel. Il-​qattiel żgur li għandu jingħata l-​mewt. 18 U jekk jidorbu b’xi ħaġa żgħira taʼ l-​injam li biha jistaʼ jmut, u b’hekk imut, hu jkun qattiel. Il-​qattiel żgur li għandu jingħata l-​mewt.

19 “‘Dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu+ għad-​demm għandu joqtol lill-​qattiel. Meta jiltaqaʼ miegħu, joqtlu hu stess. 20 U jekk jimbottah b’mibegħda+ jew iwaddablu xi ħaġa waqt li jkun qed jonsoblu,+ u b’hekk imut, 21 jew b’għadwa jidorbu b’idu, u b’hekk imut, dak li jidorbu żgur li għandu jingħata l-​mewt. Hu jkun qattiel. Dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu għad-​demm għandu joqtol lill-​qattiel meta jiltaqaʼ miegħu.+

22 “‘Imma jekk ikun bla mistenni u mingħajr għadwa li jimbottah jew li jwaddablu xi ħaġa bla ma jkun qed jonsoblu,+ 23 jew, mingħajr ma jarah, iwaddab ġebla li jistaʼ joqtlu biha jew iwaqqagħha fuqu, u b’hekk imut, waqt li ma jkunx l-​għadu tiegħu u ma jkunx qed jipprova jweġġgħu, 24 il-ġemgħa trid tiġġudika bejn dak li jidorbu u dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu għad-​demm skond dawn il-​ġudizzji.+ 25 U l-​ġemgħa+ trid teħles lil dak li joqtol minn id dak li għandu d-​dritt jivvendika ruħu għad-​demm, u l-​ġemgħa trid tieħdu lura lejn il-​belt tar-​refuġju tiegħu li jkun ħarab fiha, u hu jrid jgħammar fiha sakemm imut il-​qassis il-​kbir li ġie midluk biż-​żejt qaddis.+

26 “‘Imma jekk dak li joqtol, fil-​fatt, joħroġ ’il barra minn tarf il-​belt tar-​refuġju tiegħu li jaħrab fiha, 27 u dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu+ għad-​demm isibu ’l barra minn tarf il-​belt tar-​refuġju tiegħu, u dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu għad-​demm joqtol lil dak li joqtol, hu ma jkollu ebda ħtija tad-​demm. 28 Għax hu għandu jgħammar fil-​belt tar-​refuġju tiegħu sal-​mewt tal-​qassis il-​kbir,+ u wara li jmut il-​qassis il-​kbir, dak li joqtol ikun jistaʼ jmur lura lejn l-​art li tkun tiegħu. 29 U dawn iservu għalikom bħala statut għall-​ġudizzju matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom fil-​postijiet kollha fejn tgħammru intom.

30 “‘Kulmin jaħbat għal xi ħadd u joqtlu għandu jinqatel bħala qattiel+ skond fomm ix-​xhieda,+ u xhud wieħed ma jistax jixhed kontra xi ħadd biex dan imut. 31 U tieħdu ebda fidwa għall-​ħajja taʼ qattiel li ħaqqu jmut,+ għax żgur li għandu jingħata l-​mewt.+ 32 U tiħdux fidwa għal dak li jaħrab lejn il-​belt tar-​refuġju, ħalli jkun jistaʼ jerġaʼ jmur jgħammar f’artu qabel il-​mewt tal-​qassis il-​kbir.

33 “‘U tniġġsux l-​art li qegħdin fiha; għaliex hu d-​demm li jniġġes l-​art,+ u għall-​art m’hemm ebda tpattija għad-​demm li jkun ixxerred fuqha ħlief bid-​demm taʼ dak li xerrdu.+ 34 U tniġġsux l-​art li qed tgħammru fiha u li jien qed ngħammar f’nofsha; għax jien Ġeħova qed ngħammar f’nofs ulied Israel.’”+

36 U l-​kapijiet taʼ missirijiet il-​familja taʼ wlied Gilegħad, bin Makir,+ bin Manasse, mill-​familji taʼ wlied Ġużeppi, resqu qrib u tkellmu quddiem Mosè u l-​kapijiet ewlenin, il-​kapijiet tal-​missirijiet taʼ wlied Israel, 2 u qalu: “Ġeħova kkmanda lil sidi biex jagħti l-​art bħala wirt bix-​xorti+ lil ulied Israel; u sidi kien kmandat minn Ġeħova biex jagħti l-​wirt taʼ Selofeħad, ħuna, lill-​bniet tiegħu.+ 3 Jekk xi ħadd minn ulied it-​tribujiet l-​oħrajn taʼ wlied Israel jiżżewwiġhom, il-​wirt tan-​nisa jitnaqqas mill-​wirt taʼ missirijietna u jiżdied mal-​wirt tat-​tribù li jsiru parti minnu, u b’hekk jitnaqqas mis-​sehem tal-​wirt tagħna.+ 4 Issa jekk ulied Israel ikollhom il-​Ġublew,+ il-​wirt tan-​nisa jiżdied mal-​wirt tat-​tribù li jsiru parti minnu; u b’hekk il-​wirt tagħhom jitnaqqas mill-​wirt tat-​tribù taʼ missirijietna.”

5 Imbagħad Mosè kkmanda lil ulied Israel skond l-​ordni taʼ Ġeħova u qalilhom: “Sew qed jgħid it-​tribù taʼ wlied Ġużeppi. 6 Din hi l-​kelma li Ġeħova kkmanda għall-​bniet taʼ Selofeħad,+ meta qal, ‘Jistgħu jiżżewġu lil min hu tajjeb f’għajnejhom. Huwa biss fil-​familja tat-​tribù taʼ missirijiethom li għandhom jiżżewġu.+ 7 U ebda wirt taʼ wlied Israel m’għandu jgħaddi minn tribù għal tribù, għaliex ulied Israel għandhom iżommu kull wieħed il-​wirt tat-​tribù taʼ missirijietu. 8 U kull bint li tieħu f’idejha xi wirt mingħand it-​tribujiet taʼ wlied Israel, għandha tiżżewweġ lil wieħed mill-​familja tat-​tribù taʼ missierha,+ sabiex ulied Israel jieħdu f’idejhom kull wieħed il-​wirt taʼ missirijietu. 9 U ebda wirt m’għandu jgħaddi minn tribù għal tribù ieħor, għaliex it-​tribujiet taʼ wlied Israel għandhom iżommu kull wieħed il-​wirt tiegħu stess.’”

10 Sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè, hekk għamlu l-​bniet taʼ Selofeħad.+ 11 Għaldaqstant, Maħla, Tirsa, Ħogla, Milka, u Nogħa, il-​bniet taʼ Selofeħad,+ iżżewġu lil ulied ħut missierhom. 12 Iżżewġu lil xi wħud mill-​familji taʼ wlied Manasse, bin Ġużeppi, sabiex il-​wirt tagħhom jibqaʼ fit-​tribù tal-​familja taʼ missierhom.

13 Dawn huma l-​kmandamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji li Ġeħova kkmanda permezz taʼ Mosè lil ulied Israel fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab biswit il-​Ġordan f’Ġeriko.+

L-isem “Numri” ngħata għax f’dan il-​ktieb insibu li wlied Israel ġew magħdudin darbtejn. Bl-​Ebrajk, dan ir-​rabaʼ ktieb taʼ Mosè ssejjaħ hekk għall-​kelma Ebrajka “fix-​xagħri” użata fl-​ewwel vers.

Jew, “tinda tal-​qima.”

Letteralment, “kull stranġier.”

“Uħud mogħtijin.” Bl-​Ebrajk, netunim, relatata mat-​titlu “Netinin.” Ara Esd 2:43.

Letteralment, “kwalunkwe stranġier.”

Ara Eżo 26:15, in-​nota taʼ taħt.

Żebgħa mill-​insett tal-​kukku.

Ara Eżo 27:3, in-​nota taʼ taħt.

Ara Eżo 26:15, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “ikollu tixrid taʼ l-​isperma.”

Letteralment, “iqiegħed fik it-​tixrid taʼ l-​isperma.”

Il-kelma “koxxtok” hawnhekk x’aktarx li tirrappreżenta l-​organi sesswali.

Letteralment, “jagħmlu jdaħħan.”

Ifisser “Wieħed Magħżul; Dedikat; Separat.”

Jew, “sagrifiċċju taʼ sliem.” Sagrifiċċju li fih il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.

“Uħud mogħtijin.” Bl-​Ebrajk, netunim, relatata mat-​titlu “Netinin.” Ara l-​1Kr 9:2.

Letteralment, “din ir-​ruħ.” Ara Appendiċi 3.

Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “għaxriet t’eluf.”

Ifisser “Ħruq; Ħuġġieġa; Vampa Nar.”

“Ġożwè.” Bl-​Ebrajk, “Ġeħosugħa.”

Letteralment, “daqs il-​borra.”

Ifisser “Ġeħova Hu Salvazzjoni.”

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “riħa li sserraħ.”

Letteralment, “ruħ.”

Letteralment, “ruħ.” F’vers 30 ukoll.

Letteralment, “ruħ.” F’vers 31 ukoll.

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.

Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’vers 33 ukoll. Ara Appendiċi 4.

Letteralment, “ruħhom stess.”

Letteralment, “ebda stranġier.” F’vers 7 wkoll.

Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.

Żebgħa mill-​insett tal-​kukku.

Letteralment, “l-​erwieħ.”

Jew, “niddedika għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt. F’vers 3 wkoll.

Ifisser “Post Dedikat għall-​Qerda.”

Letteralment, “serp b’velenu jaħraq bħan-​nar.”

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt. F’vers 14 ukoll.

Jew, “tad-​deżert.”

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.

Jiġifieri, l-​Ewfrat.

Jew, “id-​deżert.”

Jiġifieri, it-​tribù tal-​Kenin.

“Arodi” f’Ġen 46:16.

Ara Le 16:29, in-​nota taʼ taħt.

Ara Le 16:29, in-​nota taʼ taħt.

Din l-​espressjoni tfisser li tkun “vigoruż, rebbieħ, u qalbieni.”

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.

Jiġifieri, “il-​Baħar il-​Kbir, il-​Mediterran.”

Fil-fatt, għadira; il-​Bibbja ssejħilha wkoll l-​għadira taʼ Ġennesaret, il-​Baħar tal-​Galilija, u l-​Baħar taʼ Tiberija.

Letteralment “ruħ.” F’versi 15 u 30 ukoll.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja