LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Dewteronomju 1:1-34:12
  • Dewteronomju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dewteronomju
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Dewteronomju

Dewteronomju

1 Dan hu l-​kliem* li Mosè qal lil Israel kollu fir-​reġjun tal-​Ġordan,+ fix-​xagħri, fil-​pjanuri tad-​deżert quddiem Suf, bejn il-​Faran+ u Tofel u Laban u Ħaserot+ u Diżaħab, 2 ħdax-il jum mixi mill-​Ħoreb, mit-​triq li tagħti għall-​Muntanja Segħir, sa Kades-barnegħa.+ 3 U ġara li fis-​sena erbgħin,+ fl-​ewwel tax-​xahar tal-​ħdax-il xahar, Mosè kellem lil ulied Israel skond kulma kien ikkmandah Ġeħova għalihom, 4 wara li għeleb lil Siħon,+ is-​sultan taʼ l-​Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon, u lil Għog,+ is-​sultan tal-​Basan, li kien jgħammar f’Għastarot,+ f’Edrej.+ 5 Fir-reġjun tal-​Ġordan, fl-​art taʼ Mowab, Mosè beda jispjega din il-​liġi,+ u qal:

6 “Ġeħova Alla tagħna kellimna fil-​Ħoreb+ u qalilna, ‘Qgħadtu biżżejjed f’dan ir-​reġjun muntanjuż.+ 7 Duru u itilqu fi triqitkom u morru fir-​reġjun muntanjuż taʼ l-​Amurrin+ u għand il-​ġirien kollha tagħhom fl-​Għaraba,+ ir-​reġjun muntanjuż+ u s-​Sefela u n-​Negeb+ u l-​kosta tal-​baħar,+ l-​art tal-​Kangħanin,+ u l-​Libanu,+ sax-​xmara l-​kbira, ix-​xmara Ewfrat.+ 8 Ara! Inqiegħed l-​art quddiemkom. Idħlu u ħudu f’idejkom l-​art li dwarha Ġeħova ħalef lil missirijietkom, lil Abraham, lil Iżakk,+ u lil Ġakobb,+ li jagħtiha lilhom u lil nisilhom warajhom.’+

9 “U dik il-​ħabta jien għedtilkom dan, ‘M’għandix il-​ħila nġorrkom waħdi.+ 10 Ġeħova Alla tagħkom kattarkom, u, ara, illum intom bħall-​kwiekeb tas-​smewwiet daqskemm intom kotrana.+ 11 Jalla Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietkom, iżidkom+ elf darba iktar milli intom, u jalla jberikkom+ bħalma wegħedkom.+ 12 Kif nistaʼ nġorr waħdi l-​piż tagħkom u t-​tagħbija tagħkom u t-​tilwim tagħkom?+ 13 Ġibu rġiel għorrief u għaqlin+ u bl-​esperjenza+ mit-​tribujiet tagħkom, sabiex nagħmilhom kapijiet fuqkom.’+ 14 U intom wiġibtuni u għedtuli, ‘Dak li għedtilna biex nagħmlu hu tajjeb.’ 15 Għalhekk, jien ħadt il-​kapijiet tat-​tribujiet tagħkom, irġiel għorrief u bl-​esperjenza, u qegħedthom bħala kapijiet fuqkom, kapijiet taʼ l-​eluf u kapijiet tal-​mijiet u kapijiet tal-​ħamsinijiet u kapijiet taʼ l-​għaxriet u uffiċjali tat-​tribujiet tagħkom.+

16 “U ssoktajt nordna lill-​imħallfin tagħkom dik il-​ħabta, u għedtilhom, ‘Meta jkollkom smigħ taʼ xi każ bejn ħutkom, iġġudikaw bil-​ġustizzja+ bejn raġel u ħuh jew ir-​resident barrani tiegħu.+ 17 Tkunux parzjali meta tiġġudikaw.+ Għandkom tisimgħu liż-​żgħir l-​istess bħall-​kbir.+ Tibżgħux minn xi bniedem,+ għax il-​ġudizzju hu t’Alla;+ u l-​każ li jkun iebes wisq għalikom, għandkom tippreżentawh quddiemi, u jien nisimgħu.’+ 18 U jien ordnajtilkom dik il-​ħabta kulma għandkom tagħmlu.

19 “Imbagħad tlaqna mill-​Ħoreb u mxejna minn ġo dak ix-​xagħri kbir li jqanqal il-​biżaʼ,+ li intom rajtu, fit-​triq li tagħti għar-​reġjun muntanjuż taʼ l-​Amurrin,+ sewwasew bħalma kien ikkmandana Ġeħova Alla tagħna; u wasalna Kades-barnegħa.+ 20 U għedtilkom, ‘Wasaltu fir-​reġjun muntanjuż taʼ l-​Amurrin, li Ġeħova Alla tagħna qed jagħtina.+ 21 Ara! Ġeħova Alla tiegħek reħa l-​art f’idejk.+ Qum, ħudha f’idejk, sewwasew bħalma qallek Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietek.+ Tibżax, u titwerwirx.’+

22 “Madankollu, ilkoll kemm intom ġejtu ħdejja u għedtuli, ‘Ħa nibagħtu xi rġiel qabilna biex jitkixxfulna l-​art u jġibulna l-​aħbar dwar it-​triq li għandna nitilgħu minnha u dwar il-​bliet li se mmorru fihom.’+ 23 Sewwa, din il-​ħaġa dehret li kienet tajba f’għajnejja, u għalhekk minnkom ħadt tnax-il raġel, wieħed minn kull tribù.+ 24 Imbagħad dawn daru u telgħu lejn ir-​reġjun muntanjuż+ u waslu sal-​wied* t’Eskol+ u tkixxfu l-​art. 25 U ħadu ftit mill-​frott taʼ l-​art+ f’idejhom u ġabuhulna, u ġabulna l-​aħbar u qalulna, ‘L-​art li se jagħtina Ġeħova Alla tagħna hi tajba.’+ 26 Imma intom ma xtaqtux titilgħu,+ u bdejtu tirribellaw kontra l-​ordni taʼ Ġeħova Alla tagħkom.+ 27 U bqajtu tgergru fit-​tined tagħkom u tgħidu, ‘Ġeħova għax bagħadna+ ħariġna mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ biex jagħtina f’idejn l-​Amurrin, ħalli jeqridna għalkollox.+ 28 Fejn se nitilgħu? Ħutna qatgħulna qalbna+ meta qalulna: “Hemmhekk rajna poplu akbar u itwal minna,+ bliet kbar u fortifikati sas-​smewwiet+ kif ukoll lil ulied l-​Għanakin.”’+

29 “Għalhekk, jien għedtilkom, ‘Tinħasdux u tibżgħux minħabba fihom.+ 30 Ġeħova Alla tagħkom sejjer qabilkom. Se jiġġieled għalikom+ fi qbil maʼ kulma għamel magħkom fl-​Eġittu quddiem għajnejkom stess,+ 31 u fix-​xagħri,+ fejn int rajt kif Ġeħova Alla tiegħek ġarrek+ bħalma raġel iġorr lil ibnu, fit-​triq kollha li mxejtu sakemm wasaltu f’dan il-​post.’+ 32 Imma, minkejja dan il-​kliem, intom ma poġġejtux il-​fidi tagħkom f’Ġeħova Alla tagħkom,+ 33 li mexa quddiemkom fit-​triq biex ifittxilkom post fejn tikkampjaw,+ bil-​lejl permezz tan-​nar biex taraw minn liema triq għandkom tgħaddu u bi nhar permezz taʼ sħaba.+

34 “Sadanittant, Ġeħova semaʼ l-​kliem li kontu qed tgħidu. Għalhekk, tgħaddab u ħalef+ u qal, 35 ‘Ħadd minn din il-​ġenerazzjoni mill-​agħar ma se jara l-​art tajba li jien ħlift li nagħtiha lil missirijietkom,+ 36 ħlief Kaleb, bin Ġefunne.+ Hu jaraha, u lilu u lil uliedu nagħtihom l-​art li rifes fuqha, minħabba l-​fatt li hu mexa għalkollox wara Ġeħova.+ 37 (Ġeħova tgħaddab kontrija wkoll minħabba fikom, u qalli, ‘Int ukoll ma tidħolx hemmhekk.+ 38 Ġożwè, bin Nun, li qiegħed quddiemek, jidħol hemmhekk.’+ Lilu saħħaħ Alla,+ għax se jġiegħel lil Israel jiret l-​art.) 39 U ż-​żgħar tagħkom li dwarhom għedtu: “Se jinħatfu bħala priża!”+ u wliedkom li llum ma jafux x’inhu tajjeb jew x’inhu ħażin, dawn jidħlu hemmhekk, u lilhom nagħtiha, u jiħduha f’idejhom. 40 U intom biddlu d-​direzzjoni u itilqu lejn ix-​xagħri mit-​triq li tagħti għall-​Baħar l-​Aħmar.’+

41 “U intom wiġibtu u għedtuli, ‘Dnibna kontra Ġeħova.+ Aħna—aħna se nitilgħu u niġġieldu fi qbil maʼ dak kollu li kkmandana Ġeħova!’ Għalhekk, tħażżimtu, kull wieħed minnkom, bl-​armi tal-​gwerra tiegħu u ħsibtu li kien faċli li titilgħu fuq il-​muntanja.+ 42 Imma Ġeħova qalli, ‘Għidilhom: “Titilgħux biex tiġġieldu, għaliex jien m’iniex f’nofskom;+ biex ma tiġux megħlubin mill-​għedewwa tagħkom.”’+ 43 Għalhekk, jien kellimtkom, u intom ma tajtunix widen imma bdejtu tirribellaw+ kontra l-​ordni taʼ Ġeħova u titmasħnu, u pprovajtu titilgħu fuq il-​muntanja.+ 44 Imbagħad l-​Amurrin, li kienu qed jgħammru fuq din il-​muntanja, ħarġu jiltaqgħu magħkom u ġrew warajkom,+ bħalma jagħmel in-​naħal, u xerrdukom fis-​Segħir saħansitra sa Ħorma.+ 45 Imbagħad ġejtu lura u bdejtu tibku quddiem Ġeħova, imma Ġeħova la semaʼ leħinkom,+ u lanqas takom widen.+ 46 Għalhekk, bqajtu tgħammru f’Kades għal ħafna jiem, il-​jiem kollha li kontu tgħammru hemmhekk.+

2 “Imbagħad dorna u tlaqna lejn ix-​xagħri mit-​triq li tagħti għall-​Baħar l-​Aħmar, sewwasew bħalma kien qalli Ġeħova;+ u ħadna ħafna jiem biex induru madwar il-​Muntanja Segħir. 2 Fl-aħħar, Ġeħova qalli dan, 3 ‘Ilkom biżżejjed idduru madwar din il-​muntanja.+ Biddlu d-​direzzjoni lejn it-​tramuntana. 4 U ordna lin-​nies u għidilhom: “Se tgħaddu minn ħdejn il-​fruntiera taʼ ħutkom,+ ulied Għesaw,+ li qed jgħammru fis-​Segħir;+ u huma se jibżgħu minnkom,+ u intom tridu toqogħdu attenti ferm. 5 Tiġġildux kontrihom, għax ma se nagħtikom xejn minn arthom, lanqas daqs il-​wisaʼ taʼ qiegħ taʼ sieq; għaliex il-​Muntanja Segħir tajtha lil Għesaw biex tkun il-​proprjetà tiegħu.+ 6 Kulu l-​ikel li tixtru mingħandhom bil-​flus; u ixorbu l-​ilma li tixtru mingħandhom bil-​flus.+ 7 Għax Ġeħova Alla tiegħek bierkek f’kull għemil taʼ idek.+ Hu jaf tajjeb bil-​mixi tiegħek f’dan ix-​xagħri kbir. Matul dawn l-​erbgħin+ sena Ġeħova Alla tiegħek kien miegħek. Lanqas ħaġa waħda ma naqsitek.”’+ 8 Għalhekk, għaddejna lil hinn minn ħutna, ulied Għesaw,+ li qed jgħammru fis-​Segħir, mit-​triq taʼ l-​Għaraba,+ minn Elat u minn Għesjon-geber.+

“Imbagħad dorna u għaddejna mit-​triq tax-​xagħri taʼ Mowab.+ 9 U Ġeħova qalli, ‘Tinbixx lil Mowab jew tiggwerra kontrihom, għaliex ma se nagħtik xejn minn artu biex tkun il-​proprjetà tiegħek, għax Ar+ tajtha lil ulied Lot+ biex tkun il-​proprjetà tagħhom. 10 (L-Emin+ kienu jgħammru fiha qabel, poplu kbir u numeruż ħafna u taʼ nies twal bħall-​Għanakin.+ 11 U r-​Refajin+ ukoll kienu meqjusin bħall-​Għanakin,+ u l-​Mowabin kienu jsejħulhom Emin. 12 U qabel, il-​Ħorin+ kienu jgħammru fis-​Segħir, u wlied Għesaw+ ħadulhom il-​proprjetà tagħhom u qerduhom għalkollox minn quddiemhom u għammru minflokhom,+ sewwasew bħalma jrid jagħmel Israel lill-​art li tkun il-​proprjetà tiegħu u li Ġeħova żgur li se jagħtiha lilhom.) 13 Issa qumu u aqsmu l-​wied* taʼ Żered.’ Għaldaqstant qsamna l-​wied taʼ Żered.+ 14 U ż-​żmien li ħadna biex imxejna minn Kades-barnegħa sakemm qsamna l-​wied taʼ Żered kien tmienja u tletin sena, sakemm il-​ġenerazzjoni kollha tal-​gwerriera kienet intemmet minn nofs il-​kamp, sewwasew bħalma kien ħalfilhom Ġeħova.+ 15 U id+ Ġeħova kienet fuqhom biex iddejjaqhom, u b’hekk tneħħihom minn nofs il-​kamp, sakemm intemmew.+

16 “U ġara li, malli l-​irġiel kollha tal-​gwerra kienu mietu minn nofs il-​poplu,+ 17 Ġeħova kompla jkellimni u jgħidli, 18 ‘Illum se tgħaddi mit-​territorju taʼ Mowab, jiġifieri, qrib Ar,+ 19 u tmur quddiem ulied Għammon. Tinbixhomx u tiġġilidx kontrihom, għax ma se nagħtik xejn mill-​art taʼ wlied Għammon biex tkun il-​proprjetà tiegħek, għax tajtha lil ulied Lot biex tkun il-​proprjetà tagħhom.+ 20 Din kienet titqies ukoll bħala art ir-​Refajin.+ (Ir-Refajin kienu jgħammru fiha qabel, u l-​Għammonin kienu jsejħulhom Żamżummin. 21 Dawn kienu poplu kbir u numeruż ħafna u nies twal bħall-​Għanakin;+ u Ġeħova qeridhom+ għalkollox minn quddiemhom, sabiex jiħdulhom il-​proprjetà tagħhom u jgħammru minflokhom; 22 preċiż bħalma għamel għal ulied Għesaw, li qed jgħammru fis-​Segħir,+ meta qered għalkollox lill-​Ħorin+ minn quddiemhom, sabiex jiħdulhom il-​proprjetà tagħhom u jgħammru minflokhom kif għadhom jagħmlu sa dan il-​jum. 23 U lill-​Għawwin,+ li kienu jgħammru fl-​irħula sa Gaża,+ il-​Kaftorin,+ li ħarġu minn Kaftor,+ qerduhom għalkollox, sabiex jgħammru minflokhom.)

24 “‘Qumu, itilqu u aqsmu l-​wied taʼ l-​Arnon.+ Ara! Tajtek f’idek lil Siħon,+ is-​sultan taʼ Ħesbon, l-​Amurri. Għalhekk, ibda ħu f’idejk artu, u ggwerra kontrih. 25 Illum nibda npoġġi t-​tkexkix u l-​biżaʼ minnek quddiem il-​popli taʼ taħt is-​smewwiet kollha, li se jisimgħu b’aħbarek; u tabilħaqq li se jinkwetaw u jkollhom uġigħ bħal dak tal-​ħlas minħabba fik.’+

26 “Imbagħad bgħatt xi messaġġiera mix-​xagħri taʼ Kedemot+ għand Siħon,+ is-​sultan taʼ Ħesbon, bi kliem taʼ sliem,+ u għedtlu, 27 ‘Ħallini ngħaddi minn ġo artek. Fit-​triq biss se nimxi. Ma ndurx lejn il-​lemin jew lejn ix-​xellug.+ 28 L-ikel li tbegħli bil-​flus, niekol; u l-​ilma li tagħtini bil-​flus, nixrob. Biss ħallini ngħaddi bil-​mixi,+ 29 bħalma għamluli wlied Għesaw, li qed jgħammru fis-​Segħir,+ u l-​Mowabin,+ li qed jgħammru f’Ar, sakemm naqsam il-​Ġordan u nidħol fl-​art li qed jagħtina Ġeħova Alla tagħna.’+ 30 U Siħon, is-​sultan taʼ Ħesbon, ma ħalliniex ngħaddu minn artu, għax Ġeħova Alla tiegħek kien ħallieh isir stinat fl-​ispirtu tiegħu+ u jwebbes qalbu, sabiex jagħtih f’idejk bħalma hu llum.+

31 “U Ġeħova qalli, ‘Ara! Bdejt nerħi f’idejk lil Siħon u lil artu. Ibda ħu artu f’idejk.’+ 32 Meta ħareġ Siħon, hu u l-​poplu kollu tiegħu, biex jitqabad magħna f’Ġaħas,+ 33 Ġeħova Alla tagħna rħihulna f’idejna,+ u b’hekk għelibna lilu+ u lil uliedu u lill-​poplu kollu tiegħu. 34 U dik il-​ħabta ħadna taħt idejna l-​bliet kollha tiegħu u qridna* lil kull belt,+ irġiel u nisa u tfal ċkejknin. Ma ħallejna lil ħadd ħaj. 35 Kienu biss l-​annimali domestiċi li ħadna għalina, flimkien mal-​priża tal-​bliet li konna ħadna taħt idejna.+ 36 Minn Għarogħer,+ li qiegħda biswit ix-​xatt tal-​wied taʼ l-​Arnon, u l-​belt li qiegħda fil-​wied, sa Gilegħad, ma kien hemm ebda belt bi swar għoljin wisq għalina.+ Ġeħova Alla tagħna rħiehom kollha f’idejna. 37 Biss int la mort ħdejn l-​art taʼ wlied Għammon,+ ix-​xatt kollu tal-​wied tal-​Ġabbok,+ la ħdejn il-​bliet tar-​reġjun muntanjuż, u lanqas ħdejn xi ħaġa li dwarha Ġeħova Alla tagħna kien ikkmanda.

3 “Imbagħad dorna u tlajna mit-​triq li tagħti għall-​Basan. U Għog,+ is-​sultan tal-​Basan, ħareġ, hu u l-​poplu kollu tiegħu, biex jitqabad magħna f’Edrej.+ 2 Għalhekk, Ġeħova qalli, ‘Tibżax minnu,+ għax żgur li se nagħtihulek f’idejk, lilu u lill-​poplu kollu tiegħu u lil artu; u int agħmillu sewwasew bħalma għamilt lil Siħon,+ is-​sultan taʼ l-​Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon.’ 3 Għaldaqstant, Ġeħova Alla tagħna tana wkoll f’idejna lil Għog, is-​sultan tal-​Basan, u lill-​poplu kollu tiegħu, u drabnieh sakemm ma kien baqagħlu lanqas bniedem wieħed ħaj.+ 4 U dik il-​ħabta ħadna taħt idejna l-​bliet kollha tiegħu. Ma kienx hemm belt li ma ħadnilhomx, sittin belt,+ ir-​reġjun kollu taʼ l-​Argob,+ is-​saltna t’Għog fil-​Basan.+ 5 Dawn kollha kienu bliet fortifikati b’sur għoli, bwieb u staneg, minbarra ħafna u ħafna bliet żgħar. 6 Madankollu, qridniehom,*+ sewwasew bħalma konna għamilna lil Siħon, is-​sultan taʼ Ħesbon, meta qridna lil kull belt, irġiel, nisa, u tfal ċkejknin.+ 7 U l-​annimali domestiċi kollha u l-​priża tal-​bliet ħadniehom għalina.+

8 “U dik il-​ħabta ħadna l-​art minn id iż-​żewġ slaten taʼ l-​Amurrin+ li kienu fir-​reġjun tal-​Ġordan, mill-​wied taʼ l-​Arnon+ sal-​Muntanja Ħermon;+ 9 (lil Ħermon is-​Sidonin kienu jsejħulha Sirjon,+ u l-​Amurrin kienu jsejħulha Senir,)+ 10 il-bliet kollha tal-​pjanura fl-​għoli u Gilegħad kollu u l-​Basan kollu sa Saleka+ u Edrej,+ il-​bliet tas-​saltna t’Għog fil-​Basan. 11 Għax Għog biss, is-​sultan tal-​Basan, baqaʼ mill-​bqija tar-​Refajin.+ Ara! Il-​katalett tiegħu kien katalett tal-​ħadid. Mhux f’Rabba+ taʼ wlied Għammon qiegħed? Disaʼ kubiti t-​tul tiegħu, u erbaʼ kubiti l-​wisaʼ tiegħu, skond il-​kubitu taʼ raġel. 12 U dik il-​ħabta ħadna f’idejna din l-​art; minn Għarogħer,+ li qiegħda biswit il-​wied taʼ l-​Arnon, u nofs ir-​reġjun muntanjuż taʼ Gilegħad, u l-​bliet tagħha tajthom lir-​Rubenin u lill-​Gadin.+ 13 U l-​bqija taʼ Gilegħad+ u l-​Basan kollu+ tas-​saltna t’Għog tajthom lil nofs it-​tribù taʼ Manasse. Ir-​reġjun kollu taʼ l-​Argob+ tal-​Basan kollu, ma jissejjaħx art ir-​Refajin?+

14 “Ġajir,+ bin Manasse, ħa r-​reġjun kollu taʼ l-​Argob+ sal-​fruntiera tal-​Gesurin+ u l-​Magħkatin,+ u dawk l-​irħula kollha tal-​Basan sejħilhom b’ismu stess, Ħawwot-ġajir,*+ sa dan il-​jum. 15 U lil Makir+ tajtu Gilegħad.+ 16 U lir-​Rubenin+ u lill-​Gadin tajthom minn Gilegħad+ sal-​wied taʼ l-​Arnon, u n-​nofs tal-​wied ikun bħala fruntiera, u sal-​Ġabbok, il-​wied li hu l-​fruntiera taʼ wlied Għammon;+ 17 u l-​Għaraba u l-​Ġordan u l-​fruntiera, minn Kinneret+ sal-​baħar taʼ l-​Għaraba, il-​Baħar il-​Mielaħ,+ li jinsab f’tarf it-​tlajjaʼ tal-​Pisga+ lejn tlugħ ix-​xemx.

18 “Għalhekk, dik il-​ħabta, ikkmandajtkom u għedtilkom, ‘Ġeħova Alla tagħkom takom din l-​art biex tiħduha f’idejkom. Intom taqsmu armati għall-​gwerra qabel ħutkom, ulied Israel, l-​irġiel qalbenin kollha.+ 19 Huma biss in-​nisa tagħkom u ċ-​ċkejknin tagħkom u l-​bhejjem tagħkom (naf tajjeb li intom għandkom għadd kbir taʼ bhejjem) li se jibqgħu jgħammru fil-​bliet tagħkom li tajtkom,+ 20 sakemm Ġeħova jagħti mistrieħ lil ħutkom, kif ukoll lilkom, u huma wkoll ikunu ħadu f’idejhom l-​art li Ġeħova Alla tagħkom qed jagħtihom in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan; wara tridu tiġu lura, kull wieħed lejn il-​proprjetà tiegħu, li tajtkom jien.’+

21 “U dik il-​ħabta kkmandajt lil Ġożwè+ u għedtlu, ‘Għajnejk qed jaraw dak kollu li Ġeħova Alla tagħkom għamel lil dawn iż-​żewġ slaten. L-​istess se jagħmel Ġeħova lis-​saltniet kollha li se tgħaddi minnhom hemmhekk.+ 22 Tibżgħux minnhom, għax hu Ġeħova Alla tagħkom li qed jiġġieled għalikom.’+

23 “U f’dak iż-​żmien partikulari tlabt bil-​ħniena lil Ġeħova u għedtlu, 24 ‘O Mulej Sovran Ġeħova, int innifsek bdejt iġġiegħel lill-​qaddej tiegħek jara l-​kobor tiegħek+ u d-​driegħ b’saħħtu tiegħek,+ għax liema alla hemm fis-​smewwiet jew fuq l-​art li jagħmel atti bħal tiegħek u għemejjel setgħanin bħal tiegħek?+ 25 Ħallini naqsam, jekk jogħġbok, biex nara l-​art tajba+ li qiegħda n-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan, dan ir-​reġjun muntanjuż sabiħ,+ u l-​Libanu.’+ 26 U Ġeħova baqaʼ mgħaddab għalija minħabba fikom+ u ma tanix widen; imma Ġeħova qalli, ‘Biżżejjed! Tkellimni qatt iktar dwar din il-​kwistjoni. 27 Itlaʼ fuq il-​quċċata tal-​Pisga+ u erfaʼ għajnejk lejn il-​punent u t-​tramuntana u n-​nofsinhar u l-​lvant u ara b’għajnejk, għax m’intix se taqsam dan il-​Ġordan.+ 28 U inkariga+ lil Ġożwè u inkuraġġih u saħħu, għaliex hu dak li se jaqsam+ quddiem dan il-​poplu u dak li se jġegħelhom jirtu l-​art li se tara int.’+ 29 Sadanittant konna qed ngħammru fil-​wied quddiem Bet-pegħor.+

4 “U issa, O Israel, ismaʼ r-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji li qed ngħallimkom tagħmlu, sabiex tgħixu+ u tidħlu u tieħdu f’idejkom l-​art li qed jagħtikom Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietkom. 2 Iżżidu xejn mal-​kliem li qed nordnalkom, lanqas tnaqqsu minnu,+ sabiex tħarsu l-​kmandamenti taʼ Ġeħova Alla tagħkom li qed nordnalkom.

3 “Għajnejkom stess raw dak li għamel Ġeħova fil-​każ tal-​Bagħal taʼ Pegħor,+ li kull raġel li mexa wara l-​Bagħal taʼ Pegħor, Ġeħova Alla tagħkom qerdu għalkollox minn nofskom.+ 4 Imma intom li bqajtu mqabbdin+ maʼ Ġeħova Alla tagħkom, kollha kemm intom għadkom ħajjin illum. 5 Ara! Għallimtkom ir-​regolamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji,+ sewwasew bħalma kkmandani Ġeħova Alla tiegħi, biex tagħmlu hekk fl-​art li se tiħduha f’idejkom. 6 U tridu tħarsuhom u tagħmluhom, għaliex b’dan turu li għandkom l-​għerf+ u l-​abbiltà li tifhmu+ quddiem għajnejn il-​popli li se jisimgħu dawn ir-​regolamenti kollha, u żgur li se jgħidu, ‘Dan il-​ġens kbir hu bla dubju poplu li għandu l-​għerf u l-​abbiltà li jifhem.’+ 7 Għax liema ġens kbir+ hemm li għandu l-​allat qribu kif hu Ġeħova Alla tagħna kulmeta nsejħulu?+ 8 U liema ġens kbir hemm li għandu regolamenti u deċiżjonijiet ġudizzjarji ġusti bħal din il-​liġi kollha li qed inpoġġi quddiemkom illum?+

9 “Biss oqgħod attent għalik innifsek u ħu ħsieb ruħek sew,+ sabiex ma tinsiex l-​affarijiet li rajt b’għajnejk+ u biex ma jitbegħdux minn qalbek il-​jiem kollha taʼ ħajtek;+ u trid tgħarrafhom lil uliedek u lil ulied uliedek,+ 10 l-affarijiet li rajt b’għajnejk fil-​jum li int qgħadt quddiem Ġeħova Alla tiegħek fil-​Ħoreb,+ meta Ġeħova qalli, ‘Iġmagħli n-​nies flimkien ħalli nsemmgħalhom kliemi,+ sabiex jitgħallmu jibżgħu+ minni l-​jiem kollha li jkunu ħajjin fuq l-​art u sabiex jgħallmu lil uliedhom.’+

11 “Għalhekk, intom ersaqtu qrib u qgħadtu f’riġlejn il-​muntanja, u l-​muntanja kienet qed taqbad bin-​nar sa nofs is-​sema; kien hemm dlam, sħab, u dalma ħoxna.+ 12 U Ġeħova beda jkellimkom minn ġon-​nar.+ Il-​ħoss tal-​kliem smajtuh, imma ma rajtu ebda sura+—xejn ħlief leħen.+ 13 U qalilkom il-​patt tiegħu,+ li kkmandakom twettquh—l-​Għaxar Kelmiet,+ li mbagħad kitibhom fuq żewġ twavel tal-​ġebel.+ 14 U kien lili li Ġeħova kkmanda f’dak iż-​żmien partikulari biex ngħallimkom ir-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji, ħalli twettquhom fl-​art li se taqsmu biex tiħduha f’idejkom.+

15 “U ħudu ħsieb sew tagħkom infuskom,+ għaliex ma rajtu ebda sura+ dakinhar li Ġeħova kellimkom fil-​Ħoreb minn ġon-​nar, 16 sabiex ma taġixxux b’mod mill-​agħar+ u ma tagħmlux xi xbieha skolpita, il-​forma taʼ xi simbolu, ir-​rappreżentazzjoni taʼ raġel jew mara,+ 17 ir-rappreżentazzjoni taʼ xi bhima li hemm fuq l-​art,+ ir-​rappreżentazzjoni taʼ xi għasfur bil-​ġwienaħ li jtir fis-​smewwiet,+ 18 ir-rappreżentazzjoni taʼ xi ħaġa li titħarrek fuq l-​art, ir-​rappreżentazzjoni taʼ xi ħuta+ li hemm fl-​ilmijiet taħt l-​art; 19 u biex ma terfax għajnejk lejn is-​smewwiet u tara x-​xemx u l-​qamar u l-​kwiekeb, l-​armata kollha tas-​smewwiet, u titħajjar tmil quddiemhom u taqdihom,+ dawk li Ġeħova Alla tiegħek qassamhom lill-​popli kollha taħt is-​smewwiet kollha.+ 20 Imma intom dawk li Ġeħova ħadkom sabiex joħroġkom mill-​forn tal-​ħadid,+ mill-​Eġittu, biex issiru poplu bħala proprjetà privata tiegħu+ bħalma intom illum.

21 “U Ġeħova tgħaddab għalija minħabba fikom,+ u b’hekk ħalef li m’għandix naqsam il-​Ġordan jew nidħol fl-​art tajba li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt.+ 22 Għax jien se mmut f’din l-​art.+ M’iniex se naqsam il-​Ġordan, imma intom se taqsmu, u tridu tieħdu f’idejkom din l-​art tajba. 23 Oqogħdu attenti għalikom infuskom biex ma tinsewx il-​patt taʼ Ġeħova Alla tagħkom li għamel magħkom+ u biex ma tagħmlux għalikom infuskom xbieha skolpita, il-​forma taʼ kwalunkwe ħaġa li Ġeħova Alla tiegħek ikkmandak biex ma tagħmilx.+ 24 Għax Ġeħova Alla tiegħek hu nar li jeqred,+ Alla li jesiġi devozzjoni esklużiva.+

25 “Jekk tnisslu l-​ulied u wlied l-​ulied u jkun ilkom tgħammru għal żmien twil f’din l-​art u taġixxu b’mod mill-​agħar+ u tagħmlu xbieha skolpita,+ forma taʼ kwalunkwe ħaġa, u tagħmlu l-​ħażin f’għajnejn Ġeħova Alla tagħkom+ sabiex toffenduh, 26 jien illum insejjaħ is-​smewwiet u l-​art bħala xhieda kontrikom,+ li intom żgur li se tgħibu malajr minn fuq l-​art li għaliha se taqsmu l-​Ġordan biex tiħduha f’idejkom. Ma ttawlux jiemkom fuqha, għaliex żgur li tinqerdu għalkollox.+ 27 U Ġeħova jxerridkom fost il-​popli,+ u minnkom jibqaʼ għadd żgħir+ fost il-​ġnus li sejrin fihom meta Ġeħova jkeċċikom. 28 U hemmhekk ikollkom taqdu lil allat,+ xogħol idejn il-​bniedem, injam u ġebel,+ li la jistgħu jaraw, la jisimgħu, la jieklu, u lanqas ixommu.+

29 “Jekk tfittxu lil Ġeħova Alla tiegħek minn hemmhekk, żgur li ssibu,+ għaliex tfittxu b’qalbek kollha u b’ruħek kollha.+ 30 Meta tkun f’sitwazzjoni mwiegħra u fi tmiem il-​jiem jiġrilek skond dan il-​kliem kollu, imbagħad ikollok iddur lura lejn Ġeħova Alla tiegħek+ u tismaʼ leħnu.+ 31 Għax Ġeħova Alla tiegħek hu Alla mimli ħniena.+ Mhux se jabbandunak jew jeqirdek jew jinsa l-​patt+ taʼ missirijietek li ħalfilhom.

32 “Issa staqsi, jekk jogħġbok, dwar il-​jiem taʼ l-​imgħoddi+ li seħħew qablek, minn dakinhar li Alla ħalaq il-​bniedem fuq l-​art+ u minn tarf wieħed tas-​smewwiet sat-​tarf l-​ieħor tas-​smewwiet, Ġrat xi ħaġa kbira bħal din jew instemgħet xi ħaġa bħalha?+ 33 Kien hemm xi poplu ieħor li semaʼ leħen Alla jitkellem minn nofs in-​nar kif smajtu int stess, u bqajt ħaj?+ 34 Jew ipprova Alla jiġi biex jieħu ġens għalih innifsu minn fost ġens ieħor bi provi,+ b’sinjali,+ b’mirakli,+ bi gwerra,+ b’id b’saħħitha,+ bi driegħ maħruġ ’il barra,+ u b’biżaʼ kbir+ bħal kulma Ġeħova Alla tagħkom għamel għalikom fl-​Eġittu quddiem għajnejkom? 35 Lilek—lilek intwera, sabiex tkun taf li Ġeħova hu l-​Alla l-​veru;+ m’hemmx ieħor għajru.+ 36 Mis-smewwiet ġiegħlek tismaʼ leħnu sabiex jikkoreġik; u fuq l-​art ġiegħlek tara n-​nar kbir tiegħu, u smajt kliemu minn ġon-​nar.+

37 “U madankollu int tibqaʼ ħaj, għaliex hu ħabb lil missirijietek, u b’hekk għażel lil nisilhom warajhom+ u ħarġek mill-​Eġittu bil-​qawwa kbira tiegħu+ u żamm għajnejh fuqek, 38 biex ikeċċi minn quddiemek ġnus akbar u iktar setgħanin minnek, sabiex idaħħlek, ħalli jagħtik l-​art tagħhom bħala wirt bħalma diġà beda jseħħ.+ 39 U llum int taf tajjeb, u f’qalbek trid tiftakar li Ġeħova hu l-​Alla l-​veru fis-​smewwiet hemm fuq u fuq l-​art hawn taħt.+ M’hemmx ħliefu.+ 40 U ħares ir-​regolamenti tiegħu+ u l-​kmandamenti tiegħu li qed nikkmandak illum, biex dejjem jaħbatlek tajjeb sew lilek+ u sew lil uliedek warajk, u sabiex ittawwal jiemek fuq l-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.”+

41 Dik il-​ħabta Mosè għażel tlett ibliet fin-​naħa tal-​Ġordan lejn tlugħ ix-​xemx,+ 42 biex jaħrab hemmhekk dak li joqtol lil għajru bla ma jkun jaf kif,+ waqt li ma kienx jobogħdu qabel;+ u jrid jaħrab lejn waħda minn dawn il-​bliet u jgħix,+ 43 jiġifieri, Beser+ fix-​xagħri fuq il-​pjanura fl-​għoli għar-​Rubenin, u Ramot+ f’Gilegħad għall-​Gadin, u Golan+ fil-​Basan għall-​Manassin.+

44 Issa din hi l-​liġi+ li Mosè qiegħed quddiem ulied Israel. 45 Dawn huma t-​testimonjanzi*+ u r-​regolamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ li Mosè kellem dwarhom lil ulied Israel meta ħarġu mill-​Eġittu, 46 ħdejn il-​Ġordan, fil-​wied quddiem Bet-pegħor,+ fl-​art taʼ Siħon, is-​sultan taʼ l-​Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon+ u li kien megħlub minn Mosè u wlied Israel meta ħarġu mill-​Eġittu.+ 47 U ħadu f’idejhom artu u l-​art t’Għog,+ is-​sultan tal-​Basan, iż-​żewġ slaten taʼ l-​Amurrin li kienu fir-​reġjun tal-​Ġordan lejn tlugħ ix-​xemx, 48 minn Għarogħer,+ li qiegħda fuq ix-​xatt tal-​wied taʼ l-​Arnon, sal-​Muntanja Sigħon, jiġifieri, il-​Ħermon,+ 49 u l-​Għaraba+ kollha fir-​reġjun tal-​Ġordan lejn il-​lvant, u sal-​baħar taʼ l-​Għaraba+ f’tarf it-​tlajjaʼ tal-​Pisga.+

5 U Mosè sejjaħ lil Israel kollu+ u qalilhom: “Ismaʼ, O Israel, ir-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ li qed inwasslilkom f’widnejkom illum, u tridu titgħallmuhom u toqogħdu attenti li tagħmluhom.+ 2 Ġeħova Alla tagħna għamel patt magħna fil-​Ħoreb.+ 3 Dan il-​patt Ġeħova m’għamlux maʼ missirijietna, imma magħna, dawk kollha minna li aħna ħajjin hawnhekk illum. 4 Wiċċ imbwiċċ kellimkom Ġeħova fuq il-​muntanja minn ġon-​nar.+ 5 Jien kont qiegħed bejn Ġeħova u bejnkom f’dak iż-​żmien partikulari+ biex ngħidilkom il-​kelma taʼ Ġeħova, (għax intom bżajtu minħabba n-​nar u ma tlajtux fuq il-​muntanja,)+ li kienet tgħid,

6 “‘Jien Ġeħova Alla tiegħek,+ li ħriġtek mill-​art taʼ l-​Eġittu, minn dar l-​ilsiera.+ 7 Ma jkollok qatt allat oħrajn għajri.+

8 “‘Tagħmilx xi xbieha skolpita,+ kwalunkwe forma+ bħal xi ħaġa li hemm fis-​smewwiet hemm fuq jew fuq l-​art hawn taħt jew fl-​ilmijiet taħt l-​art. 9 Tmilx quddiemhom u titħajjarx taqdihom,+ għaliex jien Ġeħova Alla tiegħek, jien Alla li nesiġi devozzjoni esklużiva,+ li għall-​iżball tal-​missirijiet nikkastiga lill-​ulied, sat-​tielet u r-​rabaʼ ġenerazzjoni, fil-​każ taʼ dawk li jobogħduni;+ 10 imma nuri l-​qalb tajba bl-​imħabba sa l-​elf ġenerazzjoni fil-​każ taʼ dawk li jħobbuni u jħarsu l-​kmandamenti tiegħi.+

11 “‘Tużax l-​isem taʼ Ġeħova Alla tiegħek b’mod ħażin,+ għax Ġeħova ma jħallix bla kastig lil kulmin juża ismu b’mod ħażin.+

12 “‘Waqt li tħares jum is-​Sabat* biex tqaddsu, sewwasew bħalma kkmandak Ġeħova Alla tiegħek,+ 13 għandek taħdem u tagħmel ix-​xogħol kollu tiegħek f’sitt ijiem.+ 14 Imma s-​sebaʼ jum hu Sabat għal Ġeħova Alla tiegħek.+ Tagħmel ebda xogħol,+ la int, la ibnek, la bintek, la l-​ilsir tiegħek, la l-​ilsira tiegħek, la l-​barri tiegħek, la l-​ħmar tiegħek, la kwalunkwe annimal domestiku tiegħek, u lanqas ir-​resident barrani li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek,+ sabiex l-​ilsir tiegħek u l-​ilsira tiegħek jistrieħu l-​istess bħalek.+ 15 U ftakar li int kont ilsir fl-​art taʼ l-​Eġittu+ u Ġeħova Alla tiegħek ħarġek minn hemmhekk b’id b’saħħitha u bi driegħ maħruġ ’il barra.+ Huwa għalhekk li Ġeħova Alla tiegħek ikkmandak tħares jum is-​Sabat.+

16 “‘Onora lil missierek u lil ommok,+ sewwasew bħalma kkmandak Ġeħova Alla tiegħek; sabiex ittawwal jiemek u jaħbatlek tajjeb+ fuq l-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.

17 “‘Toqtolx.*+

18 “‘Lanqas għandek tagħmel adulterju.+

19 “‘Lanqas għandek tisraq.+

20 “‘Lanqas għandek tixhed falz kontra għajrek.+

21 “‘Lanqas għandek tixtieq mart għajrek.+ Lanqas għandek tixxennaq b’egoiżmu għal dar għajrek, għar-​rabaʼ tiegħu, għall-​ilsir tiegħu, għall-​ilsira tiegħu, għall-​barri tiegħu, għall-​ħmar tiegħu, jew għal kwalunkwe ħaġa li hi t’għajrek.’+

22 “Dan il-​Kliem Ġeħova qalu lill-​kongregazzjoni kollha tagħkom fuq il-​muntanja minn ġon-​nar,+ minn ġos-​sħaba u minn ġod-​dalma ħoxna, b’leħen għoli, u ma żied xejn; imbagħad kitbu fuq żewġ twavel tal-​ġebel u tahomli.+

23 “U ġara li, malli kontu smajtu l-​leħen minn ġod-​dlam, waqt li l-​muntanja kienet qed taqbad bin-​nar,+ intom ġejtu ħdejja, il-​kapijiet kollha tat-​tribujiet tagħkom u x-​xjuħ tagħkom. 24 Imbagħad għedtuli, ‘Ara! Ġeħova Alla tagħna wriena l-​glorja tiegħu u l-​kobor tiegħu, u smajna leħnu minn ġon-​nar.+ Illum rajna li Alla jistaʼ jkellem lill-​bniedem, u dan jibqaʼ ħaj.+ 25 U issa għala għandna mmutu? Għax dan in-​nar kbir jistaʼ jeqridna.+ Jekk nerġgħu nisimgħu leħen Ġeħova Alla tagħna darb’oħra, aħna żgur immutu.+ 26 Għax min hemm minn fost il-​bnedmin kollha li semaʼ l-​leħen taʼ l-​Alla l-​ħaj+ jitkellem minn ġon-​nar, bħalma għamilna aħna, u madankollu jibqaʼ ħaj? 27 Int innifsek mur qrib u ismaʼ kulma se jgħid Ġeħova Alla tagħna; u int tkun dak li tgħidilna kulma jgħidlek Ġeħova Alla tagħna,+ u aħna nisimgħuh u nagħmluh.’

28 “Għalhekk, Ġeħova semaʼ l-​kliem li kontu qed tgħidu meta kellimtuni, u Ġeħova ssokta jgħidli, ‘Smajt il-​kliem li kien qed jgħid dan il-​poplu, li qaluh lilek. Kulma qalu hu tajjeb.+ 29 O li kieku jdaħħluha f’din qalbhom li jibżgħu minni+ u jħarsu l-​kmandamenti tiegħi dejjem,+ sabiex jaħbtilhom tajjeb sew lilhom u sew lil uliedhom għal żmien indefinit!*+ 30 Mur għidilhom: “Morru lura lejn it-​tined tagħkom.” 31 U int oqgħod hawnhekk miegħi, u jien ngħidlek il-​kmandamenti u r-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha li għandek tgħallimhom+ u li huma jridu jagħmluhom fl-​art li qed nagħtihom biex jiħduha f’idejhom.’ 32 U intom qisu li tagħmlu sewwasew bħalma kkmandakom Ġeħova Alla tagħkom.+ Iddurux lejn il-​lemin jew lejn ix-​xellug.+ 33 Għandkom timxu fit-​triq kollha li kkmandakom Ġeħova Alla tagħkom,+ sabiex tgħixu u jaħbtilkom tajjeb+ u ttawlu jiemkom fl-​art li se tiħduha f’idejkom.

6 “Issa dawn huma l-​kmandamenti, ir-​regolamenti, u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji li Ġeħova Alla tagħkom ikkmandani biex ngħallimkom,+ sabiex tagħmluhom fl-​art li se taqsmu għaliha biex tiħduha f’idejkom; 2 sabiex tibżaʼ+ minn Ġeħova Alla tiegħek u tħares l-​istatuti kollha tiegħu u l-​kmandamenti tiegħu li qed nikkmandak, int u ibnek u bin ibnek,+ il-​jiem kollha taʼ ħajtek, u sabiex ittawwal jiemek.+ 3 Ismaʼ, O Israel, u qis li tagħmilhom,+ sabiex jaħbatlek tajjeb+ u toktor ħafna, sewwasew bħalma wiegħdek Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietek,+ rigward l-​art li tnixxi ħalib u għasel.

4 “Ismaʼ, O Israel: Ġeħova Alla tagħna hu Ġeħova wieħed.+ 5 U ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha+ u b’ruħek kollha+ u bil-​forza kollha tiegħek.+ 6 U dan il-​kliem li qed nikkmandak illum irid ikun f’qalbek;+ 7 u daħħlu sew f’qalb ibnek+ u tkellem dwaru meta toqgħod bil-​qiegħda f’darek u meta timxi fit-​triq u meta timtedd+ u meta tqum. 8 U orbtu bħala sinjal maʼ idek,+ u jservi bħala strixxa fuq ġbinek bejn għajnejk;+ 9 u iktbu fuq il-​koxox tal-​bieb taʼ darek u fuq il-​bibien taʼ beltek.+

10 “U jrid iseħħ li meta Ġeħova Alla tiegħek idaħħlek fl-​art li ħalef lil missirijietek Abraham, Iżakk, u Ġakobb li jagħtihielek,+ bliet kbar u sbieħ li ma bnejtx int,+ 11 djar mimlijin bl-​affarijiet tajbin kollha li ma mlejtx int, ġwiebi mħaffrin li ma ħaffirtx int, u għelieqi bid-​dwieli u siġar taż-​żebbuġ li ma ħawwiltx int, u tkun kilt u xbajt,+ 12 oqgħod attent li ma tinsiex+ lil Ġeħova, li ħarġek mill-​art taʼ l-​Eġittu, minn dar l-​ilsiera. 13 Minn Ġeħova Alla tiegħek għandek tibżaʼ,+ u lilu għandek taqdi,+ u b’ismu għandek taħlef.+ 14 Timxux wara allat oħrajn, kwalunkwe alla tal-​popli taʼ madwarkom,+ 15 (għax Ġeħova Alla tiegħek f’nofsok hu Alla li jesiġi devozzjoni esklużiva,)+ li ma tmurx ir-​rabja taʼ Ġeħova Alla tiegħek tixgħel kontrik+ u jeqirdek għalkollox minn fuq wiċċ l-​art.+

16 “Tgħaddux lil Ġeħova Alla tagħkom minn prova,+ kif għaddejtuh minn prova f’Massah.*+ 17 Għandkom assolutament tħarsu l-​kmandamenti taʼ Ġeħova Alla tagħkom+ u t-​testimonjanzi* tiegħu+ u r-​regolamenti tiegħu+ li kkmandak.+ 18 U agħmel dak li hu sewwa u tajjeb f’għajnejn Ġeħova, sabiex jaħbatlek tajjeb+ u tidħol fl-​art tajba li dwarha Ġeħova ħalef lil missirijietek u tiħodha f’idejk,+ 19 billi twarrab l-​għedewwa kollha tiegħek minn quddiemek, sewwasew bħalma wiegħed Ġeħova.+

20 “Jekk ibnek jistaqsik fil-​futur+ u jgħidlek, ‘Xi jfissru t-​testimonjanzi u r-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji li kkmandakom Ġeħova Alla tagħna?’ 21 imbagħad trid tgħid lil ibnek, ‘Aħna konna lsiera tal-​Fargħun fl-​Eġittu, imma Ġeħova ħariġna mill-​Eġittu b’id b’saħħitha.+ 22 Għalhekk, Ġeħova baqaʼ jagħmel quddiem għajnejna+ sinjali u mirakli,+ kbar u taʼ ħsara, fuq l-​Eġittu, fuq il-​Fargħun, u fuq in-​nies kollha taʼ daru. 23 U ħariġna minn hemmhekk sabiex iġibna hawnhekk biex jagħtina l-​art li dwarha kien ħalef lil missirijietna.+ 24 Għalhekk, Ġeħova kkmandana nħarsu dawn ir-​regolamenti kollha,+ biex dejjem nibżgħu minn Ġeħova Alla tagħna għall-​ġid tagħna,+ sabiex nibqgħu ħajjin bħalma aħna llum.+ 25 U nkunu ġusti+ jekk noqogħdu attenti li nagħmlu dawn il-​kmandamenti kollha quddiem Ġeħova Alla tagħna, sewwasew bħalma kkmandana hu.’+

7 “Meta Ġeħova Alla tiegħek sa fl-​aħħar idaħħlek fl-​art li sejjer fiha sabiex tiħodha f’idejk,+ iwarrab minn quddiemek ġnus kotrana,+ il-​Ħittin,+ il-​Girgasin,+ l-​Amurrin,+ il-​Kangħanin,+ il-​Pereżin,+ il-​Ħiwwin,+ u l-​Ġebusin,+ sebat iġnus iktar kotrana u iktar setgħana minnek.+ 2 U Ġeħova Alla tiegħek se jerħihom f’idejk u int tegħlibhom.+ Qis li teqridhom.*+ Tagħmel ebda patt magħhom u lanqas tħenn għalihom.+ 3 U titħallatx b’rabta taż-​żwieġ magħhom. Lil bintek tagħtihiex lil ibnu, u lil bintu tiħodhiex għal ibnek.+ 4 Għax hu jbiegħed lil ibnek milli jimxi warajja, u huma jaqdu lil allat oħrajn;+ u r-​rabja taʼ Ġeħova tixgħel kontrikom, u jġibek fix-​xejn minnufih.+

5 “Mill-​banda l-​oħra, dan għandkom tagħmlulhom: L-​artali tagħhom għandkom iġġarrfuhom,+ u l-​pilastri sagri tagħhom għandkom tkissruhom,+ u l-​arbli sagri tagħhom+ għandkom tqaċċtuhom,+ u x-​xbihat minquxin tagħhom għandkom taħarquhom fin-​nar.+ 6 Għax int poplu qaddis għal Ġeħova Alla tiegħek.+ Lilek għażel Ġeħova Alla tiegħek biex issir il-​poplu tiegħu, proprjetà speċjali, mill-​popli kollha li hemm fuq wiċċ l-​art.+

7 “Ma kienx għaliex kontu l-​iktar kotrana mill-​popli kollha li Ġeħova wera affezzjoni lejkom, u b’hekk għażilkom,+ għax intom kontu l-​inqas mill-​popli kollha.+ 8 Imma kien għaliex Ġeħova ħabbkom,+ u għax ried iħares il-​ħalfa li kien ħalef lil missirijietkom,+ li Ġeħova ħariġkom b’id b’saħħitha,+ sabiex jifdik minn dar l-​ilsiera,+ minn id il-​Fargħun, is-​sultan taʼ l-​Eġittu. 9 U int taf tajjeb li Ġeħova Alla tiegħek hu l-​Alla l-​veru,+ l-​Alla l-​leali,+ li jħares il-​patt+ u l-​qalb tajba bl-​imħabba fil-​każ taʼ dawk li jħobbuh u dawk li jħarsu l-​kmandamenti tiegħu għal elf ġenerazzjoni,+ 10 imma jħallas f’wiċċu lil min jobogħdu billi jeqirdu.+ Ma joqgħodx jaħsibha maʼ min jobogħdu; iħallsu f’wiċċu. 11 U int ħares il-​kmandamenti u r-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji li qed nikkmandak illum billi tagħmilhom.+

12 “U jrid iseħħ li, peress li intom tkomplu tisimgħu dawn id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji u tħarsuhom u twettquhom,+ Ġeħova Alla tiegħek iħares il-​patt miegħek+ u l-​qalb tajba bl-​imħabba li dwarha ħalef lil missirijietek.+ 13 U żgur li jħobbok u jbierkek+ u jkattrek+ u jbierek il-​frott taʼ ġufek+ u l-​prodott tal-​ħamrija tiegħek,+ il-​qmuħ tiegħek u l-​inbid ġdid tiegħek u ż-​żejt tiegħek, iż-​żgħar tal-​baqar tiegħek u l-​frieħ tan-​nagħaġ tiegħek,+ fuq l-​art li ħalef lil missirijietek li jagħtihielek.+ 14 Issir l-​iktar imbierek mill-​popli kollha.+ Ma jkunx hemm fik raġel jew mara bla nisel, lanqas fost l-​annimali domestiċi tiegħek.+ 15 U Ġeħova jwarrab minnek kull marda; u l-​mard ikrah kollu taʼ l-​Eġittu li taf bih,+ ma jitfgħux fuqek, imma jitfgħu fuq dawk kollha li jobogħduk. 16 U int għandek teqred lill-​popli kollha li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.+ Għajnejk m’għandhomx jitħassruhom;+ u taqdix lill-​allat tagħhom,+ għaliex din tkun nassa għalik.+

17 “Jekk tgħid f’qalbek, ‘Dawn il-​ġnus huma kotrana wisq għalija. Kif se jkolli l-​ħila nkeċċihom?’+ 18 tibżax minnhom.+ Qis li tiftakar dak li Ġeħova Alla tiegħek għamel lill-​Fargħun u lill-​Eġittu kollu,+ 19 il-provi kbar li raw għajnejk,+ u s-​sinjali u l-​mirakli+ u l-​id b’saħħitha+ u d-​driegħ maħruġ ’il barra+ li bihom ħarġek Ġeħova Alla tiegħek.+ Hekk se jagħmlilhom Ġeħova Alla tiegħek lill-​popli kollha li qed tibżaʼ minnhom.+ 20 U Ġeħova Alla tiegħek se jġegħelhom iħossuhom skuraġġiti,+ sakemm jgħibu dawk li tħallew+ u li kienu qed jinħbew minn quddiemek. 21 Tinħasadx minħabba fihom, għax Ġeħova Alla tiegħek, Alla kbir li jqanqal il-​biżaʼ,+ qiegħed f’nofsok.+

22 “U Ġeħova Alla tiegħek se jwarrab lil dawn il-​ġnus minn quddiemek ftit ftit.+ M’intix se titħalla teqridhom malajr, għax inkella joktru kontrik il-​bhejjem salvaġġi tar-​rabaʼ. 23 U Ġeħova Alla tiegħek se jerħihom f’idejk u jħarbathom bi tħarbita kbira, sakemm jinġiebu fix-​xejn.+ 24 U jagħtik f’idek is-​slaten tagħhom,+ u int eqred ismijiethom minn taħt is-​smewwiet.+ Ħadd ma jiqaflek,+ sakemm tkun qridthom għalkollox.+ 25 Ix-xbihat minquxin taʼ l-​allat tagħhom għandkom taħarquhom fin-​nar.+ Tixtieqx il-​fidda u d-​deheb taʼ fuqhom,+ lanqas tiħodhom għalik,+ li ma tinqabadx fin-​nassa bihom;+ għax din hi ħaġa mistkerrha+ għal Ġeħova Alla tiegħek. 26 U ddaħħalx ħaġa mistkerrha f’darek u minħabba f’hekk int issir ħaġa li għandha tinqered bħalha. Għandek titqażżiżha għall-​aħħar u assolutament tistmerrha,+ għaliex hi xi ħaġa li għandha tinqered.+

8 “Kull kmandament li qed nikkmandak illum għandkom toqogħdu attenti li tħarsuh,+ sabiex tibqgħu ħajjin+ u toktru u tidħlu fl-​art li dwarha Ġeħova ħalef lil missirijietkom u tiħduha f’idejkom.+ 2 U ftakar fit-​triq kollha li Ġeħova Alla tiegħek mexxiek dawn l-​erbgħin sena fix-​xagħri,+ sabiex jumiljak,+ biex jgħaddik minn prova+ ħalli jkun jaf x’kellek f’qalbek,+ jekk kontx se tħares il-​kmandamenti tiegħu jew le. 3 Għalhekk, umiljak u ħalliek tbati l-​ġuħ+ u temgħek il-​manna,+ li la int ma kont taf biha u lanqas missirijietek ma kienu jafu biha; sabiex iġiegħlek tkun taf li mhux bil-​ħobż biss jgħix il-​bniedem imma wkoll b’kull kelma li toħroġ minn fomm Ġeħova jgħix il-​bniedem.+ 4 Il-mantell tiegħek ma qdiemx fuqek, u sieqek ma ntefħitx dawn l-​erbgħin sena.+ 5 U int taf tajjeb b’qalbek stess li bħalma raġel jikkoreġi lil ibnu, Ġeħova Alla tiegħek kien qed jikkoreġik.+

6 “U ħares il-​kmandamenti taʼ Ġeħova Alla tiegħek billi timxi fi triqatu+ u billi tibżaʼ minnu.+ 7 Għax Ġeħova Alla tiegħek qed idaħħlek f’art tajba,+ art taʼ widien taʼ l-​ilma, għejun u ilmijiet fondi ħerġin għal ġol-​pjanura fil-​wied+ u ġor-​reġjun muntanjuż, 8 art taʼ qamħ u xgħir u dwieli u tin u rummien,+ art taʼ żebbuġ taż-​żejt u għasel,+ 9 art li fiha ma tikolx ħobż li jkun skars, li fiha ma jkun jonqsok xejn, art li l-​ġebel tagħha hu ħadid u mill-​muntanji tagħha taqtaʼ r-​ram aħmar.

10 “Meta tkun kilt u xbajt,+ bierek+ lil Ġeħova Alla tiegħek għall-​art tajba li tak.+ 11 Oqgħod attent għalik innifsek li ma tinsiex+ lil Ġeħova Alla tiegħek, u b’hekk ma tħarisx il-​kmandamenti tiegħu u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu u l-​istatuti tiegħu li qed nikkmandak illum;+ 12 li ma tmurx tiekol u tixbaʼ, u tibni djar tajbin u tgħammar fihom,+ 13 u l-​baqar tiegħek u n-​nagħaġ tiegħek jiżdiedu, u jiżdidulek il-​fidda u d-​deheb, u jiżdiedlek kulma hu tiegħek; 14 u qalbek titkabbar+ u tabilħaqq tinsa lil Ġeħova Alla tiegħek, li ħarġek mill-​art taʼ l-​Eġittu, minn dar l-​ilsiera;+ 15 li ġiegħlek timxi fix-​xagħri kbir li jqanqal il-​biżaʼ,+ bi sriep velenużi+ u skorpjuni u b’ħamrija niexfa, bla ilma; li ħariġlek l-​ilma mill-​blata taż-​żnied;+ 16 li temgħek il-​manna+ fix-​xagħri, li missirijietek ma kinux jafu biha, sabiex jumiljak+ u sabiex jgħaddik minn prova ħalli jagħmillek il-​ġid iktar ’il quddiem;+ 17 u int tgħid f’qalbek, ‘Il-​qawwa tiegħi stess u s-​setgħa kollha taʼ idi stess kisbuli dan il-​ġid.’+ 18 U ftakar f’Ġeħova Alla tiegħek, għaliex hu li jagħtik il-​qawwa biex tikseb il-​ġid;+ sabiex jitwettaq il-​patt tiegħu li ħalef lil missirijietek, bħalma baqaʼ jagħmel sa llum.+

19 “U jrid iseħħ li jekk int tinsa għalkollox lil Ġeħova Alla tiegħek u, fil-​fatt, timxi wara allat oħrajn u taqdihom u tmil quddiemhom, jien nixhed kontrikom illum li żgur tgħibu.+ 20 Bħall-ġnus li Ġeħova qed jeqred minn quddiemkom, hekk se tgħibu, għaliex ma tisimgħux minn leħen Ġeħova Alla tagħkom.+

9 “Ismaʼ, O Israel, illum int se taqsam il-​Ġordan+ biex tidħol u tieħu l-​proprjetà taʼ ġnus akbar u iktar setgħanin minnek,+ bliet kbar u fortifikati sas-​smewwiet,+ 2 nies kbar u twal, ulied l-​Għanakin,+ li int kont taf bihom u li dwarhom int stess smajt jingħad, ‘Min jistaʼ jżomm sod quddiem ulied Għanak?’ 3 U llum int taf tajjeb li Ġeħova Alla tiegħek se jaqsam quddiemek.+ Hu nar li jeqred.+ Hu se jġibhom fix-​xejn,+ u hu nnifsu se jrażżanhom quddiemek; u int tiħdilhom il-​proprjetà tagħhom u teqridhom bil-​ħeffa, sewwasew bħalma qallek Ġeħova.+

4 “Tgħidx dan f’qalbek meta Ġeħova Alla tiegħek iwarrabhom minn quddiemek, ‘Kien minħabba s-​sewwa tiegħi stess li Ġeħova daħħalni f’din l-​art+ biex niħodha f’idejja,’ meta fil-​fatt huwa minħabba l-​ħażen taʼ dawn il-​ġnus li Ġeħova qed ikeċċihom minn quddiemek.+ 5 M’huwiex minħabba s-​sewwa tiegħek+ jew minħabba l-​qalb retta tiegħek+ li se tidħol biex tieħu arthom; fil-​fatt, huwa minħabba l-​ħażen taʼ dawn il-​ġnus li Ġeħova Alla tiegħek qed ikeċċihom minn quddiemek,+ u sabiex iwettaq il-​kelma li Ġeħova ħalef lil missirijietek, Abraham,+ Iżakk,+ u Ġakobb.+ 6 U kun af li mhux minħabba s-​sewwa tiegħek li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik din l-​art tajba biex tiħodha f’idejk; għax int poplu rasu iebsa.*+

7 “Ftakar u tinsiex kif inkorlajt lil Ġeħova Alla tiegħek fix-​xagħri.+ Minn dakinhar li ħriġt mill-​art taʼ l-​Eġittu sakemm wasaltu f’dan il-​post intom aġixxejtu b’mod ribelluż maʼ Ġeħova.+ 8 Anki fil-​Ħoreb qanqaltu lil Ġeħova biex jirrabja, u b’hekk Ġeħova tgħaddab għalikom tant li ried iġibkom fix-​xejn.+ 9 Meta tlajt fuq il-​muntanja biex nieħu t-​twavel tal-​ġebel,+ it-​twavel tal-​patt li Ġeħova kien għamel magħkom,+ u bqajt ngħammar fuq il-​muntanja erbgħin jum u erbgħin lejl,+ (la kilt ħobż u lanqas xrobt ilma,) 10 imbagħad Ġeħova tani ż-​żewġ twavel tal-​ġebel miktubin bis-​sabaʼ t’Alla;+ u fuqhom kien hemm il-​kliem kollu li Ġeħova kien qalilkom fuq il-​muntanja minn ġon-​nar f’jum il-​kongregazzjoni.+ 11 U ġara li fi tmiem l-​erbgħin jum u l-​erbgħin lejl Ġeħova tani ż-​żewġ twavel tal-​ġebel, it-​twavel tal-​patt;+ 12 u Ġeħova qalli, ‘Qum, inżel malajr minn hawnhekk, għaliex in-​nies tiegħek li int ħriġt mill-​Eġittu aġixxew b’mod mill-​agħar.+ Huma malajr warrbu mit-​triq li kkmandajthom dwarha. Għamlu għalihom xbieha minn metall imdewweb.’+ 13 U Ġeħova ssokta jgħidli dan, ‘Ħarist lejn dan il-​poplu u rajt li dan poplu rasu iebsa.+ 14 Ħallini ħa nġibhom fix-​xejn+ u neqred isimhom minn taħt is-​smewwiet,+ u ħa nagħmel lilek ġens iktar setgħan u iktar kotran minnhom.’+

15 “Imbagħad dort u nżilt minn fuq il-​muntanja, waqt li l-​muntanja kienet qed taqbad bin-​nar;+ u ż-​żewġ twavel tal-​patt kienu f’idejja t-​tnejn.+ 16 Imbagħad ħarist, u, ara, kontu dnibtu kontra Ġeħova Alla tagħkom! Għamiltu għoġol minn metall imdewweb.+ Malajr warrabtu mit-​triq li Ġeħova kien ikkmandakom dwarha.+ 17 Imbagħad qbadt iż-​żewġ twavel u waddabthom minn idejja t-​tnejn u farrakthom quddiem għajnejkom.+ 18 U nxtħett fl-​art quddiem Ġeħova, bħall-​ewwel darba, erbgħin jum u erbgħin lejl. La kilt ħobż u lanqas xrobt ilma,+ minħabba dnubkom kollu li kontu wettaqtu meta għamiltu l-​ħażen f’għajnejn Ġeħova sabiex toffenduh.+ 19 Għax jien bżajt minħabba r-​rabja taħraq li biha Ġeħova kien tgħaddab għalikom tant li ried iġibkom fix-​xejn.+ Madankollu, Ġeħova semagħni din id-​darba wkoll.+

20 “Għal Aron, ukoll, Ġeħova tgħaddab tant li ried iġibu fix-​xejn;+ imma jien tlabt bil-​ħerqa+ wkoll għal Aron f’dak iż-​żmien partikulari. 21 U dnubkom li kontu għamiltu, l-​għoġol,+ ħadtu u ħraqtu fin-​nar u farraktu u tħantu sew sakemm sar fin bħat-​trab; imbagħad tfajt it-​trab tiegħu fil-​wied li kien nieżel mill-​muntanja.+

22 “Ukoll, f’Tabgħera+ u f’Massah+ u f’Kibrot-ħattawa+ intom qanqaltu lil Ġeħova biex jirrabja.+ 23 U meta Ġeħova ħariġkom minn Kades-barnegħa+ u qalilkom, ‘Itilgħu u ħudu f’idejkom l-​art li żgur li se nagħtiha lilkom!’ intom aġixxejtu b’mod ribelluż kontra l-​ordni taʼ Ġeħova Alla tagħkom,+ u m’eżerċitajtux il-​fidi+ fih u ma smajtux minn kliemu.+ 24 Intom aġixxejtu b’mod ribelluż maʼ Ġeħova+ minn mindu sirt nafkom.

25 “Għalhekk, bqajt mixħut fl-​art quddiem Ġeħova erbgħin jum u erbgħin lejl,+ għax jien inxtħett fl-​art għaliex Ġeħova qal li se jġibkom fix-​xejn.+ 26 U bdejt nitlob bil-​ħerqa+ lil Ġeħova u ngħidlu, ‘O Mulej Sovran Ġeħova, teqridx lill-​poplu tiegħek, saħansitra l-​proprjetà privata tiegħek,+ li fdejtu bil-​kobor tiegħek, u li ħriġtu mill-​Eġittu+ b’id b’saħħitha.+ 27 Ftakar fil-​qaddejja tiegħek Abraham, Iżakk, u Ġakobb.+ Tħarisx lejn l-​ebusija taʼ dan il-​poplu u l-​ħażen tagħhom u dnubhom,+ 28 li ma tmurx l-​art+ li ħriġtna minnha tgħid: “Kien għax Ġeħova ma kellux il-​ħila jdaħħalhom fl-​art li kien wegħedhom, u għax kien jobgħodhom li ħariġhom biex joqtolhom fix-​xagħri.”+ 29 Huma għadhom il-​poplu tiegħek u l-​proprjetà privata tiegħek,+ li ħriġt bil-​qawwa kbira tiegħek u bi driegħek maħruġ ’il barra.’+

10 “F’dak iż-​żmien partikulari Ġeħova qalli, ‘Onqox żewġ twavel tal-​ġebel bħal dawk taʼ l-​ewwel,+ u itlaʼ ħdejja fuq il-​muntanja, u agħmel arka taʼ l-​injam.+ 2 U fuq it-​twavel jien nikteb il-​kliem li deher fuq l-​ewwel twavel, li farrakt int, u poġġihom fl-​arka.’ 3 Għalhekk, jien għamilt arka taʼ l-​injam taʼ l-​akaċja u naqqaxt żewġ twavel bħal dawk taʼ l-​ewwel+ u tlajt fuq il-​muntanja, u ż-​żewġ twavel kienu f’idi. 4 Imbagħad hu kiteb fuq it-​twavel l-​istess kitba bħal taʼ l-​ewwel,+ l-​Għaxar Kelmiet,+ li Ġeħova kien qalilkom fuq il-​muntanja minn ġon-​nar+ f’jum il-​kongregazzjoni;+ u mbagħad Ġeħova tahomli. 5 U jien dort u nżilt minn fuq il-​muntanja+ u poġġejt it-​twavel fl-​arka li kont għamilt, sabiex jibqgħu hemmhekk, sewwasew bħalma kien ikkmandani Ġeħova.+

6 “U wlied Israel telqu minn Birot Bene-ġagħkan+ lejn Mosera. Hemmhekk miet Aron, u hemmhekk indifen;+ u ibnu Elegħażar beda jaqdi bħala qassis minfloku.+ 7 Minn hemmhekk telqu lejn Gudgoda, u minn Gudgoda lejn Ġotbata,+ art taʼ widien mimlijin bl-​ilma ġieri.

8 “F’dak iż-​żmien partikulari Ġeħova warrab apparti lit-​tribù taʼ Levi+ biex iġorr l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova,+ ħalli jieqaf quddiem Ġeħova biex jaqdih+ u jbierek f’ismu sa dan il-​jum.+ 9 Huwa għalhekk li Levi m’għandu ebda sehem u wirt+ maʼ ħutu. Ġeħova hu l-​wirt tiegħu, sewwasew bħalma kien qallu Ġeħova Alla tiegħek.+ 10 U jien—jien qgħadt fuq il-​muntanja l-​istess bħall-​ewwel jiem, erbgħin jum u erbgħin lejl,+ u Ġeħova semagħni din id-​darba wkoll.+ Ġeħova ma riedx jeqirdek.+ 11 Imbagħad Ġeħova qalli, ‘Qum, mur quddiem il-​poplu biex titilqu minn hemmhekk, ħalli jidħlu u jieħdu f’idejhom l-​art li ħlift lil missirijiethom li nagħtihielhom.’+

12 “U issa, O Israel, x’qed jitlob minnek Ġeħova Alla tiegħek+ ħlief li tibżaʼ+ minn Ġeħova Alla tiegħek sabiex timxi fi triqatu kollha+ u tħobb+ u taqdi lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha;+ 13 biex tħares il-​kmandamenti taʼ Ġeħova u l-​istatuti tiegħu+ li qed nikkmandak illum, għall-​ġid tiegħek?+ 14 Ara! Taʼ Ġeħova Alla tiegħek huma s-​smewwiet,+ saħansitra s-​smewwiet tas-​smewwiet, l-​art+ u kulma fiha. 15 Lejn missirijietek biss inġibed Ġeħova sabiex iħobbhom, u b’hekk għażel lil nisilhom warajhom,+ saħansitra lilkom, mill-​popli kollha, bħalma hu llum. 16 U intom agħmlu ċ-​ċirkonċiżjoni lil qlubkom+ u tkomplux twebbsu raskom.*+ 17 Għax Ġeħova Alla tagħkom hu l-​Alla taʼ l-​allat+ u s-​Sid tas-​sidien,+ l-​Alla l-​kbir, setgħan u jqanqal il-​biżaʼ,+ li ma jittratta lil ħadd bil-​parzjalità+ u lanqas jaċċetta tixħim,+ 18 jagħmel ħaqq għat-​tifel bla missier u għall-​armla+ u jħobb lir-​resident barrani,+ u b’hekk jagħtih x’jiekol u x’jilbes. 19 Intom ukoll tridu tħobbu lir-​resident barrani,+ għax kontu residenti barranin fl-​art taʼ l-​Eġittu.+

20 “Minn Ġeħova Alla tiegħek għandek tibżaʼ.+ Lilu għandek taqdi,+ u miegħu għandek tintrabat,+ u b’ismu għandek taħlef.+ 21 Lilu għandek tfaħħar,+ u hu Alla tiegħek, li għamillek dawn l-​affarijiet kbar li jqanqlu l-​biżaʼ u li rajt b’għajnejk.+ 22 B’sebgħin ruħ niżlu l-​Eġittu missirijietek,+ u issa Ġeħova Alla tiegħek għamlek bħall-​kwiekeb tas-​smewwiet daqskemm int kotran.+

11 “Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek+ u ħares l-​obbligu li għandek lejh u l-​istatuti tiegħu u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu+ u l-​kmandamenti tiegħu dejjem. 2 U llum intom tafu tajjeb (għax mhux qed inkellem lil uliedkom li ma jafux u ma rawx id-​dixxiplina taʼ Ġeħova+ Alla tagħkom, il-​kobor tiegħu,+ l-​id b’saħħitha tiegħu+ u driegħu maħruġ ’il barra,+ 3 lanqas ma raw is-​sinjali u l-​għemejjel tiegħu li għamel f’nofs l-​Eġittu+ lill-​Fargħun, is-​sultan taʼ l-​Eġittu, u lil artu kollha; 4 lanqas x’għamel lill-​qawwiet militari taʼ l-​Eġittu, liż-​żwiemel u l-​karrijiet tal-​gwerra tiegħu li għal fuq wiċċhom qaleb l-​ilmijiet tal-​Baħar l-​Aħmar meta kienu qed jiġru warajkom,+ u Ġeħova qeridhom b’mod li ma rkuprawx minnu sa dan il-​jum;+ 5 lanqas x’għamel lilkom fix-​xagħri sakemm ġejtu f’dan il-​post; 6 lanqas x’għamel lil Datan u lil Abiram,+ ulied Eljab, bin Ruben, meta l-​art fetħet fommha u belgħet lilhom u lin-​nies taʼ darhom u t-​tined tagħhom u kull ħaġa ħajja li mxiet warajhom f’nofs Israel kollu);+ 7 għax rajtu b’għajnejkom l-​għemejjel kbar kollha li għamel Ġeħova.+

8 “U ħarsu l-​kmandamenti kollha+ li qed nikkmandakom illum, sabiex issiru b’saħħitkom u tidħlu u tieħdu f’idejkom l-​art li qed taqsmu għaliha biex tiħduha f’idejkom,+ 9 u sabiex ittawlu jiemkom+ fuq l-​art li Ġeħova ħalef lil missirijietkom li jagħtiha lilhom u lil nisilhom,+ art li tnixxi ħalib u għasel.+

10 “Għax l-​art li sejjer fiha biex tiħodha f’idejk mhix bħall-​art taʼ l-​Eġittu li ħriġtu minnha, fejn kont tiżraʼ ż-​żerriegħa u kellek issaqqiha b’sieqek,* bħal ġnien tal-​ħxejjex. 11 Imma l-​art li se taqsmu għaliha biex tiħduha f’idejkom hi art taʼ muntanji u pjanuri fil-​widien.+ Tixrob l-​ilma mix-​xita tas-​smewwiet; 12 art li qed jieħu ħsiebha Ġeħova Alla tiegħek. Għajnejn+ Ġeħova Alla tiegħek huma l-​ħin kollu fuqha, mill-​bidu tas-​sena sat-​tmiem tas-​sena.

13 “U jrid iseħħ li jekk tassew tobdu l-​kmandamenti tiegħi+ li qed nikkmandakom illum sabiex tħobbu lil Ġeħova Alla tagħkom u taqduh b’qalbkom kollha u b’ruħkom kollha,+ 14 jien ukoll żgur li nagħti x-​xita lir-​rabaʼ tagħkom fiż-​żmien stabbilit tagħha,+ xita tal-​ħarifa u xita tar-​rebbiegħa,+ u int tiġbor il-​qmuħ u l-​inbid ħelu u ż-​żejt tiegħek. 15 U jien innibbet il-​ħaxix fir-​rabaʼ tiegħek għall-​annimali domestiċi tiegħek,+ u int tiekol u tixbaʼ.+ 16 Oqogħdu attenti għalikom infuskom li ma tmurx qalbkom titħajjar,+ u dduru u tqimu allat oħrajn u tmilu quddiemhom,+ 17 u r-​rabja taʼ Ġeħova tixgħel kontrikom, u jagħlaq is-​smewwiet sabiex ma jkun hemm ebda xita+ u l-​art ma tagħtix il-​prodott tagħha u jkollkom tgħibu bil-​ħeffa minn fuq l-​art tajba li Ġeħova qed jagħtikom.+

18 “U daħħlu dan il-​kliem tiegħi f’qalbkom+ u f’ruħkom u orbtuh bħala sinjal fuq idkom, u jrid iservi bħala strixxa fuq ġbinkom bejn għajnejkom.+ 19 Għallmu lil uliedek, billi titkellem dwaru meta toqgħod bil-​qiegħda f’darek u meta timxi fit-​triq u meta timtedd u meta tqum.+ 20 U iktbu fuq il-​koxox tal-​bieb taʼ darek u fuq il-​bibien taʼ beltek,+ 21 sabiex jiemkom u jiem uliedkom ikunu ħafna+ fuq l-​art li Ġeħova ħalef li jagħtiha lil missirijietkom,+ sakemm is-​smewwiet jibqgħu jeżistu ’l fuq mill-​art.+

22 “Għax jekk tħarsu bir-​reqqa dawn il-​kmandamenti kollha+ li qed nikkmandakom sabiex tagħmluhom, biex tħobbu lil Ġeħova Alla tagħkom,+ biex timxu fit-​triqat kollha tiegħu+ u tintrabtu sew miegħu,+ 23 Ġeħova jkeċċi lil dawn il-​ġnus kollha minħabba fikom,+ u intom tieħdu l-​proprjetà taʼ ġnus akbar u iktar numerużi minnkom.+ 24 Kull post li tirfsu fuqu b’qiegħ saqajkom isir tagħkom.+ Mix-​xagħri sal-​Libanu, mix-​Xmara, ix-​xmara Ewfrat, sal-​baħar tal-​punent tkun il-​fruntiera tagħkom.+ 25 Ebda bniedem ma jiqfilkom.+ Ġeħova Alla tagħkom iqiegħed it-​tkexkix u l-​biżaʼ minnkom quddiem wiċċ l-​art kollha+ li se tirfsu fuqha, sewwasew bħalma wegħedkom.

26 “Ara! Illum qed inpoġġi quddiemkom barka u saħta:+ 27 il-barka, bil-​patt li tobdu l-​kmandamenti taʼ Ġeħova Alla tagħkom+ li qed nikkmandakom illum; 28 u s-​saħta,+ jekk ma tobdux il-​kmandamenti taʼ Ġeħova Alla tagħkom+ u twarrbu mit-​triq li dwarha qed nikkmandakom illum, sabiex timxu wara allat oħrajn li ma tafuhomx.

29 “U jrid iseħħ li meta Ġeħova Alla tiegħek idaħħlek fl-​art li sejjer fiha biex tiħodha f’idejk,+ trid tlissen il-​barka fuq il-​Muntanja Geriżim+ u s-​saħta fuq il-​Muntanja Għebal.+ 30 M’humiex dawn fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn id-​direzzjoni taʼ nżul ix-​xemx, f’art il-​Kangħanin li qed jgħammru fl-​Għaraba,+ quddiem Gilgal,+ ħdejn is-​siġar il-​kbar taʼ More?+ 31 Għax intom se taqsmu l-​Ġordan biex tidħlu u tieħdu f’idejkom l-​art li qed jagħtikom Ġeħova Alla tagħkom, u tridu tiħduha f’idejkom u tgħammru fiha.+ 32 U qisu li twettqu r-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha+ li qed inpoġġi quddiemkom illum.+

12 “Dawn huma r-​regolamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ li għandkom toqogħdu attenti li twettquhom+ fl-​art li Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietek, se jħallik tiħodha f’idejk, il-​jiem kollha sakemm iddumu ħajjin f’din l-​art.+ 2 Għandkom teqirdu+ għalkollox il-​postijiet kollha fejn il-​ġnus li qed tiħdulhom il-​proprjetà tagħhom qdew lill-​allat tagħhom, fuq il-​muntanji għoljin u fuq l-​għoljiet u taħt kull siġra tħaddar.+ 3 U tridu ġġarrfu l-​artali tagħhom+ u tfarrku l-​pilastri sagri tagħhom,+ u għandkom taħarqu l-​arbli sagri tagħhom+ fin-​nar u tqaċċtu x-​xbihat minquxin+ taʼ l-​allat tagħhom, u tridu teqirdu ismijiethom minn dak il-​post.+

4 “Tagħmlux hekk lil Ġeħova Alla tagħkom,+ 5 imma fittxu l-​post li Ġeħova Alla tagħkom jagħżel mit-​tribujiet kollha tagħkom biex hemmhekk iqiegħed ismu ħalli dan jgħammar hemmhekk, u hemmhekk għandek tmur.+ 6 U hemmhekk ħudu l-​offerti tal-​ħruq,+ is-​sagrifiċċji tagħkom, l-​għexur tagħkom,+ il-​kontribuzzjoni taʼ idkom,+ l-​offerti b’wegħda,+ l-​offerti volontarji tagħkom,+ u l-​ewwel imweldin mill-​baqar u min-​nagħaġ tagħkom.+ 7 U hemmhekk kulu quddiem Ġeħova Alla tagħkom+ u thennew b’kull xogħol li tagħmlu,+ intom u n-​nies taʼ darkom, għaliex Ġeħova Alla tiegħek bierkek.

8 “Tagħmlux bħalma qed nagħmlu aħna hawnhekk illum, kull wieħed dak li jidhirlu li hu sewwa f’għajnejh,+ 9 għax għadkom ma dħaltux fil-​post taʼ mistrieħ+ u fil-​wirt li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek. 10 U tridu taqsmu l-​Ġordan+ u tgħammru fl-​art li Ġeħova Alla tagħkom qed jagħtikom biex tkun tagħkom,+ u hu żgur li jagħtikom il-​mistrieħ mill-​għedewwa kollha taʼ madwarkom, u intom tgħammru fis-​sigurtà.+ 11 U jrid iseħħ li l-​post+ li jagħżel Ġeħova Alla tagħkom biex ismu jgħammar hemmhekk ikun fejn intom iġġibu dak kollu li kkmandajtkom dwaru, l-​offerti tal-​ħruq,+ is-​sagrifiċċji tagħkom, l-​għexur tagħkom,+ il-​kontribuzzjoni+ taʼ idkom, u kulma tagħżlu mill-​offerti b’wegħda+ li twiegħdu lil Ġeħova. 12 U tithennew quddiem Ġeħova Alla tagħkom,+ intom u wliedkom subien u bniet u l-​ilsiera tagħkom irġiel u nisa u l-​Levita li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebkom, għax m’għandu ebda sehem jew wirt magħkom.+ 13 Oqgħod attent li ma tmurx toffri l-​offerti tal-​ħruq fi kwalunkwe post ieħor li tara.+ 14 Imma għandek toffri l-​offerti tal-​ħruq fil-​post li jagħżel Ġeħova f’wieħed mit-​tribujiet tiegħek, u hemmhekk għandek tagħmel kulma qed nikkmandak.+

15 “Madankollu, kulmeta ruħek tixxennaq għal-​laħam tistaʼ toqtol+ ’il ġewwa minn bwiebek kollha, u tiekol skond il-​barka li jkun tak Ġeħova Alla tiegħek. Min mhux nadif+ u min hu nadif jistaʼ jieklu, bħalma jiekol l-​għażżiela* u ċ-​ċerv.+ 16 Huwa biss id-​demm li ma tistgħux tieklu.+ Għandek tferrgħu fl-​art bħall-​ilma.+ 17 Ma tistax tiekol ’il ġewwa minn bwiebek il-​parti minn għaxra tal-​qmuħ tiegħek+ jew taʼ l-​inbid ġdid tiegħek jew taż-​żejt tiegħek jew l-​ewwel imweldin mill-​baqar u min-​nagħaġ tiegħek+ jew xi waħda mill-​offerti b’wegħda li twiegħed jew l-​offerti volontarji tiegħek+ jew il-​kontribuzzjoni taʼ idek.+ 18 Imma tieklu quddiem Ġeħova Alla tiegħek, fil-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek,+ int u ibnek u bintek u l-​ilsir tiegħek u l-​ilsira tiegħek u l-​Levita li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek; u thenna+ quddiem Ġeħova Alla tiegħek b’kull xogħol li tagħmel. 19 Oqgħod attent li ma tabbandunax lil-​Levita+ kemm iddum tgħix fuq artek.

20 “Meta Ġeħova Alla tiegħek ikabbar it-​territorju tiegħek,+ sewwasew bħalma wiegħdek,+ u int tgħid, ‘Ħa niekol il-​laħam,’ għax ruħek tixxennaq biex tiekol il-​laħam, kulmeta ruħek tixxennaq għalih int tistaʼ tiekol il-​laħam.+ 21 Jekk il-​post li Ġeħova Alla tiegħek jagħżel biex iqiegħed ismu+ hemmhekk ikun ’il bogħod minnek, oqtol ftit mill-​baqar tiegħek jew ftit min-​nagħaġ tiegħek li tak Ġeħova, sewwasew bħalma kkmandajtek, u kul ’il ġewwa minn bwiebek kulmeta ruħek tixxennaq għalih.+ 22 Huwa biss kif jittieklu l-​għażżiela u ċ-​ċerv li tistaʼ tieklu:+ kemm min mhux nadif+ u kemm min hu nadif jistaʼ jieklu. 23 Biss kun deċiż b’mod sod li ma tikolx id-​demm,+ għax id-​demm hu r-​ruħ+ u ma tistax tiekol ir-​ruħ mal-​laħam. 24 Tiklux. Għandek tferrgħu fl-​art bħall-​ilma.+ 25 Tiklux, sabiex jaħbatlek tajjeb lilek+ u lil uliedek warajk, għax int tagħmel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova.+ 26 Għandek iġġorr biss l-​affarijiet imqaddsin tiegħek+ li jsiru tiegħek biex toffrihom, u l-​offerti b’wegħda,+ u mur fil-​post li jagħżel Ġeħova.+ 27 U offri l-​offerti tal-​ħruq,+ il-​laħam u d-​demm,+ fuq l-​artal taʼ Ġeħova Alla tiegħek; u d-​demm tas-​sagrifiċċji tiegħek għandu jissawwab f’riġlejn l-​artal taʼ Ġeħova+ Alla tiegħek, imma l-​laħam tistaʼ tieklu.

28 “Ħares u obdi dan il-​kliem kollu li qed nikkmandak,+ sabiex jaħbatlek tajjeb+ sew lilek u sew lil uliedek warajk għal żmien indefinit, għax int tagħmel dak li hu tajjeb u sewwa f’għajnejn Ġeħova Alla tiegħek.+

29 “Meta Ġeħova Alla tiegħek jeqred minn quddiemek il-​ġnus li int sejjer għandhom biex tiħdilhom il-​proprjetà tagħhom,+ ħudilhom il-​proprjetà tagħhom u għammar f’arthom.+ 30 Oqgħod attent li ma tmurx tinqabad fin-​nassa warajhom,+ wara li jkunu nġiebu fix-​xejn quddiemek, u li ma tmurx tistaqsi dwar allathom u tgħid, ‘Dawn il-​ġnus kif kienu jaqdu lil allathom? U jien, iva, jien, se nagħmel l-​istess.’ 31 Tagħmilx hekk lil Ġeħova Alla tiegħek,+ għax huma jagħmlu lil allathom kull ħaġa li Ġeħova jistkerrah u jobgħod, għax saħansitra lil uliedhom subien u bniet jaħarquhom regolarment fin-​nar lil allathom.+ 32 Kull kelma li qed nikkmandakom għandkom toqogħdu attenti li tagħmluha.+ Iżżidux magħha u tnaqqsux minnha.+

13 “Jekk iqum f’nofsok xi profeta+ jew xi ħadd li joħlom+ ħolma u jagħtik sinjal jew jagħmel xi ħaġa taʼ l-​għaġeb,+ 2 u jseħħ is-​sinjal jew il-​ħaġa taʼ l-​għaġeb li jkellmek dwarhom+ u jgħidlek, ‘Ħa nimxu wara allat oħrajn, li ma tafhomx, u ħa naqduhom,’ 3 tagħtix widen għall-​kliem taʼ dan il-​profeta jew taʼ dak li ħolom dik il-​ħolma,+ għax Ġeħova Alla tagħkom qed jgħaddikom minn prova+ biex ikun jaf jekk intom tħobbux lil Ġeħova Alla tagħkom b’qalbkom kollha u b’ruħkom kollha.+ 4 Għandkom timxu wara Ġeħova Alla tagħkom, u minnu għandkom tibżgħu, u l-​kmandamenti tiegħu għandkom tħarsu, u kliemu għandkom tisimgħu, u lilu għandkom taqdu, u miegħu għandkom tintrabtu.+ 5 U dak il-​profeta+ jew dak li ħolom il-​ħolma għandu jingħata l-​mewt,+ għax ikun tkellem dwar irvell kontra Ġeħova Alla tagħkom, li ħariġkom mill-​art taʼ l-​Eġittu u fdiek minn dar l-​ilsiera, biex ibiegħdek mit-​triq li Ġeħova Alla tiegħek ikkmandak biex timxi fiha;+ u int trid teqred il-​ħażen minn ġo nofsok.+

6 “Jekk ħuk, bin ommok, jew ibnek jew bintek jew l-​għażiża martek jew sieħbek tal-​qalb,+ jipprova jħajrek bil-​moħbi u jgħidlek, ‘Ejja mmorru naqdu allat oħrajn,’+ li ma tafhomx, la int u lanqas missirijietek, 7 xi allat tal-​popli li qegħdin madwarkom, dawk qribek jew dawk ’il bogħod minnek, minn tarf wieħed taʼ l-​art sat-​tarf l-​ieħor tagħha, 8 taqbilx max-​xewqa tiegħu jew tismaʼ minnu,+ lanqas għandha għajnek titħassru, lanqas għandek tagħdru,+ u lanqas tgħattilu biex tipproteġih; 9 imma qis li toqtlu.+ Int għandek tkun l-​ewwel wieħed li terfaʼ idek fuqu biex toqtlu, u mbagħad il-​poplu kollu.+ 10 U trid tħaġġru bil-​ġebel, u jmut,+ għaliex ipprova jbiegħdek minn Ġeħova Alla tiegħek, li ħarġek mill-​art taʼ l-​Eġittu, minn dar l-​ilsiera.+ 11 Imbagħad Israel kollu jismaʼ u jibżaʼ, u huma ma jerġgħux jagħmlu ħaġa ħażina bħal din f’nofsok.+

12 “Jekk tismagħhom jgħidu f’waħda mill-​bliet tiegħek, li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik biex tgħammar fiha, 13 ‘Irġiel li m’huma tajbin għal xejn ħarġu minn ġo nofsok+ sabiex jipprovaw ibiegħdu lill-​abitanti taʼ belthom,+ u bdew jgħidulhom: “Ejja mmorru naqdu allat oħrajn,” li ma tafuhomx,’ 14 trid tfittex u tistħarreġ u tistaqsi bir-​reqqa;+ u jekk il-​ħaġa tiġi stabbilita li hi l-​verità, li din il-​ħaġa mistkerrha saret f’nofsok, 15 qis li toqtol b’xifer is-​sejf lill-​abitanti taʼ din il-​belt.+ Eqred*+ lilha u kulma fiha, u l-​annimali domestiċi tagħha, b’xifer is-​sejf. 16 U l-​priża kollha tagħha għandek tiġmagħha f’nofs il-​pjazza tagħha, u aħraq bin-​nar il-​belt+ u l-​priża kollha tagħha bħala offerta sħiħa lil Ġeħova Alla tiegħek, u l-​belt trid issir ħerba sħiħa għal dejjem.+ Qatt m’għandha terġaʼ tinbena. 17 U assolutament xejn m’għandu jeħel maʼ idek mill-​ħaġa dedikata għall-​qerda,+ sabiex Ġeħova jerġaʼ lura mir-​rabja taħraq tiegħu+ u juri ħniena miegħek u żgur li jħenn għalik+ u jkattrek, sewwasew bħalma ħalef lil missirijietek.+ 18 Għax int għandek tismaʼ kliem Ġeħova Alla tiegħek billi tħares il-​kmandamenti kollha tiegħu+ li qed nikkmandak illum, sabiex tagħmel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova Alla tiegħek.+

14 “Intom ulied Ġeħova Alla tagħkom.+ Tqattgħux ġisimkom+ u tqaxxrux ix-​xagħar+ taʼ fuq għajnejkom* għal xi persuna mejta. 2 Għax int poplu qaddis+ għal Ġeħova Alla tiegħek, u Ġeħova għażlek biex issir il-​poplu tiegħu, proprjetà speċjali,+ mill-​popli kollha li qegħdin fuq wiċċ l-​art.

3 “Tiekol ebda tip taʼ ħaġa mistkerrha.+ 4 Dan hu t-​tip taʼ bhima li tistgħu tieklu:+ il-​barri, in-​nagħġa, il-​mogħża, 5 iċ-ċerv, l-​għażżiela, iċ-​ċerv iż-​żgħir,+ il-​mogħża salvaġġa, l-​antilop, in-​nagħġa salvaġġa, u l-​kamoxx; 6 u kull bhima li għandha d-​difer mifruq fi tnejn, li tixtarr fost il-​bhejjem.+ Din tistgħu tikluha. 7 Dan it-​tip biss m’għandkomx tieklu minn dawk li jixtarru jew li għandhom id-​difer mifruq, maqsum: il-​ġemel,+ il-​liebru,+ u l-​fenek tax-​xagħri,+ għax jixtarru imma m’għandhomx id-​difer mifruq. Dawn m’humiex nodfa għalikom. 8 Il-ħanżir+ ukoll, għax għandu d-​difer mifruq imma ma jixtarrx. M’huwiex nadif għalikom. Tieklu ebda laħam tagħhom, u tmissux l-​iġsma mejtin tagħhom.+

9 “Dan it-​tip tistgħu tieklu minn kulma hemm fl-​ilmijiet: Kulma għandu l-​ġwienaħ u l-​qxur tistgħu tikluh.+ 10 U dawk kollha li m’għandhomx ġwienaħ u qxur tikluhomx.+ M’humiex nodfa għalikom.

11 “Kull għasfur nadif tistgħu tikluh. 12 Imma dawn huma dawk li minnhom ma tistgħux tieklu: l-​ajkla, l-​arpa, l-​avultun iswed,+ 13 l-astun aħmar, l-​astun iswed,+ u l-​astun* skond ġensu; 14 u kull ċawlun+ skond ġensu; 15 u n-​nagħma,+ il-​kokka, il-​gawwija, u l-​falkun skond ġensu; 16 il-kokka żgħira, il-​kokka tal-​qrun,+ iċ-​ċinju, 17 il-pellikan,+ l-​avultun, il-​margun, 18 iċ-ċikonja, u r-​russett skond ġensu, u d-​daqquqa tat-​toppu u l-​farfett il-​lejl.+ 19 U kull ħliqa bil-​ġwienaħ li tgħix fi qtajjaʼ m’hijiex nadifa għalikom.+ M’għandhomx jittieklu. 20 Kull ħliqa li ttir u li hi nadifa tistgħu tikluha.

21 “Tieklu ebda ġisem li jkun diġà mejjet.+ Tistaʼ tagħtih lir-​resident barrani li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek, u jieklu; jew tistaʼ tbigħu lil xi barrani, għax int poplu qaddis għal Ġeħova Alla tiegħek.

“Tgħallix gidi f’ħalib ommu.+

22 “Qis li tagħti wieħed minn kull għaxra milli tipproduċi ż-​żerriegħa tiegħek, dak li jrodd ir-​rabaʼ minn sena għal sena.+ 23 U quddiem Ġeħova Alla tiegħek, fil-​post li jagħżel hu biex ismu jgħammar hemmhekk, għandek tiekol l-​għexur tal-​qmuħ tiegħek,+ taʼ l-​inbid ġdid tiegħek, taż-​żejt tiegħek, u taʼ l-​ewwel imweldin mill-​baqar u min-​nagħaġ tiegħek;+ sabiex titgħallem tibżaʼ minn Ġeħova Alla tiegħek dejjem.+

24 “Issa jekk il-​vjaġġ ikun twil wisq għalik,+ għax ma tkunx tiflaħ iġġorr kollox, ladarba l-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek biex iqiegħed ismu hemmhekk+ ikun ’il bogħod wisq għalik, (għaliex Ġeħova Alla tiegħek se jbierkek,)+ 25 sarraf kollox fi flus, u sorr il-​flus f’idek u vvjaġġa lejn il-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek. 26 Agħti l-​flus ukoll għal kulma ruħek tixxennaq għalih,+ sew jekk baqar, sew jekk nagħaġ, sew jekk mogħoż, sew jekk inbid, sew jekk xorb li jsakkar,+ u kulma ruħek titlob minnek; u kul hemmhekk quddiem Ġeħova Alla tiegħek u thenna,+ int u n-​nies taʼ darek. 27 U l-​Levita li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek, tabbandunahx,+ għax m’għandu ebda sehem jew wirt miegħek.+

28 “Wara tliet snin toħroġ l-​għexur kollha tal-​prodott tiegħek f’dik is-​sena,+ u qegħedhom ’il ġewwa minn bwiebek. 29 U l-​Levita,+ peress li m’għandu ebda sehem jew wirt miegħek, u r-​resident barrani+ u t-​tifel bla missier u l-​armla,+ li qegħdin ’il ġewwa minn bwiebek, jiġu u jieklu u jixbgħu; sabiex Ġeħova jbierkek+ f’kull għemil+ taʼ idek li tagħmel.

15 “Wara kull sebaʼ snin għandek tħabbar ħelsien mid-​djun. 2 U dan hu l-​mod kif għandu jsir il-​ħelsien:+ min jislef għandu jeħles lil sieħbu mid-​dejn li jkun waqaʼ fih. M’għandux jissikka lil sieħbu jew lil ħuh biex iħallsu,+ għax irid jitħabbar il-​ħelsien f’ġieħ Ġeħova.+ 3 Lill-barrani+ tistaʼ tissikkah biex iħallsek; imma lil ħuk erħilu idek għal dak li għandu jagħtik. 4 Madankollu, ħadd m’għandu jiftaqar f’nofsok, għax Ġeħova żgur li se jbierkek+ fl-​art li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt biex tiħodha f’idejk,+ 5 bil-patt li tassew tismaʼ minn leħen Ġeħova Alla tiegħek sabiex toqgħod attent li tagħmel dawn il-​kmandamenti kollha li qed nikkmandak illum.+ 6 Għax Ġeħova Alla tiegħek se jbierkek sewwasew bħalma wiegħdek, u int issellef+ b’rahan lil ħafna ġnus, filwaqt li int innifsek ma tissellifx; u int tiddomina lil ħafna ġnus, filwaqt li huma ma jiddominawkx.+

7 “Jekk xi ħadd minn ħutek jiftaqar f’nofsok f’waħda mill-​bliet tiegħek, f’artek li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek, twebbisx qalbek u tkunx idek magħluqa maʼ ħuk il-​fqir.+ 8 Għax għandek tkun idek miftuħa miegħu b’mod ġeneruż+ u assolutament tisilfu b’rahan kemm jeħtieġ, kemm ikollu bżonn. 9 Oqgħod attent li ma jmurx ikollok xi ħsieb ħażin f’qalbek+ u tgħid, ‘Is-​sebaʼ sena, is-​sena tal-​ħelsien, qorbot,’+ u għajnek ma tkunx ġeneruża maʼ ħuk il-​fqir,+ u int ma tagħtih xejn, u jkollu jgħajjat lil Ġeħova kontrik,+ u jsir dnub min-​naħa tiegħek.+ 10 Qis li tagħtih,+ u qalbek m’għandhiex tkun xħiħa meta tagħtih, għax minħabba f’hekk Ġeħova Alla tiegħek ibierkek f’kull għemil tiegħek u f’kull xogħol li tagħmel.+ 11 Għax dejjem se jkun hemm xi ħadd fqir f’nofs l-​art.+ Huwa għalhekk li qed nikkmandak u ngħidlek, ‘Għandek tkun idek miftuħa b’mod ġeneruż maʼ ħuk li jkun magħkus u fqir f’artek.’+

12 “Jekk ħuk, xi Ebrew jew Ebrea,+ jinbiegħ lilek u jkun qdiek għal sitt snin, imbagħad fis-​sebaʼ sena għandek tibagħtu mingħandek bħala wieħed ħieles.+ 13 U jekk tibagħtu mingħandek bħala wieħed ħieles, tibagħtux b’idu vojta.+ 14 Qis li tfornih b’xi ħaġa mill-​merħla tiegħek u mill-​qiegħa tad-​dris tiegħek u mill-​magħsar taż-​żejt u taʼ l-​inbid tiegħek. Sewwasew bħalma Ġeħova Alla tiegħek bierek lilek, hekk għandek tagħtih.+ 15 U ftakar li int kont ilsir fl-​art taʼ l-​Eġittu u Ġeħova Alla tiegħek fdiek.+ Huwa għalhekk li llum qed nikkmandak din il-​ħaġa.

16 “U jrid iseħħ li jekk hu jgħidlek, ‘Ma rridx nitlaq minn miegħek!’ għax ikun iħobb lilek u lin-​nies taʼ darek, peress li sakemm dam miegħek kien kuntent,+ 17 ħu xifa u taqqablu widintu mal-​bieb, u hu jsir l-​ilsir tiegħek ħajtu kollha.+ U l-​ilsira tiegħek għandek tagħmlilha l-​istess. 18 M’għandhiex tkun xi ħaġa iebsa f’għajnejk meta tibagħtu minn miegħek bħala wieħed ħieles;+ għaliex ix-​xogħol li ħadimlek għal sitt snin kien jiswa d-​doppju tal-​ħlas taʼ ħaddiem mikri,+ u Ġeħova Alla tiegħek ibierkek f’kulma tagħmel.+

19 “Kull ferħ raġel li jkun l-​ewwel imwieled tal-​baqar tiegħek u tan-​nagħaġ tiegħek għandek tqaddsu lil Ġeħova Alla tiegħek.+ Tagħmel ebda xogħol bil-​barri li jkun l-​ewwel imwieled, lanqas iġġiżż l-​ewwel imwieled tan-​nagħaġ tiegħek.+ 20 Quddiem Ġeħova Alla tiegħek tieklu minn sena għal sena fil-​post li jagħżel Ġeħova,+ int u n-​nies taʼ darek. 21 U jekk ikun fih xi difett, ikun zopp jew agħma, kwalunkwe difett ikrah, toffrihx bħala sagrifiċċju lil Ġeħova Alla tiegħek.+ 22 Għandek tieklu ’l ġewwa minn bwiebek, kemm min mhux nadif u kemm min hu nadif,+ bħall-​għażżiela u bħaċ-​ċerv.+ 23 Huwa biss demmu li ma tistax tiekol.+ Għandek tferrgħu fl-​art bħall-​ilma.+

16 “Ħares ix-​xahar taʼ Abib,+ u trid tiċċelebra l-​Qbiż lil Ġeħova Alla tiegħek,+ għax fix-​xahar taʼ Abib Ġeħova Alla tiegħek ħarġek mill-​Eġittu bil-​lejl.+ 2 U offri s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż lil Ġeħova Alla tiegħek,+ min-​nagħaġ u mill-​baqar,*+ fil-​post li jagħżel Ġeħova biex ismu jgħammar hemmhekk.+ 3 Tiekol xejn imħemmer miegħu għal sebat ijiem.+ Għandek tiekol miegħu ħobż bla ħmira, il-​ħobż tas-​sofferenza, għax bl-​għaġla ħriġt mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ sabiex il-​jiem kollha taʼ ħajtek tiftakar fil-​jum li fih ħriġt mill-​art taʼ l-​Eġittu.+ 4 U ebda għaġina mħemmra* m’għandha tidher għandek fit-​territorju kollu tiegħek għal sebat ijiem,+ u lanqas xejn mil-​laħam, li toffri bħala sagrifiċċju fil-​għaxija fl-​ewwel jum, m’għandu jibqaʼ l-​lejl kollu sa fil-​għodu.+ 5 Ma tistax toffri s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż f’xi waħda minn blietek li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek. 6 Imma fil-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek biex ismu jgħammar hemmhekk+ għandek toffri s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż fil-​għaxija malli tinżel ix-​xemx,+ fiż-​żmien stabbilit li fih int ħriġt mill-​Eġittu. 7 U sajjar u kul+ fil-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek,+ u fil-​għodu dur lura u mur lejn it-​tined tiegħek. 8 Sitt ijiem għandek tiekol ħobż bla ħmira; u fis-​sebaʼ jum ikun hemm assemblea solenni* għal Ġeħova Alla tiegħek.+ Tagħmel ebda xogħol.

9 “Għandek tgħodd sebaʼ ġimgħat. Tibda tgħodd sebaʼ ġimgħat minn meta tmidd il-​minġel l-​ewwel darba fiż-​żaraʼ wieqaf.+ 10 Imbagħad iċċelebra l-​festa tal-​ġimgħat lil Ġeħova Alla tiegħek,+ skond l-​offerta volontarja taʼ idek li tistaʼ tagħti int, sewwasew bħalma jbierkek Ġeħova Alla tiegħek.+ 11 U thenna quddiem Ġeħova Alla tiegħek,+ int u ibnek u bintek u l-​ilsir tiegħek u l-​ilsira tiegħek u l-​Levita, li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek,* u r-​resident barrani+ u t-​tifel bla missier+ u l-​armla,+ li qegħdin f’nofsok, fil-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek biex ismu jgħammar hemmhekk.+ 12 U ftakar li int kont ilsir fl-​Eġittu,+ u osserva u wettaq dawn ir-​regolamenti.+

13 “Il-​festa taʼ l-​għerejjex+ għandek tiċċelebraha għal sebat ijiem meta tiġbor mill-​qiegħa tad-​dris tiegħek u mill-​magħsar taż-​żejt u taʼ l-​inbid tiegħek. 14 U thenna matul il-​festa tiegħek,+ int u ibnek u bintek u l-​ilsir tiegħek u l-​ilsira tiegħek u l-​Levita u r-​resident barrani u t-​tifel bla missier u l-​armla, li qegħdin ’il ġewwa minn bwiebek. 15 Għal sebat ijiem tiċċelebra l-​festa+ lil Ġeħova Alla tiegħek fil-​post li jagħżel Ġeħova, għaliex Ġeħova Alla tiegħek ibierkek+ fil-​prodott tiegħek kollu u f’kull għemil taʼ idek, u ħlief ferħ ma jkollokx.+

16 “Tliet darbiet fis-​sena kull raġel minn fostkom għandu jidher quddiem Ġeħova Alla tiegħek fil-​post li jagħżel hu:+ fil-​festa tal-​ħobż bla ħmira,+ fil-​festa tal-​ġimgħat,+ u fil-​festa taʼ l-​għerejjex,+ u ħadd m’għandu jidher quddiem Ġeħova b’idu vojta.+ 17 L-għotja taʼ id kull wieħed għandha tkun skond il-​barka li jkun tak Ġeħova Alla tiegħek.+

18 “Għandek tqiegħed imħallfin+ u uffiċjali+ ’l ġewwa minn bwiebek kollha li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik skond it-​tribujiet tiegħek, u jridu jiġġudikaw lin-​nies b’ġudizzju ġust. 19 Tgħawwiġx il-​ġudizzju.+ Tkunx parzjali+ u taċċettax tixħim, għax it-​tixħim jagħmi għajnejn l-​għorrief+ u jgħawweġ il-​kliem tan-​nies sewwa. 20 Il-ġustizzja—il-​ġustizzja għandek tfittex,+ sabiex tibqaʼ ħaj u tieħu f’idejk l-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.+

21 “Tħawwel ebda tip taʼ siġra bħala arblu sagru ħdejn l-​artal taʼ Ġeħova Alla tiegħek li tagħmel għalik.+

22 “Lanqas m’għandek twaqqaf għalik pilastru sagru,+ xi ħaġa li Ġeħova Alla tiegħek tassew jobgħodha.+

17 “Lil Ġeħova Alla tiegħek toffrilux bħala sagrifiċċju barri jew nagħġa li jkun hemm difett fiha, xi ħaġa ħażina; għax din hi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova Alla tiegħek.+

2 “Jekk jinstab xi ħadd f’nofsok, f’xi waħda mill-​bliet tiegħek li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek, raġel jew mara, li jipprattika dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova Alla tiegħek, u b’hekk jikser il-​patt tiegħu,+ 3 u jmur iqim lil allat oħrajn u jmil quddiemhom jew quddiem ix-​xemx jew il-​qamar jew l-​armata kollha tas-​smewwiet,+ xi ħaġa li jien ma kkmandajtx,+ 4 u jgħidulek b’dan u tkun smajt bih u fittixt bir-​reqqa, u, ara, din il-​ħaġa tiġi stabbilita bħala l-​verità,+ li din il-​ħaġa mistkerrha tkun saret f’Israel, 5 oħroġ ’il barra minn bwiebek lil dan ir-​raġel, jew lil din il-​mara, li jkun għamel din il-​ħaġa ħażina, iva, raġel jew mara, u ħaġġru bil-​ġebel sakemm imut.+ 6 Dak li jkun se jmut għandu jingħata l-​mewt minn fomm żewġ xhieda jew tlieta.+ Ma jingħatax il-​mewt minn fomm xhud wieħed.+ 7 Ix-xhieda għandhom ikunu l-​ewwel li jerfgħu idhom fuqu biex joqtluh, u mbagħad il-​poplu kollu;+ u int trid teqred il-​ħażen minn ġo nofsok.+

8 “Jekk xi kwistjoni li trid tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja dwarha tkun straordinarja wisq għalik,+ kwistjoni li fiha jkun inxtered id-​demm,+ u li fiha tkun infetħet kawża legali,+ jew sar xi għemil vjolenti, kwistjonijiet li fihom ma jkunx hemm qbil,+ ’il ġewwa minn bwiebek, qum u itlaʼ lejn il-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek,+ 9 u mur għand il-​qassisin,+ il-​Leviti, u għand l-​imħallef+ li jkun qed jaqdi dak iż-​żmien, u staqsihom, u jagħtuk il-​kelma tad-​deċiżjoni ġudizzjarja.+ 10 Imbagħad agħmel skond il-​kelma li jagħtuk minn dak il-​post li jagħżel Ġeħova; u qis li tagħmel skond kulma jgħidulek. 11 Għandek tagħmel+ skond il-​liġi li jindikawlek, u skond id-​deċiżjoni ġudizzjarja li jgħidulek. Titwarrabx mill-​kelma li jagħtuk, la lejn il-​lemin u lanqas lejn ix-​xellug.+ 12 U r-​raġel li jkun prużuntuż u ma jagħtix widen lill-​qassis, li jkun qed jaqdi hemmhekk lil Ġeħova Alla tiegħek, jew lill-​imħallef,+ dan ir-​raġel għandu jmut;+ u trid teqred il-​ħażen minn Israel.+ 13 U n-​nies kollha jisimgħu u jibżgħu,+ u ma jkunux prużuntużi iktar.

14 “Meta fl-​aħħar tidħol fl-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek, u tkun ħadtha f’idejk u għammart fiha,+ u tgħid, ‘Ħa nagħmel sultan fuqi bħall-​ġnus kollha taʼ madwari’;+ 15 qis li tagħmel fuqek sultan li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek.+ Minn fost ħutek għandek tagħmel sultan fuqek. Ma tistax tqiegħed fuqek barrani li m’huwiex ħuk. 16 Biss hu m’għandux ikollu ħafna żwiemel,+ lanqas iġiegħel lin-​nies imorru lura l-​Eġittu sabiex ikollhom ħafna żwiemel;+ filwaqt li Ġeħova qalilkom, ‘Qatt m’għandkom tmorru lura minn din it-​triq.’ 17 M’għandux ikollu ħafna nisa, sabiex qalbu ma titwarrabx minni;+ lanqas m’għandu jkollu wisq fidda u deheb.+ 18 U jrid iseħħ li meta joqgħod bil-​qiegħda fuq it-​tron taʼ saltnatu, irid jikteb fi ktieb kopja taʼ din il-​liġi għalih innifsu minn fuq dik li hemm għand il-​qassisin, il-​Leviti.+

19 “U tibqaʼ għandu, u jrid jaqra minnha l-​jiem kollha taʼ ħajtu,+ sabiex jitgħallem jibżaʼ minn Ġeħova Alla tiegħu, u b’hekk iħares il-​kliem kollu taʼ din il-​liġi u dawn ir-​regolamenti billi jagħmilhom;+ 20 sabiex qalbu ma titkabbarx fuq ħutu+ u biex ma jitwarrabx mill-​kmandamenti la lejn il-​lemin u lanqas lejn ix-​xellug,+ u b’hekk itawwal jiemu fuq is-​saltna tiegħu,+ hu u wliedu f’nofs Israel.

18 “Il-​qassisin, il-​Leviti, jiġifieri, it-​tribù kollu taʼ Levi,+ m’għandu jkollhom ebda sehem jew wirt maʼ Israel. Għandhom jieklu+ l-​offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-​nar, il-​wirt tiegħu. 2 Għalhekk, ebda wirt m’għandu jkun tiegħu f’nofs ħutu. Ġeħova hu l-​wirt tiegħu,+ sewwasew bħalma qallu.

3 “Issa dan għandu jibqaʼ bħala d-​dritt li jmiss lill-​qassisin mingħand il-​poplu, mingħand dawk li joffru xi vittma bħala sagrifiċċju, sew jekk mill-​barrin u sew jekk min-​nagħaġ: Wieħed irid jagħti lill-​qassis l-​ispalla u x-​xedaq u l-​istonku. 4 Għandek tagħtih+ il-​bikri tal-​qmuħ tiegħek, taʼ l-​inbid ġdid tiegħek u taż-​żejt tiegħek u l-​bikri tas-​suf li ġġiżż mill-​merħla tiegħek. 5 Għax lilu għażel Ġeħova Alla tiegħek mit-​tribujiet kollha tiegħek biex joqgħod jaqdi f’isem Ġeħova, hu u wliedu, għal dejjem.+

6 “U jekk il-​Levita joħroġ minn waħda mill-​bliet tiegħek f’Israel kollu, fejn ikun għammar għal xi żmien,+ u minħabba li ruħu tixxennaq jiġi lejn il-​post li jagħżel Ġeħova,+ 7 hu jaqdi wkoll f’isem Ġeħova Alla tiegħu l-​istess bħal ħutu kollha, il-​Leviti, li jkunu hemmhekk quddiem Ġeħova.+ 8 Sehem ugwali għandu jiekol,+ minbarra dak li jikseb mill-​affarijiet li jbigħ mill-​ġid taʼ l-​antenati tiegħu.

9 “Meta tkun dħalt fl-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek, titgħallimx tagħmel skond l-​affarijiet mistkerrhin taʼ dawk il-​ġnus.+ 10 M’għandux jinstab fik xi ħadd li jgħaddi lil ibnu jew lil bintu min-​nar,+ xi ħadd li jeħber,+ min jipprattika l-​maġija+ jew xi ħadd li jfittex sinjali li bihom jaqra l-​futur+ jew saħħâr,+ 11 jew min jagħmel xi magħmul+ fuq ħaddieħor jew xi ħadd li jikkonsulta maʼ medjum taʼ l-​ispirti+ jew min xogħlu hu li jbassar il-​ġrajjiet+ jew xi ħadd li jistħarreġ dwar il-​mejtin.+ 12 Għax kulmin jagħmel dawn l-​affarijiet ikun xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova, u minħabba dawn l-​affarijiet mistkerrhin Ġeħova Alla tiegħek qed ikeċċihom minn quddiemek.+ 13 Għandek tkun bla nuqqas quddiem Ġeħova Alla tiegħek.+

14 “Għax dawn il-​ġnus li qed tiħdilhom il-​proprjetà tagħhom kienu jisimgħu minn dawk li jipprattikaw il-​maġija+ u minn dawk li jeħbru;+ imma lilek, Ġeħova Alla tiegħek ma jħallikx tagħmel hekk.+ 15 Profeta minn ġo nofsok, minn ħutek, bħali, għad iqajjimlek Ġeħova Alla tiegħek—minnu għandkom tisimgħu+— 16 bi tweġiba għal kulma tlabt lil Ġeħova Alla tiegħek fil-​Ħoreb f’jum il-​kongregazzjoni+ meta għedt, ‘Tħallinix nerġaʼ nismaʼ leħen Ġeħova Alla tiegħi, u tħallinix nara iktar dan in-​nar kbir, għax inkella mmut.’+ 17 U Ġeħova qalli, ‘Sewwa għamlu li tkellmu hekk.+ 18 Inqajmilhom profeta minn fost ħuthom, bħalek;+ u nqiegħed kliemi f’fommu,+ u hu żgur li jgħidilhom kulma nikkmandah.+ 19 U jrid iseħħ li dak ir-​raġel li ma jismax minn kliemi li hu jgħid f’ismi, jien innifsi nitlob kont minnu.+

20 “‘Madankollu, il-​profeta li jażżarda jgħid f’ismi xi kelma li ma nkunx ikkmandajtu biex jgħid+ jew li jitkellem f’isem allat oħrajn,+ dan il-​profeta għandu jmut.+ 21 U jekk tgħid f’qalbek: “Kif nagħrfuha l-​kelma li ma qalx Ġeħova?”+ 22 meta l-​profeta jitkellem f’isem Ġeħova u l-​kelma ma sseħħx u ma titwettaqx, din tkun il-​kelma li ma qalx Ġeħova. Bi prużunzjoni jkun qalha l-​profeta.+ Tibżax minnu.’+

19 “Meta Ġeħova Alla tiegħek jeqred il-​ġnus+ li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik arthom, u int tkun ħadtilhom il-​proprjetà tagħhom u tkun għammart fi bliethom u fi djarhom,+ 2 agħżel tlett ibliet għalik f’nofs artek li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek biex tiħodha f’idejk.+ 3 Ħejji t-​triq għalik, u aqsam fi tliet partijiet it-​territorju t’artek li Ġeħova Alla tiegħek tak biex tkun tiegħek, biex kulmin joqtol jaħrab hemmhekk.+

4 “Issa dan hu l-​każ taʼ dak li joqtol u li jkun jistaʼ jaħrab hemmhekk u jgħix: Meta jidrob lil għajru bla ma jkun jaf kif u bla ma jkun jobogħdu qabel;+ 5 jew meta jmur fil-​bosk maʼ sieħbu biex jiġbor l-​injam, u jerfaʼ idu biex jagħti daqqa bil-​mannara ħalli jaqtaʼ s-​siġra, u l-​ħadid itir minn fuq il-​manku taʼ l-​injam,+ u jolqot lil sieħbu u dan imut; hu nnifsu għandu jaħrab lejn waħda minn dawn il-​bliet u jibqaʼ ħaj.+ 6 Inkella, dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu+ għad-​demm, peress li qalbu tkun għadha tbaqbaq, jitlaq jiġri wara dak li joqtol u jilħqu, għax it-​triq tkun twila; u jaħbat għal ruħu u joqtlu, meta fil-​fatt ma jkunx hemm sentenza tal-​mewt għalih,+ għaliex ma jkunx jobogħdu qabel. 7 Huwa għalhekk li qed nikkmandak u ngħidlek, ‘Tlett ibliet tagħżel għalik.’+

8 “U jekk Ġeħova Alla tiegħek iwessaʼ t-​territorju tiegħek skond dak li ħalef lil missirijietek,+ u jagħtik l-​art kollha li wiegħed li jagħti lil missirijietek,+ 9 peress li tħares dawn il-​kmandamenti kollha li qed nikkmandak illum billi tagħmilhom, biex tħobb lil Ġeħova Alla tiegħek u timxi fi triqatu dejjem,+ żid tlett ibliet oħrajn għalik maʼ dawn it-​tlieta,+ 10 sabiex ebda demm innoċenti+ ma jixxerred f’nofs artek li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt, u ebda ħtija tad-​demm ma jkollok fuqek.+

11 “Imma jekk ikun hemm raġel li jobgħod+ lil għajru, u jonsoblu u jqum għalih u jaħbat għal ruħu u joqtlu,+ u r-​raġel jaħrab lejn waħda minn dawn il-​bliet, 12 ix-xjuħ taʼ beltu jibagħtu jġibuh minn hemmhekk, u jagħtuh f’idejn dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu għad-​demm, u jkollu jmut.+ 13 Għajnejk m’għandhomx jitħassruh,+ u int warrab il-​ħtija tad-​demm innoċenti minn Israel,+ sabiex jaħbatlek tajjeb.

14 “Tressaqx lura t-​trufijiet tar-​rabaʼ t’għajrek,+ meta l-​antenati jkunu stabbilew it-​trufijiet taʼ wirtek li se tiret fl-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek biex tiħodha f’idejk.

15 “Ebda xhud wieħed m’għandu jqum kontra raġel dwar xi żball jew xi dnub,+ fi kwalunkwe dnub li għandu mnejn jagħmel. Il-​kwistjoni għandha tiġi stabbilita minn fomm żewġ xhieda jew tlieta.+ 16 Jekk xhud li jfassal il-​vjolenza jqum kontra xi raġel biex iġib kontrih akkuża taʼ rvell,+ 17 iż-żewġt irġiel li jkollhom l-​argument iridu joqogħdu quddiem Ġeħova, quddiem il-​qassisin u l-​imħallfin li jkunu qed jaqdu dak iż-​żmien.+ 18 U l-​imħallfin iridu jfittxu bir-​reqqa,+ u jekk ix-​xhud ikun xhud falz u jkun ġab akkuża falza kontra ħuh, 19 agħmlulu sewwasew bħalma kellu f’moħħu li jagħmel lil ħuh,+ u int trid teqred il-​ħażen minn ġo nofsok.+ 20 Għalhekk, dawk li jibqgħu se jisimgħu u jibżgħu, u qatt ma jerġgħu jagħmlu xi ħaġa ħażina bħal din f’nofsok.+ 21 U għajnejk m’għandhomx tiġihom ħasra:+ ruħ b’ruħ, għajn b’għajn, sinna b’sinna, id b’id, sieq b’sieq.+

20 “Jekk toħroġ għall-​battalja kontra l-​għedewwa tiegħek u tara żwiemel u karrijiet tal-​gwerra,+ poplu iktar numeruż minnek, tibżax minnhom; għax Ġeħova Alla tiegħek, li tellgħek mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ qiegħed miegħek.+ 2 U jrid iseħħ li meta tkunu qrobtu għall-​battalja, il-​qassis irid jersaq ikellem lin-​nies.+ 3 U jrid jgħidilhom, ‘Ismaʼ, O Israel, illum qed toqorbu għall-​battalja kontra l-​għedewwa tagħkom. Tħallux lil qlubkom jibżgħu.+ Titwerwrux u tinħakmux mill-​paniku u titilqu tiġru jew titkexkxu minħabba fihom,+ 4 għax Ġeħova Alla tagħkom qed jimmarċja magħkom biex jiġġieled għalikom kontra l-​għedewwa tagħkom sabiex isalvakom.’+

5 “L-​uffiċjali+ wkoll iridu jkellmu lin-​nies u jgħidulhom, ‘Min hu r-​raġel li bena dar ġdida u ma żanżanhiex? Ħa jmur lura lejn daru, li ma jmurx imut fil-​battalja u jżanżanha raġel ieħor.+ 6 U min hu r-​raġel li ħawwel għalqa dwieli u ma bediex jaħsad il-​frott? Ħa jmur lura lejn daru, li ma jmurx imut fil-​battalja u raġel ieħor jibda jaħsad il-​frott.+ 7 U min hu r-​raġel li tgħarras maʼ mara u ma ħadhiex? Ħa jmur lura lejn daru,+ li ma jmurx imut fil-​battalja u jiħodha raġel ieħor.’ 8 U l-​uffiċjali jridu jkomplu jkellmu lin-​nies u jgħidulhom, ‘Min hu r-​raġel li jibżaʼ u jaqtaʼ qalbu?+ Ħa jmur lura lejn daru, sabiex ma jdgħajjifx qlub ħutu bħalma għamel lil qalbu.’+ 9 U jrid iseħħ li meta l-​uffiċjali jkunu spiċċaw ikellmu lin-​nies, iridu jaħtru kapijiet taʼ l-​armati biex imexxu l-​poplu.

10 “Jekk toqrob lejn xi belt biex tiġġieled kontriha, ħabbrilha kundizzjonijiet taʼ sliem.+ 11 U jrid iseħħ li jekk twieġbek bis-​sliem u tiftaħlek bwiebha, irid iseħħ ukoll li n-​nies kollha li jinstabu fiha għandhom isiru tiegħek biex jagħmlu xogħol forzat, u jridu jaqdu lilek.+ 12 Imma jekk ma tagħmilx paċi miegħek,+ u, fil-​fatt, tagħmillek gwerra u jkollok tassedjaha, 13 Ġeħova Alla tiegħek żgur li jagħtihielek f’idek, u trid tidrob lil kull raġel fiha b’xifer is-​sejf.+ 14 Huma biss in-​nisa u t-​tfal żgħar+ u l-​annimali domestiċi+ u kulma jkun hemm fil-​belt, il-​priża kollha tagħha, li għandek tieħu għalik;+ u trid tiekol il-​priża taʼ l-​għedewwa tiegħek, li tak Ġeħova Alla tiegħek.+

15 “Hekk tagħmlilhom il-​bliet kollha li huma ’l bogħod ferm minnek u li m’humiex mill-​bliet taʼ dawn il-​ġnus. 16 Huwa biss mill-​bliet taʼ dawn il-​popli, li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt, li m’għandek tħalli ħaj lil ebda ħaġa li tieħu n-​nifs,+ 17 għaliex żgur li għandek teqridhom,* il-​Ħittin, l-​Amurrin, il-​Kangħanin, il-​Pereżin, il-​Ħiwwin, u l-​Ġebusin,+ sewwasew bħalma kkmandak Ġeħova Alla tiegħek; 18 sabiex ma jgħallmukomx tagħmlu skond l-​affarijiet mistkerrhin kollha tagħhom, li huma għamlu lill-​allat tagħhom, u tidinbu kontra Ġeħova Alla tagħkom.+

19 “Jekk tassedja belt għal ħafna jiem billi tiġġieled kontriha sabiex tiħodha taħt idejk, teqridx is-​siġar tagħha billi tagħti bil-​mannara fuqhom; għax għandek tiekol minnhom, u tqaċċathomx,+ għax hija s-​siġra tar-​rabaʼ xi bniedem biex tiġi assedjata minnek? 20 Hija biss xi siġra li taf li mhix siġra li tiekol minnha, lilha għandek teqred, u trid tqaċċatha u tibni strutturi taʼ l-​assedju+ kontra l-​belt li qed tagħmillek gwerra, sakemm taqaʼ.

21 “Jekk fl-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek biex tiħodha f’idejk jinstab xi ħadd maqtul, mixħut fir-​rabaʼ, u ma sarx magħruf min ħabat għalih u qatlu,+ 2 ix-xjuħ tiegħek u l-​imħallfin tiegħek+ joħorġu u jkejlu sal-​bliet li qegħdin madwar il-​maqtul; 3 u jsibu l-​belt li hi l-​eqreb lejn il-​maqtul. U x-​xjuħ taʼ din il-​belt iridu jieħdu mill-​merħla baqra żgħira li ma jkunux ħadmu biha u li ma ġibditx madmad; 4 u x-​xjuħ taʼ din il-​belt iridu jieħdu l-​baqra ż-​żgħira lejn wied bl-​ilma ġieri li fih is-​soltu l-​art ma tinħadimx u ma tinżerax biż-​żerriegħa, u jridu jiksru għonq il-​baqra ż-​żgħira hemmhekk fil-​wied.+

5 “U jersqu l-​qassisin, ulied Levi, peress li lilhom għażel Ġeħova Alla tiegħek biex jaqduh+ u biex ibierku+ f’isem Ġeħova u biex b’fommhom jiġi deċiż kull argument minħabba kull għemil vjolenti.+ 6 Imbagħad ix-​xjuħ kollha taʼ dik il-​belt li huma l-​eqreb lejn il-​maqtul għandhom jaħslu idejhom+ fuq il-​baqra ż-​żgħira, li kisrulha għonqha fil-​wied; 7 u jridu jwieġbu u jgħidu, ‘Idejna ma xerrdux dan id-​demm, u lanqas għajnejna ma rawh jinxtered.+ 8 Titlobx lill-​poplu tiegħek Israel, li lilu fdejt,+ biex jagħti kont tiegħu, O Ġeħova, u tqigħedx il-​ħtija tad-​demm innoċenti+ f’nofs il-​poplu tiegħek Israel.’ U huma ma jintalbux jagħtu kont tal-​ħtija tad-​demm. 9 U int—int tneħħi l-​ħtija tad-​demm innoċenti minn nofsok,+ għaliex tagħmel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova.+

10 “Jekk toħroġ għall-​battalja kontra l-​għedewwa tiegħek u Ġeħova Alla tiegħek jagħtihomlok f’idek+ u tiħodhom fil-​jasar;+ 11 u tara fost l-​ilsiera xi mara taʼ sura sabiħa, u tinġibed lejha+ u tiħodha bħala martek, 12 daħħalha ġo darek. Hi issa trid tqaxxar rasha+ u taqtaʼ difrejha, 13 u tneħħi l-​mantell tal-​jasar tagħha minn fuqha u tgħammar f’darek u tibki lil missierha u lil ommha għal xahar qamri sħiħ;+ u wara għandu jkollok x’taqsam magħha, u tiħodha bħala l-​mara li żżewwiġt, u hi tkun martek. 14 U jrid iseħħ li jekk ma tkunx sibt għaxqa fiha, għandek tibgħatha,+ jekk hi taqbel maʼ dan; imma bl-​ebda mod m’għandek tbigħha għall-​flus. Tittrattahiex b’tirannija+ wara li tkun umiljajtha.

15 “Jekk raġel ikollu żewġ nisa, waħda maħbuba u l-​oħra mhix maħbuba, u dawn, il-​maħbuba u dik mhix maħbuba, jildulu l-​ulied, u l-​ewwel iben imwieled ikun taʼ dik mhix maħbuba,+ 16 irid iseħħ ukoll li dakinhar li jagħti kulma jkollu bħala wirt lil uliedu, ma jistax iqis bħala l-​ewwel imwieled tiegħu lil bin il-​maħbuba għad-​dannu taʼ bin dik mhix maħbuba, l-​ewwel imwieled.+ 17 Għax għandu jirrikonoxxi bħala l-​ewwel imwieled lil bin dik mhix maħbuba billi jagħtih żewġ partijiet minn kulma jinstab li għandu,+ għaliex dan il-​wieħed hu l-​bidu tal-​qawwa riproduttiva tiegħu.+ Id-​dritt tal-​pożizzjoni bħala l-​ewwel imwieled hu tiegħu.+

18 “Jekk raġel ikollu iben li hu rasu iebsa u ribelluż,+ ma jismax minn leħen missieru jew minn leħen ommu,+ u jikkoreġuh imma ma jismax minnhom,+ 19 missieru u ommu jridu jaqbduh u joħorġuh għand ix-​xjuħ tal-​belt tiegħu u f’bieb il-​post fejn joqgħod,+ 20 u jridu jgħidu lix-​xjuħ tal-​belt tiegħu, ‘Dan l-​iben tagħna hu rasu iebsa u ribelluż; ma jismax minn leħinna,+ għax għandu kilba għall-​ikel+ u hu sakranazz.’+ 21 Imbagħad l-​irġiel kollha tal-​belt tiegħu jridu jħaġġruh sakemm imut. Għalhekk, trid teqred il-​ħażen minn ġo nofsok, u Israel kollu jismaʼ u jibżaʼ.+

22 “U jekk xi raġel jagħmel dnub li jistħoqqlu s-​sentenza tal-​mewt,+ u jingħata l-​mewt, u int iddendlu maʼ zokk,+ 23 il-ġisem mejjet tiegħu m’għandux jibqaʼ l-​lejl kollu mdendel maz-​zokk;+ imma qis li tidfnu dak il-​jum stess, għaliex min jiġi mdendel ikun xi ħaġa misħuta minn Alla;+ u tniġġisx artek, li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt.+

22 “M’għandekx tara l-​barri taʼ ħuk jew in-​nagħġa tiegħu mitlufin u tagħmel taʼ bir-​ruħek li ma rajthomx.+ Qis li tiħodhom lura għand ħuk.+ 2 U jekk ħuk ma jkunx qribek u ma tkunx tafu, ħu l-​bhima għandek ġo darek, u tibqaʼ għandek sakemm ifittixha ħuk. U trid tagħtihielu lura.+ 3 Hekk għandek tagħmel ukoll bil-​ħmar tiegħu, u hekk għandek tagħmel bil-​mantell tiegħu, u hekk għandek tagħmel bi kwalunkwe ħaġa li jitlef ħuk, li tintiliflu u li ssibha int. Ma tistax tagħmel taʼ bir-​ruħek li ma rajthomx.

4 “M’għandekx tara l-​ħmar taʼ ħuk jew il-​barri tiegħu jaqgħu fl-​art u tagħmel taʼ bir-​ruħek li ma rajthomx. Qis li tgħinu jqajjimhom.+

5 “Mara m’għandhiex tilbes il-​ħwejjeġ taʼ raġel, u raġel m’għandux jilbes il-​ħwejjeġ taʼ mara;+ għax kulmin jagħmel dawn l-​affarijiet ikun xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova Alla tiegħek.

6 “Jekk ikun hemm bejta għasafar bil-​frieħ+ jew bil-​bajd quddiemek fit-​triq, f’xi siġra jew fl-​art, u l-​omm tkun qiegħda fuq il-​frieħ jew fuq il-​bajd, tiħux l-​omm flimkien mal-​frieħ.+ 7 Qis li titlaq l-​omm, imma l-​frieħ tistaʼ tiħodhom; sabiex jaħbatlek tajjeb, u ttawwal jiemek.+

8 “Jekk tibni dar ġdida, agħmel ċint mal-​bejt tiegħek,+ sabiex ma ġġibx il-​ħtija tad-​demm fuq darek għaliex jaqaʼ xi ħadd minn fuqu.

9 “Tiżrax l-​għalqa tad-​dwieli tiegħek b’żewġ tipi taʼ żerriegħa,+ li ma titlifx il-​prodott kollu taż-​żerriegħa li tiżraʼ u l-​prodott taʼ l-​għalqa tad-​dwieli għax ikollhom jingħataw f’idejn is-​santwarju.

10 “Taħratx b’barri u bi ħmar flimkien.+

11 “Tilbisx drapp imħallat bis-​suf u bl-​għażel flimkien.+

12 “Għandek tagħmel il-​ġmiemen fl-​erbat itruf taʼ l-​ilbies tiegħek li titgħatta bih.+

13 “Jekk raġel jieħu mara u jkollu x’jaqsam magħha u jsir jobgħodha,+ 14 u jakkużaha b’għemejjel mistkerrhin u jġib isem ħażin+ fuqha u jgħid, ‘Din hi l-​mara li ħadt, u rsaqt lejha, u ma sibtx evidenza tal-​verġinità fiha,’+ 15 missier it-​tfajla u ommha jridu jaqbdu u jieħdu l-​evidenza tal-​verġinità tat-​tfajla għand ix-​xjuħ f’bieb il-​belt;+ 16 u missier it-​tfajla jrid jgħid lix-​xjuħ, ‘Lil binti tajtha lil dan ir-​raġel bħala martu, u sar jobgħodha.+ 17 U, ara, qed jakkużaha b’għemejjel mistkerrhin+ u jgħid: “Sibt li bintek m’għandhiex evidenza tal-​verġinità.”+ Issa din hi l-​evidenza tal-​verġinità taʼ binti.’ U jridu jifirxu l-​mantell quddiem ix-​xjuħ tal-​belt. 18 U x-​xjuħ+ taʼ din il-​belt jieħdu r-​raġel u jiddixxiplinawh.+ 19 U jwaħħluh multa taʼ mitt xekel fidda u jagħtuhom lil missier it-​tfajla, għaliex hu ġab isem ħażin fuq verġni taʼ Israel;+ u hi tibqaʼ martu. Ma jistax jiddivorzjaha tul jiemu kollha.

20 “Iżda, jekk din il-​ħaġa tkun il-​verità, li evidenza tal-​verġinità ma nstabitx fit-​tfajla,+ 21 iridu joħorġu lit-​tfajla fid-​daħla tad-​dar taʼ missierha, u l-​irġiel tal-​belt tagħha jridu jħaġġruha sakemm tmut, għaliex tkun wettqet bluha t’għajb+ f’Israel billi wettqet il-​prostituzzjoni f’dar missierha.+ Għalhekk, trid teqred il-​ħażen minn ġo nofsok.+

22 “Jekk raġel isibuh mimdud maʼ mara li diġà jkollha sidha,+ it-​tnejn li huma mbagħad għandhom imutu flimkien, ir-​raġel li mtedd mal-​mara u l-​mara.+ Għalhekk, trid teqred il-​ħażen minn ġo Israel.+

23 “Jekk ikun hemm tfajla verġni mgħarrsa maʼ raġel,+ u raġel ieħor isibha fil-​belt u jimtedd magħha,+ 24 oħorġuhom it-​tnejn li huma fil-​bieb taʼ dik il-​belt u ħaġġruhom sakemm imutu, it-​tfajla għar-​raġuni li ma werżqitx fil-​belt, u r-​raġel għar-​raġuni li umilja lil mart sieħbu.+ Għalhekk, trid teqred il-​ħażen minn ġo nofsok.+

25 “Madankollu, jekk kien fl-​għalqa li r-​raġel sab lit-​tfajla li kienet mgħarrsa, u r-​raġel ħatafha u mtedd magħha, ir-​raġel li mtedd magħha għandu jmut hu biss, 26 u lit-​tfajla tagħmlilha xejn. It-​tfajla m’għandha ebda dnub li jistħoqqlu l-​mewt, għaliex sewwasew bħal meta raġel iqum għal sieħbu u joqtlu+ u jiħodlu ħajtu,* hekk isir f’dan il-​każ. 27 Għax hu sabha fl-​għalqa. It-​tfajla li kienet mgħarrsa werżqet, imma ma kien hemm ħadd li jeħlisha.

28 “Jekk raġel isib tfajla, verġni li mhix mgħarrsa, u jaħtafha u jimtedd magħha,+ u jinkixfu,+ 29 ir-raġel li mtedd magħha jrid jagħti ħamsin xekel fidda lil missier it-​tfajla,+ u hi ssir martu minħabba l-​fatt li umiljaha. Ma jistax jiddivorzjaha tul jiemu kollha.+

30 “Ebda raġel m’għandu jieħu mart missieru, sabiex ma jikxifx djul missieru.+

23 “Ebda raġel li jiġi kastrat+ billi jkollu t-​testikoli misħuqin+ jew ikollu l-​organu maskili maqtugħ ma jidħol fil-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova.

2 “Ebda iben illeġittimu+ ma jidħol fil-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova. Saħansitra sa l-​għaxar ġenerazzjoni, ħadd minn tiegħu ma jidħol fil-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova.

3 “Ebda Għammoni jew Mowabi ma jidħol fil-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova.+ Saħansitra sa l-​għaxar ġenerazzjoni, ħadd minn tagħhom ma jidħol fil-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova għal żmien indefinit, 4 għar-raġuni li ma tawkomx ħobż u ilma biex jgħinukom+ fit-​triq meta kontu ħerġin mill-​Eġittu,+ u għaliex krew kontrik lil Balgħam, bin Begħor, minn Petor tal-​Mesopotamja, biex jisħtek.+ 5 U Ġeħova Alla tiegħek ma riedx jismaʼ lil Balgħam;+ imma Ġeħova Alla tiegħek bidillek is-​saħta f’barka,+ għaliex Ġeħova Alla tiegħek ħabbek.+ 6 Taħdimx biex huma jkollhom is-​sliem u l-​ġid jiemek kollha għal żmien indefinit.+

7 “Tistmerrx lil Edomi, għax hu ħuk.+

“Tistmerrx lil Eġizzjan, għax int kont resident barrani f’pajjiżu.+ 8 L-ulied li jitwildulhom bħala t-​tielet ġenerazzjoni jistgħu jidħlu huma nfushom fil-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova.

9 “Jekk tikkampja għall-​gwerra kontra l-​għedewwa tiegħek, qis li żżomm ’il bogħod minn kull ħaġa ħażina.+ 10 Jekk ikun hemm f’nofsok xi raġel li ma jibqax nadif, minħabba tinġis li jseħħ bil-​lejl,+ irid joħroġ ’il barra mill-​kamp. Ma jkunx jistaʼ jidħol f’nofs il-​kamp.+ 11 U jrid iseħħ li għall-​ħabta taʼ fil-​għaxija jinħasel bl-​ilma, u maʼ nżul ix-​xemx ikun jistaʼ jidħol f’nofs il-​kamp.+ 12 U għandu jkollok post privat ’il barra mill-​kamp għad-​dispożizzjoni tiegħek, u hemmhekk għandek toħroġ. 13 U għandu jkollok pala għad-​dispożizzjoni tiegħek flimkien maʼ l-​għodod tiegħek, u jiġri li meta titbaxxa barra, trid tħaffer ħofra biha u ddur u tgħatti ħmieġek.+ 14 Għax Ġeħova Alla tiegħek qed jimxi ’l hemm u ’l hawn fil-​kamp tiegħek biex jeħilsek+ u jerħilek f’idejk l-​għedewwa tiegħek;+ u l-​kamp tiegħek għandu jkun qaddis,+ sabiex ma jara xejn indeċenti fik u jerġaʼ lura u ma jibqax miegħek.+

15 “Ilsir tagħtihx lura lil sidu meta jaħrab mingħand sidu għal għandek.+ 16 Miegħek jibqaʼ jgħammar, f’nofsok, fil-​post li jagħżel, ikun liema jkun, f’waħda mill-​bliet tiegħek,+ kulfejn jogħġbu. Tittrattahx ħażin.+

17 “Ebda waħda mill-​bniet taʼ Israel m’għandha ssir prostituta tat-​tempju,+ u lanqas ebda wieħed mis-​subien taʼ Israel m’għandu jsir prostitut tat-​tempju.+ 18 Iddaħħalx il-​ħlas+ taʼ prostituta jew il-​prezz taʼ kelb+ fid-​dar taʼ Ġeħova Alla tiegħek għal xi wegħda, għaliex dawn huma xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova Alla tiegħek, saħansitra t-​tnejn li huma.

19 “Iġġegħelx lil ħuk iħallas l-​imgħax,+ l-​imgħax fuq il-​flus, l-​imgħax fuq l-​ikel,+ l-​imgħax fuq kwalunkwe ħaġa li għaliha wieħed jistaʼ jitlob l-​imgħax. 20 Tistaʼ ġġiegħel lil barrani+ jħallas l-​imgħax, imma lil ħuk iġġegħlux iħallas l-​imgħax;+ sabiex Ġeħova Alla tiegħek ibierkek f’kull xogħol li tagħmel fl-​art li sejjer fiha biex tiħodha f’idejk.+

21 “Jekk twiegħed wegħda lil Ġeħova+ Alla tiegħek, m’għandekx titnikker biex troddha,+ għaliex Ġeħova Alla tiegħek żgur li jitlobha mingħandek, u dan ikun dnub min-​naħa tiegħek.+ 22 Imma jekk ma tagħmilx wegħda, dan ma jkunx dnub min-​naħa tiegħek.+ 23 Dak li joħroġ minn xofftejk għandek twettqu,+ u għandek tagħmel sewwasew bħalma wegħedt lil Ġeħova Alla tiegħek bħala offerta volontarja li tkellimt dwarha b’fommok.+

24 “Jekk tidħol fl-​għalqa tad-​dwieli taʼ sieħbek, kul biss biżżejjed għeneb sakemm tixbaʼ ruħek, imma tqiegħed xejn fil-​ħorġa tiegħek.+

25 “Jekk tidħol fiż-​żaraʼ wieqaf taʼ sieħbek, aqtaʼ biss is-​sbul misjur b’idek, imma xxejjirx il-​minġel ’l hemm u ’l hawn fuq iż-​żaraʼ wieqaf taʼ sieħbek.+

24 “Jekk raġel jieħu mara b’martu, irid iseħħ ukoll li jekk hi ma tkunx tingħoġob f’għajnejh għaliex ikun sab xi ħaġa indeċenti min-​naħa tagħha,+ irid jiktbilha ċertifikat tad-​divorzju+ u jagħtihulha f’idha u jibgħatha ’l barra minn daru.+ 2 U hi toħroġ minn daru u titlaq u ssir mart raġel ieħor.+ 3 Jekk l-​aħħar raġel isir jobgħodha u jiktbilha ċertifikat tad-​divorzju u jagħtihulha f’idha u jibgħatha ’l barra minn daru, jew jekk l-​aħħar raġel li ħadha bħala martu jmut, 4 l-ewwel sid tagħha li bagħatha ma jistax jerġaʼ jiħodha lura biex issir martu wara li tkun tniġġset;+ għax din hi xi ħaġa mistkerrha quddiem Ġeħova, u ġġegħelx l-​art li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt tidneb.

5 “Jekk raġel ikun għadu kif iżżewweġ,+ m’għandux joħroġ fl-​armata, u lanqas ebda ħaġa oħra m’għandha tiġi sforzata fuqu. Għandu jibqaʼ meħlus f’daru għal sena sħiħa, u jrid iferraħ lill-​mara li jkun ħa.+

6 “Ħadd m’għandu jaħtaf bħala rahan+ mitħna taʼ l-​idejn jew il-​ġebla taʼ fuq tagħha, għaliex ikun qed jaħtaf ruħ* bħala rahan.

7 “Jekk raġel jinqabad jaħtaf+ lil xi ruħ minn ħutu, minn ulied Israel, u jittrattaha b’tirannija u jbigħha,+ dak li jkun ħatafha għandu jmut. U int trid tneħħi l-​ħażen minn ġo nofsok.+

8 “Oqgħod attent li fil-​marda tal-​ġdiem+ tieħu ħsieb sew u tagħmel skond kulma jgħallmukom il-​qassisin, il-​Leviti.+ Bħalma kkmandajthom jien, għandkom toqogħdu attenti+ li tagħmlu. 9 Għandek tiftakar f’dak li Ġeħova Alla tiegħek għamel lil Mirjam fit-​triq meta kontu ħerġin mill-​Eġittu.+

10 “Jekk tislef lil sieħbek xi tip taʼ self,+ tidħolx f’daru biex tiħodlu dak li jkun ta bħala rahan.+ 11 Int għandek toqgħod barra, u r-​raġel li lilu qed tagħti s-​self għandu jġiblek ir-​rahan barra. 12 U jekk ir-​raġel ikun f’sitwazzjoni mwiegħra, tmurx torqod bir-​rahan tiegħu.+ 13 Qis li troddlu lura r-​rahan malli tinżel ix-​xemx,+ u hu jmur jorqod bil-​libsa tiegħu,+ u jbierkek;+ u dan ikun ifisser is-​sewwa għalik quddiem Ġeħova Alla tiegħek.+

14 “Timbroljax lil ħaddiem mikri li jkun f’sitwazzjoni mwiegħra u li jkun fqir, sew jekk ikun minn ħutek u sew jekk ikun mir-​residenti barranin tiegħek li qegħdin f’artek, ’il ġewwa minn bwiebek.+ 15 Għandek tagħtih ħlasu dakinhar stess,+ u m’għandekx tħalli x-​xemx tinżel bla ma tagħtihulu, għaliex qiegħed f’sitwazzjoni mwiegħra u jixxennaq għal ħlasu għax għandu bżonnu; biex ma jgħajjatx lil Ġeħova kontrik,+ u dan ikun dnub min-​naħa tiegħek.+

16 “Il-​missirijiet m’għandhomx jingħataw il-​mewt minħabba l-​ulied, u l-​ulied m’għandhomx jingħataw il-​mewt minħabba l-​missirijiet.+ Kull wieħed għandu jingħata l-​mewt għal dnubu stess.+

17 “Tgħawwiġx il-​ġudizzju tar-​resident barrani+ jew tat-​tifel bla missier,+ u taħtafx il-​libsa taʼ xi armla bħala rahan.+ 18 Ftakar li int kont ilsir fl-​Eġittu, u Ġeħova Alla tiegħek fdiek minn hemmhekk.+ Huwa għalhekk li qed nikkmandak biex tagħmel din il-​ħaġa.

19 “Jekk taħsad il-​ħsad tiegħek fl-​għalqa tiegħek+ u tinsa qatta fl-​għalqa, tmurx lura biex iġġibha. Għandha tibqaʼ għar-​resident barrani, għat-​tifel bla missier, u għall-​armla;+ sabiex Ġeħova Alla tiegħek ibierkek f’kull għemil taʼ idek.+

20 “Jekk tfarfar is-​siġra taż-​żebbuġ tiegħek, tmurx lura biex tlaqqat għalik dak li jifdal fil-​friegħi. Għandu jibqaʼ għar-​resident barrani, għat-​tifel bla missier, u għall-​armla.+

21 “Jekk tiġbor l-​għeneb mill-​għalqa tad-​dwieli tiegħek, tmurx lura biex tiġbor għalik dak li jifdal. Għandu jibqaʼ għar-​resident barrani, għat-​tifel bla missier, u għall-​armla. 22 Ftakar li int kont ilsir fl-​art taʼ l-​Eġittu.+ Huwa għalhekk li qed nikkmandak biex tagħmel din il-​ħaġa.+

25 “Jekk iqum argument bejn xi rġiel,+ u dawn jippreżentaw ruħhom għall-​ġudizzju,+ l-​imħallfin iridu jiġġudikawhom u lill-​ġust jiddikjarawh ġust u lil dak mill-​agħar jiddikjarawh mill-​agħar.+ 2 U jrid iseħħ li jekk dak li hu mill-​agħar ikun jistħoqqlu s-​swat,+ l-​imħallef irid iġiegħlu jinxteħet għal tulu u l-​għadd taʼ daqqiet+ li jingħata quddiemu jkun skond l-​għemil ħażin tiegħu. 3 Erbgħin daqqa jistaʼ jagħtih. M’għandu jżid lanqas waħda, li ma jmurx ikompli jagħtih ħafna daqqiet iktar minn dawn+ u ħuk jaqaʼ fl-​għajb quddiem għajnejk.

4 “Tagħmilx sarima maʼ ħalq il-​barri waqt li jkun qed jidres.+

5 “Jekk l-​aħwa jgħammru flimkien u wieħed minnhom imut mingħajr ma jkollu iben, mart il-​mejjet m’għandhiex tiżżewweġ barra mill-​familja maʼ raġel stranġier. Ħu żewġha għandu jmur għandha, u jrid jiħodha b’martu u jiżżewwiġha u jaqdi dmiru magħha bħala ħu żewġha.+ 6 U jrid iseħħ li l-​ewwel imwieled li tiled għandu jiret isem ħuh il-​mejjet,+ sabiex ismu ma jinqeridx minn Israel.+

7 “Issa jekk ir-​raġel ma jogħġbux jieħu l-​armla taʼ ħuh, l-​armla taʼ ħuh titlaʼ ħdejn bieb il-​belt għand ix-​xjuħ+ u tgħid, ‘Ħu żewġi ma jridx iqajjem isem ħuh f’Israel. Ma qabilx li jiżżewwiġni u jaqdi dmiru miegħi bħala ħu żewġi.’ 8 U x-​xjuħ taʼ beltu jsejħulu u jkellmuh, u hu jidher quddiemhom u jgħid, ‘Ma jogħġobnix niħodha.’+ 9 U l-​armla taʼ ħuh tersaq lejh quddiem għajnejn ix-​xjuħ u tneħħilu s-​sandlija minn siequ+ u tobżoqlu f’wiċċu+ u twieġeb u tgħid, ‘Hekk għandhom jagħmlulu lir-​raġel li ma jkunx irid inissel iben għal ħuh.’+ 10 U ismu jrid jissejjaħ f’Israel ‘Id-​dar taʼ dak li tneħħietlu s-​sandlija.’

11 “Jekk xi rġiel jissieltu flimkien, wieħed maʼ l-​ieħor, u mart wieħed minnhom tersaq qrib biex teħles lil żewġha minn id dak li qed isawtu, u hi toħroġ idha u taqbdu mill-​partijiet privati tiegħu,+ 12 aqtgħalha idha barra. Għajnejk m’għandhomx tiġihom ħasra.+

13 “M’għandux ikollok fil-​ħorġa tiegħek żewġ tipi t’użin,+ wieħed kbir u wieħed żgħir. 14 M’għandux ikollok f’darek żewġ tipi t’efa,+ waħda kbira u waħda żgħira. 15 Għandu jkollok użin eżatt u ġust. Għandu jkollok efa eżatta u ġusta, sabiex jitwalu jiemek fl-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.+ 16 Għax kulmin jagħmel dawn l-​affarijiet, kulmin jimxi bl-​inġustizzja, hu xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova Alla tiegħek.+

17 “Għandek tiftakar x’għamillek Għamalek fit-​triq meta kontu ħerġin mill-​Eġittu,+ 18 kif iltaqaʼ miegħek fit-​triq u ġie minn warajk u attakka lil dawk kollha li kienu qed ikarkru warajk, meta int kont dgħajjef u għajjien; u hu ma beżax minn Alla.+ 19 U jrid iseħħ li meta Ġeħova Alla tiegħek ikun serrħek mill-​għedewwa kollha taʼ madwarek fl-​art li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt biex tiħodha f’idejk,+ għandek tħassar isem Għamalek minn taħt is-​smewwiet biex ma jissemmiex iktar.+ Qis li ma tinsiex.

26 “U jrid iseħħ li meta sa fl-​aħħar tidħol fl-​art li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt, u tkun ħadtha f’idejk u għammart fiha,+ 2 ħu ftit mill-​ewwel frott+ tal-​prodott kollu tal-​ħamrija, li se ġġib minn artek li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek, u poġġih f’qoffa u mur fil-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek biex ismu jgħammar hemmhekk.+ 3 U mur għand il-​qassis+ li jkun qed jaqdi f’dawk il-​jiem u għidlu, ‘Irrid nistqarr illum lil Ġeħova Alla tiegħek li jien dħalt fl-​art li Ġeħova ħalef lil missirijietna li jagħtihielna.’+

4 “U l-​qassis jieħu l-​qoffa minn idek u jqegħedha quddiem l-​artal taʼ Ġeħova Alla tiegħek. 5 U int twieġeb u tgħid quddiem Ġeħova Alla tiegħek, ‘Missieri kien Sirjan+ li kien wasal biex jinqered; u niżel l-​Eġittu+ u għammar hemmhekk bħala barrani meta kellu ftit ferm nies;+ imma hemmhekk sar ġens kbir, setgħan u numeruż.+ 6 U l-​Eġizzjani ttrattawna ħażin u għakksuna u għabbewna b’jasar iebes.+ 7 U bdejna ngħajtu lil Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietna,+ u Ġeħova semaʼ leħinna+ u ra s-​sofferenza tagħna u l-​inkwiet tagħna u l-​moħqrija tagħna.+ 8 Sa fl-​aħħar, Ġeħova ħariġna mill-​Eġittu b’id b’saħħitha+ u bi driegħ maħruġ ’il barra+ u b’biżaʼ kbir+ u b’sinjali u b’mirakli.+ 9 Imbagħad ġabna f’dan il-​post u tana din l-​art, art li tnixxi ħalib u għasel.+ 10 U issa, ara, jien ġibt l-​ewwel frott mill-​prodott taʼ l-​art li tani Ġeħova.’+

“Qiegħdu quddiem Ġeħova Alla tiegħek u mil quddiem Ġeħova Alla tiegħek.+ 11 U thenna+ bil-​ġid kollu li Ġeħova Alla tiegħek ta lilek u lil taʼ darek, int u l-​Levita u r-​resident barrani li qiegħed f’nofsok.+

12 “Meta ttemm tiġbor+ l-​għexur kollha tal-​prodott tiegħek fit-​tielet sena,+ is-​sena taʼ l-​għexur, agħtihom lil-​Levita, lir-​resident barrani, lit-​tifel bla missier, u lill-​armla, u dawn jikluhom ’il ġewwa minn bwiebek u jixbgħu.+ 13 U għid quddiem Ġeħova Alla tiegħek, ‘Neħħejt dak li hu qaddis mid-​dar u tajtu lil-​Levita u lir-​resident barrani, lit-​tifel bla missier u lill-​armla,+ fi qbil mal-​kmandamenti kollha tiegħek li kkmandajtni. La ksirt il-​kmandamenti tiegħek, u lanqas insejthom.+ 14 La kilt minnhom meta kont bil-​vistu, la ħadt minnhom meta ma kontx nadif, u lanqas tajt minnhom għal xi ħadd mejjet. Smajt minn leħen Ġeħova Alla tiegħi. Għamilt skond kulma kkmandajtni. 15 Ħares ’l isfel mill-​post qaddis fejn tgħammar,+ mis-​smewwiet, u bierek lill-​poplu tiegħek Israel+ u l-​art li tajtna, bħalma ħlift lil missirijietna,+ l-​art li tnixxi ħalib u għasel.’+

16 “Illum Ġeħova Alla tiegħek qed jikkmandak twettaq dawn ir-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji;+ osservahom u wettaqhom b’qalbek kollha+ u b’ruħek kollha.+ 17 Lil Ġeħova int qanqaltu jgħid illum li se jkun Alla tiegħek dment li timxi fi triqatu u tosserva r-​regolamenti tiegħu+ u l-​kmandamenti tiegħu+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu+ u tismaʼ minn leħnu.+ 18 U lilek Ġeħova qanqlek biex illum tgħid li se tkun il-​poplu tiegħu, proprjetà speċjali,+ sewwasew bħalma wiegħdek,+ u li int se tosserva l-​kmandamenti kollha tiegħu, 19 u li hu se jgħollik ’il fuq mill-​ġnus l-​oħrajn kollha li għamel,+ u dan iġib tifħir u isem tajjeb u ġmiel, waqt li turi li int poplu qaddis għal Ġeħova Alla tiegħek,+ sewwasew bħalma wiegħed.”

27 U Mosè, flimkien max-​xjuħ taʼ Israel, issokta jordna lill-​poplu u jgħidlu: “Għandkom tosservaw kull kmandament li qed nikkmandakom illum.+ 2 U jrid iseħħ li dakinhar li taqsmu l-​Ġordan+ biex tidħlu fl-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek, waqqaf għalik ġebel kbir u bajdu bil-​ġir. 3 U ikteb fuqu l-​kliem kollu taʼ din il-​liġi+ meta tkun qsamt,+ sabiex tidħol fl-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek, art li tnixxi ħalib u għasel, skond dak li qallek Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietek.+ 4 U jrid iseħħ li meta tkunu qsamtu l-​Ġordan, għandkom twaqqfu dan il-​ġebel, bħalma qed nikkmandakom illum, fuq il-​Muntanja Għebal,+ u int bajdu bil-​ġir.+ 5 Ibni wkoll hemmhekk artal lil Ġeħova Alla tiegħek, artal tal-​ġebel. Tużax għodda tal-​ħadid fuqu.+ 6 B’ġebel sħiħ għandek tibni l-​artal taʼ Ġeħova Alla tiegħek, u offri fuqu offerti tal-​ħruq lil Ġeħova Alla tiegħek.+ 7 U offri s-​sagrifiċċji taʼ sħubija*+ u kulhom hemmhekk,+ u thenna quddiem Ġeħova Alla tiegħek.+ 8 U ikteb b’mod ċar ħafna+ fuq il-​ġebel il-​kliem kollu taʼ din il-​liġi.”+

9 Imbagħad Mosè u l-​qassisin, il-​Leviti, kellmu lil Israel kollu u qalulu: “Ibqaʼ sieket u ismaʼ, O Israel. Illum int sirt il-​poplu taʼ Ġeħova Alla tiegħek.+ 10 Ismaʼ leħen Ġeħova Alla tiegħek u wettaq il-​kmandamenti tiegħu+ u r-​regolamenti tiegħu,+ li qed nikkmandak illum.”

11 U Mosè ssokta jikkmanda lill-​poplu dakinhar u jgħidlu: 12 “Dawn li ġejjin se joqogħdu fuq il-​Muntanja Geriżim+ biex ibierku lill-​poplu meta tkunu qsamtu l-​Ġordan: Simegħon, Levi, Ġuda, Issakar, Ġużeppi, u Benjamin. 13 U dawn li ġejjin se joqogħdu fuq il-​Muntanja Għebal+ għas-​saħta:+ Ruben, Gad, Aser, Żebulun, Dan, u Naftali. 14 U l-​Leviti jridu jwieġbu u jgħidu b’leħen għoli lil kull raġel f’Israel:+

15 “‘Misħut ir-​raġel li jagħmel xbieha skolpita+ jew statwa minn metall imdewweb,+ xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova,+ magħmula minn idejn min jaħdem l-​injam u l-​metall,+ u jqegħedha f’moħba.’ (U l-​poplu kollu jwieġeb u jgħid, ‘Amen!’)+

16 “‘Misħut min jiddisprezza lil missieru jew lil ommu.’+ (U l-​poplu kollu jgħid, ‘Amen!’)

17 “‘Misħut min iressaq lura t-​tarf tar-​rabaʼ taʼ sieħbu.’+ (U l-​poplu kollu jgħid, ‘Amen!’)

18 “‘Misħut min joħroġ lill-​agħma ’l barra mit-​triq.’+ (U l-​poplu kollu jgħid, ‘Amen!’)

19 “‘Misħut min jgħawweġ+ il-​ġudizzju+ taʼ resident barrani,+ taʼ tifel bla missier, u t’armla.’+ (U l-​poplu kollu jgħid, ‘Amen!’)

20 “‘Misħut min jimtedd maʼ mart missieru, għaliex ikun kixef djul missieru.’+ (U l-​poplu kollu jgħid, ‘Amen!’)

21 “‘Misħut min jimtedd maʼ xi bhima.’+ (U l-​poplu kollu jgħid, ‘Amen!’)

22 “‘Misħut min jimtedd m’oħtu, bint missieru jew bint ommu.’+ (U l-​poplu kollu jgħid, ‘Amen!’)

23 “‘Misħut min jimtedd mal-​kunjata tiegħu.’+ (U l-​poplu kollu jgħid, ‘Amen!’)

24 “‘Misħut min jistaħba biex jaħbat għal sieħbu u joqtlu.’+ (U l-​poplu kollu jgħid, ‘Amen!’)

25 “‘Misħut min jaċċetta t-​tixħim biex jaħbat għal xi ruħ u joqtolha, meta jkun demm innoċenti.’+ (U l-​poplu kollu jgħid, ‘Amen!’)

26 “‘Misħut min ma jwettaqx u ma jagħmilx il-​kliem taʼ din il-​liġi.’+ (U l-​poplu kollu jgħid, ‘Amen!’)

28 “U jrid iseħħ li jekk int tassew tismaʼ minn leħen Ġeħova Alla tiegħek billi toqgħod attent li tagħmel il-​kmandamenti kollha tiegħu li qed nikkmandak illum,+ Ġeħova Alla tiegħek żgur li se jgħollik ’il fuq mill-​ġnus l-​oħrajn kollha taʼ l-​art.+ 2 U dawn il-​barkiet kollha jiġu fuqek u jilħquk,+ għaliex int tibqaʼ tismaʼ minn leħen Ġeħova Alla tiegħek:

3 “Imbierek tkun fil-​belt,+ u mbierek tkun fl-​għalqa.+

4 “Imbierek ikun il-​frott taʼ ġufek+ u l-​prodott tal-​ħamrija tiegħek u l-​frott tal-​bhima domestika tiegħek,+ iż-​żgħar tal-​baqar tiegħek u l-​frieħ tan-​nagħaġ tiegħek.+

5 “Imbierka tkun il-​qoffa tiegħek+ u l-​mejjilla li fiha tagħġen il-​ħobż tiegħek.+

6 “Imbierek tkun meta tidħol, u mbierek tkun meta toħroġ.+

7 “Ġeħova se jġiegħel li l-​għedewwa tiegħek li jqumu kontrik jiġu megħlubin quddiemek.+ Minn triq waħda joħorġu kontrik, imma minn sebaʼ triqat jaħarbu minn quddiemek.+ 8 Ġeħova se jordna għalik il-​barka fuq l-​imħażen tiegħek+ u fuq kull xogħol li tagħmel,+ u żgur li jbierkek fl-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek. 9 Ġeħova se jagħmlek poplu qaddis għalih stess,+ bħalma ħaliflek,+ għaliex int tibqaʼ tħares il-​kmandamenti+ taʼ Ġeħova Alla tiegħek, u timxi fi triqatu. 10 U l-​popli kollha taʼ l-​art se jkollhom jaraw li isem Ġeħova ssejjaħ fuqek,+ u tabilħaqq li se jibżgħu minnek.+

11 “Ġeħova se jġiegħlek ukoll tfur bil-​ġid fil-​frott taʼ ġufek+ u l-​frott taʼ l-​annimali domestiċi tiegħek u l-​prodott tal-​ħamrija tiegħek,+ fuq l-​art li Ġeħova ħalef lil missirijietek li jagħtihielek.+ 12 Ġeħova se jiftaħlek il-​maħżen tajjeb tiegħu, is-​smewwiet, biex jagħti x-​xita fuq artek fl-​istaġun tagħha+ u biex ibierek kull għemil taʼ idek;+ u int issellef lil ħafna ġnus, waqt li int stess ma tissellifx.+ 13 U Ġeħova jqiegħdek fir-​ras u mhux fid-​denb; u tkun biss minn fuq,+ u ma tkunx minn taħt, għaliex tibqaʼ tobdi l-​kmandamenti+ taʼ Ġeħova Alla tiegħek, li qed nikkmandak illum biex tosservahom u tagħmilhom. 14 U titbigħedx mill-​kliem kollu li qed nikkmandakom illum, lejn il-​lemin jew lejn ix-​xellug,+ biex timxi wara allat oħrajn ħalli taqdihom.+

15 “U jrid iseħħ li jekk ma tismax minn leħen Ġeħova Alla tiegħek biex toqgħod attent li tagħmel il-​kmandamenti tiegħu u l-​istatuti kollha tiegħu li qed nikkmandak illum, dawn is-​saħtiet kollha jiġu fuqek u jilħquk:+

16 “Misħut tkun fil-​belt,+ u misħut tkun fl-​għalqa.+

17 “Misħuta tkun il-​qoffa tiegħek+ u l-​mejjilla li fiha tagħġen il-​ħobż tiegħek.+

18 “Misħut ikun il-​frott taʼ ġufek+ u l-​prodott tal-​ħamrija tiegħek,+ iż-​żgħar tal-​baqar tiegħek u l-​frieħ tan-​nagħaġ tiegħek.+

19 “Misħut tkun meta tidħol, u misħut tkun meta toħroġ.+

20 “Ġeħova jibgħat fuqek is-​saħta,+ it-​taħwid,+ u ċ-​ċanfir+ f’kull xogħol li tagħmel u li tipprova twettaq, sakemm tinġieb fix-​xejn u tgħib bl-​għaġla, minħabba l-​ħażen t’għemilek għaliex abbandunajtni.+ 21 Ġeħova se jġiegħel li l-​pesta tibqaʼ fuqek sakemm hu jeqirdek għalkollox minn fuq l-​art li int sejjer fiha biex tiħodha f’idejk.+ 22 Ġeħova se jolqtok bit-​tuberkulosi,+ bid-​deni qawwi, bl-​infjammazzjoni, bis-​sħana qawwija, bis-​sejf,+ bit-​taħsir taʼ riħ jaħraq,+ u bil-​moffa,+ u dawn jibqgħu jiġru warajk sakemm tgħib. 23 Is-smewwiet li hemm fuq rasek isiru ram aħmar, u l-​art li għandek taħtek ħadid.+ 24 Ġeħova se jibgħat xita taʼ ramel u trab fuq artek. Mis-​smewwiet tinżel fuqek sakemm int tinġieb fix-​xejn. 25 Ġeħova se jġiegħlek tiġi megħlub quddiem l-​għedewwa tiegħek.+ Minn triq waħda toħroġ kontrihom, imma minn sebaʼ triqat taħrab minn quddiemhom; u ssir tal-​biżaʼ għas-​saltniet kollha taʼ l-​art.+ 26 U l-​ġisem mejjet tiegħek isir ikel għal kull ħliqa li ttir fis-​smewwiet u għall-​bhima tar-​rabaʼ, u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.+

27 “Ġeħova se jolqtok bl-​imsiemer taʼ l-​Eġittu,+ bil-​murliti, bil-​ħakk, u bir-​raxx fuq il-​ġilda, li ma tkunx tistaʼ tfiq minnhom. 28 Ġeħova se jolqtok bil-​ġenn,+ bin-​nuqqas taʼ dawl,+ u bit-​thewdin tal-​moħħ.+ 29 U tibda tteftef ’l hemm u ’l hawn f’nofsinhar, bħalma raġel agħma jteftef ’l hemm u ’l hawn fid-​dlam,+ u ma tirnexxix fi triqatek; u tkun biss imbroljat u misruq dejjem, u ma jkunx hemm min isalvak.+ 30 Titgħarras maʼ mara, imma jistupraha raġel ieħor.+ Tibni dar, imma ma tgħammarx fiha.+ Tħawwel għalqa dwieli, imma ma tibdiex taħsad il-​frott.+ 31 Il-barri tiegħek jinqatel hemmhekk quddiem għajnejk—imma ma tiekol xejn minnu. Il-​ħmar tiegħek jinsteraq minn quddiem wiċċek—imma ma jerġax lura għandek. In-​nagħaġ tiegħek jingħataw lill-​għedewwa tiegħek—imma ma jkollokx salvatur.+ 32 Uliedek subien u bniet jingħataw lil poplu ieħor+ u għajnejk jarawhom u jixxennqu għalihom dejjem—imma idejk ikunu bla qawwa.+ 33 Il-prodott tal-​ħamrija tiegħek u dak kollu li tipproduċi jieklu poplu li ma tafux;+ u tkun biss imbroljat u mgħaffeġ dejjem.+ 34 U tiġġennen bid-​dehra li tara b’għajnejk.+

35 “Ġeħova se jolqtok bi msiemer bla fejqan fuq irkopptejk u riġlejk, li ma tkunx tistaʼ tfiq minnhom, minn qiegħ sieqek sal-​qorriegħa taʼ rasek.+ 36 Ġeħova se jmexxi lilek+ u lis-​sultan tiegħek+ li tqiegħed fuqek għal għand ġens li ma tafux, la int u lanqas missirijietek; u hemmhekk ikollok taqdi allat oħrajn, taʼ l-​injam u tal-​ġebel.+ 37 U ssir oġġett taʼ stagħġib,+ qawl,+ u tgħajjir fost il-​popli kollha li Ġeħova jieħdok għandhom.

38 “Int toħroġ ħafna żerriegħa lejn l-​għalqa, imma ftit tiġbor,+ għaliex jibilgħuha l-​ġurati.+ 39 Tħawwel għelieqi bid-​dwieli u tikkultivahom, imma ma tixrobx inbid u ma tiġbor xejn,+ għaliex jikolhom id-​dud.+ 40 Ikollok is-​siġar taż-​żebbuġ fit-​territorju kollu tiegħek, imma ma jkollokx żejt biex tindilek bih, għaliex iż-​żebbuġ tiegħek jaqaʼ.+ 41 Tiled subien u bniet, imma ma jibqgħux tiegħek, għaliex imorru fil-​jasar.+ 42 Is-siġar kollha tiegħek u l-​prodott tal-​ħamrija tiegħek jinqerdu mill-​insetti li jvenvnu ġwinħajhom. 43 Ir-resident barrani li qiegħed f’nofsok jibqaʼ jogħla iktar u iktar ’il fuq minnek, waqt li int—int tibqaʼ nieżel iktar u iktar ’l isfel.+ 44 Hu jkun dak li jsellfek, waqt li int—int ma ssellfux.+ Hu jsir ir-​ras, waqt li int—int issir id-​denb.+

45 “U dawn is-​saħtiet+ kollha jiġu fuqek u jiġru warajk u jilħquk sakemm tinġieb fix-​xejn,+ għaliex ma tkunx smajt minn leħen Ġeħova Alla tiegħek biex tħares il-​kmandamenti tiegħu u l-​istatuti tiegħu li kkmandak.+ 46 U jibqgħu fuqek u fuq nislek bħala sinjal u xi ħaġa taʼ l-​għaġeb għal żmien indefinit,+ 47 minħabba l-​fatt li int ma tkunx qdejt lil Ġeħova Alla tiegħek bl-​hena u bil-​ferħ+ taʼ qalbek għal kulma tak bl-​abbundanza.+ 48 U jkollok taqdi lill-​għedewwa tiegħek,+ li Ġeħova jibgħat kontrik, bil-​ġuħ,+ bl-​għatx, bl-​għera, u bl-​għaks f’kollox; u jpoġġilek madmad tal-​ħadid fuq għonqok sakemm iġibek fix-​xejn.+

49 “Ġeħova jqajjem kontrik ġens mill-​bogħod,+ minn tarf l-​art, bħalma ajkla tinżel għal fuq il-​priża tagħha,+ ġens li l-​lingwa tiegħu ma tifhimhiex,+ 50 ġens taʼ wiċċ kiefer,+ li la jkun parzjali max-​xiħ u lanqas iħenn għaż-​żagħżugħ.+ 51 U huma jieklu l-​frott taʼ l-​annimali domestiċi tiegħek u l-​prodott tal-​ħamrija tiegħek sakemm tinġieb fix-​xejn,+ u ma jħallulekx qmuħ, inbid ġdid jew żejt, ebda wieħed miż-​żgħar tal-​baqar tiegħek jew mill-​frieħ tan-​nagħaġ tiegħek, sakemm jeqirduk.+ 52 U jassedjawk ’il ġewwa minn bwiebek kollha sakemm is-​swar għoljin u fortifikati tiegħek, li qed tafda fihom, jaqgħu f’artek kollha, iva, jassedjawk ’il ġewwa minn bwiebek f’artek kollha, li tak Ġeħova Alla tiegħek.+ 53 Imbagħad ikollok tiekol il-​frott taʼ ġufek, il-​laħam taʼ wliedek subien u bniet,+ li tak Ġeħova Alla tiegħek, minħabba li tkun magħluq minn kullimkien u minħabba t-​tbatija li se jġib fuqek l-​għadu tiegħek.

54 “Inkwantu għar-​raġel delikat u mfissed ħafna fostok, għajnu+ se tkun inklinata lejn il-​ħażen maʼ ħuh u maʼ martu l-​għażiża u mal-​bqija taʼ wliedu li jkun baqagħlu, 55 u b’hekk ma jagħti xejn lil wieħed minnhom mil-​laħam taʼ wliedu li se jiekol, għaliex ma baqagħlu assolutament xejn minħabba li int tkun magħluq minn kullimkien u minħabba t-​tbatija li se jġib fuqek l-​għadu tiegħek ’il ġewwa minn bwiebek.+ 56 Inkwantu għall-​mara delikata u mfissda fostok, li qatt ma pprovat tmidd qiegħ sieqha fl-​art, peress li hi mfissda u peress li hi delikata,+ għajnha se tkun inklinata lejn il-​ħażen maʼ żewġha l-​għażiż u maʼ binha u bintha, 57 saħansitra maʼ dak li joħroġ minn bejn riġlejha eżatt wara li tiled u maʼ wliedha li wildet,+ għaliex se tikolhom bil-​moħbi minħabba l-​għaks f’kollox u minħabba li int tkun magħluq minn kullimkien u minħabba t-​tbatija li se jġib fuqek l-​għadu tiegħek ’il ġewwa minn bwiebek.+

58 “Jekk ma toqgħodx attent li twettaq il-​kliem kollu taʼ din il-​liġi li hu miktub f’dan il-​ktieb+ sabiex tibżaʼ minn dan l-​isem glorjuż+ li jqanqal il-​biżaʼ,+ Ġeħova,+ Alla tiegħek, 59 Ġeħova se jagħmel il-​kastigi tiegħek u l-​kastigi taʼ nislek, kastigi ħorox, kbar, u għal żmien twil,+ u mard bla fejqan li jdum għal żmien twil.+ 60 U se jġib lura fuqek il-​mard kollu taʼ l-​Eġittu, li int tkexkixt meta rajtu, u jibqaʼ mqabbad miegħek.+ 61 Ukoll, kwalunkwe marda u kwalunkwe kastig li m’humiex miktubin fil-​ktieb taʼ din il-​liġi, Ġeħova se jġibhom fuqek sakemm tinġieb fix-​xejn. 62 U minnkom jibqaʼ għadd żgħir ferm,+ għalkemm sirtu bħall-​kwiekeb tas-​smewwiet daqskemm intom kotrana,+ għaliex ma tkunx smajt minn leħen Ġeħova Alla tiegħek.

63 “U jrid iseħħ li bħalma Ġeħova feraħ minħabba fikom biex jagħmlilkom il-​ġid u jkattarkom,+ hekk Ġeħova jifraħ minħabba fikom biex jeqridkom u jġibkom fix-​xejn;+ u titqaċċtu minn fuq wiċċ l-​art li int sejjer fiha biex tiħodha f’idejk.+

64 “U Ġeħova se jxerrdek fost il-​popli kollha minn tarf wieħed taʼ l-​art sat-​tarf l-​ieħor taʼ l-​art,+ u hemmhekk ikollok taqdi lil allat oħrajn, taʼ l-​injam u tal-​ġebel,+ li la int ma tafhom, u lanqas missirijietek. 65 U fost dawk il-​ġnus ma jkollokx mistrieħ,+ lanqas ma jkun hemm post fejn isserraħ qiegħ sieqek; u hemmhekk Ġeħova jagħtik qalb imriegħda+ u għajnejn dgħajfin+ u ruħ iddisprata. 66 U tkun fl-​akbar periklu għal ħajtek u tkun imbeżżaʼ lejl u nhar, u ma tkunx ċert dwar ħajtek.+ 67 Fil-għodu tgħid, ‘Mhux li kien fil-​għaxija!’ u fil-​għaxija tgħid, ‘Mhux li kien fil-​għodu!’ minħabba l-​biżaʼ taʼ qalbek li bih tkun imwerwer u minħabba d-​dehra li tara b’għajnejk.+ 68 U Ġeħova jġibek lura lejn l-​Eġittu bl-​iġfna mit-​triq li dwarha għedtlek, ‘Qatt ma terġaʼ taraha,’+ u hemmhekk ikollkom tinbiegħu lill-​għedewwa tiegħek bħala lsiera rġiel u qaddejja nisa,+ imma ma jkunx hemm min jixtrikom.”

29 Dan hu l-​kliem tal-​patt li Ġeħova kkmanda lil Mosè biex jagħmel maʼ wlied Israel fl-​art taʼ Mowab minbarra l-​patt li kien għamel magħhom fil-​Ħoreb.+

2 U Mosè sejjaħ lil Israel kollu u qalilhom: “Intom kontu dawk li rajtu kulma Ġeħova għamel quddiem għajnejkom fl-​art taʼ l-​Eġittu lill-​Fargħun u lill-​qaddejja kollha tiegħu u lil artu kollha,+ 3 il-provi kbar li rajtu b’għajnejkom,+ dawk is-​sinjali kbar+ u l-​mirakli.+ 4 U madankollu Ġeħova ma takomx qalb biex tagħrfu u għajnejn biex taraw u widnejn biex tisimgħu sa dan il-​jum.+ 5 ‘Waqt li jien bqajt niggwidakom erbgħin sena fix-​xagħri,+ ħwejjiġkom ma qdimux fuqkom, u s-​sandli tiegħek ma qdiemx f’saqajk.+ 6 Ħobż ma kiltux,+ u nbid u xorb li jsakkar ma xrobtux, sabiex tkunu tafu li jien Ġeħova Alla tagħkom.’ 7 Maż-żmien ġejtu f’dan il-​post, u Siħon, is-​sultan taʼ Ħesbon,+ u Għog,+ is-​sultan tal-​Basan, ħarġu jiltaqgħu magħna għall-​battalja, imma għelibniehom.+ 8 Imbagħad ħadna arthom u tajnieha bħala wirt lir-​Rubenin, lill-​Gadin, u lin-​nofs it-​tribù tal-​Manassin.+ 9 Għalhekk, intom ħarsu l-​kliem taʼ dan il-​patt u agħmluh, sabiex kulma tagħmlu jirnexxi.+

10 “Ilkoll kemm intom tinsabu llum quddiem Ġeħova Alla tagħkom, il-​kapijiet tat-​tribujiet tagħkom, ix-​xjuħ tagħkom u l-​uffiċjali tagħkom, kull raġel taʼ Israel,+ 11 iċ-ċkejknin tagħkom, in-​nisa tagħkom,+ u r-​resident barrani+ li qiegħed f’nofs il-​kamp tiegħek, minn dak li jiġborlok l-​injam sa dak li jtellagħlek l-​ilma,+ 12 sabiex tidħol fil-​patt+ taʼ Ġeħova Alla tiegħek u fil-​ħalfa tiegħu, li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħmel miegħek illum;+ 13 bl-iskop li llum jistabbilik bħala l-​poplu tiegħu+ u biex juri li hu Alla tiegħek,+ sewwasew bħalma wiegħdek u bħalma ħalef lil missirijietek Abraham,+ Iżakk,+ u Ġakobb.+

14 “Issa jien mhux miegħek biss qed nagħmel dan il-​patt u din il-​ħalfa,+ 15 imma wkoll maʼ dak li llum qiegħed hawnhekk magħna quddiem Ġeħova Alla tagħna u maʼ dawk li m’humiex hawnhekk magħna llum;+ 16 (għax intom stess tafu tajjeb kif għammarna fl-​art taʼ l-​Eġittu u kif għaddejna minn qalb il-​ġnus li għaddejtu minnhom intom.+ 17 U kontu taraw l-​affarijiet moqżieża tagħhom u l-​idoli tagħhom moqżieża daqs id-​demel,+ taʼ l-​injam u tal-​ġebel, tal-​fidda u tad-​deheb, li kienu għandhom;) 18 ħalli ma jkunx hemm fostkom xi raġel jew mara jew familja jew tribù li qalbu llum qed titbiegħed minn Ġeħova Alla tagħna biex imur jaqdi l-​allat taʼ dawn il-​ġnus;+ ħalli ma jkunx hemm fostkom għerq li jagħmel il-​frott taʼ pjanta velenuża u pjanta morra.*+

19 “U jrid iseħħ li meta xi ħadd ikun semaʼ l-​kliem taʼ din il-​ħalfa,+ u jkun ftaħar f’qalbu u qal, ‘Se jkolli s-​sliem,+ għalkemm nimxi fl-​ebusija taʼ qalbi,’+ bil-​ħsieb li jeqred l-​art imsoqqija tajjeb flimkien maʼ l-​art għatxana, 20 Ġeħova ma jkunx irid jaħfirlu,+ imma mbagħad ir-​rabja taʼ Ġeħova+ u l-​ħeġġa tiegħu+ jixegħlu kontra dan ir-​raġel,+ u l-​ħalfa kollha miktuba f’dan il-​ktieb+ żgur li se tibqaʼ fuqu, u Ġeħova jħassarlu ismu minn taħt is-​smewwiet. 21 Għalhekk, Ġeħova jifirdu+ mit-​tribujiet kollha taʼ Israel għall-​gwaj fi qbil mal-​ħalfa kollha tal-​patt li hi miktuba f’dan il-​ktieb tal-​liġi.

22 “U l-​ġenerazzjoni tal-​futur, uliedkom li jiġu warajkom, se tgħid, kif ukoll il-​barrani li jiġi minn art imbiegħda, saħansitra meta huma jkunu raw il-​kastigi taʼ din l-​art u l-​mard tagħha li Ġeħova marradha bihom,+ 23 kubrit u melħ+ u ħruq,+ u b’hekk l-​art kollha tagħha la tinżeraʼ, la tnibbet, u lanqas ebda ħaxix ma jikber fiha, bħalma ġara fil-​qerda taʼ Sodoma u Gomorra,+ Adma+ u Sebojim,+ li Ġeħova qered fir-​rabja tiegħu u fil-​korla tiegħu;+ 24 iva, il-​ġnus kollha se jgħidu, ‘Ġeħova għala għamlilha hekk lil din l-​art?+ Għala s-​saħna taʼ din ir-​rabja kbira?’ 25 Imbagħad ikollhom jgħidu, ‘Kien minħabba li abbandunaw il-​patt+ taʼ Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijiethom, li għamel magħhom meta ħariġhom mill-​art taʼ l-​Eġittu.+ 26 U marru jaqdu allat oħrajn u jmilu quddiemhom, allat li ma kinux jafuhom u li ma ħadu xejn minnhom.+ 27 Imbagħad ir-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra din l-​art u ġab fuqha s-​saħta kollha miktuba f’dan il-​ktieb.+ 28 B’hekk, Ġeħova qalagħhom mill-​għeruq minn arthom f’rabja+ u f’korla u f’għadab kbir u xeħithom f’art oħra bħalma hu llum.’+

29 “L-​affarijiet misturin+ huma taʼ Ġeħova Alla tagħna, imma l-​affarijiet rivelati+ huma tagħna u taʼ wliedna għal żmien indefinit, biex inwettqu l-​kliem kollu taʼ din il-​liġi.+

30 “U jrid iseħħ li meta dan il-​kliem kollu jiġi fuqek, il-​barka+ u s-​saħta,+ li jien qegħedt quddiemek, u int tkun daħħaltu lura f’qalbek+ fost il-​ġnus kollha li Ġeħova Alla tiegħek ikun xerrdek fihom,+ 2 u tkun erġajt lura lejn Ġeħova Alla tiegħek+ u smajt minn leħnu skond kulma qed nikkmandak illum, int u wliedek, b’qalbek kollha u b’ruħek kollha,+ 3 Ġeħova Alla tiegħek iġib lura lill-​imjassrin tiegħek+ u jħenn għalik+ u jerġaʼ jiġbrok minn fost il-​popli kollha li Ġeħova Alla tiegħek ikun xerrdek fihom.+ 4 Jekk in-​nies imxerrdin tiegħek ikunu f’tarf is-​smewwiet, minn hemmhekk se jiġbrok Ġeħova Alla tiegħek u minn hemmhekk jieħdok.+ 5 Ġeħova Alla tiegħek se jdaħħlek fl-​art li missirijietek kienu ħaduha f’idejhom, u int tiħodha f’idejk; u jagħmillek il-​ġid u jkattrek iktar minn missirijietek.+ 6 U Ġeħova Alla tiegħek jagħmillek iċ-​ċirkonċiżjoni f’qalbek+ u f’qalb nislek,+ sabiex tħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha biex tgħix.+ 7 U Ġeħova Alla tiegħek se jitfaʼ dawn is-​saħtiet kollha fuq l-​għedewwa tiegħek u fuq dawk li jobogħduk, li ppersegwitawk.+

8 “U int, int iddur u tismaʼ minn leħen Ġeħova u tagħmel il-​kmandamenti kollha tiegħu li qed nikkmandak illum.+ 9 U Ġeħova Alla tiegħek jagħtik iktar milli għandek bżonn f’kull xogħol taʼ idejk,+ fil-​frott taʼ ġufek u fil-​frott taʼ l-​annimali domestiċi tiegħek+ u fil-​prodott tal-​ħamrija tiegħek,+ u jaħbatlek tajjeb;+ għaliex Ġeħova jerġaʼ jifraħ minħabba fik u jagħmillek il-​ġid, bħalma feraħ minħabba missirijietek;+ 10 għax int se tismaʼ minn leħen Ġeħova Alla tiegħek sabiex tħares il-​kmandamenti tiegħu u l-​istatuti tiegħu miktubin f’dan il-​ktieb tal-​liġi,+ għaliex se terġaʼ lura lejn Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha.+

11 “Għax dan il-​kmandament li qed nikkmandak illum la hu diffiċli wisq għalik, u lanqas hu ’l bogħod.+ 12 M’huwiex fis-​smewwiet, biex tgħid, ‘Min se jitlgħalna fis-​smewwiet biex iġibhulna, sabiex nisimgħuh u nagħmluh?’+ 13 Lanqas m’hu n-​naħa l-​oħra tal-​baħar, biex tgħid, ‘Min se jaqsmilna għan-​naħa l-​oħra tal-​baħar biex iġibhulna, sabiex nisimgħuh u nagħmluh?’ 14 Għax il-​kelma hi qribek ferm, f’fommok u f’qalbek stess,+ biex tagħmilha.+

15 “Ara! Illum inqiegħed quddiemek il-​ħajja u t-​tajjeb, u l-​mewt u l-​ħażin.+ 16 Jekk tismaʼ mill-​kmandamenti taʼ Ġeħova Alla tiegħek, li qed nikkmandak illum, sabiex tħobb lil Ġeħova Alla tiegħek+ u timxi fi triqatu u tħares il-​kmandamenti tiegħu+ u l-​istatuti tiegħu u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu,+ imbagħad tibqaʼ ħaj+ u toktor, u Ġeħova Alla tiegħek ibierkek fl-​art li sejjer fiha biex tiħodha f’idejk.+

17 “Imma jekk qalbek titbiegħed u int ma tismax,+ u tiġi mħajjar u tmil quddiem allat oħrajn u taqdihom,+ 18 jien illum ngħidilkom li żgur li tinqerdu.+ Ma ttawlux jiemkom fuq l-​art li għaliha int se taqsam il-​Ġordan biex tmur tiħodha f’idejk. 19 Jien illum insejjaħ is-​smewwiet u l-​art bħala xhieda kontrikom,+ li qegħedt il-​ħajja u l-​mewt quddiemek,+ il-​barka+ u s-​saħta;+ u trid tagħżel il-​ħajja sabiex tibqaʼ ħaj,+ int u nislek,+ 20 billi tħobb lil Ġeħova Alla tiegħek,+ billi tismaʼ minn leħnu, u billi tintrabat miegħu;+ għax hu ħajtek u t-​tul taʼ jiemek,+ biex tgħammar fuq l-​art li Ġeħova ħalef lil missirijietek Abraham, Iżakk, u Ġakobb li jagħtihielhom.”+

31 U Mosè mar u lissen dan il-​kliem lil Israel kollu 2 u qalilhom: “Illum għandi mija u għoxrin sena.+ Mhux se nitħalla iktar noħroġ u nidħol,+ għax Ġeħova qalli, ‘Ma taqsamx dan il-​Ġordan.’+ 3 Ġeħova Alla tiegħek qed jaqsam quddiemek.+ Hu stess se jġib fix-​xejn lil dawn il-​ġnus minn quddiemek, u int trid tkeċċihom.+ Hu Ġożwè li se jaqsam quddiemek,+ sewwasew bħalma qal Ġeħova. 4 U Ġeħova se jagħmlilhom bħalma għamel lil Siħon+ u lil Għog,+ is-​slaten taʼ l-​Amurrin, u lil arthom, meta ġabhom fix-​xejn.+ 5 U Ġeħova rħiehom f’idejkom,+ u tridu tagħmlulhom skond il-​kmandamenti kollha li kkmandajtkom jien.+ 6 Kunu kuraġġużi u agħmlu l-​ħila.+ Tibżgħux u tinħasdux quddiemhom,+ għaliex hu Ġeħova Alla tiegħek li qed jimxi miegħek. La se jabbandunak u lanqas jitilqek għalkollox.”+

7 U Mosè sejjaħ lil Ġożwè u qallu quddiem għajnejn Israel kollu: “Kun kuraġġuż u agħmel il-​ħila,+ għaliex int—int se ddaħħal lil dan il-​poplu fl-​art li Ġeħova ħalef lil missirijiethom li jagħtihielhom, u int tagħtiha lilhom bħala wirt.+ 8 U hu Ġeħova li qed jimxi quddiemek. Hu nnifsu se jibqaʼ miegħek.+ La se jabbandunak u lanqas jitilqek għalkollox. Tibżax u titwerwirx.”+

9 Imbagħad Mosè kiteb din il-​liġi+ u taha lill-​qassisin, ulied Levi,+ dawk li jġorru l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova,+ u lix-​xjuħ kollha taʼ Israel. 10 U Mosè ssokta jikkmandahom u jgħidilhom: “Fi tmiem kull sebaʼ snin, fiż-​żmien stabbilit tas-​sena tal-​ħelsien,+ fil-​festa taʼ l-​għerejjex,+ 11 meta Israel kollu jiġi biex jara wiċċ Ġeħova+ Alla tiegħek fil-​post li jagħżel hu,+ int taqra din il-​liġi quddiem Israel kollu biex jisimgħuk.+ 12 Laqqaʼ l-​poplu,+ l-​irġiel, in-​nisa, iċ-​ċkejknin, u r-​resident barrani li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek, sabiex jisimgħu u sabiex jitgħallmu,+ għax iridu jibżgħu minn Ġeħova Alla tagħkom+ u joqogħdu attenti li jwettqu l-​kliem kollu taʼ din il-​liġi. 13 U wliedhom li m’għandhomx għarfien għandhom jisimgħu,+ u jitgħallmu jibżgħu minn Ġeħova Alla tagħkom il-​jiem kollha li qed tgħixu fuq l-​art li għaliha qed taqsmu l-​Ġordan biex tiħduha f’idejkom.”+

14 U Ġeħova qal lil Mosè: “Ara! Qorbu jiemek biex tmut.+ Sejjaħ lil Ġożwè, u oqogħdu fit-​tinda tal-​laqgħa, biex jien ninkarigah.”+ Għalhekk, Mosè u Ġożwè marru u qagħdu fit-​tinda tal-​laqgħa.+ 15 Imbagħad Ġeħova deher ħdejn it-​tinda fil-​kolonna tas-​sħab, u l-​kolonna tas-​sħab qagħdet ħdejn id-​daħla tat-​tinda.+

16 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Ara! Int se timtedd maʼ missirijietek;+ u dawn in-​nies se jqumu+ u jkollhom relazzjoni immorali m’allat barranin taʼ l-​art li sejrin fiha,+ eżatt f’nofshom, u jabbandunawni+ u jiksru l-​patt tiegħi li għamilt magħhom.+ 17 U dakinhar ir-​rabja tiegħi tixgħel kontrihom,+ u nabbandunahom+ u naħbi wiċċi minnhom,+ u jsiru xi ħaġa li għandha tinqered; u jiġu fuqhom ħafna gwajijiet u hemmijiet,+ u jgħidu dakinhar, ‘M’huwiex għax Alla tagħna mhux qiegħed f’nofsna li dawn il-​gwajijiet ġew fuqna?’+ 18 Jien assolutament se naħbi wiċċi dakinhar minħabba l-​ħażen kollu li għamlu, għaliex daru lejn allat oħrajn.+

19 “U issa iktbu għalikom din l-​għanja+ u għallmuha lil ulied Israel.+ Qegħduhielhom f’fommhom sabiex din l-​għanja sservi bħala x-​xiehda tiegħi kontra wlied Israel.+ 20 Għax jien se nġibhom fl-​art li dwarha ħlift lil missirijiethom+ u li tnixxi ħalib u għasel,+ u huma jieklu+ u jixbgħu u jeħxienu+ u jduru lejn allat oħrajn,+ u jaqdu lilhom u juru nuqqas taʼ rispett lejja u jiksru l-​patt tiegħi.+ 21 U jrid iseħħ li meta jiġu fuqhom ħafna gwajijiet u hemmijiet,+ din l-​għanja tinstemaʼ quddiemhom bħala xiehda, għax m’għandhiex tintesa minn fomm nisilhom, għax jien naf tajjeb bl-​inklinazzjoni tagħhom+ li qed jiżviluppaw illum qabel ma ndaħħalhom fl-​art li ħlift dwarha.”

22 Għalhekk, Mosè kiteb din l-​għanja dakinhar, biex jgħallimha lil ulied Israel.+

23 U inkariga lil Ġożwè, bin Nun,+ u qallu: “Kun kuraġġuż u agħmel il-​ħila,+ għaliex int—int se ddaħħal lil ulied Israel fl-​art li ħliftilhom dwarha,+ u jien nibqaʼ miegħek.”

24 U ġara li malli Mosè temm jikteb fi ktieb il-​kliem taʼ din il-​liġi sakemm lestieh,+ 25 Mosè beda jordna lil-​Leviti, dawk li jġorru l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova,+ u jgħidilhom: 26 “Ħudu dan il-​ktieb tal-​liġi,+ u qegħduh mal-​ġenb taʼ l-​arka+ tal-​patt taʼ Ġeħova Alla tagħkom, u jrid iservi bħala xiehda hemmhekk kontrik.+ 27 Għax jien—jien naf tajjeb kemm int ribelluż+ u rasek iebsa.*+ Jekk illum, waqt li jien għadni ħaj magħkom, intom aġixxejtu b’mod ribelluż maʼ Ġeħova,+ mela kemm iktar se tagħmlu hekk wara mewti! 28 Iġmagħli x-​xjuħ kollha tat-​tribujiet tagħkom u l-​uffiċjali tagħkom,+ u ħa ngħidilhom dan il-​kliem biex jisimgħuh, u ħa nsejjaħ is-​smewwiet u l-​art bħala xhieda kontrihom.+ 29 Għax jien naf tajjeb li wara mewti intom żgur li se taġixxu b’mod mill-​agħar,+ u se titbiegħdu mit-​triq li kkmandajtkom dwarha; u fi tmiem il-​jiem jiġi fuqkom il-​gwaj,+ għaliex tagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, u b’hekk toffenduh bix-​xogħlijiet taʼ idejkom.”+

30 U Mosè tkellem, biex tisimgħu l-​kongregazzjoni kollha taʼ Israel, il-​kliem taʼ din l-​għanja sakemm lestieh:+

32 “Agħtu widen, O smewwiet, u ħa nitkellem jien;

U ħa tismaʼ l-​art dak li jgħid fommi.+

 2 L-istruzzjoni tiegħi traxxax bħax-​xita,+

Dak li ngħid jien joqtor bħan-​nida,+

Bħal irxiex fuq il-​ħaxix+

U bħal ħalbiet spissi tax-​xita fuq il-​ħdura.+

 3 Għax jien se niddikjara l-​isem taʼ Ġeħova.+

Irrikonoxxu l-​kobor t’Alla tagħna!+

 4 Il-Blata, perfett għemilu,+

Għax triqatu kollha huma ġustizzja.+

Alla taʼ fedeltà,+ li miegħu m’hemm ebda inġustizzja;+

Ġust u rett hu.+

 5 Huma, min-​naħa tagħhom, aġixxew b’mod mill-​agħar;+

M’humiex uliedu, id-​difett hu tagħhom stess.+

Ġenerazzjoni mgħawġa u maqluba!+

 6 Għala tibqaʼ tagħmillu hekk lil Ġeħova,+

O poplu stupidu u bla għerf?+

M’huwiex hu Missierek li ħalqek,+

Hu li għamlek u stabbiliek fis-​sod?+

 7 Ftakar f’jiem il-​qedem,+

Ikkunsidraw is-​snin taʼ qabel minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni;

Staqsi lil missierek, u jgħidlek;+

Lix-​xjuħ tiegħek, u jgħidulek.+

 8 Meta l-​Iktar Għoli ta wirt lill-​ġnus,+

Meta fired lil ulied Adam minn xulxin,+

Hu stabbilixxa l-​fruntiera tal-​popli+

Skond l-​għadd taʼ wlied Israel.+

 9 Għax sehem Ġeħova hu l-​poplu tiegħu;+

Ġakobb hu s-​sehem li jiret.+

10 Sabu f’art li hi xagħri,+

U f’deżert vojt, b’għajat tal-​waħx.+

Hu beda jipproteġih,+ jieħu ħsiebu,+

Iħarsu bħall-​mimmi t’għajnejh.+

11 Bħalma ajkla tqanqal il-​bejta tagħha,

Tittajjar fuq il-​frieħ tagħha,+

Tifrex ġwinħajha, taqbadhom,

Iġġorrhom fuq tarf ġwinħajha,+

12 Ġeħova waħdu baqaʼ jmexxih,+

U ma kien hemm ebda alla barrani flimkien miegħu.+

13 Rikkbu fuq il-​postijiet għoljin taʼ l-​art,+

U b’hekk kiel il-​prodott tar-​rabaʼ.+

U tah jerdaʼ l-​għasel minn irdum,+

U żejt minn blata taż-​żnied;+

14 Butir mill-​merħla tal-​baqar u ħalib mill-​merħla tan-​nagħaġ+

Flimkien max-​xaħam taʼ l-​imtaten,

U nagħaġ, ir-​razza tal-​Basan, u bdabad+

Flimkien maʼ l-​aqwa tal-​qamħ;+

U d-​demm taʼ l-​għeneb bqajt tixrob bħala nbid.+

15 Meta Ġesurun*+ beda jeħxien, imbagħad ta biż-​żewġ.+

—Int ħxint, smint, u mtlejt.+—

Għalhekk, abbanduna lil Alla li għamlu,+

U stkerrah il-​Blata+ tas-​salvazzjoni tiegħu.

16 Bdew iqanqluh għall-​għira*+ b’allat barranin;+

B’affarijiet mistkerrhin baqgħu joffenduh.+

17 Bdew joffru sagrifiċċji lid-​demonji, mhux lil Alla,+

Allat li ma kinux jafu bihom,+

Allat ġodda li daħlu dan l-​aħħar,+

Li missirijietkom ma kinux midħla tagħhom.

18 Il-Blata li nisslek, insejtu,+

U ħriġtu minn moħħok lil Alla, Dak li wildek b’uġigħ tal-​ħlas.+

19 Meta Ġeħova ra dan, imbagħad ma baqax jirrispettahom,+

Minħabba d-​dwejjaq li ġabulu wliedu subien u bniet.

20 Għalhekk qal, ‘Ħa naħbi wiċċi minnhom,+

Ħa nara x’se jkun tmiemhom wara.

Għax huma ġenerazzjoni mħassra,+

Ulied li fihom m’hemm ebda fedeltà.+

21 Huma, min-​naħa tagħhom, qanqluni għall-​għira b’dawk li m’humiex allat;+

Dejquni bl-​idoli fiergħa tagħhom;+

U jien, min-​naħa tiegħi, se nqanqalhom għall-​għira b’dak li m’huwiex poplu;+

B’ġens stupidu se noffendihom.+

22 Għax nar ġie mkebbes fir-​rabja tiegħi+

U se jaqbad sal-​Qabar,* l-​iktar post fil-​baxx,+

U se jeqred l-​art u l-​prodott tagħha+

U jagħti n-​nar lis-​sisien tal-​muntanji.+

23 Inżid il-​gwajijiet fuqhom;+

Il-​vleġeġ tiegħi naħlihom fuqhom.+

24 Mifnijin mill-​ġuħ+ ikunu u mikulin mid-​deni qawwi+

U mill-​qerda qalila.+

U snien il-​bhejjem nibagħtilhom,+

Flimkien mal-​velenu tas-​sriep tat-​trab.+

25 Barra se jċaħħadhom is-​sejf,+

U ġewwa l-​biżaʼ,+

Kemm miż-​żagħżugħ u kemm mill-​verġni,+

Kemm mit-​tarbija tal-​ħalib u kemm mir-​raġel b’xagħru griż.+

26 Messni għedt: “Inxerridhom,+

Ma jibqgħux jissemmew iktar minn bnedmin mortali,”+

27 Li kieku ma bżajtx miż-​żebliħ taʼ l-​għadu,+

Li l-​għedewwa tagħhom jinterpretaw dan ħażin,+

U jgħidu: “Idna kienet superjuri,+

U ma kienx Ġeħova li wettaq dan kollu.”+

28 Għax Israel hu ġens nieqes mill-​għaqal,+

U fosthom m’hemmx abbiltà li jifhmu.+

29 O li kienu għorrief!+ Kieku kienu jirriflettu dwar dan.+

Kienu jqisu x’se jkun tmiemhom wara.+

30 Kif jistaʼ xi ħadd jiġri wara elf,

U tnejn iġiegħlu għaxart elef jaħarbu?+

Li ma kienx għax il-​Blata tagħhom kien biegħhom+

U Ġeħova kien telaqhom.

31 (Għax il-​blata tagħhom m’hijiex bħall-​Blata tagħna,+

Anki l-​għedewwa tagħna jaslu għal din il-​konklużjoni.)+

32 Għax id-​dielja tagħhom hi mid-​dielja taʼ Sodoma

U mir-​rabaʼ mtarraġ taʼ Gomorra.+

L-​għeneb tagħhom għeneb velenuż,

L-​għenieqed tagħhom morri.+

33 L-inbid tagħhom hu l-​velenu taʼ sriep kbar

U l-​velenu kiefer tal-​kobri.+

34 M’huwiex dan maħżun għandi,

B’siġill imwaħħal miegħu fil-​maħżen tiegħi?+

35 Il-vendetta hi tiegħi, u t-​tpattija.+

Fiż-​żmien stabbilit sieqhom togħtor,+

Għax jum id-​diżastru tagħhom hu qrib,+

U l-​ġrajjiet li hemm lesti għalihom ġejjin bil-​ħeffa.’+

36 Għax Ġeħova se jiġġudika lill-​poplu tiegħu+

U se jiddispjaċih għall-​qaddejja tiegħu,+

Għaliex jara li s-​saħħa għabet

U ma fadalx ħlief min hu baxx.

37 U hu jgħid, ‘Fejn huma allathom,+

Il-​blata li fittxew il-​kenn fiha,+

38 Li kienu jieklu x-​xaħam tas-​sagrifiċċji tagħhom,+

Jixorbu l-​inbid taʼ l-​offerti tax-​xorb tagħhom?+

Ħa jqumu jgħinukom.+

Ħa jsiru għalikom post fejn tinħbew.+

39 Araw issa li jien—jien hu+

U m’hemmx allat flimkien miegħi.+

Jien nagħti l-​mewt, u jien nagħti l-​ħajja.+

Jien nidrob,+ u jien—jien infejjaq,+

U m’hemm ħadd li jaħtafli minn idi.+

40 Għax nerfaʼ idi lejn is-​sema b’ħalfa,+

U ngħid: “Daqskemm jien ħaj għal dejjem,”*+

41 Jekk insinn is-​sejf ileqq tiegħi,+

U nieħu f’idi l-​ħaqq,+

Irrodd il-​vendetta lill-​avversarji tiegħi+

U npattiha lil dawk li tant jobogħduni.+

42 Insakkar bid-​demm il-​vleġeġ tiegħi,+

Waqt li sejfi jiekol il-​laħam,+

Bid-​demm tal-​maqtulin u taʼ l-​ilsiera,

Bl-​irjus tal-​mexxejja taʼ l-​għadu.’+

43 Ifirħu, O ġnus, mal-​poplu tiegħu,+

Għax hu se jitħallas għad-​demm tal-​qaddejja tiegħu,+

U jrodd il-​vendetta lill-​avversarji tiegħu+

U jagħmel tpattija għall-​art tal-​poplu tiegħu.”

44 B’hekk, Mosè ġie u qal il-​kliem kollu taʼ din l-​għanja biex jisimgħuh in-​nies,+ hu u Ħosegħa,* bin Nun.+ 45 Wara li Mosè temm jgħid dan il-​kliem kollu lil Israel kollu, 46 hu ssokta jgħidilhom: “Daħħlu fi qlubkom il-​kliem kollu li llum qed ngħidilkom bħala twissija għalikom,+ sabiex tordnaw lil uliedkom biex joqogħdu attenti li jagħmlu l-​kliem kollu taʼ din il-​liġi.+ 47 Għax din m’hijiex kelma bla siwi għalikom,+ imma tfisser ħajjitkom,+ u b’din il-​kelma ttawlu jiemkom fuq l-​art li għaliha se taqsmu l-​Ġordan biex tiħduha f’idejkom.”+

48 U Ġeħova kellem lil Mosè f’dan l-​istess jum u qallu: 49 “Itlaʼ fuq din il-​muntanja t’Għabarim,+ il-​Muntanja Nebo,+ li qiegħda fl-​art taʼ Mowab, li tħares lejn Ġeriko, u ara l-​art taʼ Kangħan, li qed nagħti lil ulied Israel biex tkun tagħhom.+ 50 Imbagħad tmut fuq il-​muntanja li tielaʼ fuqha, u tinġabar maʼ niesek,+ bħalma miet ħuk Aron fuq il-​muntanja Ħor+ u nġabar maʼ niesu; 51 għar-raġuni li intom inqastu mid-​dover lejja+ f’nofs ulied Israel ħdejn l-​ilmijiet taʼ Meriba+ taʼ Kades fix-​xagħri taż-​Żin; għar-​raġuni li intom ma qaddistunix f’nofs ulied Israel.+ 52 Għax mill-​bogħod se taraha l-​art, imma m’intix se tidħol hemmhekk fl-​art li qed nagħti lil ulied Israel.”+

33 Issa din hi l-​barka+ li biha Mosè, il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru,+ bierek lil ulied Israel qabel ma miet. 2 U qal:

“Ġeħova—ġie mis-​Sinaj,+

U leħħ fuqhom mis-​Segħir.+

Idda mir-​reġjun muntanjuż tal-​Faran,+

U miegħu kien hemm il-​mirjadi* mqaddsa,+

Fuq il-​lemin tiegħu l-​gwerriera tagħhom.+

 3 Hu tabilħaqq kien qed jgħożż il-​poplu tiegħu;+

Il-​qaddisin kollha tiegħu qegħdin f’idek.+

U huma—huma qagħdu bil-​qiegħda ħdejn saqajk;+

Bdew jilqgħu ftit minn kliemek.+

 4 (Mosè poġġa liġi bħala kmand fuqna,+

Wirt il-​kongregazzjoni taʼ Ġakobb.)+

 5 U Alla kien sultan f’Ġesurun,*+

Meta nġabru l-​kapijiet tal-​poplu,+

L-​għadd sħiħ tat-​tribujiet taʼ Israel.+

 6 Ħa jgħix Ruben u ma jmutx,+

U ħa ma jkunux ftit niesu.”+

7 U din kienet il-​barka għal Ġuda,+ hekk kif issokta jgħid:

“Ismaʼ, O Ġeħova, leħen Ġuda,+

U jalla ġġibu għand niesu.

Dirgħajh iġġieldu għal dak li hu tiegħu;

U jalla tkun t’għajnuna kontra l-​avversarji tiegħu.”+

8 U dwar Levi qal:+

“It-​Tummim tiegħek u l-​Urim+ tiegħek huma tar-​raġel leali lejk,+

Li f’Massah lilu int għaddejt minn prova.+

Bdejt tiġġieled miegħu ħdejn l-​ilmijiet taʼ Meriba,+

 9 Ir-raġel li qal lil missieru u lil ommu, ‘Ma rajtux.’

Lanqas lil ħutu ma rrikonoxxa,+

U lil uliedu ma kienx jafhom.

Għax huma ħarsu dak li għedt int,+

U baqgħu josservaw il-​patt tiegħek.+

10 Ħa jgħallmu lil Ġakobb id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek+

U lil Israel il-​liġi tiegħek.+

Ħa joffru l-​inċens quddiem imnifsejk+

U offerta sħiħa fuq l-​artal tiegħek.+

11 Bierek, O Ġeħova, l-​enerġija kbira tiegħu,+

U jalla tieħu pjaċir b’għemil idejh.+

Kisser ġenbejn dawk li jqumu kontrih,+

U dawk li tant jobogħduh, sabiex ma jqumux.”+

12 Dwar Benjamin qal:+

“Ħa jgħammar il-​maħbub+ taʼ Ġeħova fis-​sigurtà ħdejh,+

Waqt li jipprovdilu kenn il-​jum kollu,+

U jrid jgħammar bejn spallejh.”+

13 U dwar Ġużeppi qal:+

“Jalla artu tkun dejjem imbierka minn Ġeħova+

Bl-​affarijiet mill-​aqwa tas-​sema, bin-​nida,+

U bl-​ilmijiet fondi mifruxin minn taħt,+

14 U bl-​affarijiet mill-​aqwa, li tipproduċi x-​xemx,+

U bl-​affarijiet mill-​aqwa, li jipproduċu x-​xhur qamrin,+

15 U bl-​aqwanett tal-​muntanji tal-​lvant,+

U bl-​affarijiet mill-​aqwa taʼ l-​għoljiet dejjiema,

16 U bl-​affarijiet mill-​aqwa taʼ l-​art u kulma fiha,+

U bl-​approvazzjoni taʼ Dak li għammar fl-​għollieqa.+

Jalla jinżlu fuq ras Ġużeppi+

U fuq il-​qorriegħa taʼ ras il-​magħżul minn fost ħutu.+

17 Bħall-ewwel imwieled taʼ barri hu ġmielu,+

U qrunu l-​qrun taʼ barri salvaġġ.+

Bihom jimbotta popli sħaħ+

Kollha flimkien sa truf l-​art,

U huma l-​għaxriet taʼ l-​eluf t’Efrajm,+

U huma l-​eluf taʼ Manasse.”

18 U dwar Żebulun qal:+

“Thenna, O Żebulun, fil-​ħruġ tiegħek,+

U, Issakar, fit-​tined tiegħek.+

19 Isejħu lil popli lejn il-​muntanja.

Hemmhekk bħala sagrifiċċju joffru s-​sagrifiċċji tas-​sewwa.+

Għax jerdgħu l-​ġid kotran taʼ l-​ibħra+

U l-​ħażniet moħbijin tar-​ramel.”

20 U dwar Gad qal:+

“Imbierek dak li qed iwessaʼ l-​fruntieri taʼ Gad.+

Għal iljun jgħammar,+

U jċarrat id-​driegħ, iva, il-​qorriegħa tar-​ras.+

21 U jagħżel l-​ewwel parti għalih,+

Għax hemmhekk hu merfugħ sehem min jagħti l-​istatut.+

U l-​kapijiet tal-​poplu jinġabru flimkien.

Is-​sewwa taʼ Ġeħova se jwettaq

U d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu maʼ Israel.”

22 U dwar Dan qal:+

“Dan hu ferħ taʼ ljun.+

Joħroġ jaqbeż mill-​Basan.”+

23 U dwar Naftali qal:+

“Naftali sodisfatt bl-​approvazzjoni

U mimli bil-​barka taʼ Ġeħova.

Ħu f’idejk il-​punent u n-​nofsinhar.”+

24 U dwar Aser qal:+

“Imbierek bl-​ulied hu Aser.+

Ħa jkun approvat minn ħutu,+

U jgħaddas siequ fiż-​żejt.+

25 Ħadid u ram aħmar huma l-​istaneg tiegħek,+

U timxi bil-​kumdità għomrok kollu.

26 M’hemm ħadd bħall-​Alla l-​veru+ taʼ Ġesurun,+

Li biex jgħinek jaqsam riekeb is-​sema+

U fuq is-​sħab tas-​smewwiet jirkeb fil-​kobor tiegħu.+

27 Moħba għalik hu l-​Alla taʼ żmien il-​qedem,+

U taħtek id-​dirgħajn dejjiema hemm.+

U jkeċċi l-​għadu minn quddiemek,+

U jgħid, ‘Ġibhom fix-​xejn!’+

28 U Israel jgħammar fis-​sigurtà,+

L-​għajn taʼ Ġakobb għaliha waħedha,+

Fuq art taʼ qmuħ u nbid ġdid.+

Iva, is-​smewwiet tiegħu joqtru n-​nida.+

29 Hieni int, O Israel!+

Min hemm bħalek,+

Poplu li jgawdi s-​salvazzjoni minn Ġeħova,+

It-​tarka taʼ l-​għajnuna tiegħek,+

U s-​sejf eċċezzjonali tiegħek?+

Għalhekk, l-​għedewwa tiegħek jiġu b’rashom baxxuta quddiemek,+

U int—int fuq il-​postijiet għoljin tagħhom tirfes.”+

34 Imbagħad Mosè telaʼ mill-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab fuq il-​muntanja Nebo,+ lejn il-​quċċata tal-​Pisga,+ li tħares lejn Ġeriko.+ U Ġeħova wrieh l-​art kollha, minn Gilegħad sa Dan,+ 2 u Naftali kollu u l-​art t’Efrajm u Manasse u l-​art kollha taʼ Ġuda sal-​baħar tal-​punent,+ 3 u n-​Negeb+ u d-​Distrett tal-​Ġordan,+ il-​pjanura fil-​wied taʼ Ġeriko, il-​belt tas-​siġar tal-​palm,+ sa Sogħar.+

4 U Ġeħova ssokta jgħidlu: “Din hi l-​art li dwarha ħlift lil Abraham, lil Iżakk, u lil Ġakobb, u għedt, ‘Lil nislek nagħtiha.’+ Jien ħallejtek taraha b’għajnejk stess, peress li m’intix se taqsam għal hemmhekk.”+

5 Imbagħad Mosè, il-​qaddej taʼ Ġeħova,+ miet hemmhekk fl-​art taʼ Mowab skond l-​ordni taʼ Ġeħova.+ 6 U difnu fil-​wied fl-​art taʼ Mowab quddiem Bet-pegħor,+ u sa dan il-​jum ħadd ma jaf fejn hu qabru.+ 7 U Mosè kellu mija u għoxrin sena meta miet.+ Għajnejh kienu għadhom ma ċċajprux,+ u lanqas saħħtu ma kienet telqitu.+ 8 U wlied Israel damu tletin+ jum jibku lil Mosè fuq il-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab. Sa fl-​aħħar għaddew jiem il-​biki tal-​perijodu taʼ vistu għal Mosè.

9 U Ġożwè, bin Nun, kien mimli bl-​ispirtu taʼ l-​għerf,+ għax Mosè kien qiegħed idu fuqu;+ u wlied Israel bdew jagħtuh widen u għamlu sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+ 10 Imma qatt ma kien deher f’Israel profeta bħal Mosè,+ li lilu Ġeħova kien jafu wiċċ imbwiċċ,+ 11 rigward is-​sinjali u l-​mirakli kollha li Ġeħova bagħtu jagħmel fl-​art taʼ l-​Eġittu quddiem il-​Fargħun u l-​qaddejja kollha tiegħu u l-​art kollha tiegħu,+ 12 u rigward l-​id b’saħħitha u l-​għemejjel kbar kollha li jqanqlu l-​biżaʼ li għamel Mosè quddiem għajnejn Israel kollu.+

“Dan hu l-​kliem.” Bl-​Ebrajk, dan il-​ħames ktieb taʼ Mosè hu msemmi għal din l-​espressjoni. “Dewteronomju,” li jfisser “It-​Tieni Liġi,” jiġifieri, spjegazzjoni tal-​Liġi, hu l-​isem mogħti lil dan il-​ktieb mis-​Settanta.

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt. F’versi 24 u 37 ukoll.

Jew, “iddedikajna għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “iddedikajniehom għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.

Ifisser “Irħula tat-​Tined taʼ Ġajir.”

Jew, “tfakkiriet.”

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.

Ara Eżo 20:13, in-​nota taʼ taħt.

Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Ifisser “Għadda minn Prova; Prova.”

Jew, “tfakkiriet.” F’vers 20 ukoll.

Jew, “tiddedikahom għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt. F’vers 26 ukoll.

Jew, “għonqu iebes.”

Jew, “twebbsu għonqkom.”

Jiġifieri, b’xi ħaġa li titħaddem bis-​saqajn, sew jekk b’xi rota taʼ l-​ilma u sew billi jsiru u jinfetħu kanali taʼ l-​ilma.

Jew, “ċerva ħafifa.”

Jew, “Iddedika għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “tqaxxrux ġbinkom.”

Għasfur mhux nadif li m’huwiex identifikat.

Jew, “qatgħa bhejjem.”

Ara Eżo 12:15, in-​nota taʼ taħt.

Ara Le 23:36, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “beltek.”

Jew, “tiddedikahom għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “ruħu.”

Jew, “mezz t’għajxien.”

Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.

Letteralment, “assenzju.”

Jew, “għonqok iebes.”

Ifisser “Wieħed Rett”; titlu onorarju għal Israel.

Qabbel Eżo 34:14, in-​nota taʼ taħt.

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.

Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

L-isem oriġinali taʼ Ġożwè.

Jew, “għaxriet t’eluf.”

Ara Dt 32:15, in-​nota taʼ taħt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja